52014DC0506

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI RAPPORT ANNWALI 2013 DWAR IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ /* COM/2014/0506 final */


1.           Introduzzjoni

Dan huwa l-21 rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità fit-tfassil tal-liġijiet tal-UE, ippreżentat skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji (minn issa’ l quddiem “il-Protokoll”) mehmuża mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Ir-rapport iħares lejn kif l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE implimentaw dawn iż-żewġ prinċipji u kif evolviet il-prassi meta mqabbel ma’ snin preċedenti. Huwa jipprovdi wkoll analiżi aktar dettaljata ta’ numru ta’ proposti tal-Kummissjoni li kienu s-suġġett ta’ opinjonijiet motivati mressqa mill-Parlamenti nazzjonali fl-2013. Minħabba r-rabtiet mill-qrib bejn il-mekkaniżmi ta' kontroll tas-sussidjarjetà u d-djalogu politiku bejn il-Parlamenti nazzjonali u l-Kummissjoni, dan ir-rapport għandu jitqies bħala kumplimentari għar-rapport annwali tal-Kummissjoni għas-sena 2013 dwar ir-relazzjonijiet mal-Parlamenti nazzjonali.[1]

2.           L-applikazzjoni tal-prinċipji mill-istituzzjonijiet

2.1.        Il-Kummissjoni

Għal meta tkun qed tiżviluppa l-politiki, il-Kummissjoni introduċiet proċeduri sabiex tivvaluta l-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fi stadji differenti fiċ-ċiklu ta’ teħid ta’ deċiżjoni skont il-prinċipji tar-regolamentazzjoni intelliġenti. Qabel ma tipproponi inizjattivi ġodda, hija tikkontrolla li l-azzjoni fil-livell tal-UE tkun leġittima u neċessarja. Jiġu ppubblikati pjani direzzjonali għall-inizjattivi ġodda ewlenin kollha.[2] Il-pjani direzzjonali jipprovdu deskrizzjoni preliminari ta’ dawn l-inizjattivi potenzjali u jiddeskrivu l-pjani tal-Kummissjoni għall-politika u x-xogħol ta’ konsultazzjoni. Dawn jinkludu wkoll ġustifikazzjoni inizjali għall-azzjoni fir-rigward tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Meta jkun hemm bżonn li ssir valutazzjoni tal-impatt, il-partijiet ikkonċernati jiġu mistiedna, permezz ta’ eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika, li jikkummentaw dwar il-ħtieġa ta’ azzjoni u dwar soluzzjonijiet possibbli għall-problemi identifikati. Abbażi tat-tweġibiet għal din il-konsultazzjoni u ta' kontributi rilevanti oħra, il-valutazzjonijiet tal-impatt janalizzaw is-sussidjarjetà u jevalwaw il-proporzjonalità tal-opzjonijiet eżaminati. Il-Linji Gwida għall-valutazzjoni ta’ impatt jipprovdu gwida dwar il-valutazzjoni tal-ħtieġa għal azzjoni tal-UE u l-valur li din iżżid[3].

Aktar tard fil-proċess tal-iżvilupp tal-politika, il-valutazzjonijiet tal-impatt jinflew bir-reqqa mill-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt.[4] Fl-2013, il-Bord eżamina 97 valutazzjoni tal-impatt u ħareġ 142 opinjoni. Huwa kkumenta fuq kwistjonijiet ta' sussidjarjetà u proporzjonalità f’aktar minn terz (34 %) tal-każijiet li eżamina. Dan juri x'importanza tagħti l-Kummissjoni għall-eżami tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità meta tkun qed tħejji proposti leġiżlattivi. Il-memorandum ta’ spjegazzjoni li jakkumpanja l-proposta leġiżlattiva jistabbilixxi wkoll kif il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Il-proposta għal Direttiva dwar għajnuna legali provviżorja għal persuni ssuspettati jew mixlija, li huma mċaħħda mil-libertà kif ukoll għajnuna legali fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew[5] hija eżempju ta’ każ fejn l-aspetti tas-sussidjarjetà kienu diskussi b'mod qawwi. Il-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt ta opinjoni pożittiva iżda kompla jikkunsudra li "r-rapport għandu jiddeskrivi b’mod aktar ċar liema huma l-problemi ta' drittijiet fundamentali li mhux qed jiġu indirizzati biżżejjed fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell ta' QEDB li jeħtieġu azzjoni tal-UE. Huwa għandu jidentifika liema Stati Membri m'għandhomx oqfsa ta' għajnuna legali fis-seħħ biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tad-Direttiva dwar l-aċċess għal avukat, b’tali mod li jkun ċar fejn Stati Membri jkunu jaqgħu taħt ir-rekwiżiti meħtieġa u fejn l-azzjoni tal-UE tkun meħtieġa biex jiġu żgurati standards minimi ta' drittijiet". B'riżultat ta' dan, it-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-impatt ġew imsaħħa u l-insuffiċjenza tas-soluzzjonijiet eżistenti ġiet spjegata b’mod aktar ċar.

Eżempju ieħor hija l-proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta’ denunzja standard tal-VAT.[6] Il-Bord ikkunsidra li "r-rapport għandu jiżviluppa ulterjorment l-analiżi tas-sussidjarjetà". B'mod aktar speċifiku, huwa talab għal aktar dettalji li juru li d-denunzji tal-VAT bħalissa ma jaħdmux b’mod effiċjenti u joħolqu piżijiet żejda għan-negozji, u juri li l-opzjoni ppreferuta mhux se twassal għal piżijiet addizzjonali għall-Istati Membri b’sistemi tal-VAT inqas kumplessi. It-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-impatt ġew emendati f’konformità ma’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, u b'hekk jipprovdu spjegazzjoni aħjar dwar ir-raġunijiet li ċerti standards minimi huma meħtieġa biex jitnaqqsu l-ostakli għall-kummerċ transfruntier u biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq in-negozju.

Ġew diskussi aspetti ta’ proporzjonalità, pereżempju, fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta għal Regolament dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji.[7] Il-Bord irrakomanda li l-valutazzjoni tal-impatt "tispjega aħjar kif se tiġi żgurata l-proporzjonalità, b'mod partikolari għal kontribwenti/produtturi ta' parametri referenzjarji iżgħar jew inqas riskjużi". B'riżultat ta' dan, il-valutazzjoni tal-impatt riveduta kienet tinkludi spjegazzjoni aktar dettaljata, li tfisser b’mod partikolari kif ir-rekwiżiti jiġu adattati b’tali mod li l-miżuri ppjanati jkunu inqas onerużi għal produtturi iżgħar.

Permezz tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, il-Bord jgħin biex tittejjeb l-analiżi tal-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. L-opinjonijiet tiegħu jipprovdu appoġġ kruċjali għal proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi tal-Kummissjoni.

Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huma wkoll kruċjali fil-kuntest ta’ evalwazzjoni retrospettiva li tevalwa kemm l-azzjonijiet tal-UE jibqgħu meħtieġa u jekk humiex qed iwasslu fil-fatt għar-riżultati mistennija u jekk fl-aħħar mill-aħħar humiex qed itejbu l-kundizzjonijiet għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej u jekk humiex qed jikkontribwixxu għar-rwol globali tal-UE f'livell li ma jkunx jista' jintlaħaq mill-Istati Membri waħedhom. Il-Kummissjoni hija impenjata biex "l-ewwel tevalwa", u biex tanalizza l-prestazzjoni passata qabel tikkunsidra bidliet potenzjali. Bil-ġbir tal-evidenza u bl-identifikati ta' lezzjonijiet li jistgħu jkunu ta' kontribut fit-teħid tad-deċiżjonijiet, l-UE qed tagħmel l-evalwazzjoni tal-politika tal-UE parti integrali u permanenti fit-tfassil tal-politika tagħha. Tabilħaqq, il-valur miżjud tal-UE, jew l-evalwazzjoni tar-rwol li għandu l-intervent fil-livell tal-UE u li tiġi ffurmata opinjoni dwar jekk l-azzjoni kontinwa għadhiex meħtieġa f’dak il-livell, huwa waħda mill-ħames kwistjonijiet kruċjali ta’ valutazzjoni (l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, il-valur miżjud tal-UE) li l-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE jiġu b'mod regolari evalwati bihom.[8]

2.2.        Il-Parlamenti nazzjonali

Fl-2013, il-Kummissjoni rċeviet 88 opinjoni motivata[9] mill-Parlamenti nazzjonali rigward ir-rispett tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà (ara l-anness), żieda ta’ 25 % fuq is-sena ta' qabel (70 opinjoni motivata fl-2012). L-opinjonijiet motivati li daħlu fl-2013 kienu jammontaw ukoll għal proporzjon ogħla (14 %) tan-numru globali ta’ opinjonijiet li l-Kummissjoni rċeviet fil-kuntest tad-djalogu politiku usa’ ma’ Parlamenti nazzjonali (621). Fl-2012 u fl-2011, ftit aktar minn 10 % tal-opinjonijiet kienu opinjonijiet motivati.

