Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida wiesgħa għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-Euro /* COM/2014/0401 final */
Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida
wiesgħa għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri li l-munita
tagħhom hija l-Euro IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 136 flimkien
mal-Artikolu 121(2) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar
it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u
s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika[1], u b'mod partikolari
l-Artikolu 5(2) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament (UE)
Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni
tal-iżbilanċi makroekonomiċi[2],
u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni Ewropea[3], Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet
tal-Kunsill Ewropew, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Finanzjarju, Wara li kkunsidra
l-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika, Billi: (1) L-ambjent ekonomiku attwali
taż-Żona tal-Euro huwa kkaratterizzat minn irkupru ekonomikugradwali,
iżda fraġli. Fl-2013 u fil-bidu tal-2014, l-inflazzjoni
fiż-Żona tal-Euro naqset b'mod konsiderevoli, u mistennija
tiżdied biss b'mod gradwali ħafna fuq il-limitu previst, u dan
jirrifletti l-potenzjal mhux użat flimkien mal-aġġustamenti
relattivi tal-prezzijiet li għaddejjin fl-ekonomiji vulnerabbli u
l-apprezzament kontinwu tar-rata tal-kambju tal-Euro. Barra minn hekk, filwaqt
li l-bażi tal-irkupru dejjem qed issir usa', id-diverġenzi bejn
il-pajjiżi taż-Żona tal-Euro għadhom għoljin. (2) Iż-Żona tal-Euro
hija aktar minn sempliċiment it-totalità tal-membri tagħha.
Il-kriżi ekonomika u finanzjarja indikat b'mod ċar
l-interrelazzjonijiet mill-qrib fiż-Żona tal-Euro u ssottolineat
il-ħtieġa għal koordinazzjoni ta' politiki fiskali, finanzjarji
u strutturali iktar b'saħħitha fost il-membri taż-Żona tal-Euro
biex tiġi żgurata qagħda politika koerenti għaż-Żona
tal-Euro inġenerali. L-Istati Membri taż-Żona tal-Euro impenjaw
ruħhom għal sett ta' riformi ta' politika u koordinament politiku
addizzjonali b'impatt wiesa' billi fit-2 ta' Marzu 2012 iffirmaw
it-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSKG) fl-Unjoni
Ekonomika u Monetarja. Id-dħul fis-seħħ tar- Regolamenti
"Two Pack" fl-2013 kompla żied il-koordinazzjoni tal-politika
baġitarja u ekonomika fiż-Żona tal-Euro. Il-membri taż-Żona
tal-Euro għandhom responsabbiltà partikolari għal implimentazzjoni
effettiva tal-qafas governattiv il-ġdid. Dan jitlob żieda
fil-pressjoni mill-parti biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni
tar-riforma nazzjonali u l-prudenza fiskali, valutazzjoni akbar tar-riformi
nazzjonali minn perspettiva taż-Żona tal-Euro, l-internalizzazzjoni
ta' riperkussjonijiet potenzjali u l-istimolu ta' politiki ta' importanza
partikolari għal UEM li tiffunzjona tajjeb. (3) Minħabba
l-interdipendenza għolja bejn l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro
hemm riperkussjonijiet potenzjalment kbar marbuta mal-implimentazzjoni ta'
riformi strutturali li jeħtieġ li jitqiesu sabiex ikun żgurat
ippjanar ta' politika xieraq u implimentazzjoni għall-membri
taż-Żona tal-Euro b'mod individwali u għaż-Żona
tal-Euro inġenerali. Pereżempju, aktar azzjoni konċertata
fl-implimentazzjoni tar-riformi tiffaċilita l-konverġenza
meħtieġa bejn l-Istati Membri. Diskussjoni bikrija dwar il-pjanijiet
ta' riforma tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro, il-bini ta' prattiki
eżistenti, u l-implimentazzjoni effettiva tal-proċedura
tal-iżbilanċi makroekonomiċi huma ta' importanza kbira f''dan
ir-rigward (4) Waħda mill-isfidi ta'
politika ewlenin li qed tiffaċċja ż-Żona tal-Euro hija li
d-dejn tal-gvern jitnaqqas billi jiġu segwiti politiki fiskali
differenzjati li jagħmluha faċli għat-tkabbir filwaqt li
tingħata spinta lill-potenzjal tat-tkabbir fiż-Żona tal-Euro.
