52014DC0569

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-komunità humiex tajba għat-triq Perjodu ta' Rapportar 2011-2012 /* COM/2014/0569 final */


WERREJ

1........... INTRODUZZJONI...................................................................................................... 3

2........... ID-DIRETTIVA 2000/30/KE...................................................................................... 4

3........... ID-DEJTA MIBGĦUTA MILL-ISTATI MEMBRI................................................... 4

4........... IL-KONTENUT TAL-ISPEZZJONI.......................................................................... 5

5........... ID-DEJTA DWAR L-ISTATISTIKA......................................................................... 5

5.1........ Il-perċentwal ta’ vetturi spezzjonati............................................................................. 6

5.2........ L-għadd globali tal-vetturi spezzjonati u l-oriġini tagħhom......................................... 7

5.3........ Vetturi pprojbiti............................................................................................................ 8

5.4........ Tipi ta’ nuqqasijiet u dejta skont l-Istat Membru........................................................ 10

6........... TIPI TA’ PENALI..................................................................................................... 10

7........... KONKLUŻJONIJIET FIL-QOSOR......................................................................... 11

ANNESS I: IN-NUQQASIJIET IDENTIFIKATI GĦAL KULL PUNT TA’ SPEZZJONI

ANNESS II: IL-VETTURI SPEZZJONATI U R-RATA TAL-PROJBIZZJONI SKONT L-ISTAT MEMBRU

1.           INTRODUZZJONI

Fl-interess tas-sikurezza fit-toroq, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-kompetizzjoni ġusta, il-leġiżlazzjoni Ewropea tipprevedi sensiela ta’ miżuri biex tiżgura li l-vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fit-toroq Ewropej ikunu fi stat tajjeb. Dawn jinkludu:

· ir-regoli tal-ammissjoni għall-okkupazzjoni li jitolbu mit-trasportaturi l-kapaċità finanzjarja neċessarja biex tiġi żgurata l-manutenzjoni xierqa tal-vetturi (ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009[1]);

· it-testijiet perjodiċi li jivverifikaw jekk vettura hijiex tajba għat-triq imwettqa fl-Istati Membri, għal vetturi rreġistrati fuq it-territorju tagħhom, bi frekwenza minima stipulata fuq livell Ewropew (id-Direttiva 2009/40/KE[2]);

· spezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq - is-suġġett ta’ dan ir-rapport - li jiżguraw li l-vetturi kummerċjali jintużaw biss kemm-il darba ssirilhom manutenzjoni biex jiġi żgurat livell għoli ta’ affidabbiltà stradali teknika (id-Direttiva 2000/30/KE[3]).

Skont id-Direttiva 2000/30/KE, il-vetturi kummerċjali, it-trejlers u s-semitrejlers tagħhom li jiċċirkolaw fit-territorji tal-Istati Membri huma soġġetti għal spezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk humiex tajbin għat-triq sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq u jitħares l-ambjent.

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/30/KE jistipula li, kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dejta miġbura għas-sentejn ta’ qabel li tirrigwarda:

in-numru ta’ vetturi kummerċjali vverifikati, mi[bura f'seba' kategoriji skont id-Direttiva u mqassmin ukoll skont il-pajjiż ta’ reġistrazzjoni; l-oġġetti vverifikati; u in-nuqqasijiet mikxufa.

Id-Direttiva telenka disa’ punti differenti (ara t-taqsima 4 hawn taħt) li jistgħu jkunu soġġetti għal spezzjoni teknika mal-ġenb tat-triq. Jekk xi wieħed mill-oġġetti vverifikati ma jikkonformax mar-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza fit-triq, il-vettura tista’ titneħħa mit-triq. Kwalunkwe nuqqas fil-vettura spezzjonata għandu jidher fir-rapporti tal-ispezzjoni li għandhom jingħataw lix-xufier tal-vettura. Id-Direttiva titlob lill-Kummissjoni tressaq rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar kif ġiet applikata d-Direttiva, abbażi tad-dejta rċevuta mill-Istati Membri, flimkien ma’ sommarju tar-riżultati miksuba.

Fit-3 ta’ April 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill irrevedew id-Direttiva dwar l-ispezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq permezz tad-Direttiva 2014/47/UE.[4] Il-verżjoni riveduta tad-Direttiva tintroduċi inter alia mira mifruxa fuq livell tal-UE rigward l-għadd ta’ spezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq li għandhom jitwettqu. Sabiex ikun hemm implimentazzjoni bla xkiel ta’ dan ir-rekwiżit il-ġdid meta jidħol fis-seħħ fl-2018, dan ir-rapport jipprovdi informazzjoni relatata mal-mira futura mifruxa madwar l-UE li jsiru verifiki fuq 5% tal-vetturi kummerċjali tqal irreġistrati.

2.           ID-DIRETTIVA 2000/30/KE

Id-Direttiva 2000/30/KE, kif emendata[5], — li hija applikabbli sad-19 ta’ Mejju 2018 — tistabbilixxi numru ta’ kundizzjonijiet għall-ispezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-UE.

Spezzjoni teknika mal-ġenb tat-triq tfisser eżaminazzjoni għall-għarrieda fuq vettura kummerċjali li tiċċirkola fit-territorju ta’ Stat Membru. L-ispezzjoni titwettaq mill-awtoritajiet, jew permezz ta’ entità oħra li taġixxi taħt is-superviżjoni tagħhom, u ġeneralment issir fuq awtostradi pubbliċi.

L-ispezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq għandhom jitwettqu mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tax-xufier jew tal-pajjiż fejn tkun ġiet irreġistrata jew fejn tkun bdiet topera l-vettura kummerċjali. Dawn għandhom jitwettqu wkoll b’tali mod li jnaqqsu l-ispejjeż u d-dewmien għax-xufiera u l-operaturi.

Għandha tiġi adottata strateġija speċifika għall-għażla tal-vetturi kummerċjali soġġetti għall-ispezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq, billi tingħata importanza partikolari lill-identifikazzjoni ta’ vetturi li aktarx ikunu l-iktar li jkollhom bżonn li ssirilhom il-manutenzjoni.

L-ispezzjonijiet mal-ġenb tat-triq għandhom isiru permezz ta' approċċ li jsir f’passi. Spezzjoni inizjali għandha tkopri valutazzjoni viżwali tal-kundizzjoni ta’ manutenzjoni tal-vettura meta din tkun wieqfa. Jekk il-kundizzjoni tal-vettura tidher li tirrappreżenta riskju għas-sikurezza li jiġġustifika spezzjoni ulterjuri, il-vettura tista’ ssir soġġetta għal spezzjoni aktar dettaljata f’ċentru ta’ kontroll fil-viċinanzi. L-eżitu ta’ spezzjoni mal-ġenb tat-triq għandu jiġi dokumentat f’rapport ta' spezzjoni mal-ġenb tat-triq li jsegwi l-mudell stabbilit fid-Direttiva. Din l-informazzjoni tipprovdi l-bażi għall-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni Ewropea.

L-użu ta’ vettura kummerċjali li għandha nuqqasijiet perikolużi li jistgħu jkunu ta’ riskju serju għas-sikurezza stradali jista’ jiġi sospiż sakemm dawn in-nuqqasijiet jissewwew. Vetturi barranin b’nuqqasijiet serji għandhom jiġu notifikati lill-Istat Membru ta’ oriġini biex jingħata segwitu xieraq.

3.           ID-DEJTA MIBGĦUTA MILL-ISTATI MEMBRI

Dan huwa r-raba’ rapport dwar kif id-Direttiva 2000/30/KE hija applikata fl-Istati Membri; huwa jkopri l-perjodu 2011-12. Id-dejta miġbura mill-Istati Membri għal dan il-perjodu kellha tintbagħat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2013.

