52014DC0353

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Ir-raba’ rapport dwar il-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-suq ferrovjarju /* COM/2014/0353 final */


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Ir-raba’ rapport dwar il-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-suq ferrovjarju

WERREJ

1............ L-evoluzzjoni tas-suq intern fis-servizzi ferrovjarji 4

1.1......... L-għanijiet tal-White Paper dwar it-Trasport (2011) 4

1.2......... Il-qagħda attwali tas-suq ferrovjarju tal-passiġġieri 5

1.3......... L-evoluzzjoni tas-suq tal-ferroviji tal-passiġġieri 10

1.4......... Is-suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija llum.. 13

1.5......... L-evoluzzjoni tas-suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija. 14

2............ L-evoluzzjoni tas-suq intern f’servizzi li għandhom jingħataw lill-impriżi ferrovjarji 16

2.1......... L-istazzjonijiet 17

2.1.1...... L-istazzjonjiet fl-Unjoni Ewropea. 17

2.1.2...... Il-proprjetà u l-ġestjoni 18

2.1.3...... L-aċċess għall-faċilitajiet tal-istazzjon mill-impriżi ferrovjarji 20

2.1.4...... Il-kwalità ta’ servizzi fl-istazzjonijiet (inkluż l-aċċessibbiltà minn persuni b’mobbiltà mnaqqsa) 20

2.2......... It-terminals tal-merkanzija, il-“marshalling yards” u l-faċilitajiet ta’ ħażna. 22

2.3......... Il-faċilitajiet ta’ manutenzjoni 26

2.4......... Faċilitajiet oħrajn: aċċess għall-port, faċilitajiet ta’ għajnuna u ta’ refuelling. 28

3............ Il-kundizzjonijiet ta’ qafas. 29

3.1......... It-tariffi tal-infrastruttura. 29

3.1.1...... It-tariffi tal-infrastruttura għas-servizzi tal-merkanzija. 29

3.1.2...... It-tariffi tal-infrastruttura għas-servizzi intercity. 31

3.1.3...... It-tariffi tal-infrastruttura għas-servizzi suburbani 33

3.1.4...... It-tariffi tal-infrastruttura – il-klassifikazzjoni globali 35

3.2......... L-allokazzjoni tal-kapaċità. 37

3.3......... L-investimenti li saru fl-infrastruttura. 40

3.4......... L-iżviluppi fir-rigward tal-prezzijiet 42

L-Annessi ta’ dan ir-rapport jinsabu fl-SWD(2014) 186

INTRODUZZJONI

Skont l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2012/34 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (Riformulazzjoni)[1], il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

a) L-evoluzzjoni tas-suq intern fis-servizzi ferrovjarji; u

b) Is-servizzi li għandhom jingħataw lill-impriżi ferrovjarji (l-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE)

c) Il-kundizzjonijiet ta’ qafas

d) L-istat tan-netwerk ferrovjarju tal-Unjoni

e) L-utilizzazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess

f) L-ostakli għal servizzi ferrovjarji iktar effettivi

g) Il-limitazzjonijiet tal-infrastruttura

h) Il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni

Skont l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, il-Kummissjoni trid tissorvelja “l-użu ta’ netwerks” u “l-evoluzzjoni tal-kondizzjonijet ta’ qafas fis-settur ferrovjarju”, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

· It-tariffi tal-infrastruttura

· L-allokazzjoni tal-kapaċità

· L-investimenti li saru fl-infrastruttura

· L-iżviluppi fir-rigward tal-prezzijiet

· Il-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju

· Is-servizzi tat-trasport ferrovjarju koperti minn kuntratti ta’ servizz pubbliku

· L-għoti ta’ liċenzji

· Il-grad tal-ftuħ tas-suq

· L-armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri

· L-iżvilupp ta’ impjiegi u l-kundizzjonijiet soċjali relatati

Id-Direttiva 2012/34/UE wessgħet l-ambitu ta’ rappurtar regolari tal-Kummissjoni meta mqabbel mad-Direttiva preċedenti[2] li issa tinkludi l-evoluzzjoni tas-suq intern ta’ faċilitajiet ta’ servizz u kundizzjonijiet ta’ qafas bħal investimenti fl-infrastruttura, l-iżviluppi fil-prezzijiet, il-kwalità tas-servizz, l-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-iżvilupp ta’ impjiegi u l-kondizzjonijiet soċjali relatati u li huma ppreżentati għall-ewwel darba fir-rapport dwar l-Iskema ta’ Monitoraġġ tas-Suq Ferrovjarju (Rail Market Monitoring Scheme - RMMS). L-obbligi tar-rappurtar u tal-monitoraġġ preċedenti tal-Kummissjoni kienu koperti bid-Direttiva 91/440 kif emendata mid-Direttivi 2001/12 u 2004/51 u implimentati skont ir-Regolament 91/2003 dwar l-istatistika ferrovjarja.

Dan ir-rapport huwa r-raba’ rapport dwar l-iżvilupp tas-suq ferrovjarju u huwa akkumpanjat minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186 li jipprovdi l-Annessi kollha bil-maġġoranza tad-dejta li jsostnu l-valutazzjonijiet. Ir-rapporti preċedenti ġew ippubblikati fl-2007[3], fl-2009[4] u fl-2012[5] u kienu sistematikament akkumpanjati minn dokumenti ta’ ħidma tal-persunal li kien fihom l-annessi bl-istatistika.

Id-dejta għal dan ir-rapport inġabret l-aktar mill-Istati Membri permezz ta’ kwestjonarji (“kwestjonarji tal-RMMS” mibgħuta fl-2011 u fl-2012) u mill-Eurostat, iżda ġiet ikkompletata minn sorsi oħra bħal stħarriġ tal-Eurobarometer (il-kwalità tas-servizz), l-informazzjoni tan-nolijiet ferrovjarji disponibbli għall-pubbliku, ir-rapporti finanzjarji annwali, id-dejta għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat jew dejta pprovduta minn partijiet interessati speċifiċi (eż. UIC[6], UNIFE[7]…). Il-ġbir tad-dejta f’ċerti oqsma li żdiedu reċentement bħas-suq intern għas-servizzi ferrovjarji għadu qed jiġi diskuss fil-kuntest tal-att ta’ implimentazzjoni tal-RMMS – bir-riżultat li r-rappurtar f’dawn l-oqsma għadu frammentat.

1.           L-evoluzzjoni tas-suq intern fis-servizzi ferrovjarji

1.1.        L-għanijiet tal-White Paper dwar it-Trasport (2011)

Il-White Paper dwar it-Trasport (2011)[8] jirrakkomanda li:

· Sal-2030, 30 % taż-żieda fit-trasport tal-merkanzija fuq l-art fuq distanza li taqbeż it-300 km għandu jibda jitwettaq bil-ferrovija jew bit-trasport fuq l-ilma;

· Sal-2050, 50 % tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fuq aktar minn 300 km għandu jaqleb għat-trasport bil-ferrovija jew fuq l-ilma;

· Sal-2050, il-biċċa l-kbira tat-trasport tal-passiġġieri fuq distanza medja għandha ssir bil-ferrovija.

KAXXA Nru 1 – L-UNITAJIET TA’ KEJL FIT-TRASPORT FERROVJARJU

It-trasport tal-passiġġieri jitkejjel l-aktar f’passiġġier(i) kull x km, kejl li jissejjaħ passiġġieri-km jew p-km. Ferrovija-km tirreferi għad-distanza verament koperta mill-ferrovija.

Ferrovija minn Pariġi għal Brussell li tittrasporta 500 passiġġier fuq distanza ta’ 300 km tiġġenera 150 000 kilometru ta’ passiġġieri-km u 300 km ta’ ferrovija-km.

It-trasport tal-merkanzija juża tunnellati x km li jissejjaħ tunnellati-km jew t-km.

1.2.        Il-qagħda attwali tas-suq ferrovjarju tal-passiġġieri

Abbażi tal-istħarriġ Flash tal-Eurobarometer li sar fl-2013[9] b’madwar 28 000 minn dawk li wieġbu li kellhom aktar minn 15-il sena, 12 % biss tal-Ewropej huma utenti regolari tal-ferroviji (14 % għall-ferroviji suburbani): 6 % tal-Ewropej jieħdu l-ferrovija mill-inqas darba fil-ġimgħa u 6 % minnhom jaqbdu l-ferrovija “bosta drabi fix-xahar” iżda 32 % minnhom qatt ma jieħdu l-ferrovija, għalkemm 83 % tal-Ewropej jgħixu 30 minuta ’l bogħod minn stazzjon ferrovjarju[10] (ara l-grafika 14a).

Grafika 1- Il-frekwenza tal-użu tal-ferrovija – ferroviji nazzjonali, reġjonali u internazzjonali - 2013

Sors: Flash Eurobarometer 382a dwar is-sodisfazzjon tal-Ewropej bis-servizzi ferrovjarji – Anness 2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

Wieħed jinnota b’interess li l-użu ferrovjarju suburban huwa ħafna iktar polarizzat mill-użu ta’ ferroviji konvenzjonali, bi grupp ta’ utenti li jużawh hafna (14 %) u utenti li ma jużawh xejn (53 %). Il-grupp ta’ utenti li jużawh ħafna huwa magħmul l-aktar minn żgħażagħ u vjaġġaturi żgħażagħ[11], filwaqt li l-grupp ta’ dawk li ma jużawhx huwa fil-biċċa l-kbira magħmul minn dawk ta’ aktar minn 55+ sena (39 % minnhom qatt ma użaw ferrovija suburbana).

Grafika 2- Il-frekwenza tal-użu tal-ferrovija – ferroviji suburbani - 2013

Sors: Flash Eurobarometer 382a dwar is-sodisfazzjon tal-Ewropej bis-servizzi ferrovjarji – Anness 2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

Fil-biċċa l-kbira tagħhom is-servizzi ferrovjarji huma domestiċi, u dawn jirrappreżentaw 94 % tal-passiġġeri-km kollha tal-UE. Is-servizzi internazzjonali jirrappreżentaw biss 6 % tal-passiġġieri-km totali, iżda huma importanti fil-Lussemburgu (30 %), fl-Awstrija (15 %) fil-Belġju (13 %), fi Franza u fil-Latvja (it-tnejn 11 %).

Sors: Eurostat

Sors: Kwestjonarji tal-Istati Membri, stimi bbażati fuq ir-rapporti annwali, UIC u Steer Davies Gleave (Studju dwar ir-4 pakkett ferrovjarju); id-dejta għall-UE u għaż-ŻEE (inkluż in-Norveġja) huma identiċi, – Anness 5a tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

F’termini tas-segmenti tas-suq, nofs il-vjaġġi ferrovjarji Ewropej jistgħu jiġu assimilati f’servizzi reġjonali u suburbani u n-nofs l-ieħor jirrigwardaw servizzi fuq distanzi twal/intercity jew ta’ veloċità għolja (27 % tal-pass-km kollha fl-2011[12]). Hemm varjazzjonijiet kbar bejn l-Istati Membri: is-suq tar-Renju Unit, pereżempju, fil-biċċa l-kbira tiegħu jikkostitwixxi suq tal-vjaġġaturi filwaqt li s-suq ewlieni ta’ Franza, minħabba t-TGV, huwa fuq distanzi twal.

Sors: Kwestjonarji RMMS, kif ukoll stimi (sorsi: datasets tal-UIC, Amadeus, rapporti annwali tas-CP, FS u RENFE, il-White Paper dwar is-suppożizzjonijiet dwar it-Trasport) – l-ebda dejta disponibbli għal-Litwanja, għal-Latvja u għall-Estonja 

F’ċerti Stati Membri l-ferroviji ta’ veloċità għolja jiddominaw is-suq fuq distanzi twal: fl-2011, fi Franza u Spanja rispettivament, 58% u 49% tal-passiġġieri-km totali koperti kienu bil-ferroviji ta’ veloċità għolja.

Sors: EU transport in figures, Statistical pocketbook 2013, li jikkwota l-UIC, – Anness 5b tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186 – F’din il-grafika, it-trasport bil-ferroviji ta’ veloċità għolja jkopri t-traffiku kollu b’vetturi ferrovjarji ta’ veloċità għolja (inklużi “tilting trains” li kapaċi jilħqu veloċità ta’ 200 km/siegħa). Dan mhux bilfors jeħtieġ infrastruttura ta’ veloċità għolja.

KAXXA Nru 2 – IS-SEGMENTI TAS-SUQ FERROVJARJU

Is-servizzi ferrovjarji ta’ veloċità għolja (TGV, ICE...) u s-servizzi tal-ferrovija konvenzjonali fuq distanzi twal (eż. Intercity), li ta’ spiss (iżda mhux dejjem) jeħtieġu riservazzjoni tas-siġġijiet, jikkompetu l-aktar mat-trasport bl-ajru u, sa ċertu punt, mal-karozzi u l-kowċijiet. Il-ferroviji ta’ veloċità għolja jitħaddmu (kważi dejjem) b’infrastruttura apposta, – mill-1990, il-kilometri ta’ binarji ferrovjarji ta’ veloċità għolja żdiedu b’6 darbiet (minn 1024 km għal 6872 km fl-2009[13]) – u ġeneralment jieqfu biss f’agglomerazzjonijiet urbani kbar.

Is-servizzi ferrovjarji fuq distanza medja/reġjonali (eż. Inter-Regio) u s-servizzi ferrovjarji suburbani/għall-vjaġġaturi (eż. RER, S-Bahn, Cercanias...) jikkompetu l-aktar ma’ karozzi u għandhom siġġijiet mhux riżervati. Is-servizzi ferrovjarji suburbani/għall-vjaġġaturi ta’ spiss huma interkonnessi man-netwerks tal-metro. Dawn is-servizzi joperaw kważi esklussivament b’sussidji u bil-kuntratti tas-servizz pubbliku u jieqfu f’għadd kbir ta’ stazzjonijiet.  Is-servizzi suburbani ħafna drabi jeħtieġu operazzjonijiet ferrovjarji bi frekwenzi intensivi (eż. ferrovija kull 5-15-il minuta).

1.3.        L-evoluzzjoni tas-suq tal-ferroviji tal-passiġġieri

Kif jidher fil-Grafika 6, is-sehem modali tal-ferroviji ilu jiżdied mill-2003.

Madankollu, minkejja li sar xi progress, il-proporzjon ta’ vjaġġi ferrovjarji fl-UE għadu wieħed modest meta mqabbel ma’ modi oħrajn tat-trasport bħall-karozza u t-trasport bl-ajru. Is-sehem modali tal-ferroviji fl-2011 baqa’ stabbli fil-livell ta’ 6,2 % meta mqabbel mal-2010.

Sors: Eurostat – Anness 3 Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186 – Id-dejta għall-2012 għadha mhix disponibbli

Mill-1995, l-ivvjaġġar ferrovjarju meta mqabbel ma’ modi oħrajn kiber l-aktar fir-Renju Unit (+70 %), fl-Isvezja (+42 %), fi Franza (+37 %) u fil-Belġju (+26 %). Min-naħa l-oħra, naqas b’aktar minn 60 % fil-Greċja, fil-Polonja, fil-Bulgarija, fir-Rumanija, fl-Estonja u fil-Litwanja (-90 %). B’mod ġenerali, mill-1995 is-sehem modali ferrovjarju tal-passiġġieri żdied b’16 % fl-UE15 (ma hemmx dejta disponibbli għall-UE25), u mill-2000 bi 3 % fl-UE25.

Sors: Eurostat

Kif jidher fil-Grafika 8 hawn taħt, is-servizzi ferrovjarji domestiċi tal-passiġġieri, li kienu jirrappreżentaw 94 % tat-traffiku tal-passiġġieri kollha fl-2011, mill-2010 żdiedu l-aktar fid-Danimarka (+15 %), fil-Litwanja (+12 %), fil-Lussemburgu u fir-Renju Unit (+9 %). Stati Membri bħall-Awstrija, l-Italja[14] u r-Repubblika Ċeka, fejn issa hemm kompetizzjoni fuq il-linji domestiċi fuq distanzi twal, ukoll urew tkabbir sod (6-8 %). Wara snin ta’ tnaqqis fit-traffiku ferrovjarju, il-Litwanja u l-Italja rnexxielhom jirritornaw għat-tkabbir. It-tnaqqis ta’ linji ferrovjarji f’bosta Stati Membri tal-Ewropa tax-Xlokk irriżulta minn restrizzjonijiet tal-baġit dwar il-kumpensi għas-servizz pubbliku (-38 % fil-Kroazja u fil-Greċja).

 Sors: Eurostat, il-kwestjonarji tal-RMMS tal-Istati Membri

Is-suq ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri tal-Ewropa qed jiżviluppa f’bosta Stati Membri. Issa hemm impriża parteċipanti ġdida waħda jew aktar li mhumiex affiljati u li qed jikkompetu għal-linji fuq distanza twila, Vjenna-Salzburg, Napli-Ruma-Milan/Venezja/Torin u Prague-Ostrava . Fuq ir-rotta Ruma-Milan, is-sehem tat-trasport ferrovjarju kiber minn 36 % fl-2008 għal 66 % fl-2012. F’dawn il-linji, l-impriżi ferrovjarji stabbiliti diġà esperjenzaw żieda fit-traffiku (+10 % għall-operatur stabbilit Taljan).

Is-servizzi ferrovjarji internazzjonali, li kienu jirrappreżentaw 6 % tat-traffiku ferrovjarju tal-passiġġieri fl-2012[15], komplew bit-tkabbir tagħhom (+ 25 % fil-perjodu 2004-2011) billi kibru b’madwar 2 % fl-2011 u b’madwar 13 % fl-2012. Bejn l-2010 u l-2012, it-traffiku ferrovjarju internazzjonali kiber l-aktar fil-Finlandja (+ 42 %) b’mod partikolari bis-saħħa tal-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ veloċità għolja bejn Helsinki u St-Petersburg. It-tkabbir kien impressjonanti f’bosta Stati Membri tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant kif ukoll fil-Ġermanja (+ 23 %), fi Franza (+ 20 %) u fl-Italja (+ 13 %), fejn l-operatur il-ġdid Thello fetaħ servizzi bil-lejl bejn Pariġi u Venezja. Servizzi ta’ veloċità għolja bejn iċ-Channel komplew jiżdiedu (+5 % tat-traffiku ferrovjarju internazzjonali fir-Renju Unit).

Sors: Eurostat, il-kwestjonarji tal-RMMS tal-Istati Membri

Madankollu hemm sinjali li t-traffiku internazzjonali tal-passiġġieri qed jistaġna fis-swieq ferrovjarji internazzjonali importanti bħall-Belġju u l-Pajjiżi l-Baxxi, għalkemm bosta kumpaniji kienu bdew proċedimenti amministrattivi jew esprimew l-interess tagħhom li jħaddmu servizzi ferrovjarji fuq l-assi Londra/Pariġi-Brussel-Köln/Amsterdam. Fl-aħħar nett, is-servizzi ferrovjarji internazzjonali fl-Istati Membri milquta mill-kriżi ħadu daqqa. TrainOSE, l-operatur stabbilit Grieg, waqqaf is-servizzi internazzjonali kollha, filwaqt li servizzi tal-passiġġieri transfruntiera ħadu daqqa serja fl-Irlanda (-78 %), fil-Kroazja (-75 %), fir-Rumanija (-66 %), fil-Bulgarija (-50 %), fi Spanja (-24 %), fil-Portugall (-13 %), u fis-Slovenja (-10 %). Dan jista’ jkun indikazzjoni li l-ferroviji konvenzjonali sussidjati li joperaw fuq servizz pubbliku għal distanzi twal ħafna mhumiex kompetittivi meta mqabbla ma’ modi oħra, b’mod partikolari l-linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi[16]– milli jidher ġara l-istess fl-Italja fil-bidu tal-2000[17].