Fl-2013, għat-tieni darba, skattat il-"karta s-safra" mill-Parlamenti nazzjonali fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà, jiġifieri dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (European Public Prosecutor's Office - EPPO).[10] Dan il-proċess huwa deskritt f’aktar dettall fil-Kapitolu 3.

L-opinjonijiet motivati għadhom ivarjaw bil-bosta fil-forma u fit-tip ta’ argumenti mressqa mill-Parlamenti nazzjonali f'sostenn tal-konklużjoni tagħhom li l-prinċipju ta’ sussidjarjetà ikun inkiser. Bħal fl-2012, il-Parlamenti nazzjonali ħarġu opinjonijiet motivati dwar diversi suġġetti fl-2013. It-88 opinjoni motivata maħruġa kienu jkopru 36[11] proposta tal-Kummissjoni. Il-proposta tal-EPPO ġġenerat 13-il opinjoni mmotivata; it-tieni l-ogħla numru ta’ opinjonijiet motivati (disgħa) ġew maħruġa b’rabta mal-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta.[12] Il-Parlamenti nazzjonali ħarġu seba’ opinjonijiet motivati dwar il-proposta għal Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati[13] kif ukoll dwar il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet.[14] (Għal aktar dettalji, ara l-Anness ta' dan ir-rapport).

Bħal fl-2012, ir-Riksdag Svediż kien il-Parlament nazzjonali li ħareġ, bil-bosta, l-ogħla numru ta’ opinjonijiet motivati (9), għalkemm dan kien ħafna inqas minn kemm ħareġ fl-2012 (20). Il-Bundesrat Awstrijak u s-Seimas Litwan ħarġu t-tieni l-ogħla numru ta' opinjonijiet motivati (6 kull wieħed), u wara ġew iż-żewġ kmamar Spanjoli (il-Congreso de los Disputados u s-Senado), il-Kamra tad-Deputati ta' Malta, it-Tweede Kameer Olandiża u l-House of Commons tar-Renju Unit (5 kull wieħed).

2.3.        Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill

a) Il-Parlament Ewropew

Fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, il-Parlament Ewropew ikkonsolida l-prassi tiegħu ta’ rapporti leġiżlattivi ta' appoġġ fuq inizjattiva proprja abbażi tal-Artikolu 225 TFUE b'analiżi bbażatat fuq evidenza tal-valur miżjud potenzjali tal-UE. B'kollox, fl-2013 ġew finalizzati ħames valutazzjonijiet li jakkumpanjaw rapporti leġiżlattivi fuq inizjattiva proprja mill-Parlament Ewropew. Dawn kienu jkopru:

· governanza aħjar tas-Suq Uniku;

· il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa;

· Direttiva dwar it-trasferiment transfruntier ta' uffiċċju reġistrat ta’ kumpanija (l-14-il Direttiva tad-dritt soċjetarju);

· l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali ta’ valur ugwali; u

· l-istatut għal impriżi mutwi Ewropej.

Barra minn hekk, fl-2013 tlestew ħames rapporti dwar "il-prezz tan-non-Ewropa". Dawn tfasslu biex jiġu studjati l-possibbiltajiet għal qligħ u/jew għar-realizzazzjoni ta' "ġid pubbliku" permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-UE f’oqsma speċifiċi ta’ politika. Dawn kienu jkopru:

· il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-UE;

· aktar koordinazzjoni bejn id-donaturi tal-UE;

· il-kodiċi Ewropew dwar id-dritt internazzjonali privat;

· is-suq uniku għall-enerġija; u

· il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini u n-negozji permezz tas-simplifikazzjoni tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti dokumenti pubbliċi fl-UE.

Fl-2013, l-Unità tal-Valutazzjoni tal-Impatt ex ante tal-Parlament Ewropew ipproduċiet 50 valutazzjoni inizjali ta’ valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni, żewġ evalwazzjonijiet dettaljalti tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni, tliet valutazzjonijiet tal-impatt dwar l-emendi tal-Parlament (b’kollox, ġew evalwati 20 emenda) u valutazzjoni tal-impatt waħda alternattiva (f’każ fejn il-Kummissjoni ma kinitx ipproduċiet waħda).

b) Il-Kunsill

Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 2, il-Kunsill għadda lill-parlamenti nazzjonali l-abbozzi tal-atti leġiżlattivi kollha u l-abbozzi emendati li joriġinaw minn grupp ta’ Stati Membri, mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). Bħala korollarju ta’ dan l-obbligu (taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tal-Protokoll), il-President tal-Kunsill jgħaddi kull opinjoni dwar abbozz ta’ att leġiżlattiv li joriġina minn grupp ta’ Stati Membri lill-gvernijiet ta’ dawk l-Istati Membri. Bl-istess mod, il-President tal-Kunsill jgħaddi kull opinjoni dwar abbozz ta’ att leġiżlattiv li joriġina mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-BĊE jew il-BEI lill-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernat (skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 6 tal-Protokoll).

B'żieda ma' dawn l-obbligi skont it-Trattat, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill iżomm lill-membri tal-Kunsill informati bl-opinjonijiet tal-Istati Membri dwar l-abbozzi ta' atti leġislattivi li joriġinaw minn istituzzjonijiet oħra. Fl-2013, is-Segretarjat tal-Kunsill irċieva numru għoli ta’ opinjonijiet u ta' opinjonijiet motivati mill-Parlamenti nazzjonali, maħruġa skont il-Protokoll u fil-qafas tad-djalogu politiku bejn il-Parlamenti nazzjonali u l-Kummissjoni. Dawn l-opinjonijiet tressqu lill-membri tal-Kunsill għall-informazzjoni tagħhom.

Barra minn hekk, fil-qafas ta’ proċeduri leġiżlattivi, il-Kunsill jivverifika l-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità meta janalizza l-valutazzjonijiet tal-impatt li jakkumpanjaw il-proposti tal-Kummissjoni.

2.4.        Il-Kumitat tar-Reġjuni

Fl-2013, il-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) adotta u implimenta l-ewwel Programm ta’ Ħidma dwar is-Sussidjarjetà.[15] Il-programm kien jinkludi ħames inizjattivi,[16] magħżula mill-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni abbażi ta' kriterji miftiehma,[17] sabiex jiġu mmonitorjati partikolarment mill-qrib fir-rigward tas-sussidjarjetà.

Billi huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma responsabbli, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, il-KtR issorvelja mill-qrib ir-rieżami tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, u kkonsulta l-grupp ta’ esperti tas-sussidjarjetà u n-netwerk ta’ monitoraġġ tas-sussidjarjetà. Għar-rigward tal-inizjattiva tal-pakkett dwar il-portijiet, kien hemm tħassib li l-inizjattiva tal-pakkett dwar il-portijiet tista’ ma tikkunsidrax biżżejjed il-partikolaritajiet lokali u reġjonali fl-Ewropa, u l-gvernijiet u l-parlamenti reġjonali għalhekk ġew ikkonsultati dwar kwistjonijiet ta' sussidjarjetà u proporzjonalità b'mod parallel mal-mekkaniżmu ta’ twissija bikrija ta’ tmien ġimgħat. Dawk li ġew ikkonsultati kollha kkonkludew li l-inizjattiva kienet konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, għalkemm tqajmu xi kwistjonijiet ta' proporzjonalità.

Fil-25 ta' Settembru 2013 sar workshop ta' valutazzjoni bil-metodoloġija Quick Scan[18] dwar l-impatt territorjali, li ta ħarsa lejn din l-inizjattiva. Dan ġie organizzat flimkien mill-KtR u min-netwerk Ewropew ta’ osservazzjoni għall-iżvilupp u l-koeżjoni territorjali (ESPON) fil-25 ta’ Settembru 2013 b’rabta ma’ din l-inizjattiva. Din kienet l-ewwel darba li l-KtR wettaq valutazzjoni tal-impatt territorjali bl-użu tal-metodoloġija Quick Scan. Il-gvernijiet u l-parlamenti reġjonali ġew ikkonsultati wkoll dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tal-proposta għal Direttiva dwar il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku, minħabba l-impatt potenzjali ta’ din l-inizjattiva fuq il-kosti u l-piż amministrattiv fil-livell lokali u reġjonali. Dawk li wieġbu, fil-biċċa l-kbira, qablu li l-inizjattiva kienet konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, iżda qajmu xi mistoqsijiet fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. B’mod partikolari, it-tweġibiet enfasizzaw li l-perspettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali ma ġietx ikkunsidrata biżżejjed.

