52014DC0474

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Il-ġlieda kontra l-frodi Rapport Annwali 2013 /* COM/2014/0474 final */


WERREJ

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Il-ġlieda kontra l-frodi Rapport Annwali 2013

Sommarju Eżekuttiv. 5

1............ Introduzzjoni 8

2............ Frodi u irregolaritajiet oħra. 8

2.1......... Irregolaritajiet irrappurtati u xejriet u tendenzi ġenerali, 2009-13. 8

2.2......... Irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti li jaffettwaw il-baġit tal-UE.. 10

2.2.1...... Dħul 12

2.2.2...... Nefqa. 13

2.2.3...... Riżultati tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) 17

2.3......... Irregolaritajiet li ma ġewx irrappurtati bħala frodulenti 17

2.3.1...... Dħul 18

2.3.2...... Nefqa. 19

3............ Irkupru u miżuri ta' prevenzjoni u korrettivi oħra. 19

3.1......... Nefqa: mekkaniżmi ta' prevenzjoni 20

3.1.1...... Interruzzjonijiet fl-2013. 20

3.1.2...... Sospensjonijiet 21

3.2......... Nefqa: korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri fl-2013. 21

3.3......... Rkupru marbut ma' dħul mir-riżorsi proprji 22

4............ Il-politiki kontra l-frodi fuq livell tal-UE.. 23

4.1......... Inizjattivi tal-politika kontra l-frodi meħuda mill-Kummissjoni fl-2013. 23

4.1.1...... Ir-Regolament Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF. 23

4.1.2...... Proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali 23

4.1.3...... Proposta għat-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) 23

4.1.4...... Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE.. 24

4.1.5...... Il-politika kontra l-frodi doganali 24

4.1.6...... Ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. 26

4.1.7...... Dispożizzjonijiet kontra l-frodi fi ftehimiet internazzjonali 26

4.1.8...... Il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali tal-prodotti tat-tabakk. 27

4.1.9...... Regoli tal-akkwist pubbliku. 28

4.1.10.... Proposta għal Direttiva dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali 29

4.1.11.... Strateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (CAFS) 29

4.1.12.... Il-Programmi Hercule u Pericles. 30

4.2......... Il-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni tal-Prevenzjoni mill-Frodi (COCOLAF) 30

4.3......... Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE - il-ġlieda kontra l-frodi – Ir-rapport Annwali tal-2011. 31

5............ Miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jikkumbattu l-frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE.. 32

5.1......... Miżuri għall-ġlieda kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE   32

5.2......... L-implimentazzjoni tal-Artikolu 3.4 tar-Regolament il-ġdid tal-OLAF dwar in-nomina tas-servizz ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi (AFCOS) 33

5.3......... Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-2012. 34

6............ Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet 36

6.1......... Sett ta’ miżuri mhux mistennija kontra l-frodi 36

6.1.1...... Il-bidu tat-triq: CAFS. 36

6.1.2...... Ir-riforma tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi 36

6.1.3...... Miżuri għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku. 37

6.1.4...... Miżuri settorjali: dħul 37

6.1.5...... Miżuri settorjali: nefqa. 37

6.1.6...... Il-passi li jmiss. 38

6.2......... Riżultati operattivi: pass differenti 38

6.2.1...... Dħul: Il-kwalità tal-informazzjoni u l-istrateġiji ta’ kontroll 39

6.2.2...... Nefqa: kuntest li qed jiżviluppa. 39

ANNESS 1 — Irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti..................................................... 41

ANNESS 2 — Irregolaritajiet mhux irrappurtati bħala frodulenti........................................... 42

ANNESS 3 — Korrezzjonijiet finanzjarji tal-2013 implimentati b'ġestjoni konġunta (EUR miljun)            43

Sommarju Eżekuttiv

Dan ir-Rapport Annwali 2013 dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea huwa ppreżentat mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri skont l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Huwa jkopri l-miżuri tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi u r-riżultati tagħhom. Dan huwa l-aħħar rapport tal-Kummissjoni attwali u għaldaqstant jippreżenta l-kisbiet li saru matul l-aħħar ħames snin. Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapport huma bbażati fuq analiżi tal-informazzjoni disponibbli għal dawn l-aħħar ħames snin u l-problemi u r-riskji identifikati matul dan iż-żmien.

Miżuri biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE, 2009-13

Fl-2009-13, il-Kummissjoni ħadet miżuri legali u amministrattivi bla preċedent biex tittejjeb il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

Dan l-għadd ta’ miżuri ngħata bidu fl-2011, meta l-Kummissjoni adottat l-Istrateġija multiannwali tagħha Kontra l-Frodi. L-istrateġija li għall-ewwel kienet indirizzata lis-servizzi tal-Kummissjoni, kienet kruċjali biex titqajjem kuxjenza dwar il-frodi fost l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli. Barra minn hekk, abbażi tal-Istrateġija ġew introdotti dispożizzjonijiet speċifiċi kontra l-frodi‑, fil-programmi l-ġodda ta' nfiq għall-2014-20.

It-tieni pass importanti fit-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi kien ikkaratterizzat bl-adozzjoni tar-Regolament il-ġdid tal-OLAF[1] fl-2013. Dan ir-Regolament issimplifika l-proċeduri tal-OLAF u żied l-effettività tagħhom. Dan saħħaħ ukoll il-garanziji proċedurali għall-persuni kkonċernati parmezz ta' investigazzjoni tal-OLAF.

Fl-2012 u l-2013, il-Kummissjoni indirizzat l-aspett tal-liġi kriminali tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE billi adottat proposti għal:

· direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi permezz tal-liġi kriminali f’Lulju 2012, li għandha tneħħi l-lakuni fil-leġiżlazzjoni ta’ kontra l-frodi tal-Istati Membri li jimpedixxu prosekuzzjoni effettiva ta’ dawk involuti fi frodi;

· regolament dwar it-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) f'Lulju 2013. Il-proposta għall-UPPE hija waħda mill-aktar proposti leġiżlattivi sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

Il-Kummissjoni ħadet ukoll għadd ta’ miżuri sinifikanti speċifikament biex jiġi protett in-naħa tad-dħul tal-baġit tal-UE. Dawn jinkludu:

· il-proposta għal emenda tar-Regolament 515/97 dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fil-qasam doganali;

· id-Direttivi dwar mekkaniżmu ta’ reazzjoni rapida kontra l-frodi tal-VAT u mekkaniżmu ta’ reverse charge;

· l-iffirmar tal-Protokoll FCTC kontra l-kummerċ illegali tat-tabakk; kif ukoll

· il-Komunikazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-kuntrabandu tat-tabakk fl-2013.

B’dawn il-miżuri, il-Kummissjoni fasslet kuntest ġdid għall-politika ta’ kontra l-frodi fuq livell tal-UE.

Identifikazzjoni u rappurtar ta' irregolaritajiet (frodulenti u mhux frodulenti) li jaffettwaw il-baġit tal-UE

Fl-2013, 1 609 irregolarità kienu rrappurtati bħala frodulenti (dan jinkludi kemm frodi suspettata kif ukoll dik stabbilita), li jinvolvu EUR 309 miljun f'fondi tal-UE. Għad hemm differenzi sinifikanti fl-għadd ta’ irregolaritajiet frodulenti rrappurtati minn kull Stat Membru, possibilment minħabba approċċi differenti għall-identifikazzjoni tal-frodi u, f’xi każijiet, għall-interpretazzjonijiet mhux omoġenji fl-applikazzjoni tal-qafas legali. L-irregolaritajiet frodulenti rrappurtati qed jonqsu mil-lat tad-dħul. Mil-lat tan-nefqa, l-għadd tagħhom naqas b’mod drastiku bejn l-2009 u l-2011, iżda qed jerġa' jiżdied.

Ċerti tendenzi ssaħħew f'dawn l-aħħar sentejn, l-involviment tal-korpi amministrattivi fl-identifikazzjoni ta' irregolaritajiet frodulenti kompla jiżdied u l-użu ta' dokumentazzjoni ffalsikata kien sar l-aktar mod komuni biex jitwettqu atti frodulenti.

L-irregolaritajiet li ma ġewx irrappurtati bħala frodulenti żdiedu, partikolarment f'termini ta' ammont. Dan jirrifletti prinċipalment iż-żieda fir-riżorsi li saret disponibbli għal diversi programmi ta’ nfiq, qed jiġu implimentati aktar programmi, u l-fatt li l-istituzzjonijiet Ewropej u s-servizzi nazzjonali ta’ awditjar qed jagħtu aktar importanza lill-ġestjoni tal-fondi.

Miżuri ta' prevenzjoni u dawk korrettivi

Fl-2013, il-Kummissjoni ħadet diversi deċiżjonijiet biex tiżgura li r-riżorsi tal-UE jintefqu skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda u li l-interessi finanzjarji tagħha jitħarsu. Il-Kummissjoni ħadet 217-il deċiżjoni biex jiġu interrotti ħlasijiet (li jinvolvu aktar minn EUR 5 biljun) fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni. Minn dawn, 131 kienu għadhom pendenti sat-tmiem l-2013 (li jinvolvu madwar EUR 2 biljun ta' ħlasijiet interrotti). Il-Kummissjoni ħadet ukoll erba’ deċiżjonijiet dwar sospensjoni (tlieta minn dawn kienu għadhom għaddejjin fi tmiem is-sena).

Il-Kummissjoni għamlet korrezzjonijiet finanzjarji ta’ aktar minn EUR 2,5 biljun u ħarġet ordnijiet ta’ rkupru għal EUR 955 miljun.

Il-miżuri li ttieħdu fl-2013 juru li l-Kummissjoni tqis il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE serjament u li l-mekkaniżmi fis-seħħ huma effettivi fit-twettiq ta’ dan l-għan. Madankollu, issa huwa l-baġit nazzjonali li jġorr ir-riskju li ma jirkuprax l-ammonti li jkunu diġà tħallsu lill-benefiċjarji iżda huma soġġetti għal korrezzjonijiet finanzjarji.

Servizzi ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi (AFCOS)

Ir-rapport ta’ din is-sena jiffoka fuq ir-rekwiżit għal kull Stat Membru biex jistabbilixxi Servizz ta’ Koordinazzjoni kontra l-Frodi (AFCOS) skont l-Artikolu 3.4 tar-Regolament (UE) Nru 883/2013. It-twaqqif tal-AFCOS għandu l-għan li jiffaċilita kooperazzjoni effikaċi u skambju ta’ informazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Erba’ Stati Membri għadhom ma stabbilixxewx formalment is-Servizz ta’ Koordinazzjoni kontra l-Frodi tagħhom iżda qed jippjanaw li jagħmlu dan sa tmiem l-2014.

Ir-responsabbiltajiet tal-AFCOS nazzjonali jvarjaw skont il-pajjiż. L-Istati Membri kollha taw rwol ta’ koordinazzjoni lill-AFCOS tagħhom, madankollu b'livelli differenti. Ftit Stati Membri biss taw is-setgħa lill-AFCOS tagħhom li jaġixxi b'kapaċità investigattiva.

1.           Introduzzjoni

Kull sena, skont l-Artikolu 325(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-miżuri meħuda biex jikkumbattu l-frodi u kull attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

It-Trattat jiddikjara li l-UE u l-Istati Membri jaqsmu r-responsabbiltà għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u l-ġlieda kontra l-frodi. L-awtoritajiet nazzjonali jimmaniġjaw madwar 80 % tan-nefqa tal-UE u jiġbru r-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT). Il-Kummissjoni tissorvelja dawn iż-żewġ oqsma, tistabbilixxi l-istandards u tivverifika l-konformità. Huwa essenzjali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jaħdmu flimkien mill-qrib biex jiżguraw li x-xogħol fir-rigward il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE jkun effettiv. Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' dan ir-rapport huwa li jivvaluta kemm kienet effettiva din il-kooperazzjoni fl-2013 u kif tista' tittejjeb.

Dan ir-rapport jiddeskrivi l-miżuri li ttieħdu fil-livell tal-UE fl-2013 u jipprovdi sommarju u evalwazzjoni tal-azzjonijiet li ttieħdu mill-Istati Membri biex jikkumbattu l-frodi. Analiżi tal-kisbiet ewlenin tal-entitajiet nazzjonali u Ewropej fl-identifikazzjoni u r-rappurtar ta’ frodi u irregolaritajiet li jirrigwardaw in-nefqa u d-dħul tal-UE hija inkluża. Ir-rapport jenfasizza b’mod partikolari t-twaqqif ta’ Servizz ta’ Koordinazzjoni kontra l-Frodi (AFCOS) f’kull Stat Membru, minħabba li dan jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni ewlenija dwar l-interessi finanzjarji tal-UE bejn l-Istati Membri u l-OLAF.

Ir-rapport huwa akkumpanjat minn sitt Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni[2]. Id-dokumenti bl-isem “Implimentazzjoni tal-Artikolu 325 mill-Istati Membri fl-2013” u “Analiżi statistika tal-Irregolaritajiet” jinkludu t-tabelli li jiġbru fil-qosor ir-riżultati ewlenin tal-azzjonijiet kontra l-frodi ta’ kull Stat Membru.

2.           Frodi u irregolaritajiet oħra

2.1.        Irregolaritajiet irrappurtati u xejriet u tendenzi ġenerali, 2009-13

Fl-2013, 15 779 irregolarità (frodulenti u mhux frodulenti) kienu rrappurtati lill-Kummissjoni, li kienu jinvolvu ammont globali ta' madwar EUR 2,14 biljun, li minnhom madwar EUR 1,76 biljun jirrigwardaw is-setturi tan-nefqa tal-baġit tal-UE. L-irregolaritajiet identifikati jirrappreżentaw 1,34 % tal-pagamenti fuq il-lat tan-nefqa u 1,86 % tar-RPT gross miġbura.