1.4.        Is-suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija llum

Bil-kontra tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija huwa wieħed ħafna aktar internazzjonali: fl-2011 xi 47% tat-tunnellati-km fl-UE kollha kienu internazzjonali (li minnhom madwar 9 % tat-tunnellati-km kollha kienu ta’ tranżitu). Fil-Belġju, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Istati Baltiċi, aktar minn 70 % tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija huwa internazzjonali (li joriġina fil-Ġermanja u fir-Russja), iżda, fir-Renju Unit, 2 % biss tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija huwa internazzjonali. Fil-Ġermanja, fi Franza u fl-Italja, u it-3 ekonomiji ewlenin l-oħra tal-UE dawn il-perċentwali jilħqu 39 %, 19 % u 50 % rispettivament. Finalment, madwar 85 % tat-traffiku ferrovjarju tal-merkanzija Daniż huwa biss ta’ tranżitu.

Huwa importanti wkoll li jiġi enfasizzat li l-Ġermanja u l-infrastruttura ferrovjarja tagħha għandhom rwol ċentrali fit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, għaliex weħedhom jirrappreżentaw 27 % tat-tunnellati-km kollha tal-UE, li huwa ferm aktar minn dak tat-tieni l-akbar suq tat-trasport ferrovjarju Ewropew tal-merkanzija, il-Polonja (12 %)[18]. Il-Ġermanja tinsab ukoll fil-qalba proprja tan-netwerk ferrovjarju Ewropew: hija tirrappreżenta bil-bosta l-akbar Stat Membru ta’ tranżitu (28% ta’ tunnellati-km ta’ tranżitu) flimkien mal-Awstrija (13% ta’ tunnellati-km ta’ tranżitu).

1.5.        L-evoluzzjoni tas-suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija

Is-sehem tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bejn il-modi kollha baqa’ stabbli mill-1995 u laħaq 10,2 % fl-2010, qabel ma rritorna għal 11 % fl-2011 u għal 10,9 % fl-2012. It-trasport ferrovjarju tal-merkanzija waqa’ lura t-tkabbir globali tal-merkanzija fl-UE – it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija żdied biss b’5 % f’tunnellati/km mill-1995 filwaqt li t-tkabbir globali għall-modi kollha kien ta’ 22 %.

Sors: Eurostat– Anness 3 Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

Mill-1995, is-sehem ferrovjarju modali kiber l-aktar fit-Tramuntana tal-Ewropa, u naqas fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Ewropa (inqas fl-Istati Baltiċi). L-akbar rati ta’ tkabbir kienu rreġistrati fil-Pajjiżi l-Baxxi (+ 76 %), fid-Danimarka (+ 71 %) u fir-Renju Unit (+ 66 %), kif ukoll fil-Ġermanja, l-akbar suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija fl-Ewropa. Minkejja żieda żgħira fl-Italja (+ 4 %), it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija naqas fi Franza (-5 %) u fi Spanja (-54 %).

Sors: Eurostat

Mill-2007, is-sena meta s-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija ġew miftuħa għall-kompetizzjoni fil-livell tal-UE, it-traffiku kompla jikber ħafna fid-Danimarka (+ 79 %), l-Awstrija (+ 15 %), u r-Renju Unit (+ 14 %), kif ukoll fir-Rumanija, l-Irlanda, il-Portugall u l-Latvja. Għalkemm il-kriżi ekonomika damet aktar fir-Rumanija milli fit-Tramuntana tal-Ewropa, mill-2007 t-trasport ferrovjarju tal-merkanzija kiber minħabba prestazzjoni għolja tal-operaturi tal-merkanzija mhux affiljati.

It-trasport ferrovjaru intermodali tal-merkanzija qed jikber, iżda qiegħed jonqos l-użu ta’ vaguni iżolati. Bejn l-2007 u l-2011 is-sehem ferrovjarju intermodali tal-merkanzija kiber minn 15 % għal 18 % – għalkemm l-aktar fil-Ġermanja, fl-Irlanda u fi Spanja. It-trasport ferrovjarju intermodali tal-merkanzija qed jistaġna fi Franza u fl-Italja u jibqa’ baxx fil-Polonja u fl-Istati Baltiċi (għalkemm qed jiżdied malajr[19]). Min-naħa l-oħra, jidher li qed jonqos kullimkien l-użu ta’ vaguni iżolati[20] (is-serje ta’ dejta tal-Eurostat mhix kompluta). Fl-2011 fil-Ġermanja dan niżel minn 39 % tat-tunnellati-km kollha fl-2004 għal 26 % biss. Fl-2010, fil-Polonja, laħaq biss 17 % tat-tunnellati-km kollha.

Il-portafoll ta’ oġġetti ttrasportati (ara l-grafika) baqa’ stabbli u baqa’ kkonċentrat fuq prodotti (l-agrikoltura, il-minerali) jew fuq prodotti fl-ewwel stadji tal-ipproċessar industrijali (metalli bażiċi, kimiċi)[21]. Il-faħam, il-minerali mhux raffinati, il-prodotti taż-żejt u l-kimiċi kienu jirrappreżentaw 57 % tat-tunnellati-km kollha. It-trasport ta’ prodotti kimiċi huwa l-uniku segment li kiber f’termini assoluti u relattivi mill-2007 ’l hawn (+7%). Madankollu, huwa interessanti li dan it-tkabbir kien ikkonċentrat fil-Ġermanja, fl-Iskandinavja u fl-Istati Baltiċi - peress li t-trasport ta’ sustanzi kimiċi naqas fil-Polonja u fi Franza (- 38 %). Ta’ min wieħed jenfasizza l-importanza ta’ ċerti modi ta’ trasport f’xi Stati Membri: it-trasport ferrovjarju tal-faħam fil-Polonja huwa aktar importanti mis-suq ferrovjarju tal-merkanzija ta’ 20 Stat Membru (meħuda weħedhom).

Sors: Eurostat – “Oħrajn” jinkludi oġġetti mixxellanji (ara n-nota 21)

Aktar minn nofs it-tnaqqis fit-traffiku fl-2008-2012 jista’ jiġi spjegat minn evoluzzjonijiet fis-segment speċifiku. Fil-Ġermanja, iż-żieda tat-trasport ta’ kimiċi u ta’ tagħmir tat-trasport ma kkumpensatx għat-tnaqqis importanti fit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija ta’ prodotti agrikoli, tal-kokk, tal-injam u tal-metalli bażiċi. Fi Franza, il-biċċa l-kbira tat-tnaqqis sar f’sustanzi kimiċi (bil-kontra tal-Ġermanja), fil-metalli bażiċi (bħall-Ġermanja) u fil-minerali tal-metall, iżda kien hemm tkabbir fit-trasport ta’ merkanzija raggruppata (inkluż fis-segment “oħrajn”). Fl-aħħar nett, aktar minn nofs it-tnaqqis fil-Polonja, it-tieni l-akbar suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija fl-UE, ġej minn tnaqqis fit-trasport tal-faħam.

Wieħed għandu jistaqsi wkoll jekk l-ispeċjalizzazzjoni fis-settur ferrovjarju tal-merkanzija fil-prodotti u fil-prodotti industrijali bażiċi ma jagħmilx iċ-ċiklu tan-negozju partikolarment vulnerabbli għaċ-ċikli ekonomiċi (l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti), il-politiki tal-enerġija (l-għażliet tas-sorsi speċifiċi tal-enerġija) u l-ġestjoni ta’ inventarju (għall-inventarju, il-materja prima hija orħos mill-prodotti industrijali). Barra minn hekk, biex ikun ta’ suċċess, jeħtieġ li t-trasport ferrovjarju tal-merkanzija jidħol f’segmenti ta’ valur miżjud u li jiżdiedu d-distanzi medji tat-trasport.

2.           L-evoluzzjoni tas-suq intern f’servizzi li għandhom jingħataw lill-impriżi ferrovjarji

L-informazzjoni f’dan il-qasam għadha frammentata. Dan ir-rapport jiffoka fuq l-istrutturi ta’ proprjetà u ta’ ġestjoni u jippreżenta l-problemi li jiltaqgħu magħhom fl-aċċess għal dawk il-faċilitajiet li ġew iddikjarati uffiċjalment.

2.1.        L-istazzjonijiet

2.1.1.     L-istazzjonjiet fl-Unjoni Ewropea

Hemm madwar 22 000 stazzjon fl-UE[22], li minnhom madwar 250 huma “stazzjonijiet kbar” b’aktar minn 25 000 vjaġġatur/jum. L-importanza tas-servizzi suburbani, li jġorru ħafna aktar passiġġieri, tispjega kif xi Stati Membri żgħar bħall-Pajjiżi l-Baxxi għandhom aktar stazzjonijiet kbar minn Spanja jew l-Italja (il-Lussemburgu, pereżempju, għandu stazzjon wieħed kbir). Il-fatt li xi netwerks suburbani importanti jiffurmaw jew ma jiffurmawx parti min-netwerk ferrovjarju kopert mid-Direttivi ferrovjarji jista’ wkoll ikollu rwol.[23]  Id-deċentralizzazzjoni urbana tista’ tispjega wkoll għaliex il-Ġermanja għandha madwar 112-il stazzjon kbar, meta mqabbla ma xi 45 u 38 fir-Renju Unit u fi Franza rispettivament (b’Paris-Nord bħala l-istazzjon l-aktar kummerċjali fl-Ewropa).

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS – Anness 6 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

Id-densità tal-istazzjonijiet fuq in-netwerk għandha wkoll tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Fuq medja, id-distanza bejn żewġ stazzjonijiet fuq in-netwerk ferrovjarju ma taqbiżx il-5 kilometri fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja, fil-Greċja u fl-Awstrija. Fil-Finlandja madankollu, din id-distanza togħla għal medja ta’ kważi 28 kilometru.

Sors: Eurostat, l-aħħar dejta disponibbli dwar it-tul tal-linji, id-dikjarazzjonijiet tan-netwerk tal-maniġers tal-infrastruttura tal-EIM, tas-CER, l-għadd ta’ stazzjonijiet għal kull Stat Membru kif provdut fil-kwestjonarji tal-RMMS

Dan l-indikatur ma jimplikax li l-ferroviji kollha neċessarjament se jieqfu f’dawn l-istazzjonijiet. U lanqas ma jagħti d-distanza medja għaċ-ċittadini Ewropej għall-eqreb stazzjon tal-ferrovija. L-aħħar Eurobarometer fil-fatt juri li l-Istati Membri fejn l-ogħla perċentwal tal-popolazzjoni tgħix inqas minn 10 minuti ’l bogħod mill-eqreb stazzjon mhumiex dawk bl-ogħla densità ta’ stazzjonijiet fuq in-netwerk. Il-Lussemburgu u d-Danimarka huma żewġ Stati Membri fejn dan il-proporzjon huwa l-ogħla filwaqt li d-distanza medja bejn l-istazzjonijiet hija ogħla mill-medja tal-UE-25. Bil-kontra ta’ dan, fir-Repubblika Ċeka u fis-Slovakkja, is-sehem tal-popolazzjoni li tgħix 10 minuti ’l bogħod mill-eqreb stazzjon huwa ta’ madwar il-medja tal-UE-25 għalkemm dawn iż-żewġ Stati Membri għandhom l-inqas distanza bejn l-istazzjonijiet. Dan jindika diskrepanza bejn il-firxa ta’ stazzjonijiet fit-territorju u t-tqassim tal-popolazzjoni.

Grafika 14a- Il-popolazzjoni sal-eqreb stazzjon

Sors: Flash Eurobarometer 382a dwar is-sodisfazzjon tal-Ewropej bis-servizzi ferrovjarji – (intervisti bit-telefown ma’ 28,036 ċittadin tal-UE li kellhom aktar minn 15-il sena) – Anness 7 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

2.1.2.     Il-proprjetà u l-ġestjoni

Minkejja d-diversi strutturi ta’ proprjetà tal-istazzjonijiet (ara t-Tabella 1), fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-istazzjonijiet jiddependu ħafna mill-operatur stabbilit – jew mill-impriża stabbilita (eż. l-Irlanda u l-Polonja), minn xi sussidjarja tagħha (eż. il-Ġermanja) jew mill-maniġer tal-infrastruttura tal-impriża (eż. l-Awstrija, l-Italja). F’ħafna każijiet, hemm arranġamenti kumplessi ta’ proprjetà tal-istazzjonijiet – fejn il-maniġer tal-infrastruttura huwa s-sid tal-pjattaformi iżda l-operatur stabbilit tal-ferroviji huwa s-sid tat-terminal (eż. Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Belġju). Fi Stati Membri oħra, l-istazzjonijiet huma l-proprjetà tal-maniġers tal-infrastruttura indipendenti (pereżempju fir-Renju Unit, Spanja) jew mill-gvern nazzjonali nnifsu(il-Portugall, il-Lussemburgu, is-Slovakkja u l-Bulgarija).

Tabella 1 – L-istrutturi ta’ proprjetà tal-istazzjonijiet fl-Ewropa

Sorsi: Il-kontribut mill-Istati Membri għall-kwestjonarji tal-RMMS, riċerka proprja għall-informazzjoni nieqsa (sfond griż)

L-istrutturi tal-ġestjoni tal-istazzjonijiet b’mod ġenerali huma identiċi għal dawk tal-proprjetà. Madankollu, f’dawk l-Istati Membri fejn l-istazzjonijiet huma l-proprjetà tal-gvernijet nazzjonali (il-Bulgarija, is-Slovakkja, il-Portugall, l-Ungerija u l-Lussemburgu), il-maniġement huwa fdat f’idejn il-maniġer tal-infrastruttura[24]. Fi Franza, minkejja l-koproprjetà mal-IM RFF Franċiż, l-istazzjonijiet huma kompletament ġestiti mill-operatur stabbilit (SNCF Gares u Connexions). Fir-Renju Unit, in-Network Rail huwa s-sid ta’ u jopera l-akbar 14-il stazzjon filwaqt li l-bqija huma l-proprjetà tan-Network Rail iżda mħaddma u mikrija mill-operatur ewlieni bir-rappreżentanza (franchise).

Fi kwalunkwe każ, l-istazzjonijiet għadhom miżmuma jew ġestiti (jew għall-inqas parzjalment) minn operaturi ferrovjarji diġà stabbiliti fl-Istati Membri kollha minbarra fil-Bulgarija, fil-Portugall, fis-Slovakkja, fi Spanja u fir-Renju Unit.

2.1.3.     L-aċċess għall-faċilitajiet tal-istazzjon mill-impriżi ferrovjarji

L-istazzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu ostakli b’mod partikolari fejn huma kkonċentrati stazzjonijiet importanti (eż. it-8 megastazzjonijiet Taljani jew Pariġi). NTV, il-parteċipant ġdid Taljan fuq il-linja ta’ veloċità għolja Ruma-Milan għandu jopera minn Ruma-Ostiense (minflok Termini) u Milan-Porta Garibaldi (minflok Centrale). Min-naħa l-oħra, l-użu ta’ stazzjonijiet periferali jista’ wkoll jifforma parti minn strateġija ta’ negozju: Ouigo, is-servizz ferrovjarju bi prezzijiet baxxi bejn Pariġi-Lyon jipprovdi nollijiet orħos u jitlaq minn Marne-la-Vallée (Eurodisney), fil-periferija ta’ Pariġi.

Il-proprjetà u l-ġestjoni tal-istazzjonijiet mill-operaturi stabbiliti joħolqu sitwazzjonijiet ta’ suspetti ta’ kunflitt ta’ interess jew saħansitra lmenti reali. NTV ippreżenta lment quddiem l-Awtorità Taljana għall-kompetizzjoni, li fih jakkuża Trenitalia b’abbuż ta’ pożizzjoni dominanti, fost l-oħrajn fir-rigward tal-ġestjoni ta’ riklamar fl-istazzjonijiet Taljani.

2.1.4.     Il-kwalità ta’ servizzi fl-istazzjonijiet (inkluż l-aċċessibbiltà minn persuni b’mobbiltà mnaqqsa)

Fuq medja, l-Ewropej huma pjuttost sodisfatti bl-istazzjonijiet (ir-rati ta’ sodisfazzjon żdiedu ftit mill-2011). L-istħarriġ Flash Eurobarometer tal-2013 jistma li 51 % tal-Ewropej, fir-rigward tal-istazzjonijiet, għandhom livelli ta’ sodisfazzjon “għoljin” jew “tajbin”, u min-naħa l-oħra 49 % għandhom livelli “medji” jew “baxxi”. L-ogħla livelli ta’ sodisfazzjon bl-istazzjonijiet intlaħqu fir-Renju Unit (73 %), fl-Irlanda (71 %) u fil-Lussemburgu (70 %). Ir-rati ta’ sodisfazzjon ta’ taħt il-medja kienu fil-Ġermanja, fl-Italja u fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u tax-Xlokk.

Grafika 15 – L-indiċi ta’ sodisfazzjon bl-istazzjonijiet ferrovjarji (2013)

Sors: Flash Eurobarometer 382a dwar is-sodisfazzjon tal-Ewropej bis-servizzi ferrovjarji – (intervisti bit-telefown ma’ 28,036 ċittadin tal-UE li kellhom aktar minn 15-il sena) – Anness 7 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

Skont l-istess stħarriġ, 68 % tal-Ewropej huma sodisfatti bl-għoti ta’ informazzjoni dwar l-iskedi tal-ferroviji u 67 % bil-mod faċli li bih jinxtraw il-biljetti. L-Ewropej huma inqas pożittivi fir-rigward ta’ ndafa ta’ stazzjonijiet (57 % ta’ sodisfazzjon) u aċċess għal mekkaniżmi għall-ġestjoni tal-ilmenti (37 %). Is-sodisfazzjon bl-indafa ta’ stazzjonijiet huwa l-ogħla fil-Lussemburgu, fl-Awstrija (80 %) u fir-Renju Unit (79 %). Ir-rati ta’ sodisfazzjon ta’ taħt il-medja jinsabu fil-Ġermanja, fl-Italja u fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u tax-Xlokk.

37 % biss tal-Ewropej jirrappurtaw “għoli” jew “tajjeb” il-livelli ta’ sodisfazzjon bl-aspetti kollha ta’ aċċessibbiltà ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa. L-ogħla sodisfazzjon jinsab fir-Renju Unit (61%), fl-Irlanda (56%) u fi Franza (52%). Ir-rati ta’ sodisfazzjon ta’ taħt il-medja jinsabu fil-Ġermanja, fl-Italja u fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u tax-Xlokk.

Grafika 16 – L-indiċi ta’ sodisfazzjon bl-aċċessibbiltà tal-istazzjonijiet (2013)

Sors: Flash Eurobarometer 382a dwar is-sodisfazzjon tal-Ewropej bis-servizzi ferrovjarji – (intervisti bit-telefown ma’ 28.036 ċittadin tal-UE li kellhom aktar minn 15-il sena) – Anness 7 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

B’mod aktar speċifiku, il-maġġoranza taċ-ċittadini tal-UE huma pożittivi dwar l-aċċessibbiltà tal-uffiċċji tal-biljetti u tal-magni awtomatiċi tal-bejgħ (51 %), iżda inqas pożittivi dwar l-aċċessibbiltà tal-pjattaformi (46 %) u l-vaguni (42 %), u saħansitra inqas dwar l-informazzjoni ta’ qabel il-vjaġġ dwar l-aċċessibbiltà (39 %) jew dwar l-assistenza għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa (37 %). Ir-rati ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon huma għolja ħafna għaċ-ċittadini li huma direttament ikkonċernati (40 % ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon bl-aċċessibbiltà tal-pjattaformi u 42 % fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-vaguni).