Madankollu, id-dejta mhux dejjem ġiet komunikata fil-ħin. Ħmistax-il Stat Membru (il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Italja, il-Latvja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Isvezja) irrispettaw id-data ta’ skadenza u pprovdew dejta dwar in-numru ta’ vetturi vverifikati, miġbura skont il-kategorija u l-pajjiż ta’ reġistrazzjoni, kif ukoll id-dejta dwar l-oġġetti vverifikati u n-nuqqasijiet li ġew osservati. Wara li l-Kummissjoni daħlet f’laqgħat bilaterali mat-12-il Stat Membru li jifdal, dawn ipprovdew id-dejta meħtieġa. Fl-aħħar nett, l-aħħar dejta li kien jonqos mill-Istati Membri waslet fis-6 ta’ Mejju 2014.

Sabiex tiffaċilita l-komunikazzjoni tal-informazzjoni kif meħtieġ fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/30/KE, l-esperti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri żviluppaw format standardizzat għar-rapportar. L-użu ta’ dan il-format standardizzat jiffaċilita sew il-ġbir tad-dejta iżda, madankollu, dan mhuwiex obbligatorju. Il-biċċa l-kbira tar-rapporti mill-Istati Membri mxew fuq il-format rakkomandat, anki meta ssottomettew tabelli stampati. Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Polonja, is-Slovenja u l-Finlandja ma wżawx il-format standardizzat.

Id-diversi Stati Membri pprovdew id-dejta f’livelli differenti ta’ kompletezza. Kienu ftit l-Istati Membri - ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, il-Latvja, l-Awstrija, il-Polonja u s-Slovenja - li ppreżentaw dejta dwar vetturi rreġistrati barra mill-UE. Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovakkja u s-Slovenja pprovdew l-istatistika għall-2011 u l-2012 separatament. Uħud mill-Istati Membri (id-Danimarka, Spanja, Franza, il-Polonja u s-Slovenja) ma rrappurtawx dejta ewlenija dwar il-kategoriji tal-vetturi kollha, il-punti ta’ spezzjoni jew l-oriġini tal-vetturi spezzjonati. Spanja u l-Finlandja kienu l-uniċi Stati Membri li ma pprovdew l-ebda informazzjoni dwar il-vetturi pprojbiti. Barra minn hekk, l-Istati Membri pprovdew diversi settijiet ta’ dejta, pereżempju dejta rrappurtata mill-Ministeru tat-Trasport u d-dipartiment tal-pulizija nazzjonali tagħhom. Inġenerali, dawk l-Istati Membri li għamlu użu mill-format standardizzat għall-ġbir tal-informazzjoni pprovdew lill-Kummissjoni b'sett ta’ dejta aktar komplut.

4.           IL-KONTENUT TAL-ISPEZZJONI

L-elementi li x’aktarx li jiġu spezzjonati u inklużi fid-dejta mibgħuta mill-Istati Membri huma, mill-inqas, dawk imsemmija fil-punt 10 tal-mudell tar-rapport stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva 2000/30/KE, kif emendat. Dawn huma:

· l-identifikazzjoni;

· it-tagħmir tal-brejkijiet;

· l-istering;

· il-viżibbiltà;

· it-tagħmir tat-tidwil u s-sistema tal-elettriku;

· il-fusijiet, ir-roti, it-tajers, is-sospensjoni;

· ix-xażi u l-aċċessorji tax-xażi;

· tagħmir ieħor, inkluż it-takografu u r-regolatur tal-ispid eċċessiv;

· elementi irritanti, inklużi l-emissjonijiet u t-tixrid ta’ fjuwil u/jew żejt.

5.           DEJTA DWAR L-ISTATISTIKA

Sabiex tinkiseb informazzjoni komparabbli dwar il-vetturi spezzjonati mill-Istati Membri, kellha ssir kategorizzazzjoni tan-numri għall-ferroviji tat-triq u għall-vetturi artikolati fi trakkijiet u karrijiet, kif ukoll fi trakkijiet u semitrejlers, rispettivament. Iċ-ċifri li jirriżultaw minn din il-qasma huma indikati bil-korsiv f’dan ir-rapport.

5.1.        Il-perċentwal ta’ vetturi spezzjonati

In-numru totali ta’ vetturi verifikati għall-2011-12 kien ta’ 8 145 984. Matul dan il-perjodu, in-numru ta’ vetturi kummerċjali rreġistrati fl-UE kien ta’ 8 830 451. Il-proporzjon ta’ vetturi vverifikati fl-2011-12 meta mqabbel mal-flotta globali huwa ta’ 92.25 %, li jikkorrispondi għal 46.12 % tal-flotta globali soġġetta għal spezzjonijiet mal-ġenb tat-triq kull sena.

Fost l-Istati Membri, il-proporzjon tan-numru medju ta’ vetturi spezzjonati kull sena meta mqabbel man-numru ta’ vetturi kummerċjali rreġistrati huwa differenti b’mod sinifikanti, u jkopri medda ta' bejn 0.3 % u 100 %. Dawn id-differenzi sinifikanti jistgħu jiġu spjegati b’mod parzjali mid-diversi metodi ta’ rapportar użati: pereżempju, xi Stati Membri (bħall-Ġermanja, Franza u l-Polonja) irrappurtaw dejta li tinkludi l-ispezzjonijiet inizjali, filwaqt li oħrajn irrappurtaw biss il-verifiki aktar elaborati li wettqu. Il-varjazzjonijiet jistgħu jiġu spjegati wkoll mis-sistemi differenti ta’ verifika li ntużaw mill-Istati Membri, li jvarjaw minn spezzjonijiet bażiċi mingħajr ebda tagħmir sa testijiet elaborati u sofistikati ħafna mwettqa permezz ta’ unitajiet ta’ spezzjoni mobbli jew ċentri ta’ testijiet fil-qrib.

Tabella 1: Perċentwal ta’ vetturi spezzjonati

Stat Membru || Vetturi spezzjonati  (2011–12) || Kategorija tal-vetturi rreġistrati N2, N3, M2, M3, O3 u O4 || Proporzjon totali fis-sena*

Il-Belġju || 18 799 || 253 440 || 3.71 %

Il-Bulgarija || 595 905 || 293 930** || 101.37 %

Ir-Repubblika Ċeka || 160 285 || 211 794** || 37.84 %

Id-Danimarka || 27 781 || 92 911 || 14.95 %

Il-Ġermanja || 2 881 859 || 963 763** || 149.51 %

L-Estonja || 1 791 || 44 596** || 2.01 %

L-Irlanda || 11 988 || 107 610** || 5.57 %

Il-Greċja || 28 276 || 472 955** || 2.99 %

Spanja || 388 505 || 869 934** || 22.33 %

Franza || 1 431 117 || 758 788** || 94.30 %

L-Italja || 65 053 || 1 070 184** || 3.04 %

Ċipru || 1 133 || 27 178 || 2.08 %

Il-Latvja || 5 822 || 47 272** || 6.16 %

Il-Litwanja || 83 342 || 109 019** || 38.22 %

Il-Lussemburgu || 901 || 18 615** || 2.42 %

L-Ungerija || 328 202 || 160 112** || 102.49 %

Stat Membru || Vetturi spezzjonati  (2011–12) || Kategorija tal-vetturi rreġistrati N2, N3, M2, M3, O3 u O4 || Proporzjon totali fis-sena*

Malta || 3 852 || 10 994** || 17.52 %

Il-Pajjiżi l-Baxxi || 11 471 || 310 833 || 1.85 %

L-Awstrija || 32 227 || 98 897 || 16.29 %

Il-Polonja || 1 710 675 || 914 776** || 93.50 %

Il-Portugall || 709 || 116 455** || 0.30 %

Ir-Rumanija || 22 260 || 346 418** || 3.21 %

Is-Slovenja || 4 534 || 45 673** || 4.96 %

Is-Slovakkja || 18 074 || 271 770** || 3.33 %

Il-Finlandja || 23 609 || 189 447 || 6.23 %

L-Isvezja || 39 597 || 148 528 || 13.33 %

Ir-Renju Unit || 248 217 || 874 564** || 14.19 %

Total || 8 145 984 || 8 830 451 || 46.12 %

* It-total tal-proporzjon kull sena huwa ugwali għan-numru medju ta’ verifiki individwali fl-Istati Membri fis-sena diviż min-numru totali ta' vetturi rreġistrati f’dan l-Istat Membru.