Barra l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni, il-Grupp ta’ Esperti tas-Sussidjarjetà ġie kkonsultat ukoll għat-tħejjija tal-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KtR dwar id-devoluzzjoni fl-UE u l-post tal-awtonomija lokali u reġjonali fit-tfassil u t-twettiq tal-politika tal-UE.[19]

Biex jappoġġaw il-monitoraġġ tas-sussidjarjetà, il-KtR aġġornat ulterjorment ir-REGPEX — għodda bbażata fuq l-internet għal reġjuni b’setgħat leġiżlattivi — biż-żieda ta’ mappa interattiva ta’ reġjuni b’setgħat leġiżlattivi, u l-profili ta’ kull parlament reġjonali. Sabiex tevalwa l-esperjenza tas-sistema ta’ twissija bikrija u t-tixrid tal-aħjar prassi, il-KtR ippubblika studju dwar “is-sistema ta’ twissija bikrija tas-sussidjarjetà tat-Trattat ta’ Lisbona — ir-rwol tal-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi u awtoritajiet subnazzjonali oħra”.

Xi wħud mill-opinjonijiet tal-KtR fl- 2013 esprimew tħassib dwar il-konformità tal-inizjattivi leġiżlattivi tal-UE mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Fl-opinjoni dwar id-Direttiva proposta li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta[20] tressaq l-argument li l-proposta ma kinitx konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Il-KtR qajjem ukoll tħassib dwar l-użu ta’ atti delegati fl-opinjoni tiegħu dwar il-proposta għal Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali[21] u l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta għal Direttiva dwar il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati.[22]

Issir referenza wkoll għar-Rapport Annwali 2013 dwar is-sussidjarjetà maħruġa mill-Kumitat tar-Reġjuni.[23]

2.5.        Il-Qorti Tal-Ġustizzja

Fl-2013, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tat l-ebda sentenza ewlenija fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà, iżda kien hemm żewġ sentenzi tal-Qorti Ġenerali dwar il-prinċipju.

Fil-Kawża T-31/07, Du Pont de Nemours u oħrajn v il-Kummissjoni, għadd ta’ kumpaniji ppreżentaw kawża għall-annullament ta’ Direttiva tal-Kummissjoni li kienet tinkludi l-flusilażol, b’ċerti limiti, bħala sustanza attiva fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont id- Direttiva 91/414/KE.[24] Waħda mir-raġunijiet għall-kawża kien il-ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Fis-sentenza tagħha tat-12 ta’ April 2013, il-Qorti Ġenerali enfasizzat li dan il-prinċipju japplika biss fl-oqsma li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE (paragrafu 202). Peress li d-Direttiva 91/414/KE tikkonferixxi fuq l-awtoritajiet tal-Unjoni kompetenza esklużiva għall-valutazzjoni tas-sustanzi attivi li jistgħu jintużaw fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li biex jiġu stabbiliti restrizzjonijiet fuq l-aċċettazzjoni tagħhom (paragrafi 203 u 204), il-miżura adottata fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza ġiet meqjusa li ma kinitx koperta bil-prinċipju tas-sussidjarjetà (paragrafu 205). Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tar-rikorrenti, u kkonfermat il-ġurisprudenza tagħha dwar il-kwistjoni.[25]

Fil-Kawża T-526/10, Inuit Tapiriit Kanatami et al v il-Kummissjoni, ir-rikorrenti talbu l-annullament ta’ Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki,[26] abbażi ta’ raġunijiet li jinkludu ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Fis-sentenza tagħha tal-25 ta’ April 2013, il-Qorti Ġenerali ċaħdet din it-talba. Din enfasizzat fuq ġurisprudenza li tgħid li l-prinċipju ta’ sussidjarjetà japplika għall-miżuri tal-UE bbażati fuq l-Artikolu 114 TFUE, "sa fejn din id-dispożizzjoni ma tagħtix [lill-UE] kompetenza esklussiva li tirregola l-attivitajiet ekonomiċi fis-suq intern, iżda biss ċerta kompetenza bil-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament tagħha bl-eliminazzjoni tal-ostakli għall-moviment ħieles tal-oġġetti u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew billi jitneħħew id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni” (paragrafu 84).[27] Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li kien ċar li “l-għan tar-Regolament bażiku [ma setax] jintlaħaq b’mod suffiċjenti b’azzjoni adottata biss fl-Istati Membri u kienet rikjesta azzjoni fil-livell tal-Unjoni, kif turi l-evoluzzjoni eteroġena tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali f’dan il-każ”. Konsegwentement, l-għanijiet tal-azzjoni prevista setgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-UE u r-Regolament ma kienx jikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà (paragrafu 85).

3.           Każijiet ewlwenin fejn tqajjem tħassib dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew[28] ġiet adottata fis-17 ta’ Lulju 2013. L-għan tal-proposta huwa li jiġi stabbilit EPPO biex jinvestiga u jmexxi l-prosekuzzjoni tal-awturi ta’ reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE. L-EPPO jkun korp tal-UE bi struttura deċentralizzata li, għall-biċċa l-kbira tal-attivitajiet tiegħu, ikun iserraħ fuq l-investigazzjoni u l-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni nazzjonali, u fuq il-liġi nazzjonali.

Il-Parlamenti nazzjonali ħarġu 13-il opinjoni motivata[29] dwar il-proposta, li jirrappreżentaw 18-il vot minn 56 possibbli[30]. Skont l-Artikolu 7(2) tal-Protokoll Nru 2, kienu meħtieġa 14-il vot biex tiskatta l-proċedura tal-karta safra f’dan il-każ.

Fl-2013, sebat ikmamar oħra tal-Parlamenti nazzjonali[31] ħarġu opinjonijiet dwar din il-proposta fil-qafas tad-djalogu politiku. Dawn ma sostnewx li l-proposta tal-Kummissjoni kienet inkompatibbli mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, iżda kkummentaw dwar elementi speċifiċi tagħha.[32]

Fis-6 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni kkonfermat li kien skatta l-mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà deskritt fl- Artikolu 7(2) tal-Protokoll Nru 2. Bħala riżultat, il-Kummissjoni għamlet reviżjoni tal-proposta, u wara dan ħarġet Komunikazzjoni[33] li tanalizza bir-reqqa l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlamenti nazzjonali mill-perspettiva tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Fl-analiżi tal-opinjonijiet motivati, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-argumenti dwar il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jew li setgħu jiġu interpretati bħala tħassib dwar is-sussidjarjetà, u argumenti oħra relatati mal-prinċipju tal-proporzjonalità, għal għażliet ta’ politika mhux relatati mas-sussidjarjetà, jew għal kwistjonijiet ta’ politika u ġuridiċi oħrajn. L-oġġezzjonijiet ewlenin mill-Parlamenti nazzjonali marbuta mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kienu kif ġej:

· Ir-raġunament dwar is-sussidjarjetà

Numru ta’ kmamar tal-Parlamenti nazzjonali kkunsidraw li l-Kummissjoni ma kinitx spjegat biżżejjed kif il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ir-raġunijiet mogħtija mill-Kummissjoni ġew meqjusa bħala insuffiċjenti. Barra minn hekk l-ispjegazzjonijiet għandhom ikunu inklużi fil-memorandum ta’ spjegazzjoni, kif ukoll fl-evalwazzjoni tal-impatt.

Wara r-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni sabet li l-memorandum ta’ spjegazzjoni u d-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanjah ma jagħtux spjega biżżejjed għaliex azzjoni fil-livell ta’ Stat Membru ma tiksibx l-objettiv ta' politika u għaliex azzjoni fil-livell tal-Unjoni tilħaq dan aħjar (pereż. minħabba li kien hemm nuqqas ta’ kontinwità fl-azzjoni ta’ infurzar u nuqqas ta’ politika ta’ prosekuzzjoni Ewropea komuni sottostanti).

· Il-karattru allegatament suffiċjenti tal-mekkaniżmi eżistenti

Diversi kmamar esprimew il-fehma li l-azzjoni ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni fil-livell ta’ Stat Membru kienet biżżejjed u li l-mekkaniżmi eżistenti ta’ koordinazzjoni u investigazzjoni fil-livell tal-Unjoni (Eurojust, Europol u OLAF) ikunu biżżejjed ukoll. Xi kmamar dehrilhom li l-Kummissjoni kellha tistenna li tiġi adottata d-Direttiva proposta tagħha dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali qabel ma ddaħal leġiżlazzjoni ġdida f’dan il-qasam.