Mistoqsijiet dwar l-aċċessibbiltà huma essenzjali biex itejbu s-sehem modali tal-ferroviji, b’mod partikolari fil-kuntest tal-popolazzjoni Ewropea li qed tixjieħ. 34 % tal-Ewropej kollha li qatt ma jużaw il-ferrovija semmew mill-inqas kwistjoni waħda ta’ aċċessibbiltà bħala raġuni biex jispjegaw għaliex ma jagħmlux dan. Milli jidher il-ferroviji mhumiex jilħqu madwar 19 % tal-popolazzjoni tal-UE minħabba kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà.

2.2.        It-terminals tal-merkanzija, il-“marshalling yards” u l-faċilitajiet ta’ ħażna

B’mod ġenerali, it-terminals tal-merkanzija, il-“marshalling yards” u s-“sidings” għall-ħażna jidhru li huma fil-maġġoranza tagħhom il-proprjetà ta’ u ġestiti minn impriżi tal-operaturi diġà stabbiliti (b’mod partikolari fis-swieq tal-merkanzija importanti bħall-Ġermanja, l-Awstrija, il-Polonja, il-Litwanja, il-Latvja), ħlief fir-Renju Unit u fil-Pajjiżi l-Baxxi – fejn il-maniġer tal-infrastruttura indipendenti fil-biċċa l-kbira jkun il-proprjetarju tagħhom. Fil-Portugall, fil-Bulgarija, fil-Lussemburgu u fis-Slovakkja, dawn huma l-proprjetà tal-Istat iżda kkontrollati mill-maniġer tal-infrastruttura. Il-Ġermanja jidher li għandha l-maġġoranza tat-terminals għat-trasport tal-merkanzija rreġistrati.[25]

Tabella 2 – L-istrutturi ta’ proprjetà tat-terminals tal-merkanzija, tal-“marshalling yards” u tal-faċilitajiet ta’ ħażna fl-Ewropa

Sorsi: Il-kontribut mill-Istati Membri għall-kwestjonarji tal-RMMS, riċerka proprja għall-informazzjoni nieqsa (sfond griż)

2.3.        Il-faċilitajiet ta’ manutenzjoni

Il-proprjetà tal-faċilitajiet ta’ manutenzjoni għadha fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri taħt ir-responsabbiltà ta’ gruppi ferrovjarji diġà stabbiliti, bl-eċċezzjoni notevoli tar-Rumanija, tar-Renju Unit u tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Tabella 3 – L-istrutturi ta’ proprjetà tal-faċilitajiet ta’ manutenzjoni

Sorsi: Il-kontribut mill-Istati Membri għall-kwestjonarji tal-RMMS, riċerka proprja għall-informazzjoni nieqsa (sfond griż)

2.4.        Faċilitajiet oħrajn: aċċess għall-port, faċilitajiet ta’ għajnuna u ta’ refuelling

Il-faċilitajiet l-oħra jidhru li huma inqas ikkontrollati minn impriżi ferrovjarji diġà stabbiliti u fihom jiġi osservat ħafna aktar involviment ta’ kumpaniji privati. Madankollu, fil-Ġermanja, fl-Irlanda, fil-Latvja u fil-Litwanja, dawn huma relatati l-iktar mal-operatur tal-ferroviji.

Tabella 4 – L-istrutturi ta’ proprjetà tal-faċilitajiet tal-aċċess għall-port, ta’ għajnuna u ta’ refuelling fl-Ewropa

Sources: RMMS questionnaires’ contribution from Member States, own research for missing information (grey background)

3.           Il-kundizzjonijiet ta’ qafas

3.1.        It-tariffi tal-infrastruttura

Il-maniġers tal-infrastruttura “prinċipali” (ara l-Parti 3.2) fl-2012 ġabru mill-impriżi ferrovjarji[26] madwar EUR 15,7 biljun ta’ tariffi tal-infrastruttura (żieda ta’ 3 % meta mqabbla mal-2011) fuq il-bażi tal-kontijiet finanzjarji[27]. It-tariffi tal-infrastruttura jidhru li kienu jirrappreżentaw 41 % tat-totalità tad-dħul “ewlieni” tal-maniġer tal-infrastruttura (il-fondi pubbliċi jidhru li kienu jirrappreżentaw 48 % - ara l-Parti 3.2).

KAXXA 3 – IT-TARIFFI TAL-INFRASTRUTTURA U S-SEGMENTI TAS-SUQ FERROVJARU

L-impriżi ferrovjarji jħallsu “tariffi tal-infrastruttura” lill-maniġers tal-infrastruttura għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja. It-tariffi tal-infrastruttura għandhom impatt differenti fuq is-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, bejn il-bliet (intercity) u dawk suburbani. It-trasport ferrovjarju tal-merkanzija huwa meqjus bħala l-aktar sensittiv għall-varjazzjonijiet tat-tariffi tal-aċċess għall-binarji. L-aċċess għall-binarji għandu wkoll impatt fuq l-istruttura tal-ħlas għas-servizzi intercity iżda impatt marġinali biss fuq il-prezz finali. Fl-aħħar nett, safejn huma kkonċernati l-obbligi tas-servizz pubbliku (li n-nolijiet tal-ferrovija tagħhom huma ġeneralment regolati xorta waħda), il-livell tat-tariffi għall-aċċess għall-binarji huwa inkorporat fl-arkitettura finanzjarja tas-sistema ferrovjarja.

3.1.1.     It-tariffi tal-infrastruttura għas-servizzi tal-merkanzija

Kif muri fil-grafika ta’ hawn taħt, il-medja tal-aċċess għall-binarji fl-2014 għal 1000 tunnellata ta’ merkanzija ferrovjarja tvarja bejn 1.60 EUR/ferrovija-km u 3.40 EUR/ferrovija-km, ħlief fl-Istati Baltiċi u fl-Irlanda. Fl-Istati Baltiċi, il-maniġers tal-infrastruttura jattiraw traffiku intern sostanzjali mir-Russja, li jopera tul distanzi twal ħafna u li għandu medja tal-massa tal-ferrovija ogħla. In-netwerks fil-periferija tal-Ewropa għandhom it-tendenza li jkollhom tariffi jew baxxi ħafna, jew fil-każ tal-Irlanda għoljin ħafna. L-istess jgħodd għall-iżgħar netwerks, fejn il-problemi tal-qsim tal-fruntiera huma prevalenti u għalhekk il-ferroviji tal-merkanzija ma jistgħux iħallsu tariffi għoljin.

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS - l-ebda dejta għan-Norveġja; * = għal Franza u għall-Italja, id-dejta tirreferi għall-2013, minħabba li dawn l-Istati Membri ma tawx dejta għall-2014. – Anness 8 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

It-tariffi tal-aċċess għall-binarji għall-merkanzija rrappurtati naqsu għall-2014 fil-Bulgarija (–36 %), fir-Repubblika Ċeka (-7 %) u fil-Pajjiżi l-Baxxi (-1 %) u baqgħu stabbli fi 8 Stati Membri (u b’hekk naqsu de facto[28]). Min-naħa l-oħra, dawn żdiedu sostanzjalment fil-Polonja (+ 13 %) u fl-Isvezja (+ 6,8 %). Minbarra l-Polonja u n-netwerks tal-Istati Baltiċi, il-proċess ta’ ċertu livellar tat-tariffi fl-Istati Membri qed ikompli.

F’ċerti każijiet iż-żidiet kienu speċifiċi għal ċerti segmenti: fil-Ġermanja, fil-kuntest ta’ żieda fil-konġestjoni, l-aċċess għall-binarji ta’ linji alimentatriċi għal ferroviji tal-merkanzija b’veloċitajiet ta’ bejn 50 u 100 km/s żdiedu bi 12 %, għalkemm il-medja tat-tariffa tat-trasport tal-merkanzija tidher li żdiedet biss bi 2 % (u għalhekk skont l-inflazzjoni) fl-2014 meta mqabbel mal-2013.

It-tqabbil tal-evoluzzjoni tat-tariffa medja Ewropea[29] għall-aċċess għall-binarji għat-trasport tal-merkanzija jissuġġerixxi tnaqqis kostanti matul l-aħħar snin (-28 % bejn l-2008 u l-2014). Huwa ta’ aktar interess il-fatt li d-devjazzjoni standard – jiġifieri t-tixrid tal-valuri mill-medja – niżlet minn 2,26 għal biss 1. Fi kliem ieħor, it-tariffi nazzjonali differenti għall-aċċess għall-binarji jidhru li qed joqorbu dejjem aktar lejn il-medja Ewropea, ħaġa li hija utli fil-kuntest tal-iżvilupp ta’ Żona Unika Ferrovjarja Ewropea għall-merkanzija mhux biss b’tariffi aktar baxxi iżda b’tariffi standardizzati wkoll.

Graph 17a – Il-konverġenza tat-tariffi tal-aċċess għall-binarji għall-merkanzija

3.1.2.     It-tariffi tal-infrastruttura għas-servizzi intercity

Kif muri fil-grafika t’hawn taħt, it-tariffi medji għall-aċċess għall-binarji fl-2014 għal ferrovija intercity ta’ 500 tunnellata wkoll ivarjaw b’mod sostanzjali: it-tħaddim ta’ ferrovija intercity fil-Ġermanja jew fi Franza (u fil-Belġju) iqum spiża medja li hija d-doppju ta’ dik fl-Italja jew fi Spanja (li wkoll għandhom netwerks ta’ veloċità għolja) u 5 darbiet aktar minn dawk tar-Renju Unit, ir-Repubblika Ċeka jew l-Isvezja. In-netwerks b’linji ta’ veloċità għolja (BE, DE, FR, FI, IT, ES) jinstabu fit-tarf “għali” tal-iskala, flimkien mal-Istati Baltiċi u l-Irlanda.

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS; *= għal Franza u għall-Italja, id-dejta tirreferi għall-2013, minħabba li dawn l-Istati Membri ma tawx dejta għall-2014.**= għal Spanja, l-imposta medja għall-aċċess għall-binarji għall-ferroviji ta’ veloċità għolja li jaħdmu fuq in-netwerk b’veloċità limitata għal 260 km/s – l-ebda dejta għan-Norveġja - – Anness 8 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

It-tariffi tal-aċċess għall-binarji għall-intercity irrappurtati għall-2014 żdiedu f’bosta Stati Membri – b’mod partikolari fil-Polonja (+43 %), fl-Awstrija (+23 %), fi Spanja (+14 %) u fl-Isvezja (+8,4 %, minkejja li minn bażi baxxa ferm). Fl-Awstrija, iż-żieda ta’ 23 % hija bbażata fuq tariffa addizzjonali għall-veloċità għolja, li ġiet irrifjutata mir-regolatur Awstrijak fis-27 ta’ Settembru 2013, wara lment mill-operatur il-ġdid Westbahn, iżda li issa qed tiġi appellata minn ÖBB Infrastruktur quddiem il-Qorti Amministrattiva Għolja tal-Awstrija.

Fl-aħħar nett, safejn hija kkonċernata l-evoluzzjoni tat-tariffi għall-aċċess tal-binarji għall-ferroviji intercity, dawn baqgħu stabbli, iżda t-tixrid tagħom żdied.

3.1.3.     It-tariffi tal-infrastruttura għas-servizzi suburbani

Kif muri fil-grafika t’hawn taħt, il-medja tal-aċċess għall-binarji fl-2014 għal ferrovija suburbana ta’ 140 tunnellata hija distorta. It-tariffi tal-aċċess għall-binarji suburban fi Franza fl-2013 huma ogħla minn EUR 10 kull ferrovija-km, filwaqt li f’20 Stat Membru huma kollha taħt iż-EUR 2 kull ferrovija-km. It-tariffi tal-aċċess għall-binarji suburban fil-Ġermanja wkoll huma ħafna ogħla minn dawk tal-Istati Membri (għalkemm fi Franza huma darbtejn ogħla minn dawk tal-Ġermanja). Din is-sitwazzjoni tirrifletti l-istruttura ta’ finanzjament tal-linji ferrovjarji fi Franza (fejn ir-reġjuni jħallsu tariffi għall-aċċess għall-binarji għall-ferroviji reġjonali skont l-obbligi tas-servizz pubbliku direttament lilll-maniġer tal-infrastruttura, li mbagħad iħallas l-impriża ferrovjarja ewlenija SNCF biex tipprovdi servizzi ta’ manutenzjoni fuq l-infrastruttura) u fil-Ġermanja (fejn l-awtoritajiet reġjonali jipprovdu sussidji tal-obbligi tas-servizz pubbliku li jinkludu mezzi biex iħallsu t-tariffi għall-aċċess għall-binarji). Bl-istess mod, it-tariffi għall-aċċess għall-binarji għas-servizzi ferrovjarji suburbani huma l-inqas fir-Renju Unit u fil-Finlandja.

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS - l-ebda dejta għan-Norveġja; *= għal Franza u għall-Italja, id-dejta tirreferi għall-2013, minħabba li dawn l-Istati Membri ma tawx dejta għall-2014 - – Anness 8 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

Safejn huma kkonċernati t-tariffi tal-aċċess għall-binarji suburbani, dawn jidhru li baqgħu stabbli (tnaqqis żgħir), iżda t-tixrid tagħhom żdied.

3.1.4.     It-tariffi tal-infrastruttura – il-klassifikazzjoni globali

B’mod ġenerali, it-tariffi tal-aċċess għall-binarji minn naħa huma l-inqas fid-Danimarka u fl-Isvezja u min-naħa l-oħra l-ogħla fil-Ġermanja, in-netwerk bl-aktar tranżitu fl-Ewropa, u l-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja, li għandhom in-netwerks ferrovjarji pjuttost iżolati mill-qalba tal-Ewropa[30]. Biex tkun riflessa aħjar l-istruttura tas-suq, jista’ jkun utli u meħtieġ fil-ġejjieni li din l-analiżi tiġi rfinata aktar u li ssir distinzjoni bejn is-servizzi intercity reġjonali u s-servizzi ta’ veloċità għolja (minflok analiżi kumplessiva tal-ferroviji intercity). L-aħħar iżda mhux l-inqas, il-fatt li xi Stati Membri huma kklassifikati wkoll f’termini ta’ livell baxx ta’ tariffi jrid jiġi analizzat b’attenzjoni xierqa – l-Istati Membri huma obbligati skont id-Direttiva 2012/34/UE li jiffinanzjaw b’mod adegwat l-infrastruttura tagħhom (tariffi baxxi tal-aċċess għall-binarji jipprovdu spjega għaliex ir-Renju Unit jagħżel għotjiet sostanzjali ta’ investiment).

Grafika 20 – Il-klassifikazzjonijiet TAC – l-aktar baxxi għat-3 segmenti

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS - l-ebda dejta għan-Norveġja; *= għal Franza u għall-Italja, id-dejta tirreferi għall-2013, minħabba li dawn l-Istati Membri ma tawx dejta għall-2014. **= għal Spanja, it-tariffa medja għall-aċċess għall-binarji għall-ferroviji ta’ veloċità għolja li jaħdmu fuq in-netwerk b’veloċità limitata għal 260 km/s.

It-tariffi tal-infrastruttura jidhru li qed ibatu minn 3 problemi ewlenin:

- In-netwerks importanti ta’ tranżitu mqiegħda fiċ-ċentru tas-sistema ferrovjarja Ewropea jew li jġorru traffiku intern jimponu tariffi ogħla min-netwerks iżgħar u periferali. Din is-sitwazzjoni tiddomina kemm għall-ferroviji tal-merkanzija kif ukoll għall-ferroviji tal-passiġġieri. Dan ifixkel l-integrazzjoni ta’ sistemi ferrovjarji nazzjonali, fejn l-ispejjeż għoljin tal-interoperabilità jiggravaw il-kundizzjonijiet tat-traffiku transfruntiera.

- It-tariffi tal-aċċess għall-binarji fil-Lvant tal-Unjoni baqgħu ogħla għat-trasport tal-merkanzija milli għat-trasport tal-passiġġieri, li minn perspettiva ekonomika, jissuġġerixxi livell insuffiċjenti ta’ kumpens għal servizzi taħt l-obbligi ta’ servizz pubbliku, fejn il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jirkupraw it-telf tad-dħul li jirriżulta permezz ta’ tariffi ogħla għas-servizzi tal-merkanzija. Konsegwentement, it-traffiku ferrovjarju tal-merkanzija jista’ jkun li jsir anqas kompetittiv mit-trasport bit-triq, u l-impriżi ferrovjarji ma jistgħux jiġġeneraw il-fondi li jkollhom bżonn għat-tiġdid tal-vaguni tal-flotta tagħhom.

Fl-aħħar nett, ma kienx possibbli li jittieħed vantaġġ b’mod utli mit-talbiet għad-dejta rigward tariffi għall-istazzjonijiet u l-faċilitajiet, għall-kurrent tat-trazzjoni u għad-diżil, minħabba li l-ġbir tad-dejta tal-Istati Membri kien pjuttost frammentat. It-tariffi tal-istazzjon u tat-terminal jammontaw għal parti sinifikanti fit-tariffi tal-infrastruttura totali fejn il-ferroviji jivvjaġġaw distanzi qosra u jieqfu spiss, u f’xi Stati Membri dawn jammontaw għal aktar min-nofs it-total tat-tariffi tal-infrastruttura. Segmenti tas-suq li jeħtieġu użu intensiv ta’ faċilitajiet, bħalma huma ferroviji tal-passiġġieri b’aċċess miftuħ reġjonali u tagħbija fuq vagun wieħed, juru l-inqas livell intensiv ta’ kompetizzjoni.

3.2.        L-allokazzjoni tal-kapaċità

KAXXA Nru 4 – L-ALLOKAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ

Il-maniġers tal-infrastruttura kull sena jallokaw drittijiet ta’ aċċess lill-impriżi ferrovjarji abbażi tat-talbiet magħmula minn dawn tal-aħħar. Il-maniġers tal-infrastruttura jiksbu wkoll talbiet għall-allokazzjonijiet ad hoc ta’ mogħdijiet, b’mod partikolari minn kumpaniji tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija li ma jistgħux ibassru s-servizzi tagħhom minn sena qabel. It-talbiet jistgħu jiġu miċħuda jekk ikun hemm konġestjoni.

Il-produttività tal-binarju ferrovjarju tvarja bejn l-Istati Membri: Minn estrem wieħed hemm in-netwerks densi tal-Pajjiżi l-Baxxi u tar-Renju Unit, taħt il-pressjoni qawwija tas-servizzi għall-vjaġġaturi, segwiti mill-Ġermanja, mill-Awstrija u mill-Belġju, u mill-estrem l-ieħor, hemm in-netwerks ferrovjarji tal-Istati Baltiċi u tal-Ewropa tax-Xlokk li relattivament ma tantx jintużaw. Hemm erba’ darbiet aktar ferrovija-km għal kull km ta’ linja[31] fil-Pajjiżi l-Baxxi milli fil-Bulgarija, fir-Rumanija u fl-Estonja.

Source : Eurostat, UIC, RMMS (Bulgaria) - – Annex 9 of Staff Working Document SWD(2014) 186

KAXXA Nru 5 – IL-KONĠESTJONI TAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA

Is-servizzi taħt l-obbligi ta’ servizz pubbliku ġeneralment ikollhom mogħdijiet prereżervati, peress li dawn jeħtieġu frekwenzi intensivi ħafna matul il-ġurnata (partikolarment il-ferroviji suburbani).   Il-ferroviji ta’ veloċità għolja joperaw (kważi dejjem) f’infrastruttura dedikata u ġeneralment jieqfu biss f’agglomerazzjonijiet urbani. Il-ferroviji tal-merkanzija joperaw f’ħafna każijiet b’mogħdijiet li huma allokati ad hoc.