Grazzi għall-isforzi ta' konsolidazzjoni tas-snin preċedenti,
is-sitwazzjoni fiskali taż-Żona tal-Euro tjiebet iżda xorta
waħda se jkun meħtieġ li numru ta' membri taż-Żona
tal-Euro jkomplu b'aġġustament fiskali biex ibaxxu livelli
għolja ta' dejn. Il-membri kollha taż-Żona tal-Euro
għandhom itejbu l-kwalità tal-finanzi pubbliċi bil-għan li
jagħtu spinta lill-produttività u l-okkupazzjoni.. (5) L-investiment fiż-Żona
tal-Euro naqas ħafna matul il-fażi inizjali tal-kriżi u
għadu ma rkuprax għall-medja tiegħu fuq terminu twil.
It-tendenzi ta' tnaqqis fl-investiment qed jitmexxew mill-impatt ikkombinat
tad-diżingranaġġ tas-settur privat, il-frammentazzjoni
finanzjarja, u l-isforzi ta' konsolidazzjoni fiskali meħtieġa. li
wasslu għal tnaqqis fl-investiment pubbliku. Li jiżdied l-investiment
fl-infrastruttura u l-ħiliet huwa essenzjali biex jinżamm l-irkupru u
tingħata spinta lit-tkabbir potenzjali. Ħafna mill-investiment jrid
jiġi mis-settur privat, iżda l-awtoritajiet pubbliċi jista'
jkollhom rwol importanti fil-ħolqien ta' kundizzjonijiet ta' sostenn. (6) Fiż-Żona tal-Euro,
il-fluss tal-kreditu għall-ekonomija reali jibqa' mrażżan u
l-frammentazjoni tas-suq finanzjarju għadha għolja minkejja inqas
stress fuq id-dejn sovran. L-aċċess għall-finanzi, b'mod partikolari
għall-SMEs, jibqa' ta' sfida f'ħafna Stati Membri , u hemm ir-riskju
li jista' jimmina l-irkupru ekonomiku. Dan jitlob inizjattivi mmirati
għall-irkupru tal-flussi ta' kreditu, l-approfondiment tas-swieq
tal-kapital u t-titjib fil-finanzjament fuq terminu twil tal-ekonmija.
Azzjonijet bħat-tlestija tat-t-tiswija ulterjuri
tal-karti tal-bilanċ tal-banek, it-tkomplija fit-tisħiħ
tal-bafers ta' ekwità, fejn meħtieġ, l-analiżi tal-kwalità
tal-assi u t-testijiet tal-istressjgħinu fl-identifikazzjoni ta' spazji
ta' vulnerabbiltà li jkun għad baqa' u jsaħħu l-kunfidenza
fis-settur inġenerali. Sa issa sar progress sinifikanti fir-rigward
tal-Unjoni Bankarja, partikolarment bl-istabbiliment tal-Mekkaniżmu
Superviżorju Uniku u l-qbil dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni. (7) Il-kriżi finanzjarja
kixfet lakuni fit-tfassil tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
Fit-28 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni ppreżentat pjan
ta' azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina
bil-għan li tagħti bidu għal dibattitu Ewropew.