** In-numri huma derivati minn dejta pprovduta mill-Eurostat.

5.2.        L-għadd globali tal-vetturi spezzjonati u l-oriġini tagħhom

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/30/KE jistabbilixxi l-ispirtu mhux diskriminatorju tal-ispezzjonijiet li għandhom jitwettqu. Diversi Stati Membri, speċjalment il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Awstrija, irrappurtaw proporzjonijiet akbar ta’ vetturi barranin li ġew soġġetti għal spezzjoni mal-ġenb tat-triq filwaqt li Stati Membri oħrajn bi traffiku fi tranżitu sinifikanti rrappurtaw distribuzzjoni aktar bilanċjata ta’ spezzjonijiet ta’ vetturi residenti u ta’ dawk mhux residenti. Filwaqt li dan jista’ jkun minħabba fatturi oħrajn mhux relatati man-natura tal-ispezzjoni, is-sejbiet għall-Belġju u l-Lussemburgu kienu simili fir-rapport preċedenti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva.[6]

Tabella 2: L-oriġini tal-vetturi spezzjonati

Stat Membru li rrapporta || Registrati fl-MS || Irregistrati fi Stat Membru ieħor || Irreġistrati barra mill-UE || Total || Vetturi tal-Istat Membru (%)

Il-Belġju || 6 887 || 11 430 || 482 || 18 799 || 36.6 %

Il-Bulgaria || 520 477 || 75 428 ||   || 595 905 || 87.3 %

Ir-Repubblika Ċeka || 103 641 || 53 401 || 3 243 || 160 285 || 64.7 %

Id-Danimarka* ||   ||   ||   || 27 781 ||

Il-Ġermanja || 1 833 789 || 921 213 || 126 857 || 2 881 859 || 63.6 %

L-Estonja || 1 732 || 53 || 6 || 1 791 || 96.7 %

L-Irlanda || 11 988 || || || 11 988 || 100.0 %

Il-Ġreċja || 22 569 || 4 779 || 928 || 28 276 || 79.8 %

Spanja || 366 205 || 22 300 || || 388 505 || 94.3 %

Franza || 721 796 || 694 157 || 15 164 || 1 431 117 || 50.4 %

L-Italja || 46 958 || 14 846 || 3 249 || 65 053 || 72.2 %

Ċipru || 1 133 ||   ||   || 1 133 || 100.0 %

Il-Latvja || 4 781 || 1 041 ||   || 5 822 || 82.1 %

Il-Litwanja || 55 201 || 28 141 ||   || 83 342 || 66.2 %

Il-Lussemburgu || 112 || 789 ||   || 901 || 12.4 %

L-Ungerija || 252 209 || 75 993 || || 328 202 || 76.8 %

Malta || 3 820 || 32 ||   || 3 852 || 99.2 %

Il-Pajjiżi l-Baxxi || 6 999 || 4 472 || || 11 471 || 61.0 %

L-Awstrija || 14 019 || 16 650 || 1 558 || 32 227 || 43.5 %

Il-Polonja || 1 574 898 || 64 572 || 71 205 || 1 710 675 || 92.1 %

Il-Portugall || 657 || 52 ||   || 709 || 92.7 %

Ir-Rumanija || 21 987 || 273 ||   || 22 260 || 98.8 %

Is-Slovenja || 3 298 || 1 236 ||   || 4 534 || 72.7 %

Is-Slovakkja || 14 825 || 3 249 ||   || 18 074 || 82.0 %

Il-Finlandja || 13 156 || 2 102 || 8 351 || 23 609 || 55.7 %

L-Isvezja || 32 656 || 6 941 || || 39 597 || 82.5 %

Ir-Renju Unit || 126 502 || 121 715 ||   || 248 217 || 51.0 %

Total || 5 762 295 || 2 124 865 || 231 043 || 8 145 984 || 70.7 %

* Id-Danimarka ma pprovdietx informazzjoni dwar l-oriġini għall-biċċa l-kbira tal-vetturi vverifikati.

5.3.        Vetturi pprojbiti

Vetturi b’nuqqasijiet perikolużi li jippreżentaw riskju serju għal min ikun fihom jew għall-utenti l-oħrajn tat-triq jistgħu jitwaqqfu milli jkomplu jintużaw sakemm jissewwew dawk in-nuqqasijiet. Skont l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri, il-proporzjon tal-vetturi pprojbiti meta mqabbel mal-vetturi kollha spezzjonati jvarja b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għall-ieħor, bl-ogħla livell ikun ta’ 87.6 % fl-Estonja għal 0.6 % biss fil-Polonja.

Jidher li ċ-ċifri jindikaw li l-immirar ta’ spezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq lejn vetturi mhux miżmuma tajjeb, kif qed isir bħalissa fil-Lussemburgu, l-Awstrija u r-Renju Unit, iżid l-effikaċja operattiva u jnaqqas il-piż amministrattiv. L-Istati Membri li jadottaw dan l-approċċ jidher li għandhom rata ogħla ta’ identifikazzjoni ta’ vetturi difettużi b’inqas spezzjonijiet minn Stati Membri li jwettqu għadd ogħla ta’ spezzjonijiet. Dan huwa l-każ għall-Estonja, il-Lussemburgu u Malta, li għandhom l-ogħla rata ta’ projbizzjoni, filwaqt li d-Danimarka, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja għandhom l-inqas rati għall-projbizzjoni ta' vetturi rreġistrati fl-UE. L-Istati Membri li jirrappurtaw numri partikolarment għolja ta’ verifiki għandhom tendenza li juru rati baxxi ta’ projbizzjonijiet jew ta' nuqqasijiet mikxufa.

Tabella 3: Il-proporzjon tal-vetturi pprojbiti mqabbel mal-vetturi kollha spezzjonati

Stat Membru li rrapporta || Vetturi rreġistrati fl-Istat Membru li rrapporta || Vetturi rreġistrati fl-UE (inkluż l-Istat Membru li rrapporta)

Numru ta’ vetturi spezzjonati || Numru ta’ projbizzjonijiet || Proporzjon ta’ projbizzjonijiet (%) || Numru ta’ vetturi spezzjonati || Numru ta’ projbizzjonijiet || Proporzjon ta’ projbizzjonijiet (%)