Għal kull linja ferrovjarja, hemm livell massimu teoretiku ta’ ferroviji (“kapaċità massima”). Madankollu, id-differenza bejn il-kapaċità reali u l-kapaċità teoretika tirriżulta minn sensiela ta’ kumpensi bħal xogħlijiet ta’ manutenzjoni, xejriet ta’ waqfien, movimenti konfliġġenti ta’ fejn il-linji ferrovjarji jiltaqgħu (ferroviji fil-punti tal-qlib), taħlitiet tal-vetturi ferrovjarji u restrizzjonijiet ’il barra mir-rotta. L-għamla tan-netwerks ferrovjarji wkoll għandha rwol importanti: il-ferroviji huma ridirezzjonati ħafna aktar faċilment fin-netwerks tax-xibka (pereżempju fil-Ġermanja) milli fin-netwerks fil-forma ta’ kewkba (pereżempju fi Franza, fi Spanja)

In-netwerks ferrovjarji Ewropej jintużaw b’mod predominanti minn ferroviji tal-passiġġieri (78 % tal-ferrovija-km kollha), għalkemm hemm varjazzjonijiet f’termini ta’ tipi ta’ servizzi bejn l-Istati Membri. Il-ferroviji li jiċċirkolaw fuq in-netwerks użati b’mod intensiv fir-Renju Unit u fil-Pajjiżi l-Baxxi, kif ukoll fl-Irlanda u l-Lussemburgu, huma l-aktar ferroviji tal-passiġġieri. Il-ferroviji fin-netwerks ftit li xejn użati tal-Istati Baltiċi fil-parti l-kbira se jkunu ferroviji tal-merkanzija.

Sors: Eurostat, DB, ISTAT, INSEE – is-sitwazzjoni fl-2011; il-medja tal-UE teskludi DK, HU u GR li għalihom ma kien hemm l-ebda dejta disponibbli

Skont it-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju tal-RMMS, kienu biss 5 Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja, id-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Rumanija u r-Renju Unit) u n-Norveġja li ddikjaraw parti mill-infrastruttura tagħhom bħala “konġestjonata”. Total ta’ 1 324 km ta’ linji[32] (0,6 % tal-linji tal-UE kollha) ġew iddikjarati bħala konġestjonati u l-akbar konġestjoni jidher li kienet tinsab f’termini assoluti fil-Ġermanja (399 km), iżda d-Danimarka u r-Rumanija ukoll għandhom punti ta’ konġestjoni qawwija.

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għażlu l-prijoritizzazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (ara t-tabella 5), is-servizzi b’valur dirett għas-soċjetà u s-servizzi ta’ frekwenza għolja – li ħafna drabi fil-prattika jkopru l-aktar is-servizzi għall-vjaġġaturi. Il-liġi tal-UE dwar l-aċċess għas-suq tippermetti l-prijoritizzazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-mogħdija favur is-servizzi b’valur għas-soċjetà, l-obbligi ta’ servizz pubbliku u s-servizzi internazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija. Franza ma rrapurtat l-ebda prijoritizzazzjoni tas-servizzi ferrovjarji fil-kuntest tal-RMMS. Din il-prijoritizzazzjoni tkopri aktar minn 85 % tat-totalità ferrovija-km fil-Pajjiżi l-Baxxi, fir-Renju Unit, fil-Lussemburgu u fl-Irlanda (ara l-Grafika 23).

Tabella 5 – It-tipi ta’ prijoritajiet fl-allokazzjoni tal-mogħdija

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS

Fl-aħħar nett, l-ewwel tentattiv biex jittieħed kont tal-kwantità ta’ mogħdijiet miċħuda, jissuġġerixxi li Franza (4,1 %) u l-Polonja (1,3 %) għandhom l-ikbar għadd ta’ mogħdijiet rifjutati. Fi Franza, li ma stabbilitx prijoritajiet tas-servizzi, l-aktar rifjuti fil-fatt kienu jikkonċernaw servizzi lokali u reġjonali (2,3 % tat-talbiet ta’ mogħdija għas-servizzi lokali u reġjonali, li rrappreżentaw 42 % tar-rifjuti kollha), iżda s-segment l-aktar milqut kien dak tal-merkanzija domestika u internazzjonali (18 % u 13 % tal-mogħdija rifjutata rispettivament). Mogħdijiet irrifjutati ġew irrappurtati wkoll fil-Ġermanja, in-Norveġja, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Ungerija (kollha inqas minn 0,1 %).

3.3.        L-investimenti li saru fl-infrastruttura

L-ammont totali ta’ għotjiet mill-Istat għall-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja jvarja skont id-diversi sorsi minn fejn jista’ jiġi stmat (kontijiet finanzjarji tal-maniġers tal-infrastruttura, tabella ta’ valutazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kwestjonarju tal-RMMS dwar il-kumpens ta’ kuntratti pluriannwali) u l-lakuni fis-serje ta’ dejta ġenerali, iżda jibqa’ madwar EUR 18-21 biljun fl-2012.

L-Istati Membri kollha, għajr 7 (AT, CZ, EE, FI, GR, LV u PL), iffirmaw kuntratti pluriannwali mal-maniġers tal-infrastuttura tagħhom. Dawn il-kuntratti jkopru l-ekwivalenti ta’ 73 % tal-infrastruttura ferrovjarja kollha tal-UE u dawn idumu medja ta’ 5 snin (fi Spanja jdumu sentejn, filwaqt li fil-Lussemburgu, il-kuntratt pluriannwali jestendi sal-2024). Hemm varjetà wiesgħa ta’ indikaturi tal-prestazzjoni.  Ta’ min wieħed jinnota li bosta Stati Membri fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk, jużaw “il-veloċità tal-ferrovija” bħala inċentiv tal-prestazzjoni filwaqt li ħafna netwerks bil-konġestjoni (il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Ġermanja, u l-Belġju) jużaw il-puntwalità jew id-dewmien bħala indikaturi tal-prestazzjoni.

Kif muri fl-Anness 10b tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186 li jakkumpanja dan ir-rapport, f’termini ta’ investimenti fin-netwerk, jidhru li ġew investiti ftit inqas minn EUR 29 biljun f’netwerk konvenzjonali fl-2012 (xi 7 % aktar mill-2011) u madwar EUR 34,5 biljun fin-netwerk ferrovjarju kollu kemm hu (inkluż tal-veloċità għolja). Safejn huwa kkonċernat in-netwerk konvenzjonali, l-ishma ta’ manutenzjoni (29 %), it-titjib (36 %) u t-tiġdid (35 %) jidhru li huma bejn wieħed u ieħor ekwivalenti fl-2012 (ftit inqas fl-2011, meta t-tiġdid laħaq 39 %).

KAXXA Nru 6 – IL-MANUTENZJONI, IT-TITJIB U T-TIĠDID

Hemm definizzjonijiet differenti ta’ “manutenzjoni”, “titjib” u “tiġdid”. Madankollu, inġenerali, it-“titjib” ikopri b’mod ġenerali l-estensjoni u l-immodernizzar tal-infrastruttura permezz ta’ pereżempju teknoloġiji ġodda (eż. ERTMS, li jissostitwixxi intersezzjonijiet fuq l-istess livell ma’ toroq taħt l-art(underpasses) jew toroq fuq toroq (overpasses)), it-“tiġdid” ikopri l-bdil ta’ assi li jreġġa’ l-infrastruttura lura għall-kondizzjoni meta kienet ġdida (eż. it-tibdil ta’ travi, tas-saborra jew ta’ binarji, it-tiġdid ta’ pont) u l-“manutenzjoni” tirreferi għal azzjonijiet li jiżguraw il-funzjonament u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-assi eżistenti (eż. it-tħin, l-ikkumpattar, iż-żbir tas-siġar u tal-arbuxelli fuq in-naħa tal-binarji).

Fl-aħħar nett, il-proġetti ffinanzjati mill-fondi tal-UE relatati mal-ferroviji, jew bil-fondi tat-TEN-T jew fondi strutturali u ta’ koeżjoni, kienu jammontaw għal madwar EUR 22 biljun matul il-perjodu 2007-2013, jiġifieri madwar EUR 3 biljun fis-sena, li jirrappreżentaw madwar 2 % tal-baġit annwali tal-UE.

Il-finanzjament totali tal-UE allokat sa tmiem l-2013 għall-infrastruttura ferrovjarja skont il-programm ta’ qafas TEN-T għall-2007-2013 laħaq madwar EUR 4.4 biljun għall-ferroviji (inkluż l-ERTMS), li jikkorrispondi għal 65 % tat-total tal-fondi kollha tat-TEN-T allokati sa tmiem l-2013. 8 Stati Membri (IT, FR, DE, AT, ES, SE, BE u DK) attiraw 87 % tal-finanzjament kollu tat-TEN-T għas-sistema ferrovjarja matul il-perjodu 2007-2013, filwaqt li d-19-il Stat Membru li kien fadal assorbew EUR 587 miljun (għalhekk kull wieħed minnhom assorba inqas minn EUR 110 miljun).

Grafika 24a – Il-finanzjament allokat tat-TEN-T għas-sistema ferrovjarja għal kull Stat Membru sa tmiem l-2013

Sors: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u għan-Netwerks (INEA) - *l-Istati Membri b’inqas minn EUR 100 miljun ta’ finanzjament tat-TEN-T (meħuda individwalment – dawn l-Istati Membri ammontaw għal total ta’ EUR 587 miljun ta’ fondi allokati lilhom).

Il-biċċa l-kbira tal-finanzjament ta’ proġetti ferrovjarji bejn l-2007 u l-2012 seħħ permezz tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni (EUR 17 biljun). Il-benefiċjarji ewlenin kienu l-Italja, il-Polonja, Spanja, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija (kollha fil-firxa ta’ EUR 2 biljun jew aktar).

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ REGIO

Konsegwentement, għall-perjodu 2007-2012, il-proġetti ferrovjarji magħżula għall-finanzjament tal-UE kienu ikkonċentrati fl-Italja, fi Spanja, fil-Polonja u fir-Repubblika Ċeka. Stati Membri bħad-Danimarka, l-Isvezja u r-Renju Unit baqgħu fil-parti l-kbira ’l barra mill-finanzjament għall-proġetti.

Grafika 24c – Il-fondi tal-UE allokati għal proġetti ferrovjarji magħżula u tal-ERTMS, għall-2007-2012 (f’miljuni ta’ EUR)

Sors: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u għan-Netwerks (INEA - Innovation and Networks Executive Agency), il-Kummissjoni Ewropea, DĠ REGIO

3.4.        L-iżviluppi fir-rigward tal-prezzijiet

Il-prezzijiet nominali għal servizzi ferrovjarji żdiedu b’4 % fl-2012 meta mqabbla mal-2011, ibbażat fuq l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur (HCPI - harmonised consumer price index) – li jinkludi t-trasport urban. Żidiet kbar seħħew fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk (fis-Slovakkja, iż-żieda laħqet 35 %). Fl-Isvezja, il-prezzijiet naqsu b’1 %.

 Sors: Eurostat

Dawn il-varjazzjonijiet msemmija hawn fuq huma parti minn xejra simili. Mill-2005, is-sena ta’ referenza għall-HCPI, il-prezzijiet bil-ferrovija kienu qed jiżdiedu b’aktar minn 50 % f’ħafna mill-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa u tal-Ewropa tal-Lvant Ċentrali. Fir-Renju Unit u fl-Italja, dawn żdiedu b’aktar minn 40 % f’termini nominali[33]. Min-naħa l-oħra, in-nolijiet tal-ferroviji fl-Isvezja, żdiedu biss b’3,7 % f’termini nominali.

Sors: Eurostat

Madankollu, mill-2005 in-nolijiet tal-ferroviji żdiedu inqas minn ta’ modi oħra ta’ trasport. Fil-fatt, fl-UE27 in-nolijiet tal-ferroviji żdiedu b’0,15 punti perċentwali inqas mill-prezzijiet tat-trasport b’mod ġenerali. Din hija partikolarment importanti f’dak li jirrigwarda l-Isvezja u r-Renju Unit, fejn il-prezzijiet tat-trasport żdiedu bi 17 u b’15-il punt perċentwali aktar mill-prezzijiet ferrovjarji. Min-naħa l-oħra, fin-Nofsinhar tal-Ewropa u fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali, iż-żidiet għoljin fil-prezzijiet ferrovjarji ssuperaw iż-żidiet fil-prezz ta’ modi oħra tat-trasport. Fil-Ġermanja, żidiet fil-prezzijiet bil-ferrovija saru skont iż-żidiet fil-prezzijiet tat-trasport.

Sors: Eurostat

In-nolijiet tal-ferrovija żdiedu skont il-prezzijiet għat-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport, iżda ta’ min wieħed jinnota li mill-2005 ’l hawn il-prezz tal-fjuwil żdied bi 12-il punt perċentwali aktar min-nolijiet tal-ferrovija. Madankollu, fil-Portugall u f’bosta Stati Membri tal-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk, in-nolijiet tal-ferroviji żdiedu iktar mill-prezzijiet tal-fjuwil (b’estremi ta’ 50 punt perċentwali bħal fil-Latvja). F’ħafna Stati Membri “qodma” (u l-Polonja), in-nolijiet tal-ferroviji żdiedu inqas mill-prezzijiet tal-fjuwil. Fil-Belġju u fl-Isvezja, il-fjuwil żdied b’iktar minn 30 punt perċentwali aktar min-nolijiet tal-ferrovija.

Sors: Eurostat

Fil-perspettiva makroekonomika lil hinn minn dan, jeħtieġ li jiġi mfakkar li l-varjazzjoni tan-nolijiet tiddependi ħafna fuq l-istruttura ta’ ffinanzjar tas-suq ferrovjarju. L-obbligi ta’ servizz pubbliku normalment għandhom prezzijiet regolati, billi servizzi kummerċjali jkollhom prezzijiet mhux regolati. F’xi Stati Membri, l-obbligi ta’ servizz pubbliku jkopru t-territorju kollu (ara. infra). Minkejja dan, fir-Renju Unit, li jaqa’ f’din il-kategorija, il-prezzijiet mhux regolati jeżistu flimkien mal-prezzijiet regolati tal-obbligi ta’ servizz pubbliku. Fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-operatur stabbilit NS jidher li huwa liberu biex jiffissa l-prezzijiet. Fl-aħħar nett, huwa importanti li jiġi enfasizzat li ħafna distanzi twal u servizzi internazzjonali huma servizzi kummerċjali (ara infra).

In-nolijiet tal-ferrovija f’xi linji kummerċjali jistgħu jvarjaw ħafna f’termini relattivi fl-UE kollha u wieħed għandu jenfasizza li, mill-perspettiva tal-konsumatur, il-vjaġġi ta’ jum bir-ritorn f’xi rotot għadhom jiswew ħafna, anke jekk xi kultant il-karti ta’ fedeltà ferrovjarja jistgħu jnaqqsu t-tariffi bin-nofs[34] (cf. infra). Biljetti “business class” bir-ritorn fl-istess jum għal Pariġi-Londra, Madrid-Barċellona, Cologne-Munich nstabu li jiswew madwar EUR 400, abbażi ta’ stħarriġ tal-prezzijiet li sar mis-servizzi tal-Kummissjoni fi Frar 2013[35]. Bl-istess mod, vjaġġ ta’ tmiem il-ġimgħa ibbukkjat ġimgħatejn minn qabel bejn Pariġi u Londra xorta jista’ jiswa EUR 260 u tluq immedjat minn Madrid għal Barċellona jista’ jiswa EUR 173. In-nolijiet tal-kumpaniji ferrovjarji f’linji kummerċjali huma influwenzati wkoll mill-kompetizzjoni ta’ modi oħrajn (it-trasport tal-ajru u t-trasport tat-triq). Jidher ukoll li f’xi linji bħal bejn Londra u Pariġi, il-maġġoranza l-kbira tan-nolijiet huma riżervati bi prezzijiet iktar baxxi bejn 6 ġimgħat u 4 xhur bil-quddiem jew aktar, iżda fl-istess ħin, mhuwiex ċar jekk id-domanda qed tinfluwenzax iż-żminijiet tal-prenotazzjoni jew jekk l-istrutturi tal-prezzijiet humiex fl-aħħar mill-aħħar qed jinfluwenzaw id-domanda. Fl-aħħar nett, skont l-awtoritajiet Ġermaniżi, in-nolijiet globali fil-Ġermanja se jvarjaw bejn 0,18 u 0,66 EUR/km, notevolment minħabba l-effetti tal-karti ta’ fedeltà.

In-nol medju għal biljett business class bir-ritorn fl-istess jum fi Frar 2013 kien ivarja minn EUR 0,13/km fuq il-linja Praga-Ostrava (fejn 3 kumpaniji qed jikkompetu kontra xulxin) sa EUR 1,81/km fuq il-linja Pariġi-Londra. Bl-istess mod, in-nolijiet tal-klassi ekonomika[36] evolvew b’mod simili minn EUR 0,09/km fuq il-linja Praga-Ostrava għal EUR 0,86/km fuq il-linja Pariġi-Londra. B’mod interessanti, is-servizz bi prezz baxx Ouigo – SNCF mis-subborg ta’ Pariġi, Marne-la-Vallée – u l-operaturi Taljani tal-ferrovija b’veloċità għolja kellhom l-orħos servizzi ta’ veloċità għolja b’madwar EUR 0,25/km, nofs il-prezz tas-servizzi tat-TGV u tal-ICE fi Franza u fil-Ġermanja (EUR 0,40/0,45/km), konsegwentement ferm orħos mis-servizzi internazzjonali fil-linja kwadrangulari PBKA[37] jew fil-linji Franza-Ġermanja, fejn għadu ma tfaċċa l-ebda kompetizzjoni (EUR 0,60/km).

Sors: Riċerka tal-prezzijiet u kalkoli proprji tas-servizzi tal-Kummissjoni – ara dejta annessa, ġbir ta’ dejta fid-19 ta’ Frar, fit-8 ta’ Marzu u fl-1 ta’ April 2013,– Anness 11 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

Għall-obbligi ta’ servizz pubbliku, huwa inutli li wieħed iqabbel il-prezzijiet, għaliex dawn huma regolati. Huwa aktar utli li wieħed iħares lejn il-proporzjon ta’ finanzjament tat-trasport tal-passiġġieri imqabbel ma’ tal-awtoritajiet pubbliċi.

[1]               ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32.

[2]               Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji (ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29).

[3]               Fit-18 ta’ Ottubru 2007, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-suq ferrovjarju, COM(2007) 609 finali, akkumpanjata minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SEC(2007)1323;

[4]               Fit-18 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni Ewropea adottat Rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-suq ferrovjarju, COM(2009)676, akkumpanjat minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SEC(2009)1687

[5]               Fil-21 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni Ewropea adottat it-tielet rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-suq ferrovjarju, COM(2012)0459, akkumpanjat minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2012)246 final/2

[6]               Union Internationale des Chemins de Fer (UIC)

[7]               L-assoċjazzjoni Ewropea tal-manifatturi tat-tagħmir ferrovjarju

[8]               Il-White Paper – Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti COM(2011) 0144 final.

[9]               Flash Eurobarometer 382a dwar is-sodisfazzjon tal-Ewropej bis-servizzi ferrovjarji, ippubblikat fis-16 ta’ Diċembru 2012. – saru 28 036 intervisti bit-telefown (madwar 1 000 parteċipant għal kull Stat Membru) b’ċittadini li kellhom iktar minn 15-il sena. Għal aktar dettalji, ara l-Anness 1

[10]             Ibid.