Il-Kummissjoni nnutat li informazzjoni statistika ċara kienet turi li l-għan fit-Trattat li jkun hemm livell effettiv u li jservi ta’ deterrent u ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE ma ntlaħaqx. Hija saħqet li l-ebda mekkaniżmu jew korp eżistenti ma jista' jindirizza n-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-ammissibilità ta’ evidenza transfruntiera, tal-identifikazzjoni ta’ rabtiet transfruntiera, jew li jsib għajnuna minn awtoritajiet fi Stati Membri oħra, u lanqas ma jistgħu dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati permezz ta’ miżuri meħuda biss fil-livell ta' Stat Membru.

Il-Kummissjoni nnutat ukoll li jekk isir titjib tal-mekkaniżmi eżistenti, l-aktar li dan jista' jkollu jkunu effetti marġinali, minħabba l-limitazzjonijiet inerenti tagħhom. Fl-aħħar nett, hija enfasizzat li l-proposta għal Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali u l-proposta li jiġi stabbilit l-EPPO għandhom objettivi differenti, għalkemm kumplimentari.

· Il-valur miżjud tal-proposta tal-EPPO

Għadd ta' kmamar qajmu dubji dwar il-valur miżjud tal-proposta, minkejja li wħud irrikonoxxew il-vantaġġi li jiġi stabbilit l-EPPO. Il-Parlamenti nazzjonali argumentaw li l-Kummissjoni ma wrietx li azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista’ tikseb riżultati aħjar minn azzjoni fuq livell nazzjonali.

B'reazzjoni għal dawn l-opinjonijiet, il-Kummissjoni spjegat li kien mistenni li s-sistema proposta ġġib valur miżjud sinifikanti fil-ġlieda kontra l-frodi tal-UE. Wieħed mill-fatturi ewlenin ta’ titjib jiġi minn politika ta’ prosekuzzjoni fil-livell tal-UE, li tindirizza d-differenzi kbar bejn l-Istati Membri dwar kif jiġi investigat il-frodi tal-UE u kif issir il-prosekuzzjoni tiegħu. Din tippermetti wkoll l-iskoperta ta’ rabtiet transfruntieri li jistgħu ma jiġux innutati f’investigazzjonijiet purament nazzjonali u b’mod aktar effettiv jidderieġu u jikkoordinaw l-investigazzjonijiet. Barra minn hekk, il-ħolqien ta’ EPPO deċentralizzat jiġbor flimkien il-ħiliet u l-għarfien rigward l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ frodi tal-UE fil-livell Ewropew u jiżgura li dan iseħħ viċin il-post tad-delitt.

· Kwistjonijiet relatati mal-istruttura tal-EPPO u man-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi tiegħu

Għar-rigward tal-istruttura, il-Kummissjoni nnotat li l-ħolqien tal-EPPO bi struttura kolleġġjali sħiħa, kif sostnuta minn għadd ta’ Parlamenti nazzjonali, jista’ jxekkel l-effiċjenza tiegħu, u jagħmel it-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu anqas effiċjenti. Bi tweġiba għal mistoqsijiet dwar in-natura u l-ambitu tal-kompetenza tal-EPPO, il-Kummissjoni enfasizzat li d-delitti fil-kwistjoni, inklużi każijiet mhux transfruntieri, għandhom dimensjoni intrinsika tal-Unjoni. Limitazzjoni fl-ambitu mhux biss tnaqqas il-valur miżjud tal-EPPO iżda tqanqal ukoll dubji dwar il-kompetenza tal-Unjoni f’din il-kwistjoni.

Madankollu, il-kompetenza esklużiva tal-EPPO ma tfissirx li l-awtoritajiet nazzjonali jkunu esklużi milli jittrattaw il-kawżi li jkollhom quddiemhom, fid-dawl tal-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u tal-Prosekuturi Delegati Ewropej li jkunu jinsabu fl-Istati Membri, li fl-istess ħin huma prosekuturi nazzjonali.

Wara din l-analiżi fil-fond, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà u ddeċidiet li żżommha.

Proposta għal direttiva li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta[34]

Il-proposta tal-Kummissjoni li attirat t-tieni l-ogħla numru ta’ opinjonijiet motivati fl-2013 kienet il-proposta li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta. Il-Parlamenti nazzjonali ħarġu disa’ opinjonijiet motivati dwar il-proposta,[35] li jirrappreżentaw 13-il vot. Barra minn hekk, fl-2013, ħamest ikmamar oħra bagħtu opinjonijet fil-qafas tad-djalogu politiku; dawn ma qisux il-proposta bħala inkompatibbli mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.[36]

Xi Parlamenti nazzjonali dehrilhom li l-Kummissjoni ma wrietx b’mod adegwat li l-valur miżjud tal-obbligi fil-livell tal-UE fil-qasam tal-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta, kif ukoll li d-Direttiva se żżid b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv u r-rekwiżiti ta’ rappurtar, mingħajr benefiċċji adegwati. Barra minn hekk, xi opinjonijiet motivati esprimew dubji dwar il-bażi ġuridika li ġiet issuġġerita għall-proposta.

Fir-risposta tagħha għal dawn l-opinjonijiet motivati, il-Kummissjoni enfasizzat li d-Direttiva proposta se tipprovdi valur miżjud billi tippermetti lill-Istati Membri jilħqu livell minimu komuni li jippermetti kooperazzjoni transfruntiera aħjar u li jappoġġaw l-implimentazzjoni f’waqtha tal-leġiżlazzjoni relatata. Il-Kummissjoni indikat li l-attivitajiet marittimi u kostali għandhom impatt transfruntier u ħafna drabi, madwar l-UE, il-proċessi ta’ ppjanar u ta' impatt nazzjonali jvarjaw b'mod konsiderevoli. Huwa għal din ir-raġun li huwa meħtieġ qafas fil-livell tal-UE biex jiggwida l-proċessi ta’ ppjanar fil-baħar u li jintegra l-ġestjoni taż-żoni tal-kosta. Il-Kummissjoni enfasizzat li d-Direttiva proposta tħalli lill-Istati Membri diskrezzjoni sinifikanti rigward kif għandhom jinkisbu l-objettivi tagħha. Hija enfasizzat li l-kooperazzjoni internazzjonali tagħmilha aktar faċli li jiġu involuti pajjiżi rilevanti mhux tal-UE fl-ippjanar tal-ispazju marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta. Id-Direttiva proposta tippermetti li l-Istati Membri jagħżlu l-format u l-mezzi ta’ din il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, sakemm dawn jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw il-pjanijiet u l-istrateġiji tagħhom ma’ dawk tal-pajjiż terz. It-test miftiehem fuq livell politiku mill-koleġiżlaturi kien konsistenti ma’ dawn ir-reazzjonijiet.

Proposta għal Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati          [37]

Il-leġiżlazzjoni proposta tikkonsisti f’regoli ġodda u msaħħa dwar kif il-prodotti tat-tabakk jistgħu jiġu manifatturati u ppreżentati għall-bejgħ fl-UE. Din siltet seba’ opinjonijiet motivati, li jirrappreżentaw 11-il vot.[38] Tmien Parlamenti nazzjonali[39] wkoll bagħtu opinjonijet fil-qafas tad-djalogu politiku; dawn ma qisux il-proposta bħala inkompatibbli mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Żewġt ikmamar[40] bagħtu opinjonijiet bl-argument li l-proposta ma kinitx konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, iżda dawn ġew ippreżentati wara li kienet għaddiet l-iskadenza u għalhekk ma setgħux jiġu inklużi fil-kalkolu dwar jekk il-limitu kienx intlaħaq.

Xi kmamar dehrilhom li r-regolazzjoni ta' ċerti tipi ta’ prodotti tat-tabakk, bħal prodotti b’riskju baxx, kienet kompetenza nazzjonali. Oħrajn ikkritikaw it-trasferiment tas-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati. Barra minn hekk, anki l-bażi ġuridika għal din il-proposta ġiet ikkontestata, peress li ma kinitx se tarmonizza l-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prodotti tat-tabakk. Il-Parlamenti nazzjonali ressqu wkoll l-argument li l-projbizzjoni ta' sigaretti "slim" u tal-mentol, kif ukoll il-pakketti ta’ tabakk tal-brim ta’ inqas minn 40 g ma kinitx se tkun ta' kontribut għall-funzjonament tas-suq intern.