Fil-5 ta' Diċembru 2012, il-President tal-Kunsill Ewropew,
f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-President tal-Kummissjoni Ewropea, il-President
tal-Eurogroup u l-President tal-Bank Ċentrali ppreżentaw rapport li
jibni fuq numru ta' ideat mill-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni, u li jinkludi skeda
ta' żmien u proċess imsejjes fuq stadji lejn it-tlestija tal-Unjoni
Ekonomika u Monetarja. Il-Parlament Ewropew esprima l-fehmiet tiegħu
fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012. Minn
dak iż-żmien 'l hawn, ittieħdu passi sinifikanti. Aktar żvilupp
fl-UEM jitlob approċċ pass pass li jgħaqqad id-dixxiplina
mas-solidarjetà. Il-leġiżlazzjonijiet tas-Six Pack u tat-Two Pack
jipprevedu l-ewwel analiżi tal-implimentazzjoni tagħhom
sal-aħħar tal-2014. B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Istati Membri
taż-Żona tal-Euro jieħdu azzjoni, b'mod individwali u b'mod
kollettiv, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Kunsill
fir-rigward il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri,
iżda b'mod partikolari fil-kuntest tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika
fil-qafas tal-Eurogroup, fil-perjodu 2014-2015 biex: 1. Jippromwovu u jissorveljaw,
f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-implimentazzjoni tar-riformi
strutturali f'dawk l-oqsma l-aktar rilevanti għall-funzjonament
mingħajr skossi taż-Żona tal-Euro sabiex titrawwem
il-konverġenza u l-aġġustament ta' żbilanċi interni u
esterni. Jivvalutaw u jistimolaw il-progress fl-implimentazzjoni tar-riformi
fl-Istati Membri taż-Żona tal-Euro li qed jesperjenzaw żbilanċi
eċċessivi u fl-Istati Membri taż-Żona tal-Euro bi
żbilanċi li jitolbu azzjoni deċiżiva, biex jiġu
limitati r-riperkussjonijiet negattivi fil-bqija taż-Żona tal-Euro, u
biex jitrawmu politki xierqa f'pajjiżi b'bilanċi pożittivi kbar
biex jiġu ottimizzati rikerkussjonijiet pożittivi. Jorganizzaw diskussjonijiet
tematiċi regolarment dwar politiki strutturali b'riperkussjonijiet
potenzjalment kbar, filwaqt li fil-perjodu li ġej jiffukaw fuq it-tnaqqis
tal-porzjon ta' taxxa għoli fuq ix-xogħol u r-riforma tas-swieq
tas-servizzi. 2. Jikkoordinaw il-politiki
fiskali tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro f'kooperazzjoni mill-qrib
mal-Kummissjoni, b'mod partikolari meta jivvalutaw l-abbozz tal-pjanijiet
baġitarji biex tiġi żgurata qagħda fiskali koerenti u li
tagħmilha faċli għat-tkabbir u koerenti maż-Żona tal-Euro.
Itejbu l-kwalità u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi billi jżidu
l-investiment materjali u immaterjali fil-livell nazzjonali u fil-livell
tal-UE. Jiżguraw li l-oqfsa fiskali nazzjonali, inkluż il-kunsilli
fiskali nazzjonali, jissaħħu. 3. Jiżguraw ir-reżiljenza tas-sistema bankarja,
b'mod partikolari billi jieħdu l-azzjoni meħtieġa fis-segwitu
tal-analiżi tal-kwalità tal-assi u t-testijiet tal-istress, u billi
jimplimentaw ir-Regolamenti tal-Unjoni Bankarja, inkluż dwar il-ħidma
ulterjuri prevista fil-perjodu ta' tranżizzjoni tal-SRM. Jistimulaw
l-investiment tas-settur privat u jżidu l-fluss tal-kreditu
għall-ekonomija permezz ta' azzjonijiet biex itejbu l-aċċess għall-kreditu mill-SMEs, l-approfondament tas-swieq tal-kapital, it-tnedija mill-ġdid
tas-suq tat-titolizzazzjoni, f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
dwar l-iffinanzjar fuq terminu twil tal-Ekonomija Ewropea u l-kalendarju fiha. 4. Imexxu 'l quddiem il-ħidma fl-approfondiment
tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u jikkontribwixxu għat-titjib fil-qafas
tas-sorveljanza ekonomika fil-kuntest tal-analiżi prevista għal tmiem
l-2014. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. [2] ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25. [3] COM(2014) 401 final.