[11]             Studenti li jivvjaġġaw lejn ix-xogħol, l-iskola jew l-università

[12]             EU transport in figures, Statistical pocketbook, 2013, p.52

[13]             EU transport in figures, Statistical pocketbook 2013

[14]             Id-dejta tal-Italja, kif mogħtija f’Jannar 2014 mill-awtoritajiet Taljani – tinkludi t-traffiku internazzjonali.

[15]             Din l-istima saret bl-użu ta’ taħlita tal-istatistika tal-Eurostat u tal-RMMS (b’hekk ġew indirizzati n-nuqqasijiet fis-serje tal-Eurostat)

[16]             It-traffiku tal-ajru fuq ir-rotta Liżbona-Madrid kompla jiżdied (kemm kemm) matul il-perjodu 2009-2011

[17]             It-traffiku ferrovjarju internazzjonali tal-passiġġieri naqas b’50 % fl-Italja mill-2004

[18]             Franza (8 %), l-Italja u r-Renju Unit (5 %)

[19]             Fil-Polonja, il-volumi tat-trasport intermodali rduppjaw mis-sena 2007 (sors: Eurostat

[20]             CER (2013), Rail Freight Status Report 2013 (p.37 fig. 24), jirrapporta li s-sehem ta’ tagħbija fuq vagun wieħed kellu jonqos minn 41 % fl-2002 għal 31 % fl-2008, fuq il-bażi ta’ varjetà ta’ sorsi (Eurostat, McKinsey, XRail)

[21]             It-33 % ta’ tunnellati-km li jirrappreżentaw “Oħrajn” (ara l-Grafika 12) jinkludu spiss prodotti lesti fit-traffiku intermodali.

[22]             Ma hemm l-ebda dejta għar-Rumanija, għall-Polonja, għall-Finlandja u għall-Portugall.

[23]             Id-definizzjoni ta’ dan l-indikatur tista’ tiġi rfinuta aktar fil-kuntest tal-att ta’ implimentazzjoni tal-RMMS

[24]             Fil-Lussemburgu, il-maniġer tal-infrastruttura jifforma parti mill-impriża tal-operatur diġà stabbilit

[25] L-ebda dejta għar-Renju Unit, għal Spanja, għall-Finlandja, għal-Latvja u għall-Belġju.

[26]             F’xi Stati Membri, huwa diffiċli li wieħed jiddistingwi bejn fondi pubbliċi u t-tariffi tal-infrastruttura.  Fi Franza, ir-reġjuni jħallsu ’l hekk imsejħa “redevance d’accès” tas-servizzi ferrovjarji skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku li huma jixtru mingħand l-SNCF. Biex ikunu jistgħu jimmappjaw il-flussi finanzjarji minn impriżi ferrovjarji għall-maniġers tal-infrastruttura, il-ħlas tal-“redevance d’accès” ġie assimilat f’sussidju.

[27]             Il-kontijiet finanzjarji jistgħu jvarjaw mill-kontijiet regolatorji, li jaqgħu taħt is-superviżjoni tar-regolaturi nazzjonali

[28]             Id-Danimarka, Spanja, il-Finlandja, l-Ungerija, il-Lussemburgu, il-Latvja, ir-Rumanija u s-Slovakkja – dawn l-Istati Membri kollha kellhom inflazzjoni abbażi tar-rata tal-inflazzjoni ta’ 12-il xahar ta’ Novembru 2013; fil-Greċja, ibbażat fuq l-istess indikatur, minħabba d-deflazzjoni (inflazzjoni ta’ -0,7%), l-aċċess għall-binarji stabbli żdied de facto. 

[29]             L-Irlanda u l-Istati Baltiċi huma esklużi minn dan il-kalkolu peress li huma iżolati mill-bqija tan-netwerk Ewropew. Id-dejta kollha ġejja mill-kwestjonarji tal-RMMS

[30]             Id-Danimarka hija kklassifikata bħala medja bħala t-tieni l-irħas netwerk ferrovjarju (l-Isvezja r-raba’ l-irħas), filwaqt li l-Latvja b’mod ġenerali qiegħda fl-24 post bħala l-aktar għalja (u l-Ġermanja tinsab fil-21 l-irħos post jew ir-4 l-aktar għali).

[31]             Dan il-kalkolu jinkludi l-binarji ġestiti mill-membri tal-UIC, filwaqt li binarji oħrajn, b’mod partikolari l-hekk imsejjaħ “binarju industrijali”, mhuwiex ikkunsidrat f’dan il-kalkolu.

[32]             Dikjarazzjonijiet dwar il-konġestjoni: ir-Renju Unit 551 km, il-Ġermanja 399 km, ir-Rumanija 170 km, in-Norveġja 70 km u l-Pajjiżi l-Baxxi 47 km.

[33]             Id-dejta mir-regolatur tar-Renju Unit (ORR) turi li n-nolijiet tal-ferrovija matul dak l-istess perjodu evolvew f’modi differenti: bejn l-2005 u l-2012, il-biljetti bil-quddiem fis-servizzi suburbani ta’ Londra żdiedu biss b’14 %, filwaqt li biljetti “off peak” and “anytime” żdiedu b’44 % u b’42 % rispettivament.

[34]             Heute vom Gleis gegenüber, Der Spiegel 14/2003 -  30.03.2013

[35]             Il-metodoloġija għall-analiżi ta’ dan in-nol hija pprovduta fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni anness ma’ dan ir-rapport u għadha soġġetta għal aktar irfinar mal-Istati Membri fil-kuntest tal-grupp ta’ ħidma tal-Monitoraġġ tas-Suq Ferrovjarju tal-Kumitat taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea.

[36]             Il-medja kienet ikkalkulata bejn in-nol ta’ vjaġġ lejn belt riżervat ġimgħatejn bil-quddiem u n-nol ta’ vjaġġ bi tluq immedjat

[37]             PBKA jirrappreżenta Pariġi-Brussel-Köln-Amsterdam

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Ir-raba’ rapport dwar il-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-suq ferrovjarju

WERREJ

3.5......... Il-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju. 44

3.5.1...... Is-servizzi ferrovjarji mqabbla ma’ servizzi oħra. 44

3.5.2...... Il-kwalità tas-servizzi 44

3.5.3...... Il-frekwenza. 47

3.5.4...... Il-puntwalità. 49

3.6......... Is-servizzi tat-trasport bil-ferrovija koperti mill-obbligi tas-servizz pubbliku (OSP) 53

3.6.1...... L-obbligi ta’ servizz pubbliku u s-segmenti ferrovjarji 53

3.6.2...... L-iffinanzjar tal-obbligi ta’ servizz pubbliku. 54

3.6.3...... L-offerti kompetittivi għall-obbligi ta’ servizz pubbliku. 58

3.7......... L-għoti ta’ liċenzji għall-impriżi ferrovjarji 59

3.8......... Il-livell tal-ftuħ tas-suq. 61

3.9......... L-armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri 63

3.10....... L-iżvilupp tal-impjiegi u tal-kundizzjonijiet soċjali 66

3.10.1.... L-impjiegi fis-settur ferrovjarju. 66

3.10.2.... L-istruttura soċjodemografika tas-suq tax-xogħol tas-settur ferrovjarju 68

3.10.3.... L-attivitajiet ta’ taħriġ. 71

3.10.4.... Aspetti oħrajn tal-kundizzjonijiet tax-xogħol 72

4............ Il-qagħda tan-netwerk tal-UE u l-limitazzjonijiet tal-infrastruttura. 72

4.5......... Il-varjazzjoni fl-infrastruttura. 72

4.6......... Il-ġestjoni tal-infrastruttura. 73

4.7......... L-elettrifikazzjoni 73

4.8......... Il-movimenti tal-ferroviji 73

5............ L-utilizzazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess. 74

5.5......... It-trasport ferrovjarju tal-merkanzija. 74

5.6......... Il-ferroviji tal-passiġġieri – is-segmenti reġjonali u suburbani 75

5.6.1...... Il-ferroviji tal-passiġġieri – is-segmenti kollha. 75

5.6.2...... Is-segmenti reġjonali u suburbani 76

5.6.3...... Is-segmenti ferrovjarji ta’ veloċità għolja u ta’ distanzi twal 77

5.7......... Il-ferroviji tal-passiġġieri – is-servizzi internazzjonali 78

6............ L-ostakli għal servizzi ferrovjarji iktar effettivi 78

7............ Konklużjonijiet 78

L-Annessi ta’ dan ir-rapport jinsabu fl-SWD(2014) 186

3.5.        Il-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju

3.5.1.     Is-servizzi ferrovjarji mqabbla ma’ servizzi oħra

Is-servizzi ferrovjarji komplew jiġu kklassifikati pjuttost ħażin fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur, li tqabbel bosta tipi ta’ servizzi fis-suq intern. Is-servizzi ferrovjarji ġew ikklassifikati fis-27 post fl-2012 meta mqabbla ma’ servizzi oħra tas-suq intern f’termini tal-indikatur tal-prestazzjoni tas-suq tal-konsumatur[41] - l-ipoteki u l-proprjetà immobbli u l-prodotti ta’ investiment biss marru agħar minnhom, filwaqt li l-linji tal-ajru, is-servizzi postali u t-trasport urban jikklassifikaw ferm aħjar mill-ferroviji.

3.5.2.     Il-kwalità tas-servizzi

KAXXA 7 – IR-REGOLAMENT DWAR ID-DRITTIJIET TAL-PASSIĠĠIERI – L-ISTANDARDS MINIMI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ

Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji[42] jistabbilixxi dawn l-istandards minimi tal-kwalità tas-servizz fl-Anness III tiegħu:

- Informazzjoni u biljetti

- Puntwalità tas-servizzi, u prinċipji ġenerali għat-trattament tal-interruzzjonijet tas-servizzi;

- Kanċellazzjonijiet ta’ servizzi

- Ndafa tal-vetturi ferrovjarji u tal-faċilitajiet fl-istazzjon

- Stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-konsumatur

- Trattament ta’ lmenti, rimborsi u kumpens għal nuqqas ta’ konformità mal-istandards ta’ kwalità tas-servizz

- Għajnuna pprovduta lil persuni b’diżabbiltà u lil persuni b’mobbiltà mnaqqsa

3.5.2.1.  Sodisfazzjon ġenerali

Skont it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur, it-trasport ferrovjarju jinsab ukoll fis-27 post minn 30 servizz tas-suq intern f’termini ta’ sodisfazzjoni ġenerali (15 % tal-konsumaturi jikklassifikaw is-servizzi ferrovjarji bejn 0 u 4 fuq skala ta’ bejn 0 sa 10)[43].

Fuq il-bażi tal-Istħarriġ tal-Eurobarometer tal-2013, fejn ġew intervistati 28,036 ċittadin tal-UE (madwar 1 000 intervista għal kull Stat Membru), jidher li 58 % biss taċ-ċittadini tal-UE huma ferm jew pjuttost sodisfatti bil-livell tas-servizzi ferrovjarji.

Grafika 31 – L-indiċi ta’ sodisfazzjon bl-istazzjonijiet u bil-vjaġġi ferrovjarji (2013)

Sors: Flash Eurobarometer 382a dwar is-sodisfazzjon tal-Ewropej bis-servizzi ferrovjarji -– (intervisti bit-telefown ma’ 28,036 ċittadin tal-UE li kellhom aktar minn 15-il sena) – Anness 12 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

F’termini tas-sodisfazzjon ġenerali, il-Finlandja u r-Renju Unit jinsabu fil-quċċata tal-indiċi ta’ sodisfazzjon b’aktar minn 75 % ta’ sodisfazzjon min-naħa tal-utenti, filwaqt li l-Bulgarija u l-Estonja għandhom inqas minn 30 % ta’ utenti sodisfatti. L-Italja għandha wkoll rata ta’ sodisfazzjon baxxa ħafna (36 %). Aktar minn 50 % ta’ dawk li wieġbu fil-Ġermanja u fl-Isvezja huma sodisfatti, għalkemm din iċ-ċifra hija taħt il-medja tal-UE (55 %).

Safejn huma kkonċernati ħafna mill-indikaturi, huwa essenzjali li jiġi enfasizzat li b’mod ġenerali l-inqas rati ta’ sodisfazzjon jinsabu fl-Italja u fl-Istati Membri Ċentrali u tax-Xlokk tal-Ewropa.

3.5.2.2.  Is-sodisfazzjon bit-tranżazzjonijiet bl-imnut[44]

68 % tal-Ewropej huma sodisfatti bl-għoti ta’ informazzjoni dwar l-iskedi tal-ferroviji (rata ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon ta’ 16 %). Safejn huma kkonċernati ferroviji konvenzjonali[45], is-sodisfazzjon żdied bi ftit mill-2011 (bi 3 punti perċentwali), b’diskontinwitajiet kbar fil-Polonja u l-Olanda (il-livell ta' sodisfazzjon żdied b’ 16 u 12-il punt perċentwali rispettivament).

67 % tal-Ewropej huma sodisfatti bil-mod faċli li bih jixtru l-biljetti fl-istazzjonijiet (17 % tar-rata ta’ sodisfazzjon – għalkemm sa 37 % fil-Ġermanja).  Ir-rata ta’ sodisfazzjon[46] baqgħet stabbli mill-2011 (sodisfazzjon ta' 78 %) b’qabża kbira fl-Awstrija u fil-Greċja (żidiet ta' 14 u 10 punti perċentwali), iżda b’mod inkwetanti ma kinetx sodisfaċenti fl-Italja, id-Danimarka u s-Slovenja (kollha bi tnaqqis ta' aktar minn 10 punt perċentwali). In-nuqqas ta’ sodisfazzjon huwa kemxejn ogħla fil-villaġġi rurali (19 % ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon) minn dak tal-bliet (14 % ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon). L-Ewropej affettwati minn kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà (eż. persuni b’mobbiltà mnaqqsa) huma wkoll ftit aktar insodisfatti (20 % ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon).

Huma biss 36 % tal-Ewropej li huma sodisfatti bil-mekkaniżmi għall-ilmenti (rata ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon ta’ 18 % –sa 31 % fl-Italja). Is-sodisfazzjon bit-trattament tal-ilmenti tagħhom żdied b’10 punti perċentwali mill-2011 – li juri l-ewwel effetti tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007. Is-sodisfazzjon żdied b’aktar minn 20 punt perċentwali f’4 Stati Membri (fi Franza, fil-Latvja, fil-Finlandja u fi Spanja) u b’bejn 10-20 punt perċentwali f’7 stati oħra. Is-sodisfazzjon naqas biss b’aktar minn 5 punti perċentwali fir-Repubblika Ċeka, fl-Italja u fl-Estonja. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li 54 % tal-konsumaturi li esperjenzaw problema bil-ferroviji lmentaw lill-impriża ferrovjarja jew lil parti terza, perċentwal li huwa taħt il-medja ta’ 70 % għas-servizzi kollha.[47]

Il-biċċa l-kbira tal-Ewropej huma sodisfatti bid-disponibbiltà ta’ biljetti globali (58 %), bl-ogħla livelli fi Franza, fil-Belġju u fil-Finlandja (kollha ogħla minn 70 %), iżda wkoll fir-Renju Unit u fil-Ġermanja. Bħal f’każijiet oħra, ir-rata ta’ sodisfazzjon fl-Italja/fl-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali/tax-Xlokk mhijiex sejra tajjeb (iżda wkoll fl-Iżvezja u fl-Awstrija).

3.5.2.3.  Is-sodisfazzjon bit-tranżazzjonijiet abbord[48]

Is-sodisfazzjon bl-għoti tal-informazzjoni waqt il-vjaġġi bil-ferrovija, l-aktar meta jkun hemm id-dewmien, baqa’ insuffiċjenti (ir-rata ta’ sodisfazzjon hi inqas minn 50%). L-ogħla rati ta’ sodisfazzjon jinsabu fir-Renju Unit (70%), fil-Finlandja u fl-Irlanda. L-ogħla rati ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon jinsabu fi Franza (47%) u fil-Ġermanja (42%). Mill-2011, safejn huma kkonċernati l-ferroviji konvenzjonali, sar titjib kbir fil-Finlandja, fil-Polonja u fil-Pajjiżi l-Baxxi (kollha b’żieda ta’ aktar minn 9 punti perċentwali).

Is-sodisfazzjon bid-disponibbilta tal-persunal: 58 % tal-Ewropej huma sodisfatti bid-disponibbilta tal-persunal fl-Istat Membru tagħhom. L-ogħla livelli ta’ sodisfazzjon jinsabu fil-Belġju, fil-Finlandja u fil-Lussemburgu (kollha aktar minn 70 %), filwaqt li l-Ġermanja, l-Irlanda u Franza (32 %) għandhom l-ogħla grad ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon (kollha aktar minn 28 %).

Is-sodisfazzjon bl-indafa u bil-manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji baqa’ insuffiċjenti.  Inqas minn nofs l-Ewropej (48 %) huma sodisfatti bl-indafa tal-vaguni tal-ferrovija, inklużi t-tojlits. Il-Finlandja, l-Irlanda u r-Renju Unit għandhom l-ogħla sodisfazzjon (aktar minn 68 %), filwaqt li l-Italja, ir-Rumanija u l-Bulgarija esperjenzaw il-livelli l-aktar baxxi ta’ sodisfazzjon (flimkien mal-Ġermanja u l-Ewropa Ċentrali/tax-Xlokk). Mill-2011, fuq il-linji konvenzjonali, saru żidiet kbar fl-Awstrija, fil-Polonja u fir-Repubblika Ċeka (kollha żdiedu b’aktar minn 10 punti perċentwali) u sar tnaqqis kbir fl-Italja, fil-Portugall u l-Latvja (kollha naqsu b’aktar minn 10 punti perċentwali).

Is-sodisfazzjon bl-aċċess għar-roti biex jittellgħu fuq il-ferroviji huwa l-ogħla fid-Danimarka (47 %) u fir-Renju Unit (44 %). L-ogħla rati ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon jinsabu fir-Rumanija (28 %), fi Franza (24 %) u fil-Ġermanja (20 %).

3.5.3.     Il-frekwenza

Is-sodisfazzjon bil-frekwenza huwa essenzjali biex jiġu attirati l-vjaġġaturi għal-linji ferrovjarji – minħabba li l-ħin, flimkien mal-prezzijiet, huwa l-aktar fattur kritiku jaffettwa id-deċiżjonijiet tal-konsumatur li jivvjaġġa[49]. Skont l-istħarrig tal-Eurobarometer, huma biss 59 % tal-Ewropej li huma sodisfatti bil-mekkaniżmi għall-ilmenti. Ir-Renju Unit, l-Isvezja u l-Pajjiżi l-Baxxi għandhom l-inqas rati ta’ sodisfazzjon fir-rigward tal-frekwenza. L-Italja, l-Ewropa Ċentrali/tax-Xlokk għandhom l-ogħla rati ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon (bħal f’għadd ta’ stħarriġ preċedenti). Franza u l-Ġermanja għandhom opinjonijiet polarizzati – is-sodisfazzjon bil-frekwenza huwa ’l fuq mill-medja iżda l-istess jgħodd għan-nuqqas ta’ sodisfazzjon.