Meta mqabbel mal-2012, l-għadd ta’ irregolaritajiet żdiedu bi 17 %. Madankollu, l-ammont finanzjarju marbut mal-irregolaritajiet identifikati naqas b’36 %.

Matul l-aħħar ħames snin, kien hemm bidliet sinifikanti fil-mod kif l-Istati Membri u l-Kummissjoni jirrappurtaw l-irregolaritajiet. Żewġ pjattaformi[3] ġew speċifikament żviluppati u ffaċilitaw żieda fil-puntwalità u l-kwalità ġenerali u l-kwantità ta’ informazzjoni dwar l-irregolaritajiet li jaffettwaw il-baġit tal-UE.

Id-disponibbiltà ta’ din l-informazzjoni wasslet għal bidla sinifikanti fl-informazzjoni disponibbli permezz ta’ dan ir-rapport, billi tpoġġiet l-attenzjoni minn fuq l-irregolaritajiet trattati f’termini ġenerali għal dawk li ġew irrappurtati bħala frodulenti.

Meta mqabbel mal-2012, l-għadd ta’ irregolaritajiet irrappurtati żdiedu bi 22 %. filwaqt li l-ammonti relatati żdiedu bi 48 %.

Din iż-żieda hija parzjalment marbuta mar-riżorsi disponibbli għall-baġit tal-UE, li fl-2013 kienu aktar minn 10 % ogħla milli fl-2009. Madankollu, x’aktarx l-aktar fattur li kkawża żieda huwa l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-UE (il-Kummissjoni Ewropea u l-Qorti tal-Awdituri) u s-servizzi nazzjonali taw aktar attenzjoni u eżerċitaw aktar kontroll fuq il-ġestjoni tal-fondi tal-UE.

Konsegwentement, għalkemm l-irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti (li l-identifikazzjoni tagħhom taqa’ prinċipalment fir-responsabbiltà tal-Istati Membri u tkun aktar diffiċli) naqsu sa ċertu punt f’dawn l-aħħar ħames snin (ara t-Taqsima 2.2 u l-Grafika 2, ta' hawn taħt), l-għadd ta’ irregolaritajiet li ma ġewx irrappurtati bħala frodulenti żdied b’mod progressiv.

Grafika 1: Irregolaritajiet (frodulenti u mhux frodulenti) irrappurtati u l-ammonti relatati, 2009-13

2.2.        Irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti li jaffettwaw il-baġit tal-UE

L-għadd ta’ irregolaritajiet frodulenti rrappurtati u l-ammonti relatati ma jkunux kejl dirett tal-livell ta’ frodi li jaffettwa l-baġit tal-UE. Dawn jindikaw ir-riżultati miksuba mill-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-UE fl-identifikazzjoni tal-każijiet ta’ frodi potenzjali. Id-deċiżjoni finali dwar jekk każ jikkostitwixxix frodi tittieħed mill-awtoritajiet (ġudizzjarji) responsabbli tal-Istat Membru involut[4].

Fl-2013, l-Istati Membri rrappurtaw 1 609 irregolarità bħala frodulenti li jinvolvi ammont globali ta' EUR 309 miljun f'fondi tal-UE. Barra minn hekk, 25 irregolarità frodulenti kienu jikkonċernaw fondi ġestiti b'nefqa diretta, u kienu jinvolvu EUR 1,2 miljun, u tmien irregolaritajiet frodulenti kienu rrappurtati mill-pajjiżi kandidati u kienu jinvolvu madwar EUR 1 miljun.

L-għadd ta’ irregolaritajiet frodulenti[5] rrappurtati fl-2013 żdied bi 30 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, filwaqt li l-impatt finanzjarju tagħhom naqas b’21 %. Għandu jiġi nnutat li l-fluttwazzjonijiet annwali f’ammonti huma anqas importanti minn varjazzjonijiet fl-għadd ta’ każijiet irrappurtati (l-ammonti jistgħu jkunu partikolarment affettwati minn każijiet individwali li jinvolvu valuri għoljin). Ġew irreġistrati differenzi sinifikanti bejn is-setturi, kif jidher fit-Tabella 1. Il-Grafika 2 turi tendenzi ġenerali matul l-aħħar ħames snin, b'enfasi ta' ċertu tnaqqis fl-għadd ta’ każijiet irrappurtati u l-ammonti matul dan il-perjodu.

Hemm ukoll differenzi bejn it-tendenza tad-dħul (li qed jonqos) u t-tendenza tan-nefqa (fejn il-fluttwazzjonijiet jidhru li huma marbuta mal-evoluzzjoni taċ-ċikli ta’ programmazzjoni multiannwali u fejn kien hemm żieda mill-2012).

Tabella 1: Irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti fl-2013[6]

Analiżi tal-irregolaritajiet frodulenti kollha rrappurtati fl-2013, skont l-Istat Membru u s-settur tal-baġit, hija ppreżentata fl-Anness 1.

Grafika 2: L-irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti u l-ammonti relatati, 2009-13

2.2.1.     Dħul

L-għadd ta' każijiet ta' frodi rrappurtati għall-2013 (633) huwa 17 % anqas mill-medja rrappurtata għas-snin 2009-13 (763). L-ammont ta’ RPT totali stabbilit irrappurtat għall-2013 (EUR 54 miljun – EUR 61 miljun inklużi l-ammonti stmati) huwa 44 % anqas mill-medja stabbilita għall-perjodu 2009-13 (EUR 96 miljun).[7]

Fl-2013, kważi nofs il-każijiet ta’ frodi (47 %) kienu żvelati matul l-ispezzjonijiet minn servizzi ta' kontra l-frodi u 29 % matul il-kontrolli doganali mwettqa fil-ħin tal-approvazzjoni tal-merkanzija. Madwar 56 % tal-ammonti tal-RPT kollha involuti f’każijiet ta’ frodi kienu stabbiliti waqt spezzjoni mwettqa minn servizzi ta’ kontra l-frodi.

L-analiżi turi li l-għadd ta’ każijiet ta’ frodi naqas matul il-perjodu 2009-13, kif jidher fil-Grafika 3.

GRAFIKA 3: RPT — Każijiet ta' frodi u l-ammonti stabbiliti affettwati, 2009-13

2.2.2.     Nefqa

Għan-nefqa tal-UE, iż-żieda fl-għadd ta’ irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti kien sinifikanti, b'76 %. Dan jirrifletti prinċipalment is-settur tar-riżorsi naturali (fejn iż-żieda kienet ta’ 175 %, ara l-paragrafu 2.2.2.1). Kien hemm żidiet ukoll fil-politiki ta' koeżjoni (15 %) kif ukoll ta’ qabel l-adeżjoni (27 %). Deher tnaqqis fin-nefqa diretta (14 %). Il-fluttwazzjonijiet fl-ammonti involuti jagħtu anqas spjegazzjoni kif diġà speċifikat minħabba li naqsu fis-setturi kollha, bl-eċċezzjoni tal-agrikoltura (+ 10 %).

L-irregolaritajiet notifikati huma ta' sikwit marbutin ma' tranżazzjonijiet li seħħew f'sena finanzjarja li mhijiex dik li fiha ġew identifikati jew irrappurtati. Hemm medja ta' perjodu ta’ żmien ta’ madwar erba’ snin bejn meta l-att (potenzjali) ta’ frodi jitwettaq u meta jiġi rrappurat lill-Kummissjoni[8].

Il-Grafiċi 4 u 5 juru l-irregolaritajiet frodulenti rrappurtati u l-ammonti relatati magħhom, skont is-settur tan-nefqa.

B’differenza mis-snin preċedenti, bosta irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti (60 %) kienu identifikati fis-settur agrikolu. Bħal fis-snin preċedenti, madankollu, l-biċċa l-kbira tal-ammonti li jinkludu l-irregolaritajiet (63 %) tirriżulta mill-politika ta’ koeżjoni.

Grafiċi 4 u 5: Irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti skont is-settur tal-baġit (in-nefqa) — skont in-numru u l-ammont

Il-modi operandi identifikati ma varjawx b'mod sinifikanti meta mqabbla mas-snin ta' qabel. L-użu ta’ dokumentazzjoni jew dikjarazzjonijiet foloz jew iffalsifikati baqgħu l-aktar metodu użat.

Tlieta biss mill-irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti jikkonċernaw korruzzjoni[9].

Madwar 48 % tal-irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti fl-2013 ġew identifikati mill-korpi ta' kontra l-frodi jew matul l-investigazzjonijiet kriminali jew kontrolli esterni oħrajn. Mat-52 % ġew identifikati mis-sistemi amministrattivi ta' kontroll stipulati fir-regolamenti settorjali. Dan jenfasizza l-importanza ta' kontrolli esterni fil-ġlieda kontra l-frodi u l-ħtieġa għal koordinazzjoni b'saħħitha mal-awtoritajiet tal-ġestjoni u l-awditjar. Dan juri wkoll li dawn tal-aħħar marru għall-aħjar b’mod sinifikanti. L-investigazzjonijiet ta' kontra l-frodi jew kriminali identifikaw każijiet ta' frodi potenzjali li jinvolvu ammonti finanzjarji konsiderevolment għolja, li jirrifletti l-abbilità tagħhom biex imexxu x-xogħol tagħhom, kif ukoll il-kapaċitajiet imsaħħa ta' investigazzjoni tagħhom.

Fl-2013, Stat Membru wieħed biss, l-Irlanda, ma kklassifika l-ebda mill-irregolaritajiet tiegħu bħala frodulenti. L-identifikazzjoni tkompli tvarja bejn l-Istati Membri[10]. L-Istati Membri li identifikaw u rrappurtaw l-ogħla numru ta’ irregolaritajiet frodulenti huma: l-Italja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Polonja, id-Danimarka u l-Greċja (bejn 302 u 55). F'termini tal-ammonti involuti, l-ogħla ċifri ġew irrappurtati mill-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, il-Greċja u l-Ġermanja (bejn EUR 68 u EUR 24 miljun). Numru żgħir ħafna ta' irregolaritajiet frodulenti (anqas minn tlieta għas-setturi kollha tal-infiq) ġew irrappurtati mill-Belġju, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Finlandja, u l-Isvezja. Dawn id-differenzi joħorġu minn diversi fatturi u jirriflettu approċċi differenti ħafna, mhux biss fost l-Istati Membri tal-UE, iżda wkoll fost l-amministrazzjonijiet differenti fl-istess Stat Membru. Xi Stati Membri jużaw riżorsi sinifikanti biex jikkumbattu l-frodi; oħrajn jippreferu japplikaw korrezzjonijiet finanzjarji mingħajr aktar investigazzjoni tar-reati kriminali potenzjali.

Mill-irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti f'dawn l-aħħar ħames snin, 8 % ġew ikkunsidrati bħala frodi (proporzjon ta' frodi stabbilita)[11]. Dan il-proporzjon irdoppja meta mqabbel ma’ dak tal-2012.

2.2.2.1.  Riżorsi naturali (agrikoltura, żvilupp rurali u sajd)

Iż-żieda qawwija fis-settur tas-sajd (+ 475 %) kienet mistennija meta wieħed iqis id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi u n-numri baxxi rrappurtati sas-sena l-oħra.

Għall-agrikoltura, l-istampa hija aktar kumplessa, minħabba li l-irregolaritajiet notifikati minn erba’ Stati Membri (il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Italja u r-Rumanija) jirrappreżentaw madwar 75 % tan-numru totali ta’ irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti, iżda n-numru ta’ irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti żdied ukoll għal ħames pajjiżi oħra (ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, Spanja, Franza u l-Polonja).

Għad-Danimarka, il-każijiet irrappurtati huma kontinwazzjoni tal-investigazzjoni li bdiet fl-2012. Il-każijiet ta’ frodi suspettati huma marbuta ma’ nuqqas ta’ konformità mar-restrizzjonijiet nazzjonali fuq l-użu tal-fertilizzanti u r-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità. Il-proċedimenti amministrattivi dwar il-kundizzjonalità għadhom għaddejjin u f’ħafna każijiet hija l-qorti li tagħti s-sentenza finali.

Fil-każ tar-Rumanija u l-Bulgarija, ġew identifikati għadd ta’ nuqqasijiet fis-sistema u dan wassal għal aktar kontrolli u għalhekk jiġu identifikati aktar irregolaritajiet.

L-Italja kellha l-ogħla numru ta’ irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti (213). Madwar terz huma konsegwenza ta’ investigazzjoni mifruxa li għadha għaddejja. Madankollu, għadd sinifikanti jistgħu jkunu ġew ikkawżati minn applikazzjoni intensa żżejjed tal-klassifikazzjoni frodulenti; dan se jiġi ssorveljat aktar fis-snin li ġejjin.

Iż-żieda fl-irregolaritajiet li ġew irrappurtati bħala frodulenti tikkonċerna kemm il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija[12] kif ukoll il-Fond għall-Iżvilupp Rurali[13]. Tmintax fil-mija tal-każijiet irrappurtati jikkonċernaw iż-żewġ fondi.

Kważi 30 % tal-irregolaritajiet frodulenti involvew l-użu ta’ dokumenti jew dikjarazzjonijiet foloz jew iffalsifikati.

Fl-2013, il-proporzjon tal-irregolaritajiet frodulenti potenzjali identifikati mis-servizzi kontra l-frodi żdied meta mqabbel mas-snin preċedenti, għal 44 %, filwaqt li l-proporzjon tal-investigazzjonijiet kriminali baqgħu stabbli (8 %). Dan kien il-każ b’mod partikolari minħabba r-riżultati nnotifikati mill-Italja u mid-Danimarka.