Il-Belġju || 6 887 || 589 || 8.6 % || 18 317 || 1 140 || 6.2 %

Il-Bulgarija || 520 477 || 10 043 || 1.9 % || 595 905 || 12 584 || 2.1 %

Ir-Repubblika Ċeka || 103 641 || 2 595 || 2.5 % || 157 042 || 3 340 || 2.1 %

Id-Danimarka ||   || || || 27 781 || 211 || 0.8 %

Il-Ġermanja || 1 833 789 || 13 772 || 0.8 % || 2 755 002 || 31 817 || 1.2 %

L-Estonja || 1 732 || 1 517 || 87.6 % || 1 785 || 1 544 || 86.5 %

L-Irlanda || 11 988 || 5 200 || 43.4 % || 11 988 || 5 200 || 43.4 %

Il-Greċja || 22 569 || 1 266 || 5.6 % || 27 348 || 1 378 || 5.0 %

Spanja || 366 205 || || || 388 505 || ||

Franza || 721 796 || 76 448 || 10.6 % || 1 415 953 || 191 896 || 13.6 %

L-Italja || 46 958 || 6 710 || 14.3 % || 61 804 || 7 960 || 12.9 %

Ċipru* || 1 133 || 1 684 || 148.6 % || 1 133 || 1 684 || 148.6 %

Il-Latvja || 4 781 || 317 || 6.6 % || 5 822 || 403 || 6.9 %

Il-Litwanja || 55 201 || 827 || 1.5 % || 83 342 || 1 142 || 1.4 %

Il-Lussemburgu || 112 || 82 || 73.2 % || 901 || 531 || 58.9 %

L-Ungerija || 252 209 || 4 314 || 1.7 % || 328 202 || 6 239 || 1.9 %

Malta || 3 820 || 1 895 || 49.6 % || 3 852 || 1 900 || 49.3 %

Il-Pajjiżi l-Baxxi || 6 999 || 166 || 2.4 % || 11 471 || 134 || 1.2 %

L-Awstrija || 14 019 || 5 851 || 41.7 % || 30 669 || 14 477 || 47.2 %

Il-Polonja || 1 574 898 || 9 228 || 0.6 % || 1 639 470 || 9 228 || 0.6 %

Il-Portugall || 657 || 15 || 2.3 % || 709 || 16 || 2.3 %

Ir-Rumanija || 21 987 || 8 815 || 40.1 % || 22 260 || 8 875 || 39.9 %

Is-Slovenja || 3 298 || 52 || 1.6 % || 4 534 || 83 || 1.8 %

Is-Slovakkja || 14 825 || 3 515 || 23.7 % || 18 074 || 4 093 || 22.6 %

Il-Finlandja || 13 156 || || || 15 258 || ||

L-Isvezja || 32 656 || 3 812 || 11.7 % || 39 597 || 7 043 || 17.8 %

Ir-Renju Unit || 126 502 || 40 022 || 31.6 % || 248 217 || 87 563 || 35.3 %

Total || 5 762 295 || 198 735 || 3.4 % || 7 914 941 || 400 481 || 5.1 %

* Ċipru rrapporta għadd ta’ fallimenti minflok għadd ta’ projbizzjonijiet.

5.4.      Tipi ta’ nuqqasijiet u dejta skont l-Istat Membru

In-nuqqasijiet li ġew identifikati bl-aktar mod frekwenti waqt l-ispezzjonijiet jikkonċernaw il-kundizzjoni tal-affidabbiltà stradali:

-           tat-tagħmir tat-tidwil u s-sistema tal-elettriku (47.0 %);

-           tal-fusijiet, tar-roti, tat-tajers, tas-sospensjoni (24.6 %); u

-           tax-xażi u tal-aċċessorji tax-xażi (11.8 %).

Kif muri fl-Anness I, dawn iċ-ċifri jenfasizzaw l-importanza ta’ spezzjonijiet mal-ġenb tat-triq għas-sikurezza fit-triq. Meta wieħed iqabbel id-dejta mal-perjodu ta’ rapportar preċedenti, jara li anki qabel kienu ġew identifikati oqsma problematiċi simili.

Għal nuqqasijiet li għandhom x’jaqsmu mal-emissjonijiet u t-tnixxijiet li, barra milli huma periklu għas-sikurezza tat-triq jista’ jkollhom ukoll impatt fuq l-ambjent, kien hemm tnaqqis ta’ tliet punti perċentwali fil-proporzjon tat-tixrid ta’ fjuwil u/jew żejt (minn 4.1 % għal 1.0 %) mill-perjodu ta’ rapportar preċedenti.

Anki fejn jidħlu elementi differenti li għandhom jiġu ttestjati – pereżempju bħal tagħmir tal-brejkijiet – ġew irrappurtati differenzi kbar fir-rati ta’ nuqqasijiet, li jvarjaw bejn 1.9 % fl-Estonja u 47.3 % fir-Renju Unit. Dan jista’ jkun minħabba l-metodi differenti ta' ttestjar applikati mill-Istati Membri. Meta tidħol fis-seħħ, id-Direttiva 2014/47/UE se tintroduċi armonizzazzjoni mtejba fil-metodi ta' ttestjar, fil-valutazzjoni tan-nuqqasijiet u fl-użu ta’ tagħmir ta’ ttestjar għal spezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq aktar dettaljati.

Id-dejta ppreżentata mill-Istati Membri dwar l-għadd ta’ spezzjonijiet li jsiru fuq il-vetturi rreġistrati f’pajjiżi li mhumiex fl-UE għadha mhijiex biżżejjed biex jiġu fformulati konklużjonijiet dwar l-affidabbiltà stradali tagħhom.

L-Anness II ta’ dan ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-għadd ta’ vetturi spezzjonati fl-Istati Membri skont il-pajjiż ta’ reġistrazzjoni u l-proporzjon ta’ projbizzjonijiet imposti.

6.           TIPI TA’ PENALI

Id-Direttiva ma tistabbilixxix sistema ta’ penali għall-infrazzjonijiet li jiġu osservati. Il-penali għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tax-xufier jew tal-pajjiż fejn tkun ġiet irreġistrata jew fejn tkun bdiet topera l-vettura.

Jekk ikun ovvju li l-vettura kummerċjali tkun ta’ riskju serju għall-okkupanti tagħha jew għall-utenti l-oħra tat-triq, l-awtorità jew l-ispettur li jwettaq l-ispezzjoni teknika għandu l-awtorizzazzjoni, skont id-Direttiva 2000/30/KE, li jwaqqaf l-użu tal-vettura sakemm in-nuqqasijiet perikolużi identifikati jissewwew.

Nuqqasijiet serji li jinstabu f’vettura kummerċjali li hija ta’ persuna mhux residenti, b’mod partikolari dawk li jwasslu biex l-użu tagħha jitwaqqaf, għandhom jiġu nnotifikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun ġiet irreġistrata l-vettura.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkunu identifikaw in-nuqqas serju jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun ġiet irreġistrata l-vettura biex jieħdu l-miżuri xierqa, bħal pereżempju jitolbu li ssir spezzjoni oħra sabiex jiġi vverifikat jekk il-vettura hijiex tajba għat-triq. Madankollu, mhu meħtieġ ebda rapportar f'każijiet ta' dan it-tip.

7.           KONKLUŻJONIJIET FIL-QOSOR

Kien hemm titjib fil-konformità mal-obbligi ta’ rapportar, għalkemm ir-rapporti mill-Istati Membri xorta għadhom neqsin minn ċerta dejta statistika ewlenija, b’mod partikolari dik dwar il-kategoriji ta’ vetturi, il-punti ta’ spezzjoni, l-oriġini tal-vetturi spezzjonati u n-numru ta’ projbizzjonijiet imposti. L-Istati Membri mhux dejjem osservaw l-iskadenza stabbilita fil-leġiżlazzjoni biex jipprovdu d-dejta; f’xi każijiet dawn ingħataw biss meta l-Kummissjoni nediet investigazzjonijiet bilaterali mal-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti. Xi Stati Membri baqgħu ma jużawx il-format elettroniku standardizzat għat-tressiq tad-dejta li rrakkomandat il-Kummissjoni Ewropea għat-tressiq tad-dejta. Il-Kummissjoni baqgħet tirrakkomanda li jibqa’ jintuża l-format elettroniku standardizzat, peress li dan jappoġġja t-tressiq ta’ dejta aktar kompluta.

Jistgħu jinstiltu diversi konklużjonijiet minn dan ir-rapport rigward l-ispezzjonijiet mal-ġenb tat-triq ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-UE.

L-għadd totali annwali ta’ vetturi spezzjonati fl-UE jirrappreżenta aktar minn 40 % tal-flotta ta’ vetturi kummerċjali għall-UE kollha kemm hi, b’varjazzjoni ta’ anqas minn 1 % fil-Portugall għal aktar minn 100 % fil-Ġermanja, l-Ungerija u l-Bulgarija. Il-mira futura tal-UE ta’ 5 % — stipulata fid-Direttiva l-ġdida 2014/47/UE dwar l-ispezzjoni mal-ġenb tat-triq — għalhekk għandha tkun tista’ tintlaħaq faċilment mill-Istati Membri kollha. Madankollu, 11-il Stat Membru għadhom taħt il-mira tal-UE b'mod sostanzjali, u għalhekk għandhom iżidu l-attività ta’ spezzjoni teknika mal-ġenb tat-triq.