Fit-tweġibiet tagħha, il-Kummissjoni enfasizzat li l-proposta ma kinitx se timponi restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti b’riskju baxx. Hija spjegat ukoll li, sabiex id-Direttiva tkun totalment operattiva, l-użu tas-setgħa li jiġu adotti atti skont l-Artikolu 290 TFUE tqies bħala neċessarju. Id-delegazzjonijiet ta’ setgħa stabbiliti fil-proposta pprovdew għal kriterji ċari u konċiżi, bl-għoti ta' diskrezzjoni limitata lill-Kummissjoni. Fir-rigward tal-bażi ġuridika għall-proposta, il-Kummissjoni nnutat li d-Direttiva attwali fil-biċċa l-kbira ssegwi l-istess għanijiet bħall-proposta għar-reviżjoni tagħha, u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kkonfermat il-legalità tal-Artikolu 114 bħala l-bażi ġuridika tad-Direttiva attwali.[41] Għalhekk, il-bażi ġuridika kienet xierqa għall-aġġornament tal-livell eżistenti ta’ armonizzazzjoni, bit-tneħħija tal-ostakli għas-suq intern minħabba l-iżviluppi regolatorji diverġenti fl-Istati Membri u l-prevenzjoni tal-evażjoni tar-regoli tas-suq intern. Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-Artikolu 114 TFUE jipprovdi bażi ġuridika għall-armonizzazzjoni sħiħa, parzjali jew minima u jħalli f'idejn l-Istati Membri biex jirregolaw ċerti materji. Il-Kummissjoni indikat li l-Istati Membri kienu bdew jadottaw miżuri li jirregolaw prodotti tat-tabakk b’togħmiet karatterizzanti, u għaldaqstant, hija pproponiet armonizzazzjoni biex jiġi evitat it-tagħwiġ tas-suq. Hija enfasizzat ukoll li l-proposta sejra biss tistandardizza ċerti aspetti tal-pakkett, bħan-numru ta’ sigaretti li jkollu u d-daqs tat-twissijiet tas-saħħa, li huma ta’ benefiċċju għaċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti fis-suq intern filwaqt li jiġi żgurat li t-twissijiet tas-saħħa jkunu jidhru sew.

Proposta għal Regolament li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet[42]

Il-proposta hija maħsuba biex ittejjeb l-operazzjonijiet portwarji u l-konnessjonijiet ta’ trasport ulterjuri f’portijiet marittimi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport. Il-qafas legali li qed jiġi propost ikun jikkontribwixxi għal kundizzjonijiet legali ġenwini u joħloq aktar ċertezza legali lill-operaturi portwarji u lill-investituri. Il-proposta tiddefinixxi proċeduri miftuħa u trasparenti għall-ħatra tal-fornituri ta’ servizzi portwarji, regoli li jipprevjenu abbużi possibbli fil-prezzijiet min-naħa tal-operaturi bi drittijiet esklussivi u regoli li jiżguraw it-trasparenza tal-użu tal-fondi pubbliċi. Il-Parlamenti nazzjonali ħarġu seba' opinjonijiet motivati dwar il-proposta,[43] li jirrappreżentaw 11-il vot. Barra minn hekk, tlitt ikmamar bagħtu opinjonijet fil-qafas tad-djalogu politiku li ma qisux il-proposta bħala inkompatibbli mal-prinċipju tas-sussidjarjetà[44].

Xi Parlamenti nazzjonali allegaw li l-objettivi tal-proposta jistgħu jintlaħqu aħjar permezz ta’ liġi li ma torbotx jew permezz ta’ Direttiva. Oħrajn ikkritikaw li l-Istati Membri jitilfu d-dritt tagħhom u l-possibbiltà li jkomplu jirregolaw is-settur portwarju tagħhom permezz ta’ atti legali nazzjonali tagħhom u li r-Regolament propost jista’ jkollu effetti kontroproduttivi fuq il-prestazzjoni tal-ekonomiji u l-infrastruttura fl-oqsma kkonċernati,

Fit-tweġibiet tagħha, il-Kummissjoni stqarret li l-proposta għal Regolament tapplika biss għall-portijiet li jiffurmaw parti min-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisu bħala importanti għas-suq intern u għall-koeżjoni territorjali tal-UE fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1315/203 dwar l-iżvilupp tat-TEN-T. Ir-Regolament jinkwadra prinċipji eżistenti fit-Trattat li diġà huma applikabbli għas-settur portwarju billi jintroduċi żewġ gruppi bażiċi ta' regolamenti: kundizzjonijiet ta' aċċess mhux diskriminatorji u trasparenti għas-suq għall-fornituri ta' servizzi portwarji u r-rispett ta' regoli finanzjarji trasparenti fl-użu tal-fondi pubbliċi fil-portijiet. Il-Kummissjoni enfasizzat li l-intenzjoni tagħha kienet li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jibqgħu newtrali fir-rigward tal-organizzazzjoni interna tal-Istati Membri dwar is-sistemi portwarji tagħhom. Għar-rigward tal-għażla tal-istrument ġuridiku, il-Kummissjoni saħqet li jkun preferibbli regolament minflok direttiva peress li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-proposta kien li jiżgura kundizzjonijiet ekwi li jkun jirrekjedi implimentazzjoni uniformi tal-ftit regoli, li iżda huma essenzjali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni saħqet li r-Regolament ikun iħalli f'idejn l-Istati Membri l-flessibbiltà meħtieġa biex iqisu ċirkostanzi partikolari, u li l-Istati Membri iżommu l-għażla bejn diversi forom ta’ aċċess għas-suq. Pereżempju huma ma jkunux obbligati li jiftħu għall-kompetizzjoni s-servizzi li, skont l-għażla tagħhom, għandhom jibqgħu regolati minħabba raġunijiet ġustifikati kif imiss ta’ interess pubbliku. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li biex jiġu attrati l-investituri hija meħtieġa kompetizzjoni bla distorsjonijiet bejn il-portijiet tat-TEN-T, b’mod partikolari dawk li jinsabu fi Stati Membri differenti, li fl-opinjoni tal-Kummissjoni ma tistax tinkiseb mill-Istati Membri weħidhom.

4.           Konklużjonijiet

Fl-2013, komplew id-diskussjonijiet interistituzzjonali dwar il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, u l-iskattar tat-tieni proċedura tal-karta safra mill-Parlamenti nazzjonali kien avveniment notevoli.

It-88 opinjoni motivata mressqa mill-Parlamenti nazzjonali fl-2013 kienu jolqtu 36 dokument differenti tal-Kummissjoni. Dan jidher li jikkonferma x-xejra li diġà ġiet osservata fis-snin preċedenti: il-Parlamenti nazzjonali għandhom interessi politiċi li jvarjaw u prijoritajiet differenti meta jagħżlu liema proposti tal-Kummissjoni se jiflu fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta' kontroll tas-sussidjarjetà. Jidher ukoll li qed japplikaw kriterji differenti meta jevalwaw jekk proposta tikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

L-istituzzjonijiet kollha involuti fil-proċess leġiżlattiv kienu attivi biex jiżguraw kontroll tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Kummissjoni kompliet twettaq valutazzjonijiet fil-fond tal-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fi stadji differenti. Qabel ma tadotta proposti leġiżlattivi, hija tipprovdi valutazzjonijiet (pereż. fil-pjanijiet direzzjonali u l-valutazzjonijiet tal-impatt) u wara l-adozzjoni, hija teżamina u twieġeb għal opinjonijiet motivati mill-Parlamenti nazzjonali li jesprimu tħassib dwar is-sussidjarjetà.

Il-kontroll tas-sussidjarjetà u l-kwistjonijiet ta' monitoraġġ kellhom ukoll post prominenti fuq l-aġenda tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Parlament Ewropew kompla jappoġġa r-rapporti tiegħu fuq inizjattiva proprja b'analiżi bbażata fuq l-evidenza tal-valur miżjud potenzjali tal-UE. Bl-istess mod, il-Kumitat tar-Reġjuni żied il-ħidma tiegħu fuq kwistjonijiet ta’ sussidjarjetà, speċjalment bl-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ ħidma tas-sussidjarjetà għall-ewwel darba. 