Il-proporzjon ta' frodi stabbilita fl-agrikoltura żdied meta mqabbel mal-2012: kien 7 % fil-każijiet kollha rrappurtati fl-2009-13 (6 % fl-2012).

2.2.2.2.  Politika ta' koeżjoni (fil-perjodi ta' programmazzjoni 2007-13 u 2000-06)

Għalkemm ir-rappurtar tal-irregolaritajiet frodulenti żdied bi 15 % meta mqabbel mal-2012, għall-ewwel darba l-politika ta’ koeżjoni ma kinitx il-qasam tan-nefqa baġitarja bl-ogħla numru ta’ irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti. L-ammonti relatati, għalkemm qed jonqsu, għadhom madankollu jirrappreżentaw l-akbar sehem tat-total.

B’mod konsistenti max-xejriet imsemmija fl-2012, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) kien jammonta għall-akbar proporzjon ta’ irregolaritajiet frodulenti rrappurtati fl-2013. Madankollu, matul l-aħħar ħames snin, l-għadd ta’ irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti kien kważi l-istess għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-FEŻR. F'termini ta' ammonti involuti, il-FEŻR dejjem kien jirrappreżenta l-akbar proporzjon (minħabba li jipprovdi ammonti ogħla ta' finanzjament għall-proġetti appoġġati).

Il-biċċa l-kbira tal-irregolaritajiet frodulenti (55 %) kienu identifikati mis-sistema ta’ kontroll stipulata fil-leġiżlazzjoni tal-UE, mhux mill-investigazzjonijiet kriminali jew il-korpi ta’ kontra l-frodi. Dan kompla t-tendenza diġà msemmija fl-2012, iżda jirrappreżenta bidla impressjonanti minn perjodu ta' programmazzjoni preċedenti (2000-06), meta l-irregolaritajiet frodulenti kienu kważi esklussivament identifikati matul l-investigazzjonijiet ta' kontra l-frodi u dawk kriminali. 

Il-ħidma tal-Kummissjoni f’dawn l-aħħar snin biex jitqajjem għarfien dwar frodi fil-politika ta’ koeżjoni tidher li kienet suċċess, iżda t-tendenza deskritta hawn fuq teħtieġ aktar tisħiħ[14]. F’termini ta’ ammonti finanzjarji, l-aktar irregolaritajiet frodulenti sinifikanti kienu għadhom qed jiġu identifikati matul l-investigazzjonijiet ta' kontra l-frodi (76 %).

Iż-żmien li jittieħed biex jiġu rrappurtati l-każijiet frodulenti wara li dawn jiġu identifikati jibqa’ l-istess, medja ta' tmien xhur. Ġew identifikati prassi irregolari, bħala medja, sentejn u nofs wara li jkunu bdew.

Il-proporzjon ta’ frodi stabbilita għall-politika ta’ koeżjoni żdied meta mqabbel mal-2012; 11 % tal-irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti fl-2009-13 kienu ddikjarati bħala stabbiliti minħabba d-deċiżjonijiet finali fil-Greċja, il-Ġermanja, il-Polonja u s-Slovenja (din iċ-ċifra kienet 3 % fl-2012).

2.2.2.3.  Politika għal qabel l-adeżjoni (Assistenza ta' qabel l-adeżjoni u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA))

In-numru ta’ irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti fl-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni baqa' fl-istess livell bħal fis-sena preċedenti, għalkemm ilu jonqos sa mill-2009. Ir-Rumanija u l-Bulgarija huma l-pajjiżi li rrappurtaw irregolaritajiet frodulenti fl-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, l-aktar fl-iżvilupp rurali[15].

L-għadd ta’ irregolaritajiet frodulenti u l-ammonti irregolari marbuta mal-IPA meta mqabbel mal-2012. Din iż-żieda tista’ titqies fin-norma minħabba li r-rappurtar tal-irregolaritajiet fl-IPA beda biss f’dawn l-aħħar snin. Il-biċċa l-kbira tal-irregolaritajiet frodulenti kienu rrappurtati mit-Turkija. L-ogħla ammonti frodulenti kienu rreġistrati fir-rigward tal-assistenza għat-tranżizzjoni, il-bini tal-istituzzjoni u l-iżvilupp rurali.

2.2.2.4.  Nefqa ġestita direttament mill-Kummissjoni

In-nefqa direttament ġestita mill-Kummissjoni hija analizzata abbażi ta’ dejta dwar l-ordnijiet ta’ rkupru maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni.

Fl-2013, skont is-sistema tal-Kummissjoni tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti (ABAC), 26 irkupru kienu kklassifikati mis-servizzi tal-Kummissjoni bħala frodi suspettata u ġew irrappurtati lill-OLAF. Dawn ammontaw għal EUR 1,2 miljun – anqas minn fis-sena preċedenti.

2.2.3.     Riżultati tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)[16]

Fl-2013, l-OLAF fetaħ 253 investigazzjoni u 34 każ ta' koordinazzjoni u kkonkluda 293 (li 164 minnhom inkludew rakkomandazzjonijiet).

Intbagħtu 85 rakkomandazzjoni għal azzjoni ġudizzjarja lill-awtoritajiet nazzjonali u ġie rrakkomandat li madwar EUR 402,8 miljun jiġu rkuprati, li minnhom EUR 84,9 miljun kienu marbuta mad-dħul u EUR 317,9 miljun man-nefqa (ara t-Tabella 2).

Tabella 2: L-ammonti rrakkomandati għall-irkupru fl-2013 wara l-investigazzjonijiet tal-OLAF[17]

2.3.        Irregolaritajiet li ma ġewx irrappurtati bħala frodulenti

Fl-2013, il-Kummissjoni ġiet innotifikata dwar 14 170 irregolarità li ma ġewx irrappurtati bħala frodulenti (madwar 16 % aktar mill-2012). Iċ-ċifri żdiedu għas-setturi kollha bl-eċċezzjoni ta’ qabel l-adeżjoni. L-impatt finanzjarju relatat naqas għal madwar EUR 1,84 biljun (38 % anqas minn fl-2012), b’żidiet sinifikanti fl-agrikoltura (ara l-paragrafu 2.3.2), kif jidher fit-Tabella 3.

Tabella 3: Irregolaritajiet li ma ġewx irrappurtati bħala frodulenti fl-2013[18]

L-Anness 2 juri analiżi tal-irregolaritajiet mhux frodulenti kollha rrappurtati fl-2013, mill-Istat Membru u s-settur baġitarju.

2.3.1.     Dħul

L-għadd ta' irregolaritajiet irrappurtati għall-2013 (4 144) kien 5 % ogħla mill-medja tal-irregolaritajiet irrappurtati għas-snin 2009-13 (3 936)[19].  L-ammont stabbilit totali ta’ RPT involut (EUR 326 miljun – 327 miljun inklużi l-ammonti stmati) kien 16 % ogħla mill-medja stabbilita għall-perjodu 2009-13 (EUR 280 miljun).

GRAFIKA 6: RPT- Każijiet ta' irregolaritajiet li ma ġewx irrappurtati bħala frodulenti u l-ammonti affettwati, 2009-13

Fl-2013, il-biċċa l-kbira tal-irregolaritajiet (56 %) u l-ammonti ta’ RPT stabbiliti (56 %) ġew identifikati permezz tal-kontrolli ta’ wara l-approvazzjoni.

2.3.2.     Nefqa

Iż-żieda fin-numru ta’ irregolaritajiet li ma ġewx irrappurtati bħala frodulenti tikkonċerna s-setturi tal-infiq kollha tal-baġit tal-UE, bl-eċċezzjoni ta' qabel l-adeżjoni.

Madankollu, din iż-żieda fl-irregolaritajiet li ġew irrappurtati hija riflessa minn tnaqqis sinifikanti fl-ammonti kkonċernati, b’mod partikolari fil-politika ta’ koeżjoni. Ġiet osservata żieda sinifikanti fil-qasam tal-politika tar-riżorsi naturali (marbuta prinċipalment mal-iżvilupp rurali u mal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi tagħha u ż-żieda tal-kontrolli meħtieġa mis-sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Kummissjoni f’dawn l-aħħar snin), u fin-nefqa diretta.

3.           Irkupru u miżuri ta' prevenzjoni u korrettivi oħra

Aspett importanti tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE jinvolvi l-użu ta' mekkaniżmi biex jiġu evitati u kkoreġuti l-frodi u irregolaritajiet oħra sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-baġit tkun f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba[20].

B'ġestjoni konġunta, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri li ġejjin:

· miżuri ta' prevenzjoni: interruzzjoni tal-ħlasijiet (isir avvanz tal-iskadenza taż-żmien tal-pagament sa massimu ta' sitt xhur)[21]; sospensjoni tal-pagamenti kollha, jew parti mill-pagamenti interim, lil Stat Membru[22];

· miżuri korrettivi: jekk Stat Membru ma jiħux il-miżuri meħtieġa, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li timponi korrezzjoni finanzjarja[23]. In-nefqa li ma tkunx konformi mar-regoli applikabbli jew tkun soġġetta għal ordni ta' rkupru inkella tnaqqis mit-talba sussegwenti għall-pagament.

Id-dejta dwar l-irkupri diretti tal-Istati Membri mingħand il-benefiċjarji hija disponibbli biss parzjalment[24] u hija inkluża fid-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni "Evalwazzjoni statistika tal-irregolaritajiet".

Id-dejta dwar it-tipi ta' ġestjoni minbarra l-ġestjoni konġunta (partikolarment in-nefqa diretta) tikkonċerna prinċipalment ordnijiet ta' rkupru maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni, jew tnaqqis mill-kostijiet tal-pretensjonijiet.

3.1.        Nefqa: mekkaniżmi ta' prevenzjoni

3.1.1.     Interruzzjonijiet fl-2013

Fl-2013, il-Kummissjoni ħadet 217-il deċiżjoni biex tinterrompi l-ħlasijiet fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni (li jinvolvu kważi EUR 5 biljun, bl-istess mod bħas-sena ta’ qabel). Minn dawn, 131 kienu għadhom pendenti sal-aħħar tal-2013 (li jinvolvu madwar EUR 2 biljun).

It-Tabella 4 tippreżenta l-każijiet ta' interruzzjoni trattati fl-2013 u turi l-attività sinifikanti ta' prevenzjoni mwettqa, b'mod partikolari fir-rigward tal-FEŻR/Fond ta' Koeżjoni, li jirrappreżentaw aktar minn 72 % tal-każijiet u madwar 87 % tal-ammonti totali kkonċernati.

Tabella 4: Każijiet ta' interruzzjoni trattati mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-2013

3.1.2.     Sospensjonijiet

Waħda miż-żewġ deċiżjonijiet ta’ sospensjoni rigward il-FEŻR u li kienet għadha fis-seħħ fi tmiem l-2012 tneħħiet sal-aħħar tal-2013[25], filwaqt li oħrajn baqgħu fis-seħħ[26]. Erba’ deċiżjonijiet ta’ sospensjoni ġew adottati fl-2013[27]. Erba’ deċiżjonijiet ta’ sospensjoni oħra ġew adottati f'Jannar 2014[28].

Waħda miż-żewġ deċiżjonijiet ta’ sospensjoni rigward l-FSE adottat fl-2012 u li kien għadu fis-seħħ fl-aħħar tal-2012 tneħħiet fl-2013[29], filwaqt li oħrajn jibqgħu fis-seħħ[30]. Ġew adottati 11-il deċiżjoni ta’ sospensjoni fl-2013 u kollha ħlief waħda[31] kienu għadhom fis-seħħ sal-aħħar tal-2013[32]. Deċiżjoni ta’ sospensjoni adottata fl-2011 kienet għadha għaddejja fl-aħħar tal-2013[33].

3.2.        Nefqa: korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri fl-2013

Fl-2013, il-miżuri korrettivi deċiżi mill-Kummissjoni vis-à-vis l-Istati Membri u l-benefiċjarji żdiedu meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (b’20 %), filwaqt li dawk implimentati naqsu (b’24 %), prinċipalment fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni u b’mod partikolari fir-rigward tal-FEŻR (fejn naqsu b'40 %, ara t-Tabella 5).

Tabella 5: Korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri għal kull settur tal-baġit, 2013-12

L-Anness 3 juri analiżi skont l-Istat Membru, ta' korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl-2013 b'ġestjoni konġunta.

3.3.        Rkupru marbut ma' dħul mir-riżorsi proprji

Madwar 98 % tal-ammonti kollha stabbiliti tar-RPT jinġabru mingħajr problemi partikolari. It-2 % li jibqa' jirrigwardaw każijiet ta' frodi u irregolaritajiet oħra. L-Istati Membri huma obbligati li jirkupraw l-ammonti dovuti tar-RPT u jirreġistrawhom fil-bażi tad-dejta tal-OWNRES. Għall-2013, l-ammont li għandu jiġi rkuprat wara frodi u irregolaritajiet li jinvolvu ammont ta' RPT ta’ aktar minn EUR 10 000 kien ta’ EUR 380 miljun. Minn dan l-ammont, EUR 234 miljun diġà ġew irkuprati mill-Istati Membri għal każijiet identifikati fl-2013, li wassal biex ir-rata ta’ rkupru għall-2013 tkun 62 %, l-aħjar riżultat ta’ rkupru rrappurtat f’dawn l-aħħar 10 snin. Barra minn hekk, l-Istati Membri komplew bl-attivitajiet tagħhom ta’ rkupru marbuta ma’ każijiet mis-snin preċedenti. Fl-2013, dawn irkupraw total kombinat ta’ madwar EUR 130 miljun għal każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet identifikati bejn l-1989 u l-2012.