Sors: Flash Eurobarometer 382a dwar is-sodisfazzjon tal-Ewropej bis-servizzi ferrovjarji - – Anness 12 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

F’termini tal-frekwenzi tal-linji ta’ veloċità għolja importanti, issa hemm madwar 4 ferroviji/siegħa fin-netwerk ta' veloċità għolja Taljan, li għandu l-vantaġġ li jaqsam l-aktar bliet importanti fuq ass wieħed. Il-linji Pariġi-Nantes, Pariġi-Lyon u Frankfurt-Köln ukoll laħqu mill-inqas 3 ferroviji/siegħa. Min-naħa l-oħra, linji importanti mod ieħor bħal ta’ Pariġi-Londra (li tgħaqqad iż-żewġ bliet ewlenin tal-UE) għadhom fi 1,5 ferroviji/siegħa.

B’mod ġenerali, f’termini ta’ netwerks mistħarrġa (ara l-analiżi dwar tariffi), l-ogħla frekwenzi qed jintlaħqu bil-linji li għandhom aktar minn operatur 1 bħan-netwerk ta’ veloċità għolja Taljan, Vjenna-Salzburg u Prague-Ostrava bi 2,5 ferroviji/siegħa. Il-frekwenzi tagħhom f’Pariġi-Benelux/fil-Ġermanja jibqgħu taħt ferrovija 1/siegħa (bħala medja).

Sors: L-iskeda ferrovjarja Ewropea, L-edizzjoni tas-sajf tal-2013

3.5.4.     Il-puntwalità

Skont l-istħarriġ tal-Eurobarometer, in-nuqqas ta’ sodisfazzjoni[50] bil-puntwalità u bl-affidabilità huwa l-ogħla fi Franza (47 %), fil-Ġermanja (42 %) u fl-Italja (38 %) u l-inqas fir-Renju Unit, fl-Estonja u fil-Litwanja. Min-naħa l-oħra, is-sodisfazzjon bil-puntwalità huwa l-ogħla fl-Irlanda, fil-Latvja, fl-Awstrija u fir-Renju Unit (’il fuq minn 73 %).

Sors: Flash Eurobarometer 382a dwar is-sodisfazzjon tal-Ewropej bis-servizzi ferrovjarji - – Anness 12 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

Il-ferroviji lokali u reġjonali huma puntwali ħafna fil-Latvja, fil-Portugall, fl-Awstrija u fil-Litwanja – filwaqt li l-Belġju u l-Ungerija – żewġ swieq tal-vjaġġaturi importanti - għandhom prestazzjoni baxxa[51]. L-Isvezja u l-Italja wkoll jaqgħu taħt id-90 % ta’ puntwalità.

Il-ferroviji għal distanzi twal kienu puntwali ħafna fil-Finlandja, fid-Danimarka u fl-Italja filwaqt li l-Polonja u l-Litwanja għandhom prestazzjoni baxxa. Il-rati ta’ puntwalità tal-Ġermanja u tal-Portugall jidhru bħala aktar baxxi minħabba li ġew ikkunsidrati minn perspettiva ta’ limitu ta’ 5 minuti, għalkemm hemm livell għoli ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon min-naħa tal-vjaġġaturi Ġermaniżi.

Sorsi: Il-kwestjonarji tal-RMMS u t-Trafikverket għall-Isvezja (jeskludi servizzi suburbani)– id-dejta għall-Ġermanja u għall-Portugall tkopri dewmien ta’ aktar minn 6 u 3 minuti (rispettivament – ara l-Anness 14 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

Sorsi: Il-kwestjonarji tal-RMMS u t-Trafikverket għall-Isvezja (jeskludi servizzi suburbani) – id-dejta għall-Ġermanja u għall-Portugall tkopri dewmien ta’ aktar minn 6 u 5 minuti (rispettivament - ara l-Anness 14 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

Hemm rati ta’ puntwalità b’kuntrasti interessanti. Fl-Isvezja u fl-Italja, il-ferroviji għal distanzi twal kienu puntwali ħafna, bil-kontra tal-ferroviji lokali. Fil-Portugall u fil-Litwanja, kien eżattament l-oppost. L-ebda waħda mir-rati ma tidher li tispjega l-livell għoli ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon bil-puntwalità u bl-affidabilità fi Franza. Fl-aħħar nett, safejn huma kkonċernati s-servizzi ta’ veloċità għolja, l-AVEs fi Spanja laħqu rata ta’ puntwalità ta’ 99,2 %, filwaqt li fin-netwerks aktar traffikużi ta’ Franza, it-TGVs laħqu rata ta’ 91 % (u 85 % għas-servizzi Thalys fil-Belġju). Fl-aħħar nett, safejn huwa kkonċernat il-merkanzija kkombinata, jidher li l-puntwalità laħqet 67 % fl-2011, iżda 19 % tal-ferroviji kellhom dewmien ta’ aktar minn 3 sigħat u 4 % kellhom dewmien ta’ aktar minn 24 siegħa[52].

F’termini tal-affidabilità, għalkemm is-serje ta’ dejta mhuwiex komplut, l-Ungerija għandha l-agħar prestazzjoni b’madwar 14 % tal-ferroviji kkanċellati.  Id-Danimarka, Franza, ir-Renju Unit u n-Norveġja kollha kellhom bejn 2-3 % tal-ferroviji lokali kkanċellati. Ir-Renju Unit u n-Norveġja ppreżentaw perċentwali simili għas-servizzi fuq distanzi twal. Is-serviżżi ta’ veloċità għolja jidhru li huma affidabbli ħafna: anqas minn 0,2% ta’ kanċellazzjonijiet fi Franza u fl-Italja.

3.6.        Is-servizzi tat-trasport bil-ferrovija koperti mill-obbligi tas-servizz pubbliku (OSP)

3.6.1.     L-obbligi ta’ servizz pubbliku u s-segmenti ferrovjarji

L-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) koprew bejn 62-65 % tal-passiġġieri-kilometri kollha tal-UE u madwar 74 % tal-ferrovija-kilometri fl-2011-2012. L-għadd ta’ passiġġieri-kilometri bl-OSP ra kambjament fi Franza (bl-inklużjoni tal-Trains d’équilibre du Territoire, billi żdied minn 31 % sa 43 % tal-passiġġieri-kilometri domestiċi kollha) u fil-Finlandja (fejn dawn żdiedu minn 14 % fl-2010 għal 45 % fl-2012).

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS - Anness 15 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

Is-sehem relattiv tas-servizzi ferrovjarji bl-Obbligi ta’ Servizz Pubbliku u s-servizzi kummerċjali jvarja għas-segmenti differenti tas-suq. Fir-Renju Unit, fejn ħafna servizzi ferrovjarji huma servizzi tal-vjaġġaturi (commuter services)(ara l-Grafika 4), l-obbligi ta’ servizz pubbliku jkopru 99 % tal-passiġġieri-kilometri domestiċi kollha. Din is-sitwazzjoni hija bil-kontra ta’ Franza, li tirrappreżenta l-aktar suq ta’ veloċità għolja u fejn l-obbligi ta’ servizz pubbliku jkopru biss 38 % tal-passiġġieri-kilometri kollha. 

Is-servizzi kollha suburbani u reġjonali (li jikkorrispondi għal 49 % ta’ passiġġieri-kilometri) fl-Ewropa kollha jidhru li huma koperti b’OSP. Is-servizzi ta’ veloċità għolja, li kienu jirrappreżentaw madwar 27 % tal-passiġġieri-km tal-UE, ma jidhrux li huma mħaddma bl-obbligi ta’ servizz pubbliku f’ebda wieħed mill-Istati Membri, ħlief forsi f’xi taqsimiet tal-linji domestiċi fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Awstrija (pereżempju Salzburg-Innsbruck). Bħala riżultat, wieħed jista’ jassumi li żewġ terzi tas-servizzi konvenzjonali fuq distanzi twal huma mħaddma bl-obbligi ta’ servizz pubbliku. Fl-aħħar nett, l-obbligi ta’ servizz pubbliku kemm jekk b’kuntratt wieħed ta’ servizz pubbliku u kemm jekk b’bosta kuntratti, jistgħu jkopru n-netwerks domestiċi kollha tal-Istati Membri ż-żgħar, bħall-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, l-Ungerija, id-Danimarka u l-Irlanda – jew tal-Istati Membri akbar bħal fil-każ tar-Renju Unit.

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS, riċerka proprja, it-tabella ta’ valutazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat; is-sitwazzjoni fil-Polonja tista' tkun kemmxejn differenti billi xi servizzi kummerċjali jaħdmu bil-linji reġjonali

3.6.2.     L-iffinanzjar tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

Fl-2011-2012 ingħata madwar EUR 18-il biljun[53] ta’ appoġġ pubbliku lill-obbligi ta’ servizz pubbliku ferrovjarji fl-UE, b’madwar EUR 6 biljun fil-Ġermanja biss, 4,5 biljun fi Franza u 2 biljuni fl-Italja. L-appoġġ pubbliku dirett fir-Renju Unit u fil-Pajjiżi l-Baxxi huwa baxx ħafna minħabba li dawn l-Istati Membri jiffinanzjaw is-servizzi tagħhom li jagħmlu t-telf b’mod transversali permezz ta’ servizzi bi profitti li jaqgħu fl-istess kuntratti tas-servizz pubbliku għas-servizzi ferrovjarji u d-dħul mit-tariffi tal-passiġġieri (ara infra). Dan jispjega parzjalment għaliex il-Lussemburgu u Franza jipprovdu sussidji ta’ madwar EUR 18-17/ferrovija-km[54] filwaqt li fir-Renju Unit u fil-Pajjiżi l-Baxxi l-appoġġ pubbliku huwa fil-livell baxx ta’ EUR 0,1-0,2/ferrovija-km. Bħal fi Franza, il-livell ta’ appoġġ nett ivarja wkoll fil-Ġermanja[55]. Fl-aħħar nett, hemm ukoll xi differenzi fl-għadd ta’ passiġġieri għal kull ferrovija bl-obbligi ta’ servizz pubbliku Ewropej: fil-Pajjiżi l-Baxxi, fi Franza, fil-Belġju, fl-Italja u fir-Renju Unit hemm xi 120 passiġġier għal kull ferrovija, filwaqt li fir-Repubblika Ċeka, fil-Litwanja u fil-Lussemburgu, hemm inqas minn 60 passiġġier għal kull ferrovija.

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS, riċerka proprja, it-tabella ta’ valutazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, Anness 15 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

Il-kostijiet tal-obbligi ta’ servizz pubbliku kienu wkoll koperti min-nolijiet tal-passiġġieri, li jammontaw għal mill-inqas EUR 21 biljun fl-UE. Kif spjegat, fir-Renju Unit jew fil-Pajjiżi l-Baxxi, in-nolijiet tal-passiġġieri jkopru 99 % tal-kostijiet tal-OSP, filwaqt li fil-Bulgarija, fil-Ġermanja, fl-Italja u fir-Repubblika Ċeka, il-kontribwent appoġġa aktar minn 70 % tal-kostijiet tal-obbligi ta’ servizz pubbliku.

Grafika 41 – Min qed iħallas għall-obbligi ta’ servizz pubbliku? (2012)

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS, riċerka proprja, ir-rapporti annwali tal-operaturi stabbiliti

KAXXA 8 – FLUSSI FINANZJARJI FIS-SETTUR FERROVJARJU

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fl-RMMS u tal-analiżi tal-kontijiet finanzjarji ta’ impriżi ferrovjarji (RUs) u l-maniġers tal-infrastruttura (IMs), huwa possibbli li jiġu rreġistrati l-flussi finanzjarji stmati ewlenin (ippreżentati fil-grafika ta’ hawn taħt f’biljuni ta’ EUR għas-sena 2012). Il-passiġġieri xtraw mill-impriżi ferrovjari madwar EUR 38 biljun ta’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri u n-negozji xtraw bejn EUR 11-13 biljun ta’ servizzi ferrovjarji għat-trasport tal-merkanzija. L-impriżi ferrovjarji ħallsu madwar EUR 15 biljun ta’ tariffi tal-aċċess għall-binarji lill-maniġers tal-infrastruttura, li rċevew madwar EUR 18 biljun f’għotjiet mill-Istat. Il-kumpens tal-obbligi tas-servizz pubbliku kien jammonta bejn EUR 18-20 biljun. L-aħħar iżda mhux l-inqas, il-maniġers tal-infrastruttura jirċievu madwar EUR 4 biljun fi’ dħul ieħor (elettriku, proprjetà immobbli...).

Grafika 42 – Il-flussi finanzjarji fis-settur ferrovjarju (f’biljuni ta’ EUR)

Sors: Rapporti annwali, kwestjonarji tal-RMMS

3.6.3.     L-offerti kompetittivi għall-obbligi ta’ servizz pubbliku

Bosta Stati Membri qed iniedu sejħiet għall-offerti għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku tagħhom għas-servizzi ferrovjarji. Xi wħud qed jagħmlu dan fuq skala kbira (ir-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Isvezja,), filwaqt li oħrajn għamluh biss għal ftit kuntratti (il-Polonja, l-Italja, id-Danimarka, il-Portugall, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja)[56]. Fl-2011, ir-Renju Unit nieda t-tiġdid ta’ 5 franchises, filwaqt li l-Ġermanja u s-Slovakkja rrappurtaw is-sejħa għall-offerti kompetittiva ta’ 18-il kuntratt ta’ servizz pubbliku u 1 rispettivament, għalkemm ta’ daqs iżgħar.  

B’mod interessanti, jidher li hemm suq intern emerġenti għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku. Għadd dejjem jikber ta’ dawn il-kuntratti ta’ servizz pubbliku għall-ferroviji huma ppubblikati fil-ĠUUE (il-websajt TED) bħal kwalunkwe kuntratt ieħor tal-akkwist pubbliku. L-għadd ta’ avviżi[57] ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku ppubblikati fl-2012 laħaq il-41, għalhekk mill-2006 rdoppja – minn dak iż-żmien kumplessivament ġew ippubblikati 205 kuntratti ta’ servizz pubbliku. Il-maġġoranza l-kbira kienu offerti Ġermaniżi (madwar 113), iżda dan jista’ jkun ukoll minħabba d-daqs tal-kuntratti u hemm indikazzjonijiet li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku Ġermaniżi huma kważi kollha ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea[58]. Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi ta’ għoti ta’ kuntratti u ta’ avviżi volontarji ex-ante[59] rdoppjat mill-2010, u b’hekk tjiebet it-trasparenza.

Tabella 6 - Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku għal kull Stat Membru ppubblikati fil-ĠU tal-UE fl-2012

|| BG || CZ || DE || DK || IT || NL || PL || SE || UK || Totali

Avviżi tal-kuntratti || 3 || 1 || 113 || 1 || 2 || 3 || 62 || 13 || 7 || 205

Sors: Id-dejtabejż TED tal-ĠUEE

Sors: Id-dejtabejż TED tal-ĠUEE

Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku ppubblikati fil-ĠUUE jippreżentaw kampjun interessanti tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku globalment fl-UE. F’dan il-kuntest, huwa interessanti li wieħed jinnota li 76 % tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku ppubblikati użaw “valur aħjar għall-flus”[60] bħala l-kriterji tal-għoti u 23 % biss użaw il-prezz biss bħala l-kriterji tal-għoti.

Minn studju dwar l-imsieħba soċjali Ewropej fis-settur ferrovjarju, jidher li t-trasferiment tal-persunal huwa obbligatorju fir-Repubblika Ċeka, fid-Danimarka, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fir-Renju Unit u fin-Norveġja u mhuwiex obbligatorju fl-Awstrija, fil-Bulgarija, fil-Ġermanja, fl-Irlanda, fil-Polonja u fl-Isvezja[61]. Barra minn hekk, fl-Awstrija, fid-Danimarka, fil-Ġermanja, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Isvezja, fejn hemm ftehimiet settorjali, mhuwiex strettament meħtieġ li jiġu preskritti kriterji soċjali fid-dokumenti tal-offerta, minħabba li l-istandards soċjali japplikaw għall-operaturi kollha.

3.7.        L-għoti ta’ liċenzji għall-impriżi ferrovjarji

Il-Ġermanja għadha fuq quddiem nett b’mod ċar fil-għadd ta’ liċenzji mogħtija b’417-il liċenzja, segwita mill-Polonja. Huwa interessanti li wieħed jinnota li filwaqt li l-liċenzji Ġermaniżi u Olandiżi kollha huma rrappurtati lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA - European Railway Agency), aktar liċenzji tar-Renju Unit qed jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet nazzjonali milli lill-ERA (probabbilment għaliex ħafna operazzjonijiet ferrovjarji huma limitati għar-Renju Unit, minħabba l-livell baxx ta’ traffiku tal-merkanzija transfruntiera u minħabba l-fatt li s’issa Eurostar biss tipprovdi servizzi tal-passiġġieri transfruntiera). Element interessanti ieħor tar-Renju Unit huwa l-ħruġ ta’ liċenzji għal operaturi ta’ “l-aħħar istanza” – f’każ tal-falliment tal-operaturi ta’ franchise[62] jew f’każ tal-estensjoni tal-proċeduri tas-sejħiet għal offerti. L-għadd ta’ liċenzji huwa baxx wisq naturalment f’dawk l-Istati Membri fejn l-operatur diġà stabbilit għad għandu monopolju fuq is-servizzi tal-passiġġieri domestiċi.

Sorsi: European Railway Agency (id-dejtabejż tal-ERADIS),   kwestjonarji tal-RMMS mimlija mill-Istati Membri — Anness 16 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

Il-biċċa l-kbira tal-liċenzji rrappurtati lill-ERA huma l-aktar għall-merkanzija (51 %) – b’mod partikolari fil-Ġermanja u fil-Polonja.  Skont l-ERA, madwar 200 liċenzja ġew irrappurtati għall-ferroviji tal-passiġġieri, filwaqt li xi 550 kienu jikkonċernaw biss il-merkanzija – u 336 kienu jkopru t-tnejn.

Sorsi: European Railway Agency (id-dejtabejż tal-ERADIS), - Anness 16 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

3.8.        Il-livell tal-ftuħ tas-suq

Skont il-liġi tal-UE, is-suq tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija ilhom miftuħa mill-2007 u dak tas-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri mill-2010. Għas-swieq ferrovjarji li mhumiex miftuħa, huwa importanti li jiġi enfasizzat li bħalissa ma hemm l-ebda obbligu fil-livell tal-UE biex jinfetħu s-swieq domestiċi tal-passiġġieri u li dawn kollha jirrappreżentaw 94 % tal-passiġġieri-kilometri kollha tal-UE.

Fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-impatt tar-4 pakkett ferrovjarju, is-servizzi tal-Kummissjoni stmaw li fl-2010, madwar 40 % tas-suq ferrovjarju tal-passiġġieri tal-UE s’issa kien aċċessibbli għal operaturi ġodda. Tnejn biss mill-Istati Membri (l-Isvezja u r-Renju Unit) fetħu kompletament is-servizzi kummerċjali tagħhom u s-servizzi bl-obbligi ta’ servizz pubbliku, waqt li fl-UE 40 % tal-passiġġieri-kilometri kollha huma esklużi mill-kompetizzjoni  Ir-repetizzjoni ta’ dan l-eżerċizzju fl-2012, ibbażata fuq il-suppożizzjonijiet tal-2010,[63] twassal għall-istess riżultati.

Grafika 46 – L-istruttura tas-suq ferrovjarju (2012)

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS, il-valutazzjoni tal-impatt tar-4 pakkett ferrovjarju, CER (2010), stimi proprji

Għaxar (10) Stati Membri (b’asterisk fil-grafika), li jirrappreżentaw 20 % tat-total tal-passiġġieri-kilometri, fetħu s-swieq b’mod li jippermetti lis-servizzi kummerċjali b’aċċess miftuħ jeżistu flimkien mal-kuntratti ta’ servizz pubbliku mogħtija direttament. B’segwitu għad-deċiżjoni tal-Bundesgerichtshof[64] li talbet għal sejħa għall-offerti kompetittiva u ġeneralizzata, il-Ġermanja mhix se tifforma parti aktar minn dan il-grupp. Fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fis-Slovakkja, l-aċċess sħiħ miftuħ jeżisti flimkien mal-kuntratti ta’ servizz pubbliku mogħtija direttament għas-servizzi ferrovjarji kollha. Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku f’dawn l-Istati Membri għandhom jiġu offruti kompetittivament de jure, madankollu de facto kien biss l-operatur stabbilit li pparteċipa. 