Anness

Lista ta’ dokumenti tal-Kummissjoni li dwarhom il-Kummissjoni rċeviet opinjonijiet motivati[45]

rigward il-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà mill-Parlamenti nazzjonali fl-2013

|| Dokument tal-Kummissjoni || Titolu || Numru ta’ opinjonijiet motivati (Protokoll Nru 2) || Numru ta' voti (Protokoll Nru 2)[46] || Kmamar nazzjonali li ressqu opinjonijiet motivati

1 || COM(2013) 534 || Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew || 13[47] || 18 (intlaħqet l-għatba tal-karta safra[48]) || CY Vouli ton Antiprosopon (żewġ voti) CZ Senát (vot wieħed) FR Sénat (vot wieħed) HU Országgyűlés (żewġ voti) IE Kmamar tal-Oireachtas (iż-żewġt ikmamar — żewġ voti) MT Kamra tad-Deputati (żewġ voti) RO Camera Deputaților (vot wieħed) SI Državni zbor (vot wieħed) SE Riksdag (żewġ voti) NL Eerste Kamer (vot wieħed) NL Tweede Kamer (vot wieħed) UK House of Commons (vot wieħed) UK House of Lords (vot wieħed)

2 || COM (2013) 133 || Proposta għal Direttiva li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta || 9[49] || 13 || BE Vlaams Parlement (vot wieħed) FI Eduskunta (żewġ voti) DE Bundesrat (vot wieħed) IE Kmamar tal-Oireachtas (iż-żewġt ikmamar — żewġ voti) LT Seimas (żewġ voti) PL Senat (vot wieħed) SE Riksdag (żewġ voti) NL Eerste Kamer (vot wieħed) NL Tweede Kamer (vot wieħed)

3 || COM (2012) 788 || Proposta għal Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati || 7 || 11 || CZ Poslanecká sněmovna (vot wieħed) DK Folketing (żewġ voti) EL Vouli ton Ellinon (żewġ voti) IT Senato della Republica (vot wieħed) PT Assembleia da República (żewġ voti) RO Camera Deputaților (vot wieħed) SE Riksdag (żewġ voti)

4 || COM (2013) 296 || Proposta għal Regolament li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet || 7[50] || 11 || FR Assemblée nationale (vot wieħed) IT Senato della Republica (vot wieħed) LV Saeima (żewġ voti) MT Kamra tad-Deputati (żewġ voti) PL Sejm (vot wieħed) ES Congreso de los Diputados u s-Senado (żewġt ikmamar — żewġ voti) SE Riksdag (żewġ voti)

5 || COM(2013) 28[51] || Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri || 6 || 9 || AT Bundesrat (vot wieħed) LT Seimas (żewġ voti) LU Chambre des Députés (żewġ voti)[52] SE Riksdag (żewġ voti)[53] NL Eerste Kamer (vot wieħed)[54] NL Tweede Kamer (vot wieħed)[55]

6 || COM(2013) 29[56] || Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2012/34/UE li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja || 6 || 9 || FR Sénat (vot wieħed) LT Seimas (żewġ voti) LU Chambre des Députés (żewġ voti)[57] SE Riksdag (żewġ voti)[58] NL Eerste Kamer (vot wieħed)[59] NL Tweede Kamer (vot wieħed)[60]

7 || COM(2012) 614[61] || Proposta għal Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati || 5[62] || 5 || CZ Poslanecká sněmovna (vot wieħed)[63] PL Sejm (vot wieħed) PL Senat (vot wieħed) UK House of Commons (vot wieħed) UK House of Lords (vot wieħed)[64]

8 || COM (2013) 627 || Proposta għal Regolament li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012. || 4[65] || 7 || AT Bundesrat (vot wieħed) IE Kmamar tal-Oireachtas (iż-żewġt ikmamar — żewġ voti) MT Kamra tad-Deputati (żewġ voti) SE Riksdag (żewġ voti)

9 || COM(2013) 27[66] || Proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 || 3 || 5 || LT Seimas (żewġ voti) RO Senatul (vot wieħed) SE Riksdag (żewġ voti)[67]

10 || COM(2013) 31[68] || Proposta għal Direttiva dwar is-sikurezza ferrovjarja (Riformulazzjoni) || 3 || 5 || LT Seimas (żewġ voti) RO Senatul (vot wieħed) SE Riksdag (żewġ voti)[69]

11 || COM (2013) 173 || Proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI || 3[70] || 4 || BE Chambre des Représentants (vot wieħed) DE Bundesrat (vot wieħed) ES Congreso de los Diputados u s-Senado (żewġt ikmamar — żewġ voti)

12 || COM(2012) 615[71] || Komunikazzjoni dwar Il-bilanċ bejn is-sessi fit-tmexxija tan-negozju: kontribuzzjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv || 2 || 2 || CZ Poslanecká sněmovna (vot wieħed)[72] UK House of Lords (vot wieħed)[73]

13 || COM(2013) 30[74] || Proposta għal Direttiva dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (riformulazzjoni) || 2 || 4 || LT Seimas (żewġ voti) SE Riksdag (żewġ voti)[75]

14 || COM(2013) 147 || Proposta għal regolament dwar miżuri biex tonqos l-ispiża biex isiru netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja || 2 || 2 || NL Tweede Kamer (vot wieħed) UK House of Commons (vot wieħed)

15 || COM(2013) 262 || Proposta għal Regolament dwar il-produzzjoni u d-disponibbiltà fis-suq ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti (il-liġi tal-materjal riproduttiv tal-pjanti) || 2 || 2 || AT Bundesrat (vot wieħed) NL Tweede Kamer (vot wieħed)

16 || COM(2013) 472 || Proposta għal Regolament dwar tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) sabiex twettaq attivitajiet ta’ farmakoviġilanza fir-rigward ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem || 2[76] || 4 || EL Vouli ton Ellinon (żewġ voti) ES Congreso de los Diputados u s-Senado (żewġt ikmamar — żewġ voti)

17 || COM(2013) 618[77] || Proposta għal Direttiva li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi, rigward id-definizzjoni ta’ droga || 2 || 2 || UK House of Commons (vot wieħed)[78] UK House of Lords (vot wieħed)[79]

18 || COM(2013) 619[80] || Proposta għal Regolament fuq sustanzi psikoattivi ġodda || 2 || 2 || UK House of Commons (vot wieħed)[81] UK House of Lords (vot wieħed)[82]

19 || COM(2013) 721 || Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta’ denunzja standard tal-VAT || 2 || 2 || FR Sénat (vot wieħed) DE Bundesrat (vot wieħed)

20 || COM(2012) 724 || Proposta għal Regolament li jemenda ċerti atti leġiżlattivi fil-qasam tal-istatistika agrikola u tas-sajd || 1[83] || 2 || ES Congreso de los Diputados u s-Senado (żewġt ikmamar — żewġ voti)

21 || COM(2013) 48[84] || Proposta għal Direttiva dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni || 1 || 2 || SE Riksdag (żewġ voti)

22 || COM(2013) 71 || Proposta għal Direttiva li timplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji || 1 || 2 || SE Riksdag (żewġ voti)

23 || COM(2013) 151 || Proposta għal Direttiva dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skop ta’ riċerka, studji, skambju ta’ studenti, taħriġ bi ħlas u bla ħlas, servizz volontarju u au pairing (Riformulazzjoni) || 1 || 2 || EL Vouli ton Ellinon (żewġ voti)

24 || COM(2013) 168 || Proposta emendata għal Direttiva dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-inkużjoni tagħhom fil-kamp ta' applikazzjoni ta' sistemi pubbliċi tal-assigurazzjoni tas-saħħa || 1[85] || 2 || ES Congreso de los Diputados u s-Senado (żewġt ikmamar — żewġ voti)

25 || COM(2013) 207 || Proposta għal Direttia li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċertu kumpaniji u gruppi kbar || 1 || 2 || EE Riigikogu (żewġ voti)

26 || COM(2013) 228 || Proposta għal Regolament dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini u n-negozji permezz tas-simplifikazzjoni tal-aċċettazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 || 1 || 1 || RO Senatul (vot wieħed)

27 || COM(2013) 260 || Il-proposta għal Regolament dwar is-saħħa tal-annimali || 1 || 1 || AT Bundesrat (vot wieħed)

28 || COM(2013) 265 || Proposta għal Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, il-protezzjoni tal-pjanti || 1 || 2 || LU Chambre des Députés (żewġ voti)

29 || COM(2013) 267 || Proposta għal Regolament dwar il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti || 1 || 1 || AT Bundesrat (vot wieħed)

30 || COM(2013) 409 || Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru || 1 || 2 || MT Kamra tad-Deputati (żewġ voti)

31 || COM(2013) 410 || Proposta għal Regolament dwar l-implimentazzjoni tal-ajru uniku Ewropew (Riformulazzjoni) || 1 || 2 || MT Kamra tad-Deputati (żewġ voti)

32 || COM(2013) 520 || Proposta għal Regolament li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. || 1 || 2 || SE Riksdag (żewġ voti)

33 || COM(2013) 535 || Proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) || 1 || 1 || CZ Senát (vot wieħed)

34 || COM(2013) 550 || Proposta għal Regolament dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard || 1 || 1 || FR Sénat (vot wieħed)

35 || COM(2013) 620 || Proposta għal Regolament dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi || 1 || 1 || AT Bundesrat (vot wieħed)

36 || COM(2013) 641 || Proposta għal Regolament dwar l-indiċijiet użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji || 1 || 1 || UK House of Commons (vot wieħed)

Numru ta’ opinjonijiet motivati dwar dokumenti magħduda b'mod individwali || 99

Numru ta’ opinjonijiet motivati li jikkonċernaw b’mod konġunt aktar minn dokument wieħed[86] || 11[87]

TOTAL ta’ opinjonijiet motivati rċevuti || 88

[1]     COM(2014) XXX finali.