Il-proporzjon ta’ vetturi domestiċi min-numru totali ta’ vetturi spezzjonati jvarja wkoll b’mod sostanzjali. Fil-Belġju, il-Lussemburgu u l-Awstrija, fejn il-proporzjon ta’ spezzjonijiet fuq vetturi domestiċi huwa taħt il-50 %, għandhom isiru sforzi biex tiġi żgurata rata aktar ibbilanċjata ta’ verifiki, u li hija aktar konformi ma’ dawk fi Stati Membri oħra bi traffiku fi tranżitu sinifikanti.

Il-proporzjon ta’ vetturi pprojbiti fir-rigward tal-għadd totali ta' vetturi spezzjonati juri varjazzjonijiet konsiderevoli, minn anqas minn 1 % fil-Polonja għal aktar minn 80 % fl-Estonja. Iċ-ċifri rrapportati jissuġġerixxu li l-effiċjenza tal-ispezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq jistgħu jiżdiedu billi l-verifiki li jitwettqu jiġu mmirati aħjar. Permezz ta' immirar aħjar, anki l-piż amministrattiv jista’ jitnaqqas, kemm għall-awtoritajiet tal-infurzar kif ukoll għall-operaturi tat-trasport. Id-Direttiva l-ġdida 2014/47/UE dwar l-ispezzjoni mal-ġenb tat-triq teħtieġ li l-Istati Membri jibdlu s-sistemi ta' spezzjoni li qed jużaw, billi jeqilbu minn verifiki purament każwali għal approċċ aktar immirat.

L-aktar nuqqasijiet frekwenti identifikati waqt l-ispezzjonijiet jikkonċernaw il-kundizzjoni tal-affidabbiltà stradali tat-tagħmir tat-tidwil, tar-roti, tat-tajers u tax-xażi. Madankollu, jistgħu jiġu osservati varjazzjonijiet sinifikanti f’dawn in-nuqqasijiet minn Stat Membru għall-ieħor. Il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni partikolari lill-kategoriji ta’ nuqqasijiet li għadhom l-aktar problematiċi, u biex jaġġustaw il-metodi ta’ spezzjoni li jużaw skont kif xieraq.

[1]               Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (tfassil mill-ġdid), (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72.

[2]               Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12.

[3]               Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq, ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1.

[4]               Id-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fl-Unjoni humiex tajba għat-triq ĠU L 127, 29.4.2014, p. 134.

[5]               Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/47/UE tal- 5 ta’ Lulju 2010 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2000/30/KE, ĠU L 173, 8.7.2010, p. 33.

[6]COM(2013) 303.

ANNESS I: NUQQASIJIET IDENTIFIKATI GĦAL KULL PUNT TA’ SPEZZJONI

ANNESS II: VETTURI SPEZZJONATI U R-RATA TAL-PROJBIZZJONI SKONT L-ISTAT MEMBRU

NOTA: Iċ-ċifri rrapportati hawn taħt ma jikkunsidrawx il-fatt li l-ferroviji tat-triq u l-vetturi artikolati tqiesu separatament.

Pajjiż ta' oriġini || Pajjiżi li għamlu l-verifiki (numru ta’ verifiki mwettqa; % ta’ projbizzjoni)

AT ||   || BE ||   || BG ||   || CY ||   || CZ ||   || DE ||   || DK ||  

Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || %

AD || || || || || || || || || || 0.0 % || || || ||

AL || 3 || 66.7 % || || || || || || || 3 || || || || ||

AR || || || || || || || || || || || || || ||

AT || 14 019 || 41.7 % || 121 || 1.7 % || 1 174 || 1.4 % || || || 701 || 2.3 % || || || || 0.0 %

AZ || 1 || 0.0 % || || || || || || || || || || || ||

BA || 169 || 59.2 % || || || || || || || 66 || 3.0 % || || || ||

BE || 61 || 47.5 % || 6 887 || 8.6 % || 155 || 5.2 % || || || 54 || 3.7 % || || || 3 || 33.3 %

BG || 761 || 60.4 % || 244 || 8.2 % || 404 750 || 2.5 % || || || 816 || 3.2 % || || || 6 || 33.3 %

BL || || || || || || || || || || || || || ||

BR || 1 || 0.0 % || || || || || || || || || || || ||

BY || 66 || 42.4 % || || || || || || || 255 || 2.4 % || || || ||

CA || || || || || || || || || || || || || ||

CH || 103 || 44.7 % || || || || || || || 13 || || || || ||

CS || 338 || 62.4 % || || || || || || || || 0.0 % || || || ||

CY || 21 || 52.4 % || 8 || 0.0 % || 1 438 || 0.0 % || 1 054 || 159.8 % || 9 || || || || || 0.0 %

CZ || 2 212 || 44.3 % || 534 || 5.1 % || 2 437 || 1.9 % || || || 73 191 || 3.5 % || || || || 0.0 %

DE || 1 903 || 35.3 % || 1 608 || 2.6 % || 1 363 || 1.6 % || || || 2 917 || 1.6 % || 1 266 270 || 1.1 % || 11 || 18.2 %

DK || 31 || 41.9 % || 56 || 5.4 % || 113 || 0.0 % || || || 20 || || || || 404 || 33.9 %

EE || 27 || 59.3 % || 43 || 4.7 % || 252 || 1.6 % || || || 165 || 1.2 % || || || 2 ||

EI || || || || || || || || || || || || || ||

EL || 104 || 59.6 % || 19 || 15.8 % || 8 087 || 4.7 % || || || 81 || 1.2 % || || || || 0.0 %

ES || 104 || 51.9 % || 689 || 6.5 % || 305 || 4.3 % || || || 299 || 1.0 % || || || 2 ||

FI || 15 || 33.3 % || 18 || 5.6 % || 39 || 0.0 % || || || 14 || || || || 2 ||

Pajjiż ta' oriġini || Pajjiżi li għamlu l-verifiki (numru ta’ verifiki mwettqa; % ta’ projbizzjoni)

AT ||   || BE ||   || BG ||   || CY ||   || CZ ||   || DE ||   || DK ||  

Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || %

FR || 34 || 44.1 % || 1 278 || 5.0 % || 289 || 0.0 % || || || 38 || || || || || 0.0 %

GE || 8 || 75.0 % || || || || || || || || || || || ||

HR || 288 || 50.0 % || || || || || || || 136 || 3.7 % || || || ||

HU || 3 590 || 59.1 % || 313 || 2.9 % || 4 962 || 3.8 % || || || 2 912 || 2.1 % || || || || 0.0 %

IE || 35 || 48.6 % || 60 || 6.7 % || 20 || 0.0 % || || || 22 || || || || 2 || 50.0 %

IR || 6 || 50.0 % || || || || || || || || || || || ||

IS || || || || || || || || || || 0.0 % || || || ||

IT || 814 || 36.2 % || 409 || 5.4 % || 878 || 4.6 % || || || 234 || || || || || 0.0 %

KG || || || || || || || || || || || || || ||

KZ || || || || || || || || || || || || || ||

LI || 19 || 36.8 % || || || || || || || || || || || ||

LT || 243 || 56.0 % || 392 || 3.3 % || 614 || 1.6 % || || || 1 082 || 0.8 % || || || 6 ||

LU || 8 || 25.0 % || 470 || 1.7 % || 2 || 0.0 % || || || 25 || || || || 3 ||

LV || 91 || 52.7 % || 70 || 5.7 % || 456 || 0.2 % || || || 254 || 0.4 % || || || 5 || 60.0 %

MC || || || || || || || || || || || || || ||

MD || 51 || 68.6 % || || || || || || || 15 || 0.0 % || || || ||

ME || 13 || 84.6 % || || || || || || || 3 || || || || ||

MK || 75 || 56.0 % || || || || || || || 134 || 3.0 % || || || 1 ||

MT || 6 || 50.0 % || 3 || 0.0 % || 1 || 0.0 % || || || 3 || || || || || 0.0 %

NL || 284 || 34.9 % || 2 069 || 5.1 % || 976 || 1.1 % || || || 237 || 1.3 % || || || 16 ||

NO || 2 || 0.0 % || || || || || || || 5 || || || || ||

Mhux tal-UE || || || || || || || || || || || || || ||

Stati Membri tal-UE oħrajn || || || || || || || || || || || 623 308 || 2.9 % || ||