Ir-rata ġenerali storika ta’ rkupru (1989-2010) hija ta’ 75 % meta l-kalkolu jinkludi biss każijiet magħluqa li fihom l-Istati Membri jkunu lestew ix-xogħol tagħhom ta’ rkupru.

Il-klassifikazzjoni ta’ każ bħala frodulenti tista’ tintuża bħala indikatur għal previżjoni tar-riżultati ta' rkupru. L-irkupru f’każijiet ta’ frodi jkollu ġeneralment ferm anqas suċċess milli f’każijiet ta’ irregolarità (rata ta’ rkupru ta’ 24 % imqabbla ma’ 68 %).

L-attivitajiet tal-Istati Membri biex jirkupraw ir-RPT huma ssorveljati permezz ta’ spezzjonijiet tar-RPT u permezz ta' proċedura li tirrikjedi li l-ammonti kollha li jaqbżu l-EUR 50 000, li finalment ikunu ddikjarati bħala li ma jistgħux jinġabru lura mill-Istati Membri, jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni. L-Istati Membri jinżammu finanzjarjament responsabbli għan-nuqqas tal-irkupru tar-RPT, f'każijiet fejn jiġu osservati dgħufijiet fl-attivitajiet ta' rkupru tagħhom.

4.           Il-politiki kontra l-frodi fuq livell tal-UE

4.1.        Inizjattivi tal-politika kontra l-frodi meħuda mill-Kummissjoni fl-2013

4.1.1.     Ir-Regolament Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF

Ir-Regolament OLAF li jirregola l-ħidma tiegħu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2013[34]. Dan isaħħaħ id-drittijiet tal-persuni kkonċernati permezz ta' investigazzjoni tal-OLAF u jiċċara d-drittijiet tax-xhieda. Jiċċara l-mod li bih il-proċeduri ta’ investigazzjoni għandhom jitwettqu. Isaħħaħ ukoll l-obbligi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-OLAF u l-Istati Membri tal-UE. L-Istati Membri issa huma meħtieġa li jistabbilixxu Servizz ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi (AFCOS) biex jiffaċilita l-kooperazzjoni effettiva u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-OLAF, inkluża informazzjoni ta’ natura operattiva. L-OLAF qed jassisti u jagħti pariri lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom ta’ dan l-obbligu l-ġdid. Ir-Regolament jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni ma’ korpi tal-infurzar tal-liġi tal-UE u ma’ pajjiżi terzi[35].

4.1.2.     Proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali

Fl-2012, il-Kummissjoni ressqet proposta għal direttiva dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE permezz tal-liġi kriminali.[36] Din għandha l-għan li ssaħħaħ il-qafas legali eżistenti f’dan il-qasam billi toħloq regoli minimi komuni dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali, is-sanzjonijiet u l-limiti ta' żmien għal dawn ir-reati. Il-Kunsill adotta approċċ ġenerali fis-6 ta’ Ġunju 2013 u l-Parlament Ewropew adotta r-rapport tiegħu fl-ewwel qari fis-16 ta’ April 2014. 

4.1.3.     Proposta għat-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

Fis-17 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar it-twaqqif ta’ Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)[37]. Din l-inizjattiva hija bbażata fuq l-Artikolu 86 tat-TFUE. L-UPPE jkollu l-mandat biex jinvestiga, iħarrek u jressaq quddiem il-qorti reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE, kif definit fid-direttiva futura Kontra l-Frodi[38], u biex jiżgura li dan isir b’mod armonizzat, b'mod indipendenti u effiċjenti. Skont il-proposta, l-UPPE jkun jikkonsisti minn livell ċentrali b’numru limitat ta’ prosekuturi Ewropej, u livell deċentralizzat bi prosekuturi delegati Ewropej fl-Istati Membri. L-investigazzjonijiet jitwettqu prinċipalment fil-livell deċentralizzat minn prosekuturi delegati, iżda ċerti deċiżjonijiet ewlenin jittieħdu fil-livell ċentrali. Is-setgħat tal-UPPE jkunu bbilanċjati bi drittijiet ta' difiża b’saħħitha kif garantit skont il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri, il-liġi tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Fit-tmiem tal-2013, in-negozjati fil-Kunsill kienu għadhom għaddejjin.

4.1.4.     Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE

Fl-2011, il-Kummissjoni ppreżentat politika ġenerali kontra l-korruzzjoni fl-UE[39] u sejħet għal aktar enfażi fuq il-korruzzjoni f’firxa wiesgħa ta’ oqsma politiċi. Dan enfasizza kooperazzjoni aktar mill-qrib, regoli aġġornati dwar il-konfiska tal-assi kriminali, reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku, statistika aħjar dwar il-kriminalità u użu aktar rigoruż ta’ kundizzjonalitajiet fil-politiki ta’ kooperazzjoni u żvilupp.

Il-Kummissjoni tat impenn li tippubblika rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni kull sentejn. L-ewwel rapport ġie adottat fi Frar 2014[40]. L-għan tar-rapport huwa li jiġu intensifikati l-miżuri kontra l-korruzzjoni fl-UE u tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri. Jidentifika wkoll it-tendenzi madwar l-UE, jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u jħejji l-bażi għall-miżuri tal-politika tal-UE futuri. Il-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku hija t-tema trasversali tal-ewwel rapport u tikkomplimenta l-istudju dwar “Il-kostijiet tal-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku” imressaq mill-OLAF fl-2013[41].

4.1.5.     Il-politika kontra l-frodi doganali

4.1.5.1.  L-Assistenza Amministrattiva Reċiproka - proposta għal emenda tar-Regolament 515/97)

Fil-25 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal emenda tar-Regolament (KE) Nru 515/97[42]. L-objettiv huwa li titjieb l-identifikazzjoni u l-ġlieda tal-frodi doganali billi titjieb id-disponibbiltà tad-dejta, jiġu indirizzati l-ineffiċjenzi tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta doppja, biex tkun żgurata ammissibilità ta’ evidenza fi proċedimenti tal-qorti tal-Istati Membri u tiżdied il-kunfidenzjalità tad-dejta.

Il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni dwar dan f’April 2014[43]. In-negozjati għadhom għaddejjin fil-Kunsill.

4.1.5.2.  Operazzjonijiet Doganali Konġunti (ODK)

L-ODK huma miżuri operattivi kkoordinati u mmirati implimentati mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u pajjiżi terzi, matul perjodu ta' żmien limitat, biex jiġġieldu kontra t-traffikar illeċitu transfruntier ta' merkanzija.

Fil-kuntest tal-assistenza reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet doganali tal-UE u l-Kummissjoni, l-OLAF jipprovdi pjattaforma tal-IT, applikazzjonijiet tal-IT u kamra tal-operazzjonijiet għall-użu mill-Istati Membri biex iwettqu l-ODK. Fl-2013, l-OLAF appoġġa jew ikkoorganizza l-ODK li ġejjin:

JCO HELIOS[44]: L-għan tagħhom kien il-ġlieda kontra l-attivitajiet marittimi illegali[45] fuq prodotti b'taxxa għolja u drogi illegali u/jew merkanzija projbita/sensittiva oħra.

JCO HALYARD[46]: L-għan ewlieni kien li jiġu identifikati, lokalizzati, interċettati jottijiet u bastimenti oħrajn[47] suspettati li jġorru drogi illegali u/jew merkanzija projbita/sensittivi (inklużi s-sigaretti) oħra u jissaħħaħ il-kontroll fuqhom.  Mal-124 kg ta’ kokaina ġew ikkonfiskati mill-Awtoritajiet doganali fir-Renju Unit

JCO WAREHOUSE[48]: Din kienet immirata għal merkanzija fi tranżitu u prodotti tas-sisa importati skont il-proċedura 42 u sussegwentement mqiegħda fis-Sistema tas-Sisa għall-Kontroll ta’ Trasferiment (EMCS) taħt sospensjoni ta’ dazji tas-sisa u VAT. Din kienet l-ewwel darba li l-awtoritajiet tat-taxxa fuq livell Ewropew kienu involuti fil-proċess kollu ta’ ODK. Bħala riżultat, kważi 45 miljun sigarett imdaħħla b'kuntrabandu, kważi 140 000 litru ta’ fjuwil tad-diżil u madwar 14 000 litru vodka nqabdu, f’ammont stmat ta’ EUR 9 miljun f’forma ta’ dazji doganali evażi.

JCO ROMOLUK[49]: Din kienet immirata għall-kuntrabandu tas-sigaretti u l-alkoħol. Bdiet ukoll il-proċess ta’ tisħiħ fil-kooperazzjoni bejn l-aġenziji[50]. Kooperazzjoni mal-gwardji tal-fruntiera u l-Frontex wasslu għal aktar sekwestri fil-fruntiera l-ħadra u fil-pajjiżi permezz ta’ gruppi mobbli ta’ kontroll. Madwar 23 miljun sigaretti mdaħħla b’kuntrabandu ġew issekwestrati, u ġie evitat telf potenzjali tad-dazji doganali u taxxi fl-UE ta’ madwar EUR 4,6 miljun.

Minbarra l-ODK, l-OLAF appoġġa l-proġett PCA DISMANTLE[51] li baqa' għaddej matul l-2013.

4.1.5.3.  Inizjattiva ta' Sottovalutazzjoni

Frodi ta' sottovalutazzjoni fil-qasam doganali tfisser deskrizzjoni ħażina tal-valur tal-merkanzija biex jiġi evitat il-pagament kollu ta’ dazji tad-dwana fuq l-importazzjoni fl-UE. Din il-frodi għandha impatt dirett kemm fuq il-baġit tal-UE u d-dħul mit-taxxa nazzjonali u l-kontributi għal distorsjoni fil-kummerċ, li jippenalizza lil dawk l-Istati Membri li jwettqu kontrolli aktar stretti fir-rigward ta’ valuri doganali ddikjarati.

L-OLAF, flimkien ma’ għadd ta’ Stati Membri, nedew inizjattiva li tindirizza dan il-fenomenu kumpless u persistenti biex titrawwem koordinazzjoni/kooperazzjoni u ekwivalenti għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Din hija bbażata fuq analiżi tal-flussi tal-kummerċ u għandha l-għan li tidentifika tendenzi suspettużi kif ukoll miri speċifiċi għal kontrolli bbażati fuq ir-riskju, tikkoordina strateġiji ta’ kontroll u fl-aħħar mill-aħħar twassal għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni.

Se tidħol fil-fażi operattiva tagħha fl-2014.

4.1.5.4.  Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (AFIS)

L-għan ewlieni tal-AFIS huwa li titjieb il-kooperazzjoni mas-sħab biex tgħinhom japplikaw korrettament il-liġi doganali tal-UE. L-Istati Membri jużaw l-AFIS biex jirrappurtaw każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet. Sa tmiem l-2013, l-AFIS kellha 8 642 utent aħħari rreġistrat f'isem 1 670 servizz fi Stati Membri, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni u istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Fl-2013, l-utenti tal-AFIS skambjaw 10 978 messaġġ MAB ta’ posta[52]. Total ta' 8 598 każ kienu ġew ippubblikati fil-bażijiet tad-dejta u moduli tal-assistenza reċiproka tal-AFIS[53]. Il-bażi tad-dejta tal-informazzjoni tat-tranżitu (ATIS) rċeviet informazzjoni dwar seba' miljun kunsinna ġdida ta' tranżitu, li jirrappreżentaw total ta' 35 miljun moviment tal-merkanzija. Is-sistema ta’ ġestjoni tal-irregolaritajiet (IMS) irċeviet 23 282 komunikazzjoni ġdida (9 998 relatati ma’ każijiet ġodda u 12 740 aġġornament għal każijiet eżistenti) dwar l-irregolaritajiet mill-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati, u fi tmiem l-2013 kellha total storiku ta’ 174 000 komunikazzjoni. Total ta’ erba’ ODK, tlieta reġjonali u waħda madwar l-UE kollha, twettqu fl-2013 permezz tal-Unità għall-Koordinazzjoni tal-Operazzjonijiet Virtwali (VOCU) tal-AFIS bħala l-għodda ta’ komunikazzjoni tagħha.

4.1.6.     Ġlieda kontra l-frodi tal-VAT

Fl-2013 ġiet adottata d-Direttiva 2013/42[54] biex jiġi implimentat il-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida biex jittratta l-frodi enormi u f’daqqa, li ma jkunux jistgħu jitwaqqfu permezz ta’ mezzi tradizzjonali. Ġie estiż ukoll l-ambitu tal-Mekkaniżmu tar-Reverse Charge.[55]  Tnedew żewġ Rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill u bħalissa qed jiġu diskussi; dawn se jagħmluha possibbli li jingħata bidu għal negozjati mar-Russja u n-Norveġja għal ftehim tal-UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT. In-netwerk Eurofisc huwa kompletament operattiv u qed jiġu esplorati modi ġodda biex isaħħaħ l-attivitajiet tiegħu, inkluż proġett ġdid ta' analiżi tar-riskju transfruntier. L-istudju ta' darbtejn fis-sena dwar id-distakk tal-VAT li ġie ppubblikat fl-2013[56] jagħti fehim aħjar ta’ tendenzi riċenti ta' frodi tal-VAT.

4.1.7.     Dispożizzjonijiet kontra l-frodi fi ftehimiet internazzjonali

Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-UE u tiġi żgurata applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni doganali, il-ftehimiet internazzjonali tal-UE jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka u miżuri dwar l-infurzar ta’ trattament preferenzjali.