[2]     http://ec.europa.eu/smart-regulation/impact/planned_ia/planned_ia_en.htm.

[3]     http://ec.europa.eu/smart-regulation/impact/commission_guidelines/commission_guidelines_en.htm.

[4]     http://ec.europa.eu/smart-regulation/impact/iab/iab_en.htm.

[5]     COM(2013) 824 finali.

[6]     COM(2013) 721 finali.

[7]     COM(2013) 641 finali.

[8]   Il-Komunikazzjoni "It-tisħiħ tas-sisien tar-Regolamentazzjoni Intelliġenti — It-titjib tal-evalwazzjoni" - COM(2013) 686 finali tat-02.10.2013.

[9]     Ara n-nota 44 ta' qiegħ il-paġna

[10]    COM(2013) 534 finali.

[11]    Il-Kummissjoni rċeviet 88 opinjoni motivata, uħud minnhom relatati ma’ aktar minn dokument wieħed.

[12]    COM(2013) 133 finali.

[13]    COM(2012) 788 finali.

[14]    COM(2013) 296 finali.

[15]    CdR 2336/2012, adottata mill-Bureau tal-KtR fit-30 ta’ Jannar 2013.

[16]    1. Rieżami tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart;               2. Il-Pakkett dwar il-Portijiet (li ħa post l-inizjattiva "Blue Belt" li kienet ġiet magħżula inizjalment);        3. Il-mobilità urbana;   4. Il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku; u      5. Qafas dwar il-klima ambjentali u l-valutazzjoni tal-enerġija li jippermetti l-estrazzjoni sigura u mingħajr periklu tal-idrokarburi mhux konvenzjonali

[17]    a) l-inizjattivi għandhom jippreżentaw interess politiku ċar għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

      b) l-inizjattivi għandhom jindirizzaw il-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; u

      c) l-inizjattivi għandhom ikollhom dimensjoni potenzjali ta' sussidjarjetà.

[18]    Din il-metodoloġija tippermetti malajr li ssir analiżi ex ante tal-impatt potenzjali tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq l-iżvilupp ta’ reġjuni. Hija tikkombina strument standardizzat ibbażat fuq indikaturi b’mezz li sistematikament jiġbor l-għarfien espert permezz ta’ workshops. Hija tkopri l-impatti potenzjali fuq livell ġenerali b’indikaturi komuni Ewropej għal reġjuni NUTS 2.

[19]    CdR 2214/2012.

[20]    CdR 3766/2013.

[21]    CdR 5295/2013.

[22]    CdR 2062/2013.

[23]    https://portal.cor.europa.eu/subsidiarity/news/Pages/Subsidiarity-Annual-Report-2013.aspx.

[24]    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

[25]    Il-Kawża T-420/05 R, Vischim v il-Kummissjoni [2009] Ġabra II‑3841, paragrafu 223.

[26]    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2010 tal-10 ta’ Awwissu 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 216, 17.8.2010, p. 1).

[27]    Il-Kawża C-491/01, British American Tobacco (Investments) u Imperial Tobacco [2002] Ġabra I-11453, paragrafu 179.

[28]    COM(2013) 534 finali.

[29]    CY Vouli ton Antiprosopon (2 voti), CZ Senát (vot wieħed), FR Sénat (vot wieħed), HU Országgyűlés (2 voti), IE Houses of the Oireachtas (iż-żewġt ikmamar — 2 voti), MT Kamra tad-Deputati (2 voti), RO Camera Deputaților (vot wieħed), SI Državni zbor (vot wieħed), SE Riksdag (żewġ voti), NL Eerste Kamer (vot wieħed), NL Tweede Kamer (vot wieħed), UK House of Commons (vot wieħed) u UK House of Lords (vot wieħed).

[30]    Kull Parlament nazzjonali għandu żewġ voti; fejn Parlament nazzjonali ikun bikamerali, kull kamra jkollha vot wieħed. Kull kamra hija intitolata li toħroġ opinjonijiet motivati għaliha.

[31]    PL Senat, DE Bundesrat, PT Assembleia da República, RO Senatul, IT Senato della Repubblica, FR Assemblée nationale, FI Eduskunta. Fl-2014 ġew ippreżentati opinjonijiet addizzjonali.

[32]   Il-Kummissjoni wieġbet għal dawn il-kummenti mhux relatati mas-sussidjarjetà b’ittri individwali lill-Parlamenti nazzjonali.

[33]    COM(2013) 851 finali.

[34]    COM(2013) 133 finali.

[35] BE Sénat, FI Eduskunta, DE Bundesrat, IE il-Kmamar tal-Oireachtas (iż-żewġt ikmamar), LT Seimas, PL Senat, SE Riksdag, NL Eerste Kamer, NL Tweede Kamer.

[36]    IT Senato della Repubblica, DK Folketing, EE Riigikogu, RO Senatul u PT Assembleia da República.

[37]    COM (2012) 788.

[38]    CZ Poslanecká sněmovna (vot wieħed), DK Folketing (żewġ voti), EL Vouli ton Ellinon (żewġ voti), IT Senato della Repubblica (vot wieħed), PT Assembleia da República (żewġ voti), RO Camera Deputaților (vot wieħed) u SE Riksdag (żewġ voti).

[39]    AT Bundesrat, CZ Sénat, DE Bundesrat, FR Assemblée nationale, PL Senat, RO Senat, SK Národná Rada, HU Országgyűlés.

[40]    BG Narodno Sabranie u IT Camera dei Deputati.

[41]    Ara l-Kawża C-491/01, BAT [2002] Ġabra I-11453.

[42]    COM(2013) 296.

[43] FR Assemblée nationale (vot wieħed), IT Senato della Repubblica (vot wieħed), LV Saeima (żewġ voti), MT Kamra tad-Deputati (żewġ voti), PL Sejm (vot wieħed), ES Congreso de los Diputados u Senado (iż-żewġt ikmamar - żewġ voti) u SE Riksdag (żewġ voti).

[44] PT Assembleia da República, PL Senat u DE Bundesrat.

[45]    Biex tikkwalifika bħala opinjoni motivata kif definit fil-Protokoll Nru 2, opinjoni tkun trid tiddikjara għaliex Parlament nazzjonali jkun iqis li proposta leġiżlattiva ma tkun konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà u trid tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien tmien ġimgħat mit-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlamenti nazzjonali.

[46]    Skont il-Protokoll Nru 2, kull Parlament nazzjonali għandu żewġ voti; fil-każ ta’ sistema bikamerali, kull kamra jkollha vot wieħed. Meta opinjoni motivata dwar in-nuqqas tal-osservanza tal-prinċipju ta' sussidjarjetà ta' abbozz ta' att leġiżlattiv Ewropew tkun tirrappreżenta tal-anqas terz tal-voti kollha allokati lill-Parlamenti nazzjonali, tkun intħalqet l-għatba tal-karta safra, li jfisser li l-abbozz ikun irid jiġi rivedut. Bl-adeżjoni tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, 19 minn 56 vot jirrappreżentaw terz tal-voti kollha allokati lill-Parlamenti nazzjonali.

[47]    Li minnhom waħda ġiet b'mod konġunt miż-żewġt ikmamar tal-Irlanda tal-Oireachtas — magħduda bħala opinjoni motivta waħda minn żewġt ikmamar.