Stati Membri mhux tal-UE oħrajn || || || 482 || 5.6 % || || || || || || || 87 859 || 2.6 % || ||

Pajjiż ta' oriġini || Pajjiżi li għamlu l-verifiki (numru ta’ verifiki mwettqa; % ta’ projbizzjoni)

AT ||   || BE ||   || BG ||   || CY ||   || CZ ||   || DE ||   || DK ||  

Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || %

PL || 1 392 || 54.5 % || 1 413 || 5.2 % || 7 981 || 2.8 % || || || 12 112 || 2.4 % || || || 20 || 30.0 %

PT || 68 || 58.8 % || 342 || 9.4 % || 494 || 1.2 % || || || 177 || 0.6 % || || || 2 || 50.0 %

RO || 2 072 || 63.9 % || 485 || 7.4 % || 17 149 || 7.6 % || || || 2 844 || 2.6 % || || || 6 || 33.3 %

RS || || || || || || || || || 585 || 1.7 % || || || ||

RU || 47 || 55.3 % || || || || || || || 249 || || || || ||

SE || 22 || 22.7 % || 28 || 3.6 % || 93 || 0.0 % || || || 48 || || || || 2 || 50.0 %

SI || 1 054 || 52.2 % || 165 || 3.0 % || 1 138 || 11.3 % || || || 271 || 2.2 % || || || || 0.0 %

SK || 1 656 || 53.5 % || 404 || 3.2 % || 2 074 || 6.4 % || || || 8 403 || 2.5 % || || || 6 ||

SM || || || || || || || || || || || || || ||

SV || 1 || 100.0 % || || || || || || || || || || || ||

TJ || || || || || || || || || || || || || ||

TM || || || || || || || || || || || || || ||

TN || 2 || 0.0 % || || || || || || || || || || || ||

TR || 262 || 40.8 % || || || || || || || 257 || 0.4 % || || || ||

UA || 96 || 63.5 % || || || || || || || 373 || 2.4 % || || || 2 || 50.0 %

UK || 42 || 59.5 % || 189 || 8.5 % || 103 || 0.0 % || || || 18 || || || || 5 ||

US || 1 || 100.0 % || || || || || || || || || || || ||

UZ || || || || || || || || || || || || || ||

VA || || || || || || || || || || || || || ||

XK || 5 || 60.0 % || || || || || || || || || || || ||

ZM || 1 || 100.0 % || || || || || || || || || || || ||

Pajjiż ta' oriġini || Pajjiżi li għamlu l-verifiki (numru ta’ verifiki mwettqa; % ta’ projbizzjoni)

EE ||   || EL ||   || ES ||   || FI ||   || FR ||   || HU ||   || IE ||  

Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || %

AD || || || || || || || || || || || || || ||

AL || || || 247 || 5.3 % || || || || || || || || || ||

AR || || || || || || || || || || || || || ||

AT || || || 137 || 4.4 % || || 0.0 % || 4 || || 2 207 || 17.9 % || 3 008 || 0.6 % || || 0.0 %

AZ || || || || || || || 4 || || || || || || ||

BA || || || 5 || || || || || || || || || || ||

BE || || || 25 || || || 0.0 % || 20 || || 57 393 || 18.0 % || 39 || 0.0 % || || 0.0 %

BG || || || 2 325 || 2.5 % || || 0.0 % || 50 || || 17 094 || 15.7 % || 3 144 || 3.9 % || || 0.0 %

BL || || || || || || || || || || || || || ||

BR || || || || || || || || || || || || || ||

BY || || || || || || || 47 || || || || || || ||

CA || || || || || || || 4 || || || || || || ||

CH || || || || || || || 3 || || || || || || ||

CS || || || || || || || || || || || || || ||

CY || || || 6 || || || 0.0 % || || || 71 || 28.2 % || 0 || 0.0 % || || 0.0 %

CZ || || || 14 || || || 0.0 % || 52 || || 19 722 || 12.5 % || 3 729 || 1.6 % || || 0.0 %

DE || 1 || 100.0 % || 44 || 2.3 % || || 0.0 % || 98 || || 59 102 || 18.1 % || 1 239 || 2.3 % || || 0.0 %

DK || || || || || || 0.0 % || 59 || || 1 745 || 22.0 % || 38 || 0.0 % || || 0.0 %

EE || 1 647 || 92.1 % || || || || 0.0 % || 600 || || 1 487 || 15.7 % || 151 || 0.0 % || || 0.0 %

EI || || || || || || || || || || || || || ||

EL || || || 18 726 || 6.8 % || || 0.0 % || 2 || || 2 893 || 32.6 % || 67 || 0.0 % || || 0.0 %

ES || || || 4 || || || 0.0 % || 2 || || 171 093 || 18.0 % || 202 || 6.4 % || || 0.0 %

FI || 1 || 100.0 % || || || || 0.0 % || 10 284 || || 421 || 14.7 % || 18 || 0.0 % || || 0.0 %

Pajjiż ta' oriġini || Pajjiżi li għamlu l-verifiki (numru ta’ verifiki mwettqa; % ta’ projbizzjoni)

EE ||   || EL ||   || ES ||   || FI ||   || FR ||   || HU ||   || IE ||  

Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || %

FR || || || 2 || || || 0.0 % || 9 || || 721 796 || 10.6 % || 84 || 13.1 % || || 0.0 %

GE || || || || || || || || || || || || || ||

HR || || || 3 || || || || 5 || || || || || || ||

HU || 1 || 100.0 % || 18 || || || 0.0 % || 12 || || 13 622 || 12.5 % || 252 209 || 1.7 % || || 0.0 %

IE || || || || || || 0.0 % || || 0.0 % || 2 406 || 14.9 % || 69 || 11.6 % || 11 988 || 43.4 %

IR || || || || || || || || || || || || || ||

IS || || || || || || || || || || || || || ||

IT || || || 36 || || || 0.0 % || 3 || || 66 779 || 19.1 % || 1 012 || 1.4 % || || 0.0 %

KG || || || || || || || || || || || || || ||

KZ || || || || || || || 2 || || || || || || ||

LI || || || || || || || 2 || || || || || || ||

LT || 7 || 57.1 % || || || || 0.0 % || 96 || || 12 650 || 14.7 % || 1 404 || 2.8 % || || 0.0 %

LU || || || || || || 0.0 % || || || 11 246 || 19.3 % || 3 || 0.0 % || || 0.0 %

LV || 12 || 75.0 % || 2 || || || 0.0 % || 105 || || 7 660 || 12.7 % || 400 || 2.0 % || || 0.0 %

MC || || || || || || || || || || || || || ||

MD || || || 19 || 5.3 % || || || 9 || || || || || || ||

ME || || || || || || || || || || || || || ||

MK || || || 126 || || || || || || || || || || ||

MT || || || || || || 0.0 % || || || 58 || 8.6 % || 0 || 0.0 % || || 0.0 %

NL || || || 6 || || || 0.0 % || 78 || || 41 669 || 19.1 % || 494 || 3.8 % || || 0.0 %

NO || || || || || || || 4 || || || || || || ||

Mhux tal-UE || 6 || 100.0 % || || || || || || || || || || || ||

Stati Membri tal-UE oħrajn || || || || || || || || || || 0.0 % || || || ||

Stati Membri mhux tal-UE oħrajn || || || || || || || || || 15 164 || 16.6 % || || || ||