Fl-2013, 46 ftehim li jinkludu dispożizzjonijiet tal-assistenza amministrattiva reċiproka għal 69 pajjiż terz kienu fis-seħħ u negozjati bilaterali jew reġjonali kienu għaddejjin ma' 51 pajjiż ieħor.. Fl-2013, ftehimiet li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ ħieles saru operattivi bejn l-UE u l-Perù il-Kolombja u r-reġjun tal-Amerika Ċentrali. Dawn il-ftehimiet ingħataw bidu wkoll ma’ Singapor, il-Moldova u l-Ġeorġja. Għandu jiġi nnutat ukoll li fl-2013 il-Kunsill tal-UE adotta Deċiżjoni riveduta dwar l-Assoċjazzjoni Barranija [57] li tkopri 25 mill-Pajjiżi Barranin tal-UE u t-Territorji u, għall-ewwel darba, id-Deċiżjoni tinkludi miżuri dwar l-infurzar ta’ trattament preferenzjali.

4.1.8.     Il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali tal-prodotti tat-tabakk

4.1.8.1.  Komunikazzjoni dwar l-intensifikar tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigarretti u forom oħra ta’ kummerċ illegali fil-prodotti tat-tabakk

F’Ġunju 2013 ġew adottati Strateġija komprensiva tal-UE kif ukoll Pjan ta’ Azzjoni[58]. Il-Komunikazzjoni tibni fuq il-politika kontra l-kuntrabandu fil-fruntieri tal-Lvant tal-UE u tipproponi miżuri għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi sorsi u ta' trasbord prinċipali għall-prodotti tat-tabakk bil-kuntrabandu, u miżuri biex tiġi żgurata l-katina tal-provvista ta’ prodotti tat-tabakk bħal pereżempju l-lokalizzazzjoni[59] u t-traċċar[60]. Il-miżuri huma proposti biex jorganizzaw l-operazzjonijiet doganali mmirati, biex tiżdied il-kapaċità ta’ infurzar b’aktar finanzjament ikkoordinat, assistenza teknika u taħriġ, u skambju tal-aħjar prattiki. Tingħata l-attenzjoni biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni, jitnaqqsu l-inċentivi li jinħolqu minn distakki u lakuni fil-leġiżlazzjoni tas-sisa, jissaħħu s-sanzjonijiet u titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku dwar ir-riskji assoċjati mas-sigaretti illegali. Il-maġġoranza tal-azzjonijiet ippjanati għall-2013 intlaħqu u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni jkompli fl-2014.

4.1.8.2.  Il-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (FCTC) – Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu

Fl-2013[61], il-Protokoll tal-FCTC[62] ġie ffirmat minn 54 parti, fosthom l-UE, u jidħol fis-seħħ wara li jiġi ratifikat minn 40 pajjiż li jeħtieġu jagħmlu dan. L-UE u l-Istati Membri tagħha qegħdin issa fil-proċess li jħejju l-konklużjoni tal-Protokoll u jadottaw deċiżjoni dwar din il-kwistjoni.

Il-Protokoll għandu l-għan li jiġġieled il-kummerċ illeċitu ta’ prodotti tat-tabakk billi jistabbilixxi għadd ta’ miżuri. Dawn jinkludu inter alia l-obbligu li l-manifatturi tat-tabakk kollha jirreġistraw l-informazzjoni li tippermetti l-lokalizzazzjoni u t-traċċar tal-prodotti tagħhom, l-aċċess tal-uffiċjali għal din l-informazzjoni, u r-rappurtar ta’ din l-informazzjoni f'każ li kun hemm talba lil post għall-iskambju ta’ informazzjoni globali. Barra minn hekk, il-Protokoll jipprevedi regoli dwar il-liċenzjar ta’ manifatturi u persuni involuti fl-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk u l-obbligi tad-diliġenza dovuta għall-manifatturi fir-rigward tal-konformità tal-klijenti tagħhom mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. Dawn id-dispożizzjonijiet ta’ kontroll tal-katina tal-provvista huma kkumplimentati minn dispożizzjonijiet dwar reati, kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, assistenza amministrattiva u legali reċiproka u estradizzjoni u kooperazzjoni internazzjonali.

Il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ fir-rigward tal-Protokoll tal-FCTC u r-ratifika tiegħu fuq livell globali.

4.1.8.3.  Ftehimiet ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u erba’ manifatturi tas-sigaretti

Ġew konklużi ftehimiet vinkolanti bejn l-UE, l-Istati Membri u erba’ manifatturi tat-tabakk.[63] Il-Ftehim mal-PMI ġie konkluż fl-2004, dak ma’ JTI fl-2007, u l-ftehimiet mal-BAT u l-ITL fl-2010. L-Istati Membri kollha tal-UE ngħaqdu mal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-Isvezja, li għadha ma kkonkludietx il-ftehimiet mal-BAT[64] u l-ITL. Il-Kroazja ngħaqdet ukoll mal-ftehim ta’ kooperazzjoni[65]. L-OLAF jissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehimiet li tinkludi l-osservanza tar-regoli dwar il-lokalizzazzjoni u t-traċċar globali tal-prodotti sabiex jiġi evitat li dawn jispiċċaw fis-suq illegali.

4.1.9.     Regoli tal-akkwist pubbliku

L-akkwist pubbliku huwa punt perikoluż għall-frodi u l-korruzzjoni. Ġie magħżul bħala kapitolu speċjali fl-ewwel rapport tal-UE Kontra l-Korruzzjoni tal-bidu tal-2014[66]. Ir-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE jikkontribwixxu għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-korruzzjoni. Id-direttivi l-ġodda tal-akkwist pubbliku u konċessjonijiet[67] jżidu t-trasparenza, pereżempju billi jagħmlu l-akkwisti elettroniċi mandatorji, jirregolaw il-konċessjonijiet u jħarsu mill-qrib lejn il-fażi vulnerabbli ta’ wara l-għotja. Dawn isaħħu l-iskop ta’ kontra l-korruzzjoni, pereżempju billi jiddefinixxu l-kunflitti ta’ interess, jestendu r-raġunijiet ta’ esklużjoni għal kollużjoni bejn l-offerenti u jinfluwenzaw indebitament lill-awtorità kontraenti, u jintroduċu obbligi ta’ monitoraġġ u rappurtar biex titrażżan il-frodi u irregolaritajiet serji oħra fl-akkwist.

4.1.10.   Proposta għal Direttiva dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali

Fl-2013, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva[68] biex jiġu protetti aħjar l-euro u muniti oħra mill-iffalsifikar permezz tal-użu ta' miżuri tal-liġi kriminali. Id-Direttiva 2014/62/UE[69] ġiet adottata fl-ewwel nofs tal-2014[70].

Id-Direttiva tibni fuq u tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI dwar iż-żieda tal-protezzjoni permezz tal-użu ta' pieni kriminali u sanzjonijiet oħra kontra l-iffalsifikar marbuta mad-dħul tal-euro. Hija ssostni li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru u tintroduċi d-dispożizzjonijiet il-ġodda li ġejjin:

– għodod investigattivi effettivi, bħal dawk li jintużaw f’każijiet ta’ kriminalità organizzata jew każijiet serji oħra, saru disponibbli f’każijiet ta’ falsifikar ta’ flus;

– pieni massimi komuni, inklużi priġunerija ta’ mill-anqas tmien snin għal produzzjoni u ħames snin għad-distribuzzjoni, għall-aktar reati serji ta’ falsifikazzjoni;

– trażmissjoni ta’ karti u muniti tal-euro foloz sekwestrati għal Ċentri Nazzjonali għall-Analiżi u Ċentri għall-Analiżi tal-Munita Nazzjonali, matul il-proċedimenti ġudizzjarji li jkunu għaddejjin, għall-analiżi u l-identifikazzjoni, biex jippermettu li jiġu identifikati aktar falsifikazzjonijiet ta’ euro fiċ-ċirkolazzjoni; kif ukoll

– l-obbligu li jiġi rrappurtat kull sentejn lill-Kummissjoni l-għadd ta’ reati ta’ falsifikazzjoni impenjati u n-numru ta’ persuni li nstabu ħatja.

4.1.11.   Strateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (CAFS)

Adottata f'Ġunju 2011, l-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (CAFS)[71], hija prinċipalment indirizzata lis-Servizzi tal-Kummissjoni. Din issa ġiet implimentata u l-Kummissjoni hija meħtieġa li tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tagħha din is-sena.

Fil-qosor, it-tliet azzjonijiet ta' prijoritá[72] li kellhom jitlestew sal-2013 ġew implimentati:

– Dispożizzjonijiet kontra l-frodi ġew miżjuda mal-qafas legali l-ġdid għal programmi ta’ nfiq fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-20;

– Is-servizzi tal-Kummissjoni kollha ħlief wieħed żviluppaw strateġija kontra l-frodi li fiha huma jipproponu attivitajiet ta’ kontra l-frodi speċifiċi għas-settur tagħhom. Servizz tal-Kummissjoni wieħed għadu fil-proċess li jiżviluppa l-istrateġija tiegħu u se jiffinalizzah dalwaqt;

– Id-direttivi dwar l-akkwist ġew riveduti sabiex iżidu miżuri li jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-frodi[73].

4.1.12.   Il-Programmi Hercule u Pericles

4.1.12.1.          Implimentazzjoni tal-Programmi Hercule II u Pericles

Fl-2013, il-Programm Hercule II (2007-13) kompla jappoġġa l-azzjonijiet biex tissaħħaħ il-kapaċità doganali operattiva u investigattiva u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi biex jiġġieldu l-frodi kontra l-UE. Dan il-programm ipprovda għotjiet għall-assistenza (EUR 7 miljun), attivitajiet ta' taħriġ, inkluż żewġ sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-forensika diġitali (EUR 3 miljun), taħriġ u studji legali (EUR 0,7 miljun), kif ukoll sostenn għall-IT għax-xiri ta' dejta u informazzjoni li qiegħda għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-Istati Membri (EUR 3,3 miljun). Il-benefiċjarji rrappurtaw li kienu nkisbu riżultati sinifikanti bit-tagħmir li nxtara bil-programm, b’mod partikolari fil-ġlieda tagħhom kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u l-korruzzjoni mwettqa kontra l-interessi finanzjarji tal-UE.

Fl-2013, bil-Programm Pericles għall-protezzjoni tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni, il-Kummissjoni (l-OLAF) ħadet sehem fi 13-il attività, inkluż konferenzi, seminars u skambji tal-persunal organizzati mill-Istati Membri u/jew mill-Kummissjoni. Dawn l-avvenimenti ffukaw b’mod speċifiku biex jiżdied in-netwerk kif ukoll il-kooperazzjoni reġjonali f’żoni sensittivi, u tisaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-kategoriji professjonali differenti bi rwol fil-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni. Mal-95,42 % mill-baġit jiġifieri EUR 1 miljun tal-Programm Pericles ġie allokat sa tmiem l-2013.

4.1.12.2.          Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-20

In-negozjati dwar il-proposta[74] għall-programm Hercule III ġew konklużi b’suċċess bi ftehim politiku f’Novembru 2013 u l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 250/2014[75]. Għall-programm Pericles 2020[76], ir-Regolament (UE) Nru 331/2014[77] li jistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar ġie adottat fil-11 ta’ Marzu 2014, u l-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 331/2014 hija mistennija li tiġi adottata sa tmiem l-2014.

4.2.        Il-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni tal-Prevenzjoni mill-Frodi (COCOLAF)

Skont l-Artikolu 325 TFUE, l-Istati Membri komplew il-kooperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet tagħhom responsabbli għall-prevenzjoni tal-frodi. Huma kienu appoġġati mill-Kummissjoni, inkluż fil-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni tal-Prevenzjoni ta’ Frodi (COCOLAF)[78], li huwa forum prinċipali għall-koordinazzjoni ta’ attivitajiet fl-Istati Membri u li l-laqgħat tiegħu ġew organizzati mill-OLAF.

Fl-2013, il-COCOLAF iltaqa’ darbtejn u ġie kkonsultat mill-OLAF dwar l-iżviluppi ewlenin f’inizjattivi leġiżlattivi u ta’ politika fil-ġlieda kontra l-frodi, bħalma huma l-inizjattivi dwar il-liġi kriminali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u t-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Il-COCOLAF esprima l-fehmiet tiegħu dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid tal-OLAF,[79] b’mod partikolari fir-rigward tan-nomina ta’ servizz ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi (AFCOS) fl-Istati Membri kollha, li jiffaċilita l-kooperazzjoni effettiva u l-iskambju ta’ informazzjoni. L-OLAF irrakkomanda l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri dwar in-nomina tal-AFCOS tagħhom.

Il-gruppi ta’ esperti tal-COCOLAF ġew ristrutturati biex ikomplu jsaħħu l-funzjonament ġenerali tiegħu.

4.3.        Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE - il-ġlieda kontra l-frodi – Ir-rapport Annwali tal-2011

Ir-riżoluzzjoni[80] laqgħet ix-xogħol tal-OLAF dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni fir-rigward tal-kuntrabandu tas-sigaretti[81] u l-Protokoll dwar l-eliminazzjoni tal-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk.

Il-proposti tal-Kummissjoni biex jiġi stabbilit l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE permezz tal-liġi kriminali, ġew identifikati. Dawn l-inizjattivi għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjoni ta’ reati u t-twaqqif ta' definizzjonijiet komuni ta’ reati kriminali, is-sanzjonijiet u l-limitu ta’ żmien għal reati.

Ix-xogħol li jimmira li jarmonizza l-qafas legali twettaq sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ komparabilità f’sistemi kontra l-frodi. L-iżvilupp ta’ kriterji standard ta’ evalwazzjoni huwa diffiċli minħabba li l-kunċett ta’ “irregolarità” huwa definit skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali. Dan jippreżenta wkoll sfida fit-tqabbil tad-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi tar-rappurtar ta’ frodi.

Il-Kummissjoni tappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Istati Membri biex issir aktar faċli għall-uffiċjali tat-taxxa biex jaċċessaw id-dejta doganali.