[48]    Skont il-Protokoll Nru 2, fil-każ ta’ abbozz ta’ att leġiżlattiv ippreżentat abbażi tal- Artikolu 76 TFUE (dwar il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja), l-għatba tal-karta safra tintlaħaq meta l-opinjonijiet motivati jkunu jirrappreżentaw tal-inqas kwart tal-voti kollha allokati lill-Parlamenti nazzjonali. Bl-adeżjoni tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, 14 minn 56 vot jirrappreżentaw kwart tal-voti kollha allokati lill-Parlamenti nazzjonali.

[49]    Li minnhom waħda ġiet b’mod konġunt miż-żewġt ikmamar tal-Oireachtas Irlandiżi — magħduda bħala opinjoni motivata waħda minn żewġt ikmamar.

[50]    Li minnhom waħda ġiet b’mod konġunt miż-żewġt ikmamar tal-Oireachtas Irlandiżi — magħduda bħala opinjoni motivata waħda minn żewġt ikmamar.

[51]    Erbgħa mill-opinjonijiet motivati dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kienu wkoll jikkonċernaw b'mod konġunt diversi dokumenti oħra tal-Kummissjoni.

[52]    Din l-opinjoni motivata mix-Chambre des Députés tal-Lussemburgu kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2013) 28 u COM(2013) 29.

[53]    Din l-opinjoni motivata mir-Riksdag tal-Isvezja kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2013) 27, COM(2013) 28, COM(2013) 29, COM(2013) 30, u COM(2013) 31 — ir-4 pakkett ferrovjarju.

[54]    Din l-opinjoni motivata mill-Eerste Kamer tal-Pajjiżi l-Baxxi kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2013) 28 u COM(2013) 29.

[55]    Din l-opinjoni motivata mit-Tweede Kamer tal-Pajjiżi l-Baxxi kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2013) 28 u COM(2013) 29.

[56]    Erbgħa mill-opinjonijiet motivati dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kienu wkoll jikkonċernaw b'mod konġunt diversi dokumenti oħra tal-Kummissjoni.

[57]    Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mix-Chambre des Députés tal-Lussemburgu kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2013) 28 u COM(2013) 29.

[58]    Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mir-Riksdag tal-Isvezja kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2013) 27, COM(2013) 28, COM(2013) 29, COM(2013) 30, u COM(2013) 31 — ir-4 pakkett ferrovjarju.

[59]    Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-Eerste Kamer tal-Pajjiżi l-Baxxi kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2013) 28 u COM(2013) 29.

[60]    Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-Eerste Kamer tal-Pajjiżi l-Baxxi kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2013) 28 u COM(2013) 29.

[61]    Tnejn mill-opinjonijiet motivati dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kien jikkonċerna b'mod konġunt ukoll COM(2012) 615.

[62]    Il-Kummissjoni rċeviet tliet opinjonijiet motivati dwar dan id-dokument minn DK Folketing, ir-Riksdag tal-Isvezja u b’mod konġunt minn l-Eerste Kamer u t-Tweede Kamer (iż-żewġt ikmamar) qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

[63]    Din l-opinjoni motivata mill-Poslanecká sněmovna tar-Repubblika Ċeka kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2012) 614 u COM(2012) 615.

[64]    Din l-opinjoni motivata mill-Houe of Lords tar-Renju Unit kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2012) 614 u COM(2012) 615.

[65]    Li minnhom waħda ġiet b'mod konġunt miż-żewġt ikmamar tal-Irlanda tal-Oireachtas — magħduda bħala opinjoni motivata waħda minn żewġt ikmamar.

[66]    Waħda mill-opinjonijiet motivati li tikkonċerna dan id-dokument tal-Kummissjoni, kienet ukoll tikkonċerna b'mod konġunt COM(2013) 28, COM(2013) 29, COM(2013) 30, u COM(2013) 31.

[67]    Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mir-Riksdag tal-Isvezja kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2013) 27, COM(2013) 28, COM(2013) 29, COM(2013) 30, u COM(2013) 31 — ir-4 pakkett ferrovjarju.

[68]    Waħda mill-opinjonijiet motivati li tikkonċerna dan id-dokument tal-Kummissjoni, kienet ukoll tikkonċerna b'mod konġunt COM(2013) 27, COM(2013) 28, COM(2013) 29, u COM(2013) 30.

[69]    Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mir-Riksdag tal-Isvezja kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2013) 27, COM(2013) 28, COM(2013) 29, COM(2013) 30, u COM(2013) 31 — ir-4 pakkett ferrovjarju.

[70]    Li minnhom waħda ġiet b'mod konġunt miż-żewġt ikmamar Spanjoli — magħduda bħala opinjoni motivata waħda minn żewġt ikmamar.

[71]    L-opinjonijiet motivati dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kien jikkonċerna b'mod konġunt ukoll COM(2012) 614.

[72]    Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-Poslanecká sněmovna tar-Repubblika Ċeka kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2012) 614 u COM(2012) 615.

[73]    Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-House of Lords tar-Renju Unit kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2012) 614 u COM(2012) 615.

[74]    L-opinjoni motivata li tikkonċerna dan id-dokument tal-Kummissjoni, kienet ukoll tikkonċerna b'mod konġunt COM(2013) 27, COM(2013) 28, COM(2013) 29, u COM(2013) 31.

[75]    Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mir-Riksdag tal-Isvezja kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2013) 27, COM(2013) 28, COM(2013) 29, COM(2013) 30, u COM(2013) 31 — ir-4 pakkett ferrovjarju.

[76]    Li minnhom waħda ġiet b’mod konġunt miż-żewġt ikmamar Spanjoli — magħduda bħala opinjoni motivata waħda minn żewġt ikmamar.

[77]    L-opinjonijiet motivati dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kien jikkonċerna b'mod konġunt ukoll COM(2013) 619.

[78]    Din l-opinjoni motivata mill-House of Lords tar-Renju Unit kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2012) 618 u COM(2012) 619.

[79]    Din l-opinjoni motivata mill-House of Lords tar-Renju Unit kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2012) 618 u COM(2012) 619.

[80]    L-opinjonijiet motivati dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kien jikkonċerna b'mod konġunt ukoll COM(2013) 618.

[81]    Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-House of Lords tar-Renju Unit kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2012) 618 u COM(2012) 619.

[82]    Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din l-opinjoni motivata mill-House of Lords tar-Renju Unit kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2012) 618 u COM(2012) 619.

[83]    Din l-opinjoni motivata ġiet b’mod konġunt miż-żewġt ikmamar Spanjoli — magħduda bħala opinjoni motivata waħda minn żewġt ikmamar.

[84]    Waħda mill-opinjonijiet motivati dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni kienet ukoll tikkonċerna b'mod konġunt JOIN(2013) 1.

[85]    Din l-opinjoni morivata ġiet b’mod konġunt miż-żewġt ikmamar Spanjoli — magħduda bħala opinjoni motivata waħda minn żewġt ikmamar.

[86]    Minħabba li xi opinjonijiet motivati jikkonċernaw b’mod konġunt aktar minn dokument wieħed, it-tabella turi l-għadd ta’ opinjonijiet motivati maħruġa għal kull dokument individwali. Sabiex juru wkoll in-numru ta’ opinjonijiet motivati rċevuti mill-Kummissjoni, l-għadd addizzjonali ta’ opinjonijiet motivati b’mod konġunt li jikkonċernaw aktar minn dokument wieħed huwa mnaqqas.

[87]    Kif irrimarkat aktar 'il fuq, din tirreferi għal opinjoni motivata waħda mix-Chambre des Députés tal-Lussemburgu li tikkonċerna b'mod konġunt COM(2013) 28 u COM(2013) 29. opinjoni motivata waħda mir-Riksdag tal-Isvezja li tikkonċerna b’mod konġunt COM(2013) 27, COM(2013) 28, COM(2013) 29, COM(2013) 30, u COM(2013) 31 — ir-4 pakkett ferrovjarju. opinjoni motivata waħda mill-Eerste Kamer tal-Pajjiżi l-Baxxi li tikkonċerna b'mod konġunt COM(2013) 28 u COM(2013) 29. opinjoni motivata waħda mit-Tweede Kamer tal-Pajjiżi l-Baxxi li tikkonċerna b'mod konġunt COM(2013) 28 u COM(2013) 29. opinjoni motivata waħda mill-Poslanecká sněmovna tar-Repubblika Ċeka li tikkonċerna b'mod konġunt COM(2012) 614 u COM(2012) 615. Din l-opinjoni motivata mill-House of Lords tar-Renju Unit kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2012) 614 u COM(2012) 615. opinjoni motivata waħda mill-House of Commons tar-Renju Unit kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2012) 618 u COM(2012) 619. u opinjoni motivata mill-House of Lords tar-Renju Unit kienet tikkonċerna b'mod konġunt COM(2012) 618 u COM(2012) 619.