Pajjiż ta' oriġini || Pajjiżi li għamlu l-verifiki (numru ta’ verifiki mwettqa; % ta’ projbizzjoni)

EE ||   || EL ||   || ES ||   || FI ||   || FR ||   || HU ||   || IE ||  

Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || %

PL || 12 || 58.3 % || 91 || 1.1 % || || 0.0 % || 264 || || 64 920 || 12.9 % || 16 794 || 1.4 % || || 0.0 %

PT || || || || || || 0.0 % || || || 65 603 || 13.8 % || 32 || 0.0 % || || 0.0 %

RO || || || 1 416 || 3.2 % || || 0.0 % || 23 || || 35 842 || 15.7 % || 24 107 || 4.3 % || || 0.0 %

RS || || || 91 || 2.2 % || || || || || || || || || ||

RU || || || 11 || || || || 5 359 || || || || || || ||

SE || 3 || 100.0 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 89 || || 269 || 16.7 % || 155 || 3.9 % || || 0.0 %

SI || || || 16 || || || 0.0 % || 9 || || 5 023 || 15.2 % || 4 030 || 2.0 % || || 0.0 %

SK || || || || 0.0 % || || 0.0 % || 11 || || 21 614 || 14.9 % || 15 728 || 1.3 % || || 0.0 %

SM || || || || || || || || || || || || || ||

SV || || || || || || || || || || || || || ||

TJ || || || || || || || || || || || || || ||

TM || || || || || || || || || || || || || ||

TN || || || || || || || || || || || || || ||

TR || || || 129 || 0.8 % || || || 18 || || || || || || ||

UA || || || 14 || || || || 223 || || || || || || ||

UK || 1 || 100.0 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 12 || || 11 568 || 12.9 % || 46 || 34.8 % || || 0.0 %

US || || || || || || || || || || || || || ||

UZ || || || || || || || || || || || || || ||

VA || || || || || || || || || || || || || ||

XK || || || || || || || || || || || || || ||

ZM || || || || || || || || || || || || || ||

Pajjiż ta' oriġini || Pajjiżi li għamlu l-verifiki (numru ta’ verifiki mwettqa; % ta’ projbizzjoni)

IT ||   || LT ||   || LU ||   || LV ||   || MT ||   || NL ||   || PL ||  

Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || %

AD || || || || || || || || || || || || || ||

AL || || || || || || || || || || || || || 2 ||

AR || || || || || || || || || || || || || 7 ||

AT || 30 || 6.7 % || || 0.0 % || 6 || 116.7 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 18 || 0.0 % || 286 ||

AZ || || || || || || || || || || || || || 74 ||

BA || || || || || || || || || || || || || 442 ||

BE || 40 || 20.0 % || || 0.0 % || 77 || 57.1 % || 2 || || || 0.0 % || 252 || 2.0 % || 97 ||

BG || 57 || 29.8 % || 127 || 6.3 % || 25 || 120.0 % || 14 || 14.3 % || || || 51 || 0.0 % || 2 547 ||

BL || || || || || || || || || || 0.0 % || || || ||

BR || || || || || || || || || || || || || ||

BY || || || || || || || || || || || || || 12 295 ||

CA || || || || || || || || || || || || || ||

CH || || || || || || || || || || 0.0 % || || || 36 ||

CS || || || || || || || || || || || || || 1 ||

CY || 1 || 100.0 % || || 0.0 % || 2 || 100.0 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 8 || 0.0 % || 5 ||

CZ || 60 || 13.3 % || 345 || 0.3 % || 13 || 53.8 % || 8 || 12.5 % || || 0.0 % || 82 || 1.2 % || 9 082 ||

DE || 106 || 10.4 % || 254 || || 161 || 67.7 % || 10 || || 7 || 0.0 % || 297 || 2.4 % || 3 126 ||

DK || 8 || || 30 || || 5 || 0.0 % || 9 || || || 0.0 % || 32 || 0.0 % || 133 ||

EE || 6 || 16.7 % || 1 438 || 1.3 % || 1 || 100.0 % || 106 || 6.6 % || || 0.0 % || 12 || 0.0 % || 3 345 ||

EI || || || || || || || || 0.0 % || || || || || ||

EL || 13 || 15.4 % || || 0.0 % || 4 || 75.0 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 12 || 0.0 % || 53 ||

ES || 37 || 51.4 % || 1 || || 60 || 71.7 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 104 || 1.9 % || 597 ||

FI || 5 || || 4 || 50.0 % || 8 || 87.5 % || 10 || 10.0 % || || 0.0 % || 23 || 4.3 % || 112 ||

Pajjiż ta' oriġini || Pajjiżi li għamlu l-verifiki (numru ta’ verifiki mwettqa; % ta’ projbizzjoni)

IT ||   || LT ||   || LU ||   || LV ||   || MT ||   || NL ||   || PL ||  

Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || %

FR || 254 || 29.1 % || 2 || || 56 || 76.8 % || 1 || || || 0.0 % || 42 || 0.0 % || 83 ||

GE || || || || || || || || || || || || || 103 ||

HR || || || || || || || || || || 0.0 % || || || 813 ||

HU || 75 || 13.3 % || 81 || 2.5 % || 20 || 40.0 % || 2 || || || 0.0 % || 37 || 2.7 % || 2 912 ||

IE || 5 || 40.0 % || 2 || || 6 || 16.7 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 15 || 0.0 % || 88 ||

IR || || || || || || || || || || || || || ||

IS || || || || || || || || || || || || || 18 ||

IT || 8 118 || 62.2 % || || 0.0 % || 16 || 37.5 % || || 0.0 % || 13 || 38.5 % || 52 || 3.8 % || 633 ||

KG || || || || || || || || || || || || || 62 ||

KZ || || || || || || || || || || || || || 230 ||

LI || || || || || || || || || || || || || 2 240 ||

LT || 42 || 2.4 % || 46 220 || 1.8 % || 23 || 43.5 % || 497 || 11.9 % || || 0.0 % || 162 || 1.2 % || 22 710 ||

LU || 29 || 13.8 % || || 0.0 % || 106 || 77.4 % || || 0.0 % || 2 || 0.0 % || 4 || 0.0 % || 49 ||

LV || 7 || || 4 693 || 0.5 % || 8 || 37.5 % || 3 974 || 8.0 % || || 0.0 % || 15 || 0.0 % || 7 430 ||

MC || || || || || || || || || || || || || 1 ||

MD || || || || || || || || || || || || || 820 ||

ME || || || || || || || || || || || || || 10 ||

MK || || || || || || || || || || || || || 608 ||

MT || 3 || 66.7 % || || 0.0 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 3 513 || 53.9 % || 2 || 0.0 % || 51 ||

NL || 35 || 20.0 % || 6 || || 41 || 24.4 % || 14 || || 2 || 0.0 % || 2 724 || 1.3 % || 770 ||

NO || || || || || || || || || || || || || 14 342 ||

Mhux tal-UE || 24 || 4.2 % || || || || || || || || || || || ||

Stati Membri tal-UE oħrajn || || || || || || || || || || || || || ||

Stati Membri mhux tal-UE oħrajn || || || || || || || || || || || || || ||

Pajjiż ta' oriġini || Pajjiżi li għamlu l-verifiki (numru ta’ verifiki mwettqa; % ta’ projbizzjoni)

IT ||   || LT ||   || LU ||   || LV ||   || MT ||   || NL ||   || PL ||  

Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || %

PL || 156 || 12.2 % || 16 513 || 1.5 % || 56 || 71.4 % || 202 || 7.9 % || || 0.0 % || 392 || 2.0 % || 1 033 995 || 0.9 %

PT || 29 || 10.3 % || 2 || || 11 || 9.1 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 49 || 2.0 % || 428 ||