Ġew adottati dispożizzjonijiet ġodda għal pagamenti irregolari, kif mitlub mill-Parlament f’diskussjonijiet dwar is-sistema ta’ rkupru fis-settur agrikolu.

L-OLAF u l-Kumitat Superviżorju tiegħu qablu dwar arranġamenti temporanji tax-xogħol f’Settembru 2012. L-arranġamenti permanenti tax-xogħol ġew sussegwentement miftiehma f’Jannar 2014. Ir-rwol tal-Kumitat ġie ċċarat mir-Regolament il-ġdid tal-OLAF, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2013.

Il-Kummissjoni tapprezza l-appoġġ tal-Parlament għall-Istrateġija għal Kontra l-Frodi għall-arranġamenti amministrattivi ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Il-Kummissjoni taqbel kompletament mal-Parlament dwar il-ħtieġa li ma jkunx hemm interferenza politika fil-proċedimenti legali kurrenti u li tiġi rispettata l-kunfidenzjalità. Il-Kummissjoni tinnota li l-ebda ksur tad-drittijiet fundamentali jew garanziji proċedurali ma kienu identifikati mill-Kumitat Superviżorju tal-OLAF.

L-OLAF tinnota li l-ebda limiti ma ġew introdotti fl-għażla tal-każijiet għall-investigazzjoni, li kienet ibbażata fuq il-prijoritajiet ta’ politika investigattiva tal-OLAF.

Il-Kummissjoni taqbel li l-frodi doganali teħtieġ attenzjoni speċjali iżda ma taqbilx mal-fehma tal-Parlament li ħafna każijiet doganali huma attribwiti għall-korruzzjoni minħabba li anqas minn 1 % tal-investigazzjonijiet doganali tal-OLAF jinvolvu korruzzjoni suspettata jew stabbilita.

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-Parlament li ma tteħdux passi mill-2011 dwar dikjarazzjonijiet nazzjonali. Bħala parti mir-Regolament Finanzjarju tal-2012, ġie adottat rappurtar obbligatorju f’ġestjoni konġunta.

Is-simplifikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku ma kinitx daqshekk estensiva daqs kemm kien qed jittama l-Parlament. Il-Kummissjoni se tkompli tinkoraġġixxi u tappoġġa lill-Istati Membri fil-ħidma tagħhom għas-simplifikazzjoni.

5.           Miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jikkumbattu l-frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE

5.1.        Miżuri għall-ġlieda kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE

Kull sena, l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ewlenin meħuda fuq il-bażi tal-Artikolu 325 TFUE biex jikkumbattu l-frodi u l-attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE. Fl-2013, l-Istati Membri implimentaw diversi dispożizzjonijiet ġenerali u speċifiċi li jtejbu l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra tali frodi.

Il-maġġoranza l-kbira ta’ miżuri leġiżlattivi adottati mill-Istati Membri individwalment jew bħala parti minn pakketti[82] kkonċernaw l-akkwist pubbliku, u kienu prinċipalment adottati flimkien ma’ miżuri oħra marbuta ma’ kriminalità finanzjarja, kunflitti ta’ interess, korruzzjoni, frodi u kriminalità organizzata b’effetti orizzontali jew settorjali[83]. 10 Stati Membri introduċew miżuri speċifiċi jew settijiet ta’ miżuri dwar l-akkwist pubbliku sabiex tittaffa l-korruzzjoni u tissaħħaħ it-trasparenza, l-effikaċja tal-ġestjoni, u l-effikaċja tal-kontroll u l-awditjar[84]. Dawn il-miżuri kienu jinkludu wkoll miżuri operattivi b'effett settorjali[85].

Xi Stati Membri[86] rrappurtaw ukoll dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri ġenerali separati marbuta ma’ korruzzjoni, kriminalità finanzjarja (inkluż il-ħasil tal-flus) u l-kriminalità organizzata. Ir-Repubblika Ċeka u l-Greċja introduċiet miżuri kontra l-korruzzjoni fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom ta' kontra l-korruzzjoni.

Ħafna Stati Membri rrappurtaw li implimentaw miżuri amministrattivi[87], b’mod ġenerali marbuta ma’ aktar monitoraġġ u kontrolli fl-uffiċċju mwettqa minn awtoritajiet ta’ ġestjoni, aġenziji jew korpi involuti fl-awditjar finanzjarju u l-investigazzjoni. Dan kien jinkludi l-adozzjoni ta’ linji gwida ġodda, struzzjonijiet u manwali.

Miżuri organizzazzjonali adottati mill-Istati Membri marbuta l-aktar mar-riorganizzazzjoni ta’ entitajiet eżistenti u l-aġġustament tal-kompetenzi tagħhom, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji[88], taħriġ ġenerali u taħriġ dwar l-għarfien dwar il-frodi[89].

Bosta Stati Membri daħħlu fis-seħħ miżuri operattivi li involvew l-aktar għodod tal-IT ġodda jew aġġornati, rappurtar tal-web u hotlines[90], kif ukoll indikaturi tar-riskju msaħħa u aktar kontrolli[91]. Erba’ Stati Membri rrappurtaw kooperazzjoni msaħħa mal-awtoritajiet ġudizzjarji u ta’ infurzar tal-liġi[92].

5.2.        L-implimentazzjoni tal-Artikolu 3.4 tar-Regolament il-ġdid tal-OLAF dwar in-nomina tas-servizz ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi (AFCOS)

It-tema speċifika tal-kwestjonarju tal-2013 hija l-implimentazzjoni tal-Artikolu 3.4 tar-Regolament il-ġdid tal-OLAF[93], li jobbliga lill-Istati Membri biex jistabbilixxu Servizz ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi (AFCOS) li jiffaċilita l-kooperazzjoni effettiva u l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni ta’ natura operattiva, mal-OLAF.

L-AFCOS jista' jkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-obbligi u l-attivitajiet leġiżlattivi, amministrattivi u investigattivi nazzjonali marbuta mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u jrid jiżgura kooperazzjoni mal-OLAF u l-Istati Membri l-oħra. Jekk l-AFCOS ikollu setgħat investigattivi (amministrattivi jew kriminali), jista’ b’mod utli jikkumplimenta u jappoġġa l-investigazzjonijiet tal-OLAF (verifiki fuq il-post) fl-Istati Membri.

Sa issa, 23 Stat Membru[94] stabbilixxew AFCOS[95]. Dawn jinkludu l-Istati Membri kollha ta' wara l-2004, kif ukoll il-Belġju, id-Danimarka, il-Greċja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja u r-Renju Unit[96].

L-erba’ Stati Membri li fadal li għadhom ma stabilixxewx formalment l-AFCOS tagħhom irrappurtaw li l-proċeduri kienu għaddejjin[97], u mistennija li jiġu ffinalizzati qabel tmiem l-2014, jew fi żmien sentejn[98]. Il-Ġermanja rrappurtat li l-Ministeru Federali tal-Finanzi[99] jkompli jikkoordina l-kwistjonijiet marbuta mal-OLAF fuq livell nazzjonali.

Is-Servizzi ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi kollha magħżula huma fdati b’responsabbiltajiet ta’ koordinazzjoni, li huma partikolarment wiesgħa fil-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, Ċipru, l-Italja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Portugall.

Fi tmien Stati Membri[100], is-Servizzi ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi huma wkoll fdati b’ċerti setgħat investigattivi. Ċipru, ir-Rumanija, il-Portugall u Malta rrappurtaw kompetenzi wiesgħa hawnhekk. Ċipru, il-Litwanja u r-Rumanija speċifikaw li s-Servizzi ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi tagħhom kellhom kompetenzi investigattivi fil-qasam tal-investigazzjonijiet kriminali.

Ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-AFCOS u l-awtoritajiet ġudizzjarji ġew stabbiliti fil-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, il-Latvja, Malta, ir-Rumanija u s-Slovenja. Il-kooperazzjoni sseħħ fuq bażi ta’ każ b’każ fil-Belġju, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall u l-Finlandja.

L-AFCOS jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt fil-qafas tal-investigazzjonijiet tal-OLAF fil-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, il-Litwanja, Malta, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovakkja. Il-Ġermanja kkonfermat mill-ġdid l-arranġament ta’ kooperazzjoni tagħha mal-OLAF[101].

Il-Kummissjoni se timmonitorja b’attenzjoni jekk kull AFCOS stabbilit jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3.4 tar-Regolament tal-OLAF u jekk dan jiżgurax kooperazzjoni effiċjenti u effettiva mal-OLAF.

5.3.        Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-2012

Fir-rapport tal-2012 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, il-Kummissjoni għamlet għadd ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri, b'mod partikolari dwar it-twaqqif ta' Servizz ta' Koordinazzjoni Kontra l-Frodi (AFCOS); il-ħtieġa għal sanzjonijiet xierqa tal-liġi kriminali għall-frodi; l-adozzjoni rapida u t-traspożizzjoni tad-direttivi dwar l-akkwist pubbliku; titjib tal-livelli baxxi tar-rappurtar ta’ irregolaritajiet frodulenti; il-ħtieġa għal sistemi effettivi ta’ valutazzjoni tar-riskju għall-kontrolli ta’ importazzjonijiet b’riskju għoli; u l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) dwar il-prevenzjoni tal-frodi fil-programmi ta’ nfiq. L-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet, ippreżentata bħala parti mill-eżerċizzju ta' rappurtar tal-2013, kienet b'mod ġenerali adegwata, għalkemm ċertu tħassib ma ġiex indirizzat kompletament.

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri stabbilixxew AFCOS iżda xi wħud għadhom fil-proċess li jistabbilixxuh, jiddiskutu fejn se jiġi lokalizzat fl-amministrazzjoni pubblika tagħhom, jew għadhom ma ħadux passi biex iwaqqfu dan is-servizz[102].

Minkejja li bosta Stati Membri adottaw u implimentaw leġiżlazzjoni dwar il-liġi kriminali li tkopri l-frodi, ir-rapporti ta’ segwitu tagħhom juru li għad hemm nuqqas ta’ konsistenza fis-sanzjonijiet għall-frodi u l-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-prosekuzzjonijiet madwar l-UE.

Għadd ta’ Stati Membri semmew l-impenn tagħhom biex jimplimentaw il-pakkett tar-riformi inklużi fid-Direttivi tal-Akkwisti Pubbliku hekk kif jiġi adottat, u indikaw li t-traspożizzjoni tad-Direttivi qiegħda tavvanza.

Tliet Stati Membri kienu speċifikament imsemmija fir-rapport tal-2012 dwar rata baxxa ta' rappurtar ta’ irregolaritajiet frodulenti fil-politika ta’ koeżjoni. Il-Greċja semmiet l-aġġornamenti li saru għall-proċeduri interni tagħha u li kien hemm progress sinifikanti minn meta dawn ġew implimentati. Spanja qed teżamina approċċ aktar integrat li jirfed il-mekkaniżmi ta’ analiżi tar-riskju għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-20. Franza indikat li l-kontrolli mwettqa mill-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri ma wasslu għall-ebda riżultati ta’ suspett ta’ frodi.

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri sostnew li jikkunsidraw l-analiżi inkluża fir-rapport flimkien mad-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal meta jippjanaw l-ispezzjonijiet u l-kontrolli marbuta mal-politika ta’ koeżjoni. Diversi Stati Membri semmew bidliet li diġà saru jew bidliet ippjanati bħala riżultat tas-sejbiet tar-rapport[103].

L-Istati Membri ntalbu biex isaħħu l-ħidma tagħhom biex jindirizzaw ir-riskji enfasizzati fil-proġetti ta’ investiment għall-iżvilupp rurali. L-Isvezja rrappurtat titjib sinifikanti fis-sistemi u l-pagamenti fl-2013, wara li “nuqqasijiet serji jew serji ħafna” ġew identifikati meta saru l-proċeduri ta’ rieżami tal-2012. Spanja semmiet it-titjib li sar, inkluż fil-proċeduri ta’ spezzjoni u taħriġ għall-ispetturi, wara r-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri. Fir-rapport tagħha tal-2013 dwar il-ksur, is-Slovenja indikat dgħufijiet sinifikanti, partikolarment fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Hija rrappurtat ukoll li kellha seminars li kellhom il-għan li jtejbu l-proċeduri.

Rigward id-dħul u l-kontrolli doganali għall-importazzjonijiet b’riskju għoli, kważi l-Istati Membri kollha rrappurtaw li sistemi adegwati tal-analiżi tar-riskju issa kienu fis-seħħ u ma kien hemm l-ebda bidliet mill-2012.

F’ħafna każijiet ikun hemm relazzjoni ta’ kooperazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-korpi rilevanti ta’ kontra l-frodi. Fir-rigward tal-għodod tal-IT speċifiċi għall-analiżi tar-riskju ta’ frodi, il-Belġju rrapporta l-intenzjoni tiegħu li juża l-ARACHNE fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss. Id-Danimarka saħqet li qed tikkunsidra li tuża l-ARACHNE għall-fondi strutturali u se tipprova tuża l-għodod tal-IT fl-agrikoltura.

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri rrappurtaw li t-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-20 kienu mexjin ’il quddiem, u li se jibqgħu marbutin li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-QFP.

6.           Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Minħabba li l-mandat tal-Kummissjoni preżenti riesaq lejn tmiemu, huwa tajjeb li tingħata ħarsa retrospettivament lejn l-inizjattivi l-aktar sinifikanti meħuda u r-riżultati miksuba matul l-aħħar ħames snin fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u l-ġlieda kontra l-frodi.