Dan il-perċentwal ma nbidilx sostanzjalment billi ma ġie rrappurtat l-ebda ftuħ ulterjuri, ħlief għas-servizzi ferrovjarji turistiċi fi Spanja. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li r-rapporti tal-istampa[65] jissuġġerixxu li r-Repubblika Ċeka qed tikkunsidra żżid is-sejħiet għall-offerti għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku u Spanja qed taħseb biex tiftaħ għall-kompetizzjoni xi wħud mis-servizzi kummerċjali tagħha. Huwa importanti wkoll li jiġi enfasizzat li fil-Ġermanja, l-għadd ta’ ferrovija-kilometri bl-obbligi ta’ servizz pubbliku li ġew offruti b’mod kompetittiv żdied għal 51 %.

Minkejja din is-sitwazzjoni, l-impriżi ferrovjarji Ewropej qed isegwu l-internazzjonalizzazzjoni tagħhom. L-ishma ta’ bejgħ barrani tal-gruppi ferrovjarji Ewropej prinċipali, saru sinifikanti matul is-snin:

· Id-DB jidher li għamel 42 % tal-fatturat tiegħu fl-2012 barra l-Ġermanja (għaliex huwa jikkontrolla inter alia l-Arriva kif ukoll l-impriżi prinċipali tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija fir-Renju Unit, fid-Danimarka u fil-Pajjiżi l-Baxxi),

· L-SNCF jieħu 24 % tal-fatturat tiegħu minn barra Franza (għalkemm is-suq Franċiż huwa kompletament magħluq għall-kompetituri barranin), notevolment permezz tas-sussidjarju tiegħu Keolis (għall-ferroviji suburbani) u l-ishma tiegħu f’NTV, WestBahn, Eurostar u Thalys.

· L-NS li jopera f’suq tal-passiġġieri Olandiż li huwa kważi kompletament magħluq għall-kompetizzjoni, jidher li qed jagħmel 38 % tal-fatturat tiegħu barra mill-Pajjiżi l-Baxxi permezz tas-sussidjarju tiegħu Abellio.

· It-Trenitalia wkoll huwa attiv ’l barra mill-Italja (Netinera, is-sussidjarju Ġermaniż ta’ Trenitalia jirrappreżenta madwar 5 % tal-fatturat ta’ dan tal-aħħar).

3.9.        L-armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri

It-tabella ta’ valutazzjoni tas-Suq Ferrovjarju

Mill-2000 ’l hawn, ġew adottati 17-il Direttiva relatati mal-ferroviji. Minn Novembru 2013, il-perjodu ta’ traspożizzjoni ta’ 15 minnhom skada filwaqt li għadu miftuħ għal tnejn (id-Direttivi 2012/34 u 2013/9). L-indikatur tad-defiċit tat-traspożizzjoni – li ġie żviluppat għall-iskop tat-tabella ta’ valutazzjoni tas-Suq Uniku[66] – jindika l-perċentwali tad-Direttivi li ma ġewx trasposti minn Stat Membru permezz ta’ miżuri nazzjonali notifikati kif dovut lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-għadd totali ta’ Direttivi li kellhom jiġu trasposti sad-data ta’ skadenza (l-10 ta’ Novembru jew l-10 ta’ April, billi t-tabella ta’ valutazzjoni tas-Suq Uniku tiġi ppubblikata darbtejn fis-sena). Id-defiċit fit-traspożizzjoni tad-Direttivi ferrovjarji jidher ogħla b’mod sinifikanti minn dak ġenerali għas-Suq Intern.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

Id-defiċit fit-traspożizzjoni relatat mat-trasport ferrovjarju kien inizjalment ta’ 56 %, li jirrifletti r-rata baxxa mil-lat ta’ ħin għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tal-ewwel pakkett ferrovjarju (li kellha ssir f’April 2003). L-Istati Membri ġodda kollha tal-2004 kienu ttrasponewh meta ssieħbu, u dan flimkien man-nuqqas ta’ Direttivi ġodda li kellhom jiġu trasposti sa Novembru 2004 u 2005, wassal għal tnaqqis. Iż-żewġ livelli massimi tal-2006 u tal-2010 juru livell baxx ta’ traspożizzjoni fil-ħin tat-tieni u t-tielet pakketti ferrovjarji. Għalkemm id-defiċit kien prattikament assorbit mill-ġdid fl-2013, jista’ jerġa’ jiżdied mal-iskadenza tal-perjodu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2013/9 li temenda d-Direttiva 2008/57 (mistennija f’Jannar 2014). Fl-aħħar ta’ Novembru 2013, tmien Stati Membri biss kienu nnotifikaw il-miżuri nazzjonali (BG, HR, IE, GR, IT, LV, PL, SE).

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

B’mod ġenerali, ir-rata tat-traspożizzjoni fil-ħin hija baxxa. Mill-2000, 32 % biss tad-Direttivi dwar il-ferroviji ġew trasposti fil-ħin, filwaqt li 6 % ħadu iktar minn sentejn oħra biex jiġu trasposti. Jekk wieħed iħares lejn l-Istati Membri individwali, ir-Rumanija għandha l-aqwa prestazzjoni b’60 % tat-traspożizzjoni fil-ħin. Min-naħa l-oħra, mill-2000 ’l hawn l-Awstrija u l-Portugall ma ttrasponewx Direttiva waħda fil-ħin.

Id-dewmien medju għad-Direttivi juri li f’erba’ Stati Membri hija meħtieġa medja ta’ 18-il xahar “żejjed” sakemm tiġi trasposta Direttiva ferrovjarja (NL, LU, DE, UK). Jekk jitqiesu biss id-Direttivi tas-suq, dawn idumu aktar minn sentejn fi Stat Membru wieħed (NL).

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea; ** - kif spjegat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 67, id-dewmien medju kumplessiv għas-suq intern jirrifletti xejra ġenerali

Għalkemm soġġett għal ċerta kawtela, it-tqabbil ta’ din id-data max-xejra ġenerali tad-Direttivi kollha tas-suq intern[67] juri li l-prestazzjoni għas-swieq ferrovjarji f’21 Stat Membru hija aktar fqira mill-prestazzjoni f’oqsma oħra. Din iċ-ċifra tinżel għal 13-il Stat Membru jekk jitqiesu biss id-Direttivi dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarji. Id-differenza bejn id-dewmien għall-ferroviji u d-dewmien ġenerali hija partikolarment importanti għal erba’ Stati Membri msemmija hawn fuq (NL, LU, DE, UK), iżda wkoll għal SE, SI u GR. Bil-kontra ta’ dan, ħames Stati Membri globalment għandhom prestazzjoni aħjar bid-Direttivi dwar il-ferroviji milli b’dawk tas-suq intern (EE, SK, FI, RO, BG).

Grafika 50 – Ksur tal-leġiżlazzjoni ferrovjarja

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni nediet 134 proċedura ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet relatati mas-settur ferrovjarju: 130 dwar Direttivi u 4 dwar Regolamenti oħra. Skont is-suġġett, 32 % minnhom jirrigwardaw dispożizzjonijiet tas-suq ferrovjarju u 68 % huma dwar l-interoperabilità u s-sikurezza. Madankollu, analiżi skont it-tip ta’ ksur turi li d-dispożizzjonijiet tas-suq jammontaw sproporzjonalment għal 56 % tal-ksur kollu għan-nuqqas ta’ konformità u għall-applikazzjoni skorretta. Bil-kontra ta’ dan, 95 % tal-ksur kollu għan-nuqqas ta’ notifikazzjoni jikkonċernaw Direttivi dwar l-interoperabilità u s-sikurezza.

Għal raġunijiet ta’ traspożizzjoni li tkun saret tard jew ħażin, il-Polonja, il-Ġermanja u Franza huma l-Istati Membri li nbdew każijiet ta’ ksur kontrihom. Min-naħa l-oħra l-Bulgarija u l-Lussemburgu kellhom l-inqas ksur.

Madankollu, Franza u l-Italja jiġu l-ewwel f’termini ta’ ksur għal nuqqas ta’ konformità tal-miżuri ta’ traspożizzjoni jew għal applikazzjoni skorretta tad-Direttivi relatati mas-settur ferrovjarju. Il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Lussemburgu u r-Renju Unit, tlieta mill-Istati Membri li baqgħu lura l-aktar biex jittrasponu d-Direttivi ferrovjarji, kellhom applikazzjoni waħda biss minħabba n-nuqqas ta’ konformità/l-applikazzjoni skorretta mibdija kontra tagħhom.

Grafika 51 – Il-ksur skont kull Stat Membru u skont kull suġġett

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea - (*) il-ksur miċħud mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja mhumiex inklużi

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea - (*) il-ksur miċħud mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja mhumiex inklużi

3.10.      L-iżvilupp tal-impjiegi u tal-kundizzjonijiet soċjali

3.10.1.   L-impjiegi fis-settur ferrovjarju

Fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-Istati Membri fil-kwestjonarji tal-RMMS, jidher li madwar 912,000 persuna kienu impjegati jew f’impriżi ferrovjarji (561,000) jew fil-ġestjoni tal-infrastruttura (351,000)[68]. L-impjiegi f’dawn iż-żewġ tipi ta’ entitajiet ferrovjarji jidhru li naqsu b’4 % fl-2012 meta mqabbla mal-2011. Huwa interessanti li, kif muri fil-grafika ta’ hawn taħt, il-perċentwal totali ta’ persunal fil-ġestjoni tal-infrastruttura huwa ġeneralment ogħla fl-Ewropa tan-Nofsinhar u l-Lvant u aktar baxx fl-Ewropa tat-Tramuntana.

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS

**/* għal Franza, is-sehem tal-impjiegi kif mogħti minn Franza għall-ġestjoni tal-infrastruttura jinkludi kemm l-impjegati tal-infrastrutturi tal-SNCF u tar-Réseau Ferré de France taħt (**) u dawk esklussivament tar-Réseau Ferré de France (*).

Barra minn hekk, l-operaturi ġodda jidhru li qed jużaw madwar 118,000 (21 %) tat-total. Jidher li hemm ukoll xi 118 000 sewwieq tal-ferroviji (21 % tal-impjegati kollha) fl-UE kollha, l-operaturi stabbiliti u dawk ġodda meħuda flimkien. 

Fl-aħħar nett, 4 mill-5 maniġersi tal-infrastruttura bl-akbar ammont ta' persunal (LU, AT, BE, SE, SK) f’termini ta’ impjiegi għal kull kilometru ta’ infrastruttura kollha jħaddmu netwerks ta’ daqs żgħir, fejn il-livelli differenti ta’ esternalizzazzjoni (il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ infrastruttura) u l-ambiti differenti ta’ attivitajiet ma jiġux meqjusa.

Sors: Il-kwestjonarji tal-RMMS, ir-rapporti annwali RFIREFER/RFF

3.10.2.   L-istruttura soċjodemografika tas-suq tax-xogħol tas-settur ferrovjarju [69]

Fl-Istati Membri Ewropej kollha, il-proporzjon tal-irġiel li jaħdmu fis-settur ferrovjarju jissupera s-sehem tar-raġel fil-popolazzjoni attiva globali. Din ir-reppreżentanza żejda hija fost l-ogħla fl-Istati Membri tan-Nofsinhar tal-Ewropa bħal GR, ES u IT iżda wkoll f’LU u BE. Fil-GR u LU, aktar minn 90 % tal-persunal kollu huma rġiel. Stħarriġ organizzat mill-imsieħba soċjali Ewropej fis-settur ferrovjarju[70] fost l-impriżi ferrovjarji tal-UE stima s-sehem tan-nisa għal 19,5 %, iżda jindika li n-nisa huma sottorappreżentati f’xi professjonijiet bħas-sewwieqa, fejn 1,4 % biss tal-forza tax-xogħol hija femminili (f’pożizzjonijiet maniġerjali, 18 % tal-impjegati huma nisa). Skont dan l-istħarriġ, is-sitwazzjoni hija pjuttost aħjar fl-Ewropa tal-Lvant (fil-Latvja, 58 % tal-inġiniera huma nisa).

Is-settur ferrovjarju huwa kkaratterizzat ukoll mis-sottorappreżentanza qawwija taż-żgħażagħ (taħt it-30 sena). Fl-Istati Membri kollha fejn id-dejta hija disponibbli, is-sehem tal-persunal taħt l-età ta’ 30 (l-istrixxa l-blu fil-grafika) huwa inqas b’mod sinifikanti mill-proporzjon taż-żgħażagħ fil-popolazzjoni attiva totali (l-erja griża ċara fil-grafika). Il-perċentwali ta’ nies taħt l-età ta’ 30 huwa l-inqas fl-Istati Membri tan-Nofsinhar (GR, ES u PT) kif wkoll f’PL jew CZ. Min-naħa l-oħra, FR, LV u LU għandhom l-akbar proporzjon ta’ persunal ferrovjarju żgħażagħ, għalkemm xorta waħda kien iktar baxx mill-medja nazzjonali. Bil-kontra ta’ dan, is-sehem tal-persunal ferrovjarju li kellhom aktar minn 50 sena (l-istrixxi roża u ħomor fil-grafika) jaqbżu il-proporzjon korrispondenti tal-popolazzjoni attiva totali (l-erja griża skura) fl-Istati Membri kollha studjati ħlief ir-RO. Fil-GR u fil-FI aktar minn nofs il-persunal ferrovjarju għandhom aktar minn 50 sena. Fi 13-il Stat Membru oħra il-persunal tal-età ’l fuq minn 50 sena jirrappreżentaw terz jew iktar mit-total (AT, BE, BG, CZ, DE, EE, IT, LT, LV, NL, PL, PT, u SK). Fi Franza, il-proporzjon huwa biss ftit ’il fuq mill-medja nazzjonali (27,5 % fis-settur ferrovjarju meta mqabbel ma’ 26,8 % fil-livell nazzjonali). Minkejja li d-dejta hija nieqsa għal pajjiżi bħall-SE u r-Renju Unit fejn is-settur ferrovjarju jidher li huwa partikolarment dinamiku, din it-taqsima jidher li tindika t-tixjiħ inġenerali tal-forza tax-xogħol ferrovjarju li jista’ jwassal għan-nuqqas ta’ persunal meta l-persunal attwali jilħqu l-età tal-irtirar.

Sors: UIC (2010)

Fl-istudji ta’ ħafna mill-Istati Membri, il-perċentwal tal-persunal li għadu kif ġie ingaġġat huwa ġeneralment baxx minħabba t-tnaqqis fid-daqs tal-forza tax-xogħol f’konformità ma’ setturi ekonomiċi oħra. Fi 3 Stati Membri biss, is-sehem tal-persunal b’inqas minn 5 snin esperjenza jissupera s-sehem tal-persunal b’aktar minn 30 snin esperjenza (LT, LV u RO). Bil-kontra ta’ dan, f’4 Stati Membri, l-akbar grupp mill-gruppi kollha skont l-anzjanità huwa dak b’aktar minn 30 sena esperjenza (BE, FI, DE u LU). Fil-GR, fil-PL u f’ES aktar minn 80 % tal-persunal kellhom aktar minn 20 sena anzjanità. F’10 Stati Membri oħra, dan il-proporzjon huwa ogħla minn 50 % (SI, BG, PT, AT, DE, CZ, SK, HU, BE, FI). Minħabba t-tixjiħ inġenerali tal-forza tax-xogħol, ir-riforniment baxx tal-persunal jista’ jkollu effetti negattivi għas-settur, li jista’ jimplika li l-impjiegi jkollhom jonqsu.

Dawn l-evoluzzjonijiet jitolbu għal monitoraġġ dettaljat f’termini tal-istatistika, l-aktar sabiex jiġu ddeterminati liema professjonijiet huma l-aktar affettwati minħabba t-tixjiħ.

Sors: UIC (2010)

3.10.3.   L-attivitajiet ta’ taħriġ

Fil-kwestjonarji tal-RMMS tagħhom BG, DK, FI, GR, HU, LT, NL, PT u UK irrapportaw l-attivitajiet ta’ taħriġ prinċipali tagħhom. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, l-attivitajiet ta’ taħriġ iffokaw fuq it-taħriġ u s-sikurezza tas-sewwieqa. L-iskemi li ġejjin għandhom jingħataw attenzjoni:

· Fid-DK, l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura żviluppaw programm ta’ taħriġ komuni b’appoġġ għall-aċċettazzjoni tal-kompetenza bejn dawk li jħaddmu n-nies.

· Fl-2011 fil-Pajjiżi l-Baxxi, skola ta’ sewwieqa ġodda tal-ferroviji, indipendenti bis-sħiħ mill-impriżi ferrovjarji, ġiet akkreditata mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Kienu 37 student li ggradwaw fir-rebbiegħa tal-2013.

· Fir-Renju Unit, l-ikbar maniġer tal-infrastruttura, Network Rail, ħoloq programm għall-gradwati “Track and Train” imħallas mill-industrija tal-crossrail, li permezz tiegħu gradwati ġodda jkollhom 3 placements għal 6 xhur f’oqsma differenti tan-Network Rail kif ukoll f’impriżi ferrovjarji.  

3.10.4.   Aspetti oħrajn tal-kundizzjonijiet tax-xogħol

Studju tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol[71] jipprovdi prova aneddottali dwar l-evoluzzjoni tal-pagi, il-kuntratti temporanji u x-xogħol flessibbli. Għalkemm jidher li kien hemm żidiet fl-inugwaljanzi fil-Ġermanja bejn il-pagi tal-impjegati stabbiliti u dawk tal-impjegati ġodda, kien hemm żidiet reali fil-pagi fil-Belġju, fi Franza, fl-Italja, fil-Litwanja u fl-Isvezja. L-istess studju jindika li x-xogħol temporanju jibqa’ marġinali ħafna fis-settur ferrovjarju, ħlief fis-Slovenja, fejn il-biċċa l-kbira tal-kuntratti huma temporanji u jiġu ttrattati bis-saħħa ta’ ftehim kollettiv. Jidher li ttieħdu inizjattivi fis-Slovakkja, fi Spanja u fir-Repubblika Ċeka fir-rigward tal-ħin tax-xogħol flessibbli.

4.           Il-qagħda tan-netwerk tal-UE u l-limitazzjonijiet tal-infrastruttura

4.5.        Il-varjazzjoni fl-infrastruttura

Bejn l-2009 u l-2011, l-infrastruttura tal-UE żdiedet b’882 km (+ 0,4 %) u laħqet il-216,297 km. Din iż-żieda toskura l-varjazzjonijiet bejn l-Istati Membri: 981 km u 602 km ta’ infrastruttura ferrovjarja żdiedu rispettivament fi Franza u fi Spanja, filwaqt li tneħħew 335 km, 203 km u 138 km fl-Awstrija, fil-Bulgarija u fil-Ġermanja. F’termini relattivi, ġie rreġistrat l-ogħla tkabbir fil-Pajjiżi l-Baxxi (+ 130 km, jiġifieri + 5 %) filwaqt li l-akbar tnaqqis sar fl-Estonja (- 127 km, jiġifieri – 14 %).