RO || 152 || 27.6 % || 44 || 4.5 % || 54 || 90.7 % || 2 || || || 0.0 % || 60 || 0.0 % || 3 399 ||

RS || || || || || || || || || || || || || 1 056 ||

RU || || || || || || || || || || || || || 17 543 ||

SE || 3 || || 3 || || 5 || || 3 || || || 0.0 % || 15 || 0.0 % || 147 ||

SI || 52 || 11.5 % || 12 || || 10 || 60.0 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 21 || 0.0 % || 934 ||

SK || 100 || 13.0 % || 97 || 4.1 % || 24 || 41.7 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 56 || 0.0 % || 5 462 ||

SM || || || || || || || || || || || || || 126 ||

SV || || || || || || || || || || || || || ||

TJ || || || || || || || || || || || || || 0 || 0.0 %

TM || || || || || || || || || || || || || 1 774 ||

TN || || || || || || || || || || || || || ||

TR || || || || || || || || || || || || || 2 935 ||

UA || || || || || || || || || || || || || 15 649 ||

UK || 19 || 5.3 % || || 0.0 % || 13 || 69.2 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 35 || 0.0 % || 93 ||

US || || || || || || || || || || || || || ||

UZ || || || || || || || || || || || || || 9 ||

VA || || || || || || || || || || || || || 9 ||

XK || || || || || || || || || || || || || ||

ZM || || || || || || || || || || || || || ||

Pajjiż ta' oriġini || Pajjiżi li għamlu l-verifiki (numru ta’ verifiki mwettqa; % ta’ projbizzjoni)

PT ||   || RO ||   || SE ||   || SI ||   || SK ||   || UK ||  

Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || %

AD || || || || || || || || || || || ||

AL || || || || || || || || || || || ||

AR || || || || || || || || || || || ||

AT || || 0.0 % || 2 || 0.0 % || 26 || 53.8 % || 19 || 0.0 % || 115 || 7.8 % || 242 || 61.6 %

AZ || || || || || || || || || || || ||

BA || || || || || || || || || || || ||

BE || || 0.0 % || 0 || 0.0 % || 42 || 54.8 % || 0 || 0.0 % || 0 || 0.0 % || 1 245 || 65.5 %

BG || || 0.0 % || 66 || 7.6 % || 525 || 54.9 % || 117 || 2.6 % || 65 || 36.9 % || 3 731 || 84.0 %

BL || || || || || || || || || || || ||

BR || || || || || || || || || || || ||

BY || || || || || || || || || || || ||

CA || || || || || || || || || || || ||

CH || || || || || || || || || || || ||

CS || || || || || || || || || || || ||

CY || || 0.0 % || 0 || 0.0 % || 0 || 0.0 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 74 || 108.1 %

CZ || || 0.0 % || 6 || 16.7 % || 222 || 56.3 % || 16 || 0.0 % || 374 || 29.7 % || 3 155 || 65.4 %

DE || 1 || || 4 || 25.0 % || 392 || 28.6 % || 5 || 20.0 % || 58 || 13.8 % || 3 350 || 50.7 %

DK || || 0.0 % || 0 || 0.0 % || 930 || 40.5 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 118 || 66.1 %

EE || || 0.0 % || 0 || 0.0 % || 405 || 36.0 % || 2 || 0.0 % || 0 || 0.0 % || 238 || 52.9 %

EI || || || || || || || || || || || ||

EL || || 0.0 % || 0 || 0.0 % || 0 || 0.0 % || 2 || 0.0 % || || 0.0 % || 239 || 92.5 %

ES || 26 || || 0 || 0.0 % || 45 || 57.8 % || 7 || 0.0 % || || 0.0 % || 6 826 || 82.8 %

FI || || 0.0 % || 0 || 0.0 % || 989 || 26.3 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 6 || 83.3 %

Pajjiż ta' oriġini || Pajjiżi li għamlu l-verifiki (numru ta’ verifiki mwettqa; % ta’ projbizzjoni)

PT ||   || RO ||   || SE ||   || SI ||   || SK ||   || UK ||  

Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || %

FR || 2 || || 2 || 50.0 % || 18 || 44.4 % || 2 || 0.0 % || || 0.0 % || 1 596 || 57.7 %

GE || || || || || || || || || || || ||

HR || || || || || || || || || || || ||

HU || || 0.0 % || 51 || 49.0 % || 93 || 53.8 % || 165 || 2.4 % || 387 || 41.1 % || 3 354 || 66.8 %

IE || || 0.0 % || 0 || 0.0 % || 22 || 50.0 % || || 0.0 % || 1 || 0.0 % || 6 666 || 75.3 %

IR || || || || || || || || || || || ||

IS || || || || || || || || || || || ||

IT || || 0.0 % || 4 || 0.0 % || 10 || 80.0 % || 34 || 8.8 % || 3 || 33.3 % || 2 511 || 76.1 %

KG || || || || || || || || || || || ||

KZ || || || || || || || || || || || ||

LI || || || || || || || || || || || ||

LT || || 0.0 % || 1 || 0.0 % || 391 || 62.9 % || 24 || 8.3 % || 25 || 20.0 % || 3 256 || 70.9 %

LU || 1 || || 0 || 0.0 % || 3 || 33.3 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 127 || 57.5 %

LV || || 0.0 % || 0 || 0.0 % || 250 || 46.0 % || 15 || 6.7 % || 17 || 17.6 % || 359 || 72.7 %

MC || || || || || || || || || || || ||

MD || || || || || || || || || || || ||

ME || || || || || || || || || || || ||

MK || || || || || || || || || || || ||

MT || || 0.0 % || 0 || 0.0 % || 2 || 100.0 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 83 || 104.8 %

NL || || 0.0 % || 7 || 14.3 % || 382 || 31.9 % || 1 || 0.0 % || || 0.0 % || 3 871 || 55.0 %

NO || || || || || || || || || || || ||

Mhux tal-UE || || || || || || || || || || || ||

Stati Membri tal-UE oħrajn || || || || || || || || || || || ||

Stati Membri mhux tal-UE oħrajn || || || || || || || || || || || ||

Pajjiż ta' oriġini || Pajjiżi li għamlu l-verifiki (numru ta’ verifiki mwettqa; % ta’ projbizzjoni)

PT ||   || RO ||   || SE ||   || SI ||   || SK ||   || UK ||  

Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || % || Verifiki || %

PL || 2 || 50.0 % || 61 || 41.0 % || 1 905 || 58.4 % || 145 || 2.1 % || 605 || 30.6 % || 11 679 || 73.0 %

PT || 463 || 3.2 % || 0 || 0.0 % || 21 || 66.7 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 2 900 || 84.7 %

RO || 1 || || 19 319 || 45.6 % || 143 || 64.3 % || 189 || 6.3 % || 216 || 31.5 % || 5 567 || 86.6 %

RS || || || || || || || || || || || ||

RU || || || || || || || || || || || ||

SE || || 0.0 % || 1 || 0.0 % || 32 656 || 11.7 % || || 0.0 % || || 0.0 % || 55 || 63.6 %

SI || || 0.0 % || 3 || 0.0 % || 33 || 45.5 % || 2 805 || 1.9 % || 9 || 33.3 % || 1 068 || 73.7 %

SK || || 0.0 % || 3 || 33.3 % || 67 || 70.1 % || 90 || 2.2 % || 11 215 || 31.3 % || 2 743 || 70.9 %

SM || || || || || || || || || || || ||

SV || || || || || || || || || || || ||

TJ || || || || || || || || || || || ||

TM || || || || || || || || || || || ||

TN || || || || || || || || || || || ||

TR || || || || || || || || || || || ||

UA || || || || || || || || || || || ||

UK || || 0.0 % || 0 || 0.0 % || 25 || 64.0 % || || 0.0 % || 1 || 200.0 % || 97 536 || 41.0 %

US || || || || || || || || || || || ||

UZ || || || || || || || || || || || ||

VA || || || || || || || || || || || ||

XK || || || || || || || || || || || ||

ZM || || || || || || || || || || || ||