6.1.        Sett ta’ miżuri mhux mistennija kontra l-frodi

Ittieħdu miżuri legali u amministrattivi bla preċedent u tressqu proposti, li jħallu impatt profond fuq kif il-Kummissjoni u l-Istati Membri jittrattaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

6.1.1.     Il-bidu tat-triq: CAFS

Fl-2011, il-Kummissjoni adottat l-Istrateġija multiannwali tagħha Kontra l-Frodi (CAFS)[104]. Inizjalment indirizzata lis-servizzi tal-Kummissjoni, l-Istrateġija kienet kruċjali biex titqajjem kuxjenza dwar il-frodi u biex tingħata importanza lill-kwistjonijiet tal-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi.

L-Istrateġija wasslet lis-servizzi tal-Kummissjoni u l-aġenziji tal-UE biex jadottaw strateġiji settorjali kontra l-frodi. Iż-żieda tad-dispożizzjonijiet kontra l-frodi mal-qafas ġuridiku l-ġdid għall-programmi ta’ nfiq fl-2014-20 kienet ukoll kisba sinifikanti[105].

L-azzjonijiet implimentati fil-qafas tal-Istrateġija żiedu l-kuxjenza u l-kapaċitajiet tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali.

6.1.2.     Ir-riforma tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi

Fl-2012, l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi wettaq riorganizzazzjoni estensiva biex iżid l-effiċjenza tal-proċess investigattiv u jissimplifika l-governanza u l-azzjonijiet ta’ politika.

L-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 883/2013 provdiet qafas legali mtejjeb li jsaħħaħ id-drittijiet tal-persuni kkonċernati permezz ta' investigazzjoni tal-OLAF, u jtejjeb ukoll il-kooperazzjoni meħtieġa mal-Istati Membri permezz tat-twaqqif tal-AFCOS.

Ir-Rakkomandazzjoni 1:

L-erba’ Stati Membri li għadhom ma stabbilixxewx l-AFCOS huma mħeġġa jagħmlu dan sal-aħħar tal-2014.

6.1.3.     Miżuri għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku

L-akkwist pubbliku huwa punt perikoluż għall-frodi u l-korruzzjoni. Fl-2012, il-Kummissjoni bdiet timmodernizza r-regoli eżistenti biex tissaħħaħ it-trasparenza u l-iskop tagħhom kontra l-korruzzjoni. Fi Frar 2014, ġew adottati tliet direttivi[106].

Fl-2013, l-OLAF ippreżenta studju dwar “Il-kostijiet tal-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku”, u fi Frar 2014 ġie adottat l-ewwel rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni[107]. Iż-żewġ rapporti jinkludu rakkomandazzjonijiet u jenfasizzaw l-aħjar prattiki.

Barra minn hekk, l-Istati Membri rrappurtaw għadd sinifikanti ta’ miżuri leġiżlattivi u amministrattivi mmirati lejn it-tisħiħ tax-xogħol f’dan il-qasam.

Ir-Rakkomandazzjoni 2:

L-Istati Membri huma mħeġġa biex jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti ta’ kontra l-korruzzjoni u l-aħjar prattiki li ġew enfasizzati hemmhekk.

6.1.4.     Miżuri settorjali: dħul

Sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, ġiet adottata direttiva fl-2013 biex jiġi implimentat il-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida biex jindirizza r-rata għolja ħafna u mhux mistennija ta' frodi tal-VAT. Stabbilit fl-2010[108], in-netwerk tal-Eurofisc beda l-ħidma operattiva fl-2011 bit-twaqqif progressiv ta’ erba’ oqsma ta’ ħidma u proġetti speċifiċi ta’ analiżi tar-riskju.

Il-ġlieda kontra prodotti illegali tat-tabakk qabdet ritmu. Fl-2010, ġew konklużi l-aħħar żewġ ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ manifatturi tat-tabakk. Fl-2011, il-Kummissjoni ħejjiet pjan ta’ azzjoni għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u tal-alkoħol għal tul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE. F’Ġunju 2013, ġew adottati strateġija komprensiva tal-UE u pjan ta’ azzjoni għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu u forom oħra ta’ kummerċ illegali fil-prodotti tat-tabakk. Fi tmiem l-2013, ġie iffinalizzat u ffirmat il-Protokoll mill-UE biex jiġi eliminat il-kummerċ illegali fil-prodotti tat-tabakk mehmuż mal-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

6.1.5.     Miżuri settorjali: nefqa

Fl-2013, ġew adottati d-dispożizzjonijiet regolatorji prinċipali għall-programmi ta’ nfiq 2014-20. Għall-ewwel darba, dawn jinkludu rekwiżit speċifiku għall-awtoritajiet nazzjonali biex jistabbilixxu miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi filwaqt li jitqiesu r-riskji identifikati.

L-awtoritajiet ta’ awditjar nazzjonali u l-Kummissjoni se jissorveljaw l-implimentazzjoni xierqa ta’ dawn ir-rekwiżiti. Barra minn hekk, tħejjew linji gwida dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-miżuri kontra l-frodi effettivi u proporzjonati flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali[109].

L-Istati Membri jridu jirrispettaw dawn biex jiżguraw li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE kontra l-frodi.

Ir-Rakkomandazzjoni 3:

Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jimplimentaw ir-rekwiżiti legali skont il-linji gwida adottati.

6.1.6.     Il-passi li jmiss

Tliet proposti leġiżlattivi prinċipali tressqu quddiem il-koleġiżlaturi fi snin preċedenti u qed jistennew l-approvazzjoni:

(1) direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi permezz tal-liġi kriminali;

(2) regolament li jwaqqaf l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

(3) l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 515/97 dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fil-qasam doganali.

L-adozzjoni ta’ dawn il-proposti se tikkumplimenta u ssaħħaħ il-qafas legali li ġie stabbilit fl-2009-13. Dan għandu jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u jiżgura koordinazzjoni aktar b’saħħitha mal-Istati Membri u bejniethom.

Ir-Rakkomandazzjoni 4:

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-koleġiżlaturi biex ilestu malajr ix-xogħol leġiżlattiv li beda u jadottaw il-proposti pendenti.

6.2.        Riżultati operattivi: pass differenti

Għalkemm il-kuntest leġiżlattiv nbidel b’mod konsiderevoli f'dawn l-aħħar ftit snin, l-analiżi deskritta fit-taqsima 2.2 ta’ dan ir-rapport turi li l-impatt ta’ dawn il-miżuri mhuwiex daqshekk evidenti kif wieħed kien jistenna. 

Min-naħa l-waħda, it-tendenza ġenerali fl-iskoperta u r-rappurtar tal-irregolaritajiet frodulenti potenzjali f’dawn l-aħħar ħames snin turi tnaqqis bil-mod, għalkemm din it-tendenza jidher li nbidlet mill-2012. Min-naħa l-oħra, l-għadd ta’ irregolaritajiet li ma ġewx irrappurtati bħala frodulenti żdied b’mod progressiv. It-tendenza ta' tnaqqis hija aktar evidenti fuq in-naħa tad-dħul milli fuq in-naħa tal-infiq.

6.2.1.     Dħul: Il-kwalità tal-informazzjoni u l-istrateġiji ta’ kontroll

Mil-lat tad-dħul, mhuwiex ċar jekk it-tendenza hijiex minħabba l-bidla lejn l-identifikazzjoni ta' każijiet irregolari jew għall-mod li bih l-Istati Membri jikklassifikaw il-każijiet. Raġunijiet oħra possibbli jistgħu jinkludu: il-miżuri l-ġodda ta' prevenzjoni tal-frodi implimentati fl-Istati Membri biex jidentifikaw il-vulnerabbiltajiet; il-possibbiltà li l-Istati Membri jsegwu l-interessi finanzjarji mingħajr investigazzjoni ulterjuri tar-reat kriminali potenzjali; il-possibbiltà li l-istrateġiji ta’ kontrolli tal-Istati Membri jistgħu jinkludu aktar fatturi dinamiċi li jadattaw aħjar għall-ambjent li qed jinbidel.

Ir-Rakkomandazzjoni 5:

Fid-dawl ta’ dan in-numru li qed jonqos ta’ każijiet ta’ frodi rrappurtati, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jagħmlu rieżami tal-istrateġiji tagħhom ta’ kontroll biex jiżguraw li kontrolli doganali mmirati tajjeb, ibbażati fuq ir-riskju jkunu fis-seħħ biex jagħmluha possibbli li effettivament jiġu identifikati operazzjonijiet ta’ importazzjoni frodulenti.

Madankollu meta l-informazzjoni rrappurtata ġiet analizzata, ġew identifikati xi kwistjonijiet ta’ kwalità. Meta wieħed iqabbel l-għadd ta’ każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet għall-2009-13 maċ-ċifri minn rapporti preċedenti, jidher li hemm differenza fiż-żmien bejn meta l-każijiet jiġu identifikati u meta jiġu rrappurtati permezz tal-applikazzjoni tal-OWNRES. Għalkemm ix-xogħol tal-Istati Membri biex l-informazzjoni dwar il-każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet tiġi aġġornata regolarment huwa importanti, ir-rappurtar f’waqtu ta’ każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet xorta waħda għandu jiġi rispettat.

Ir-Rakkomandazzjoni 6:

L-Istati Membri għandhom iħaffu x-xogħol biex jiżguraw li jkun hemm rappurtar f’waqtu dwar każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet u l-aġġornament tagħhom. Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv u segwitu, informazzjoni affidabbli dwar każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet għandhom jiddaħħlu fl-OWNRES.

6.2.2.     Nefqa: kuntest li qed jiżviluppa

Mil-lat tal-infiq, il-bidliet fl-għadd ta’ irregolaritajiet frodulenti rrappurtati fl-aħħar ħames snin huma aktar diffiċli biex jiġu interpretati (li jonqos fl-2009-11, imbagħad jiżdied fis-sentejn ta’ wara). Madankollu, jidher li dan huwa aktar marbut mal-fatt li l-biċċa l-kbira tal-programmi tal-infiq huma multiannwali (fondi strutturali u għall-iżvilupp rurali u assistenza ta’ qabel l-adeżjoni).

Fl-2013, kienet osservata bidla mhux mistennija fis-settur agrikolu (b’ħafna aktar każijiet ta’ frodi potenzjali identifikati u rrappurtati); dan jista’ jkun ir-riżultat ta’ investigazzjonijiet ad hoc u jistgħu ma jkunux ikkonfermati fis-snin futuri.

Madankollu, ir-rwol tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni biex jiġu identifikati każijiet ta' frodi kien qed jikber, b’mod partikolari mill-2012. Ir-rwol tagħhom għandu jkompli jikber fis-snin li ġejjin, bis-saħħa tal-istrateġiji kontra l-frodi, li ġew żviluppati riċentement u li se jkunu implimentati bis-sħiħ fl-2014-20.

Ir-Rakkomandazzjoni 7:

Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jimplimentaw b’mod korrett ir-regoli tal-UE ta’ kontra l-frodi, ibbażati fuq tħejjija bir-reqqa u aġġornata tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-frodi, u appoġġati minn għodod adegwati tal-IT li se jgħinu biex l-ispezzjonijiet jiġu mmirati aħjar.

Ġie kkonfermat li koordinazzjoni strutturata (skambju ta’ dejta u informazzjoni) bejn il-korpi ta’ kontra l-frodi u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni hija l-aħjar prassi u għandha tiġi implimentata fl-Istati Membri kollha.

Il-prattiki tal-identifikazzjoni tal-każijiet ta' frodi jibqgħu differenti ħafna bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għadha mħassba bin-numru baxx ta' irregolaritajiet potenzjalment frodulenti rrappurtati minn xi pajjiżi. Il-Kummissjoni se tkompli l-ħidma tagħha biex tqajjem kuxjenza dwar il-frodi u biex tipprovdi linji gwida biex tittejjeb il-konverġenza tas-sistemi nazzjonali sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE kontra l-frodi b’mod aktar effiċjenti.

Ir-Rakkomandazzjoni 8

Minħabba li xi Stati Membri rrappurtaw numru baxx ħafna ta’ irregolaritajiet frodulenti, il-Kummissjoni tirrakkomanda li tissaħħaħ il-ħidma tagħhom tal-identifikazzjoni u/jew ir-rappurtar ta’ każijiet ta' frodi:

-         fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni: Franza, Spanja, l-Irlanda, l-Ungerija, id-Danimarka u l-Pajjiżi l-Baxxi;

-         fil-qasam tal-agrikoltura: il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u l-Finlandja.

ANNESS 1 — Irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti

(L-għadd ta’ irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti juri r-riżultati tax-xogħol tal-Istati Membri biex jikkumbattu l-frodi u l-attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE; ma għandux ikun interpretat bħala l-livell ta’ frodi fit-territorji tal-Istati Membri)[110]

ANNESS 2 — Irregolaritajiet mhux irrappurtati bħala frodulenti

ANNESS 3 — Korrezzjonijiet finanzjarji tal-2013 implimentati b'ġestjoni konġunta (EUR miljun)[111]

[1]               ĠU L 248,18.9.2013, p. 1.

[2]               (i) Implimentazzjoni tal-Artikolu 325 mill-Istati Membri fl-2013; (ii) Evalwazzjoni statistika tal-irregolaritajiet irrappurtati fl-2013 għall-oqsma tar-riżorsi proprji, ir-riżorsi naturali, il-politika ta' koeżjoni u l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni; (iii) Rakkomandazzjonijiet biex ikun hemm segwitu għar-rapport tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – il-ġlieda kontra l-frodi, 2012; (iv) Metodoloġija dwar l-evalwazzjoni statistika tal-irregolaritajiet irrappurtati għall-2013; (v) Ħarsa ġenerali annwali bl-Informazzjoni dwar ir-Riżultati tal-Programm Hercule II fl-2013; vi) Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (CAFS).

[3]               Is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS) għar-rappurtar ta’ irregolaritajiet fl-oqsma ta’ ġestjoni konġunta u l-“kuntest ta' rkupru” fis-sistema tal-kontabilità tal-Kummissjoni (kontabilità bbażata fuq id-dovuti) għan-nefqa ġestita mill-Kummissjoni.

[4]               Dan jimplika li l-każijiet inizjalment irrappurtati mill-Istati Membri bħala potenzjalment frodulenti jistgħu jiġu miċħuda mill-awtoritajiet ġudizzjarji.

[5]               Għad-definizzjonijiet, ara l-Anness IV (Metodoloġija).

[6]               Il-perċentwal għoli tal-ammonti ta' irregolaritajiet li ġew irrappurtati bħala frodulenti mqabbel mat-total tal-pagamenti għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (l-aħħar kolonna tat-Tabella 1) huwa dovut għal kollox għall-fatt li l-pagamenti fl-2013 għal dan is-settur kienu limitati ħafna (jiġifieri EUR 28 miljun), minħabba li l-programmi ta' assistenza kienu kważi lesti. L-irregolaritajiet frodulenti identifikati u rrappurtati fl-2013 jirreferu għal azzjonijiet iffinanzjati taħt is-snin finanzjarji ta' qabel.

[7]               Għal raġunijiet ta' komparabilità, iċ-ċifri tal-2009-11 huma bbażati fuq id-dejta użata għar-rapporti għal dawk is-snin.

[8]               Bħala medja, sentejn u seba' xhur jgħaddu bejn iż-żmien meta l-att frodulenti jitwettaq u l-mument li jiġi identifikat. Imbagħad jgħaddu medja ta' 15-il xahar oħra, qabel ma l-irregolarità tiġi rrapurtata lill-Kummissjoni. Madankollu, dawn iċ-ċifri huma influwenzati b’mod sinifikanti minn irregolaritajiet irrappurtati fis-settur agrikolu (20 xahar wara l-identifikazzjoni); fil-politika ta’ koeżjoni, il-perjodu ta’ żmien huwa ħafna iqsar (tmien xhur).

[9]               Żewġ każijiet huma marbuta mal-politika ta’ koeżjoni u l-ieħor mal-agrikoltura. Erba' Stati Membri rrappurtaw li identifikaw każijiet bħal dawn: ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja (politika ta’ koeżjoni) u l-Pajjiżi l-Baxxi (agrikoltura). Tal-aħħar huwa relatat mas-sena finanzjarja 1999 u huwa marbut ma’ każijiet oħra simili rrappurtati fi snin preċedenti minn Franza u l-Belġju. Minħabba l-kumplessità tiegħu u s-segretezza tal-investigazzjonijiet kien irrappurtat biss fl-2013.

[10]             Ara Anness 1.

[11]             Il-proporzjon ta' frodi stabbilita huwa l-proporzjon tan-numru tal-każijiet ta' frodi stabbilita fuq in-numru totali ta' irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti (każijiet suspettati jew stabbiliti ta' frodi) matul il-perjodu ta' ħames‑ snin.

[12]             FAEG.

[13]             FAEŻR.

[14]             Is-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika ta' koeżjoni, flimkien mal-OLAF, implimentaw Strateġija Konġunta Kontra l-Frodi mill-2008.

[15]             SAPARD.

[16]             Għal deskrizzjoni sħiħa ara “Ir-rapport tal-OLAF għall-2013”. http://ec.europa.eu/anti_fraud/documents/reports-olaf/2013/olaf_report_2013_en.pdf

[17]             Ibidem, il-Grafika 16, paġna 21.

[18]             Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 4.

[19]             Għal raġunijiet ta' komparabilità, iċ-ċifri tal-2009-11 huma bbażati fuq id-dejta użata għar-rapporti għal dawk is-snin.

[20]             Id-dejta ppreżentata f'din it-taqsima tirrifletti dik ippubblikata fil-kontijiet annwali tal-Kummissjoni, jiġifieri fin-Nota ta' Spjegazzjoni Nru 6 tal-Kontijiet tal-Unjoni, sakemm isir l-awditjar mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

[21]             Każijiet ta’ nuqqas sinifikanti fis-sistemi ta’ ġestjoni u l-kontroll tal-Istat Membru fl-2007-13, jew fin-nefqa ċċertifikata li jkunu marbuta ma’ irregolaritajiet serji.

[22]             Applikati fi tliet każijiet: (a) evidenza ta' nuqqas serju fis-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll bl-ebda miżura korrettiva meħuda; (b) nefqa ċċertifikata marbuta ma' irregolaritajiet serji; jew (c) ksur serju minn Stat Membru tal-obbligi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tiegħu.

[23]             Il-korrezzjonijiet finanzjarji jsegwu tliet stadji ewlenin: (a) fil-proċess: soġġetti għal tibdil mhux aċċettat formalment mill-Istat Membru; (b) ikkonfermati/deċiżi: l-Istat Membru jkun qabel magħhom jew ikunu ġew deċiżi permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni; (c) implimentati: il-korrezzjoni finanzjarja titwettaq u n-nefqa mhux dovuta tiġi kkoreġuta.

[24]             Emendi sussegwenti għall-qafas legali bidlu b'mod sinifikanti r-regoli tar-rappurtar għall-perjodu attwali ta' programmazzjoni.

[25]             Il-Ġermanja

[26]             L-Italja

[27]             Tlieta li kienu marbuta ma’ Spanja kienu għadhom fis-seħħ fi tmiem l-2013; waħda (tal-Estonja) tneħħiet qabel tmiem is-sena.

[28]             Spanja

[29]             Ir-Repubblika Ċeka

[30]             Is-Slovakkja

[31]             Il-Ġermanja

[32]             Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, Franza, l-Italja, is-Slovakkja u r-Renju Unit.

[33]             Franza

[34]             Għal aktar dettalji, ara:http://ec.europa.eu/anti_fraud/about-us/legal-framework/memo_en.htm

[35]             Ara wkoll id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal "L-Implimentazzjoni tal-Artikolu 325 mill-Istati Membri fl-2013".

[36]             COM(2012) 363 finali.

[37]             COM(2013) 532.

[38]             Ara l-punt 4.1.2.

[39]             Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-6 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni fl-UE — COM(2011) 308 finali.

[40]             COM(2014) 38 finali tat-3.2.2014.

[41]             http://ec.europa.eu/anti_fraud/documents/anti-fraud-policy/research-and-studies/pwc_olaf_study_en.pdf

[42]             COM(2013) 796.

[43]             A7-2041/2014.

[44]             Operazzjoni Doganali Konġunta Reġjonali li tinvolvi s-servizzi doganali Taljani, Spanjoli u Franċiżi.

[45]             Fiż-żona tal-baħar Mediterran tal-Punent bejn Ġibiltà u Sqallija

[46]             Operazzjoni Doganali Konġunta Reġjonali ta’ sorveljanza marittima, li tinvolvi: Il-Belġju, Franza, l-Irlanda, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, Spanja, il-Ġermanja u r-Renju Unit (inkluż Ġibiltà, Guernsey, Jersey u l-Isle of Man).

[47]             Tbaħħir mill-Amerika t’Isfel, il-Karibew, u l-Punent u t-Tramuntana tal-Afrika, lejn iż-żona Ewropea.

[48]             L-OLAF u l-Litwanja kkoorganizzaw din l-ODK li involviet it-28 Stat Membri kollha.

[49]             L-OLAF u r-Rumanija koorganizzaw din l-ODK reġjonali li twettqet fil-fruntieri Rumeni/tal-Moldova u Rumeni/tal-Ukraina.

[50]             Kienu involuti l-FRONTEX, il-EUROPOL u l-EUBAM.

[51]             Iż-Żona ta’ Kontroll Prijoritarju (PCA)-DISMANTLE ġie stabbilit mid-DĠ TAXUD f’koordinazzjoni mill-qrib u bl-appoġġ mill-OLAF. Din indirizzat ir-riskju ta’ kuntrabandu u d-devjazzjoni ta’ sigaretti u alkoħol minn pajjiżi terzi speċifiċi identifikati fil-fruntiera tal-Lvant. Kopriet ukoll ir-riskji ta' tranżitu u tas-sisa speċifiċi kif identifikat mill-esperti tal-Istati Membri. Il-PCA saret mill-1 ta’ Frar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013. Ġiet approvata mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali (it-Taqsima tal-KKD) u kienet ibbażata fuq il-Kodiċi Doganali.

[52]             Servizz ta’ posta sikura tal-AFIS

[53]             1 779 minn dawn il-każijiet għaddew għall-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) (dejta mhux nominali biss), fuq talba tal-Istati Membri

[54]             ĠU L 201 tas-26.7.2013, p. 1

[55]             Id-Direttiva 2013/43

[56]             Id-19 ta' Settembru 2013

[57]             (2013/755/UE), ĠU L 344, 19.12.2013, p 1.

[58]             COM(2013) 324 finali, 6.6.2013.

[59]             Il-monitoraġġ tal-moviment

[60]             Biex jiġi identifikat f’liema punt il-prodott jkun ħareġ barra mill-katina legali tal-provvista

[61]             L-20 ta' Diċembru 2013.

[62]             Il-Protokoll tal-FCTC huwa trattat internazzjonali anness mal-Konvenzjoni ta’ Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

[63]             Philip Morris International(PMI), Japan Tobacco (JTI), British American Tobacco (BAT) u Imperial Tobacco Limited (ITL)

[64]             It-test tal-ftehimiet jinsab fuq: http://ec.europa.eu/anti_fraud/investigations/eu-revenue/cigarette_smuggling_en.htm

[65]             Ara wkoll ir-rapport tal-OLAF għall-2013..

[66]             Ara wkoll il-punt 4.1.4.

[67]             Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-setturi tas-servizzi postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE

[68]             COM(2013) 42 finali.

[69]             ĠU L 151, 21.5.2014, p. 1.

[70]             Il-Kunsill adotta approċċ ġenerali f’Ottubru 2013 u l-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu f’Diċembru 2013.

[71]             COM(2011) 376 finali.

[72]             Ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi.

[73]             Ara l-paragrafu 4.1.9.

[74]             COM(2011) 914 finali

[75]             ĠU L 84, tal-20.3. 2014, p. 6.

[76]             COM(2011) 913 finali.

[77]             ĠU L 103, 5.4.2014, p. 1.

[78]             Stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/140/KE tat-23 ta' Frar 1994, kif emendata fil-25 ta' Frar 2005.

[79]             Ara l-punt 4.1.1.

[80]             http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2013-0318+0+DOC+XML+V0//MT.

[81]             L-eżitu pożittiv tal-"Operazzjoni Barrel" involviet il-kooperazzjoni ta’ 24 Stat Membru u numru ta’ atturi esterni, li wasslet għall-konfiska ta’ 1,2 miljun sigarett.

[82]             Miżuri leġiżlattivi, amministrattivi, organizzattivi jew operattivi.

[83]             Miżuri leġiżlattivi uniċi dwar l-akkwist pubbliku ġew adottati mill-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, Malta, Spanja, ir-Rumanija u l-Isvezja, filwaqt li pakketti ta’ miżuri (miżuri leġiżlattivi, amministrattivi, organizzattivi jew operattivi) ġew adottati mill-Estonja u l-Greċja.

[84]             Il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja u r-Renju Unit.

[85]             Il-Ġermanja, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, is-Slovenja u r-Renju Unit.

[86]             Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, Ċipru, il-Latvja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Finlandja.

[87]             Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, u r-Renju Unit.

[88]             Il-Greċja, Spanja, Franza, il-Lussemburgu, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall u r-Rumanija.

[89]             Il-Greċja, Spanja, l-Italja, il-Latvja u r-Renju Unit.

[90]             Il-Bulgarija, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovenja.

[91]             Il-Bulgarija, l-Irlanda, il-Greċja, il-Polonja u s-Slovenja.

[92]             Franza, il-Litwanja, Malta u r-Rumanija

[93]             Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013, l-Artikolu 3.4.

[94]             Id-Danimarka, il-Greċja, l-Awstrija, il-Portugall u r-Renju Unit stabbilixxew l-AFCOS tagħhom fl-2014.

[95]             Sa Ġunju 2014.

[96]             Il-Finlandja rrappurtat soluzzjoni temporanja. .

[97]             l-Irlanda, Spanja, il-Lussemburgu u l-Isvezja.

[98]             Spanja.

[99]             Dipartiment EA6.

[100]            Il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, il-Litwanja, Malta, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovakkja, 

[101]            Konkluż f’April 2008 u ssemma l-punt ta’ kuntatt għall-OLAF.

[102]            Ara t-Taqsima 5.2.

[103]            Ċipru rrapporta li ma għandu l-ebda proċeduri formali biex dawn id-dokumenti jiġu kkunsidrati iżda indika li hija l-intenzjoni tiegħu li jbiddel dan. Is-Slovakkja temmen li din ir-rakkomandazzjoni ma tirriflettix ir-riskju tal-oqsma li jeħtieġu li jingħataw importanza mill-awtorità ta’ awditjar tagħha.

[104]            Ara t-Taqsima 4.1.11.

[105]            Ara t-Taqsima 6.1.5.

[106]            Ara t-Taqsima 4.1.9.

[107]            Ara t-Taqsima 4.1.4.

[108]            Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010.

[109]            Fl-2013 u fl-2014.

[110]            Fir-rigward tal-ammonti marbutin mal-agrikoltura fil-Pajjiżi l-Baxxi, ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 9 u l-paragrafu 3.4.1 tad-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar l-“Evalwazzjoni statistika tal-irregolaritajiet”.

[111]            It-totali tar-ringieli u l-kolonni jistgħu ma jikkorrispondux għas-somma tal-valuri li jintwerew minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.