Sors: EU Transport in figures, 2013, Statistical Pocketbook 2013

Mill-1995 ’il hawn[72], madwar 12,958 km ta’ infrastruttura ferrovjarja ġew abbandunati, bl-akbar tnaqqis li seħħ fl-Istati Membri tal-Lvant (fil-Polonja, fil-Latvja u fl-Estonja) jew fil-Ġermanja (-8 412 km jew telf ta’ 20 %), filwaqt li l-akbar żidiet seħħew fis-Slovenja/fil-Kroazja (+18 %) u fi Spanja (+1 624 km jew +11 %).

Sors: EU Transport in figures, 2013, Statistical Pocketbook 2013

4.6.        Il-ġestjoni tal-infrastruttura

L-istrutturi tal-ġestjoni tal-infrastruttura ma evolvewx matul il-perjodu 2011-2012, għajr fil-Belġju, fejn l-NMBS-SNCB Holding ġie żarmat. Infrabel u SNCB-NMBS issa huma żewġ entitajiet separati li għandhom sussidjarja komuni responsabbli għar-riżorsi umani.

4.7.        L-elettrifikazzjoni

B’mod ġenerali, f’termini ta’ elettrifikazzjoni, fl-2011, 53,2 % biss tal-infrastruttura ferrovjarja tal-UE huwa elettrifikat. Hawn ukoll jeżistu varjazzjonijiet kbar bejn l-Istati Membri: l-elettrifikazzjoni hija baxxa fir-Renju Unit, fir-Repubblika Ċeka (33 % tan-netwerk) u estremament baxxa fil-Greċja (17 %) u fl-Istati Membri Baltiċi (6 %).

4.8.        Il-movimenti tal-ferroviji

L-analiżi tal-movimenti tal-ferroviji fis-segmenti tat-TEN[73] tenfasizza l-importanza mistennija tat-traffiku tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija madwar il-bliet, il-marshalling yards u l-portijiet tagħhom. Fl-2010, 44 mis-56 segment ferrovjarju tal-UE bi traffiku tal-merkanzija li jissupera s-60,000 ferrovija/sena[74] (jiġifieri 164 ferroviji/kuljum) kienu jinsabu fil-Ġermanja u 7 kienu jinsabu fl-Awstrija (kollha fl-assi Vjenna-Salzburg). Fil-Ġermanja, l-akbar segmenti huma fil-madwar tal-marshalling yards ta’ Maschen (Hamburg), Seelze (Hanover) u Oberhausen (Duisburg). Ġew irreġistrati movimenti importanti tal-ferroviji tal-merkanzija madwar bliet bħal Cologne, Varsavja, Krakow u Innsbruck.

L-analiżi tal-movimenti tal-ferroviji tissuġġerixxi wkoll li t-traffiku importanti tal-merkanzija fil-Ġermanja jalimenta l-port ta’ Hamburg, u li Antwerp u Rotterdam għadhom lura f’termini ta’ konnessjonijiet tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija. It-traffiku ferrovjarju madwar il-port ta’ Rotterdam laħaq biss it-32,600 ferrovija/sena (jiġifieri 89 ferrovija/jum)[75]- jiġifieri t-trasport ferrovjarju tal-merkanzija f’Rotterdam jirrappreżenta biss 25 % tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija f’Hamburg, fejn jiċċirkolaw madwar 140,000 ferrovija/sena (jiġifieri 383 ferrovija/jum). It-traffiku tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija tal-linja apposta ta’ Betuwe jilħaq “biss” xi 18,000 ferrovija/sena (50 ferrovija/kuljum). Dawn il-konklużjonijiet jidhru li huma kkonfermati minn studju tal-UIC li juri li s-sehem ferrovjarju tat-trasport fl-intern tal-pajjiż f’Hamburg laħaq 36,8 % meta mqabbel ma’ 11 % u 12 % rispettivament f’Rotterdam u f’Antwerp[76].

Jidhru xejriet simili għat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri: l-aktar movimenti importanti tal-ferroviji tal-passiġġieri jinstabu fil-viċinanza tal-istazzjonijiet ċentrali importanti b’netwerks importanti tal-ferroviji tal-vjaġġaturi, bħal Londra u Pariġi, iżda wkoll f’ħafna bliet Ġermaniżi (Berlin, Frankfurt, Cologne, Stuttgart) u fi bliet Ewropej importanti (Amsterdam, Barċellona, Ħelsinki, Stokkolma u Vjenna), li kollha għandhom traffiku li jissupera l-200,000 ferrovija/sena (madwar 550 ferrovija/kuljum). B’mod interessanti, is-segmenti madwar Ruma u Madrid għandhom biss 140,000 ferrovija/sena, filwaqt li l-belt ta’ Lussemburgu timmaniġġja 75,000 ferrovija/sena, jiġifieri daqs belt ta’ 2 miljun abitant bħal Budapest.

Dan jissuġġerixxi li l-bliet b’networks ferrovjarji suburbani importanti li jirkbu fuq l-infrastruttura ferrovjarja li jifdal huma żoni ta' konġestjoni jew jistgħu jsiru hekk, għas-servizzi ta’ veloċità għolja[77] jew għall-operazzjonijiet tat-trasport tal-merkanzija[78]. Bl-istess mod, fir-rigward tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, id-dejta tissuġġerixxi li l-flussi tat-traffiku mir-Ruhrgebiet lejn il-Pajjiżi l-Baxxi (u probabbilment il-Belġju) huma ferm anqas minn dawk lejn Hamburg, belt li nżerta għandha l-akbar marshalling yard fl-Ewropa. Ta’ min wieħed janalizza l-impatt ta’ dawn il-flussi tat-traffiku ferrovjarju tal-merkanzija bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fuq il-konġestjoni globali tan-netwerk Ġermaniż, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu kkompletati l-interkonnessjonijiet mal-Belġju u l-Pajjiżi l-Baxxi fuq in-naħa Ġermaniża.

5.           L-utilizzazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess

5.5.        It-trasport ferrovjarju tal-merkanzija

Is-suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija nfetaħ għall-kompetizzjoni fl-2007. Minn dak iż-żmien tfaċċaw operaturi ġodda fl-Istati Membri kollha barra 3 (il-Finlandja, l-Irlanda u l-Litwanja) u s-sehem totali tal-operaturi ġodda tat-trasport ferrovjarju[79] fl-2012 huwa stmat għal 28 %. Id-DB, l-operatur stabbilit Ġermaniż, issa huwa operatur ferrovjarju prinċipali fid-Danimarka u fil-Pajjiżi l-Baxxi. Fl-aħħar nett, fir-Renju Unit u fir-Rumanija, l-impriża ferrovjarja prinċipali għandha inqas minn 50 % tas-suq.

Sors: Il-kontribut mill-Istati Membri għall-RMMS; * għal Spanja, id-dejta hija bbażata fuq ir-rapport annwali tal-RENFE u fuq il-kwestjonarju tal-RMMS, billi għall-Isvezja, id-dejta hija tal-2010; ** jinkludi l-VFLI, sussidjarju tal-operatur stabbilit; *** Id-DB huwa l-operatur ferrovjarju tal-merkanzija prinċipali; **** mhux disponibbli - Anness 19 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

5.6.        Il-ferroviji tal-passiġġieri – is-segmenti reġjonali u suburbani

5.6.1.     Il-ferroviji tal-passiġġieri – is-segmenti kollha

Kumplessivament, is-sehem totali tas-suq tal-impriżi ferrovjarji kollha minbarra l-impriża prinċipali jilħaq it-23 %. Madankollu, huwa importanti li ssir distinzjoni bejn is-sitwazzjoni reali tal-operaturi ġodda, li ġew mogħtija l-kuntratti permezz ta’ sejħiet għall-offerti kompetittivi u/jew permezz ta’ drittijiet tal-aċċess miftuħ, minn dik tal-impriżi ferrovjarji oħrajn “mhux stabbiliti” li ngħataw direttament id-drittijiet esklussivi għas-servizzi kummerċjali jew għall-obbligi ta’ servizz pubbliku. Dan huwa importanti, pereżempju, biex issir distinzjoni bejn is-sitwazzjoni ferrovjarja fil-Polonja, fejn l-operaturi mhux stabbiliti huma operaturi reġjonali, u li ngħataw direttament il-kuntratti ta’ servizz pubbliku, u s-sitwazzjoni fir-Renju Unit, fejn ġew offruti l-franchises b'sejħa għall-offerti. F’dawn il-kundizzjonijiet, is-sehem tas-suq tal-operaturi ġodda huwa stmat għal 21 % għall-UE kollha.

Sors: Il-kontributi mill-Istati Membri għall-RMMS; RO = l-operaturi mhux stabbiliti kollha jidhru li huma operaturi reġjonali; Anness 19 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

5.6.2.     Is-segmenti reġjonali u suburbani

Is-sehem ta’ operaturi ġodda fis-settur ferrovjarju suburban u reġjonali huwa l-akbar f’dawk l-Istati Membri li għażlu favur l-offerti kompetittivi għal kuntratti ta’ servizz pubbliku għalkollox (ir-Renju Unit, l-Isvezja) jew b’mod estensiv (il-Ġermanja, ir-Rumanija).  L-istess japplika wkoll għall-Italja, għad-Danimarka, għall-Pajjiżi l-Baxxi, għar-Repubblika Ċeka, għall-Awstrija u għall-Polonja, fejn ġew offruti b'sejħa xi kuntratti ta’ servizz pubbliku. L-Ungerija tirrappreżenta każ speċjali billi hemm żewġ operaturi stabbiliti. Fir-Renju Unit, l-operatur stabbilit kien żarma kompletament u ġew mogħtija franchises permezz ta’ sejħiet għall-offerti kompetittivi. Fil-Polonja, l-operatur stabbilit reġjonali żarma u ġie sostitwit minn operaturi interni li huma l-proprjetà ta’ reġjuni Pollakki (permezz ta’ għotja diretta). Ma hemmx operaturi ġodda fis-servizzi reġjonali inter alia fi Franza, fi Spanja u fil-Belġju. Fl-aħħar nett, fil-kuntest tat-twessigħ tal-offerti tal-obbligi ta' servizz pubbliku fir-Repubblika Ċeka, l-Arriva kienet qed tagħmel xi testijiet pilota għas-servizzi b’aċċess miftuħ fis-servizzi suburbani ta' Praga.

Sors: Il-kontributi mill-Istati Membri għall-RMMS, ikkompletati bil-kalkoli tagħhom fuq il-bażi tar-rapporti annwali tal-UIC, tas-CER, Anness 19 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186 *jeżistu 2 operaturi stabbiliti - dan huwa s-suq tal-iżgħar wieħed fosthom; **l-ebda dejta għall-Isvezja

5.6.3.     Is-segmenti ferrovjarji ta’ veloċità għolja u ta’ distanzi twal

Is-sehem tal-operaturi ġodda tas-servizzi fuq distanzi twal huwa l-ogħla fir-Renju Unit, fejn l-operatur stabbilit kien żarma, u fl-Estonja, fejn il-kuntratt ta’ servizz pubbliku għal servizzi fuq distanzi twal ġie mogħti lil operatur ġdid. Hemm operaturi ġodda fl-Isvezja (il-Veolia, il-BluTag), fl-Italja (l-Italo-NTV fin-netwerk ta’ veloċità għolja Taljan), fir-Repubblika Ċeka (il-LeoExpress u r-Regiojet, it-tnejn fuq ir-rotta Praga-Ostrava) u fl-Awstrija (il-Westbahn fuq ir-rotta Vjenna-Salzburg).

Għadd ta’ kumpaniji għarrfu l-intenzjonijiet tagħhom li jiftħu s-servizzi kummerċjali domestiċi f’bosta Stati Membri. L-MTR, parti mill-grupp wiesa’ MTR minn Hong Kong, wera l-intenzjoni tiegħu li jibda b'servizzi ġodda fuq il-linja Stokkolma-Goteborg. Il-Leo Express/DLA applika biex jidħol fuq ir-rotot Warsaw-Krakow/Katowice u Warsaw-Szczecin, iżda l-applikazzjoni ġiet miċħuda minħabba raġunijiet amministrattivi[80].

Sors: Il-kontributi mill-Istati Membri għall-RMMS, ikkompletati bil-kalkoli tagħhom fuq il-bażi tar-rapporti annwali tal-UIC, tas-CER, l-Anness 19 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186 *l-operturi ġodda kollha jidhru li huma operaturi ġodda reġjonali ** l-ebda dejta għall-Isvezja

5.7.        Il-ferroviji tal-passiġġieri – is-servizzi internazzjonali

Thello, impriża konġunta bejn Veolia u Trenitalia, li topera Night Services bejn Pariġi u Venezja hija l-uniku parteċipant ġdid fis-servizzi internazzjonali. Id-DB indika li għandu l-intenzjoni li jopera bħala kompetitur tal-Eurostar fuq il-linja Brussel-Londra (li toriġina fi Frankfurt). It-Thello applika wkoll għal liċenzja Belġjana u milli jidher il-belt The Hague iffirmat ftehim mad-DB Arriva biex tikkonnettja ma’ Brussell. Fl-aħħar nett, bis-saħħa tal-ftuħ tal-konnessjoni b’veloċità għolja bejn Franza u Spanja, l-SNCF u l-RENFE issa qed joffru servizzi Pariġi-Barċellona u Madrid-Marseille.

6.           L-ostakli għal servizzi ferrovjarji iktar effettivi

Il-Kummissjoni identifikat in-nuqqas ta’ ftuħ tas-swieq ferrovjarji domestiċi tal-passiġġieri (li jkopru 94 % tal-passiġġieri-km kollha) u l-portafoll mhux adegwat tal-funzjonijiet għall-maniġers tal-infrastruttura bħala ż-żewġ ostakli prinċipali fil-qasam tal-aċċess għas-suq għal Żona Ferrovjarja Ewropea li tiffunzjona b’mod sħiħ. Fit-30 ta’ Jannar 2013, sabiex tilħaq dawn l-għanijiet, il-Kummissjoni adottat il-proposti tar-4 pakkett ferrovjarju biex timmodifika d-Direttiva 2012/34/UE u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq[81]. 

7.           Konklużjonijiet

Il-valutazzjoni ta' dan ir-rapport tikkonferma l-analiżi li kienet saret mill-Kummissjoni meta ppreżentat il-proposti tar-4 pakket ferrovjarju: il-livell ta’ sodisfazzjon bis-servizzi tal-ferrovija iħalli lok kbir għal titjib, ħafna infrastrutturi ta’ veloċità għolja mhumiex qed jintużaw bis-sħiħ (u l-użu tagħhom jista’ jiżdied bis-saħħa ta’ aċċess miftuħ) u jeħtieġ li tiġi żgurata l-effiċjenza tal-ammonti sostanzjali ta’ fondi pubbliċi allokati għall-ferroviji (madwar EUR 36 biljun għall-għotjiet tal-infrastruttura u l-obbligi ta’ servizz pubbliku) sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tas-settur fil-kuntest ta’ baġits pubbliċi ristretti. Il-valutazzjoni ta’ dan ir-rapport tikkonferma wkoll il-ħtieġa li wieħed jipproċedi bl-adozzjoni ta’ bosta atti ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva 2012/34/UE (il-kostijiet diretti, l-ekwilibriju ekonomiku tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, l-istatistika tal-RMMS, il-mudell għal liċenzji...).  Barra minn hekk, dan juri wkoll li miżuri biex titjieb l-aċċessibbiltà tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa x’aktarx ikollhom impatt pożittiv b’mod ġenerali fuq il-patronaġġ (ridership). It-tlestija ta’ kurituri ferrovjarji tal-merkanzija tista’ tgħin sabiex jiżdiedu d-distanzi medji tat-trasport (li jagħmlu s-settur ferrovjarju aktar kosteffettiv u b’hekk aktar kompetittiv). Fl-aħħar nett, dan ir-rapport jappoġġa wkoll programm ta’ riċerka u innovazzjoni taħt il-“Shift2Rail” iddedikat għat-titjib fil-kwalità tas-servizzi ferrovjarji, għat-tnaqqis fil-kost taċ-ċiklu tal-ħajja tat-trasport ferrovjarju, u għat-titjib globali fl-affidabbiltà fis-segmenti differenti tas-suq ferrovjarju, inkluż it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija (li jeħtieġ li jimxi b’mod aktar fluwidu fl-Ewropa kollha billi jġorr aktar prodotti ta’ valur miżjud għoli).

[41]             L-indikatur tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur tal-Prestazzjoni tas-Suq huwa indiċi kompost li jqis 4 aspetti ewlenin tal-esperjenza tal-konsumatur (il-faċilità li biha jqabblu s-servizzi, il-fiduċja tal-konsumatur li l-bejjiegħ huwa konformi mal-liġi tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-problemi esperjenzati u s-sodisfazzjon inġenerali tal-konsumatur).

[42]             ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14.

[43]             It-tabella ta’ valutazzjoni tal-Konsumatur 2012, paġna 27 – il-medji tas-suq intern huma: 9 % għal klassifikazzjoni ta’ bejn 0-4 u 37 % għal klassifikazzjoni ta’ bejn 5-7 (għall-ferroviji, dan tal-aħħar huwa ta’ 40 %)

[44]             Għal aktar informazzjoni, ara wkoll l-Anness 12 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

[45]             Il-Flash Eurobarometer li sar fl-2013 dwar il-kwalità tas-servizzi ferrovjarji jsegwi eżerċizzju simili li twettaq fl-2011 – madankollu, il-Flash Eurobarometer tal-2011 ma jkoprix servizzi suburbani. Bħala konsegwenza, it-tqabbil bejn iż-żewġ stħarriġiet isir biss għal servizzi nazzjonali, internazzjonali u reġjonali (“konvenzjonali”).

[46]             Ibidem.

[47]             It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur 2012, paġna 24

[48]             Għal aktar informazzjoni, ara l-Anness 12 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD(2014) 186

[49]             Għalkemm l-enfasi hija fuq il-frekwenza, elementi varjabbli oħrajn marbuta mal-ħin, għandhom rwol importanti fid-deċiżjoni tal-vjaġġatur bħal kemm wieħed idum jistenna, id-distanza għall-istazzjon, il-ħin li jieħu l-vjaġġ fil-vetturi, it-trasferimenti, ...

[50]             Jiġifieri dawk li wieġbu li huma pjuttost jew tassew insodisfatti bil-puntwalità u bl-affidabilità — – dan jeskludi dawk li wieġbu li ma kellhomx opinjoni

[51]             L-Irlanda, ir-Repubblika Ċeka u l-Estonja ma taw l-ebda dejta.

[52]             UIRR, Road-Rail Transport: new developments and best practices, 55. Il-laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma tal-UNECE dwar it-Trasport Intermodali u l-Loġistika, tas-6-7 ta’ Novembru 2011, disponibbli fuq www.unece.org – din id-dejta tidher li hija kkonfermata mir-Rail Freight Status Reports 2013, tas-CER (2013), fejn anqas minn 70 % tal-ferroviji tal-merkanzija waslu fi żmien 15-il minuta tal-ħin skedat tagħhom matul il-perjodu 2008-2012.

[53]             17,8 biljun fl-2011 (l-ebda dejta għas-Slovenja u l-Finlandja) u 18,4 biljun fl-2012 (l-ebda dejta għall-Pajjiżi l-Baxxi)

[54]             L-“appoġġ pubbliku nett” għal ferrovija suburbana ta’ 140 tunnellata fi Franza huwa stmat li jammonta biss għal EUR 7,1/ferrovija-km, minħabba li EUR 10,9/ferrovija-km jservu biex iħallsu t-tariffi tal-aċċess għall-binarji.

[55]             L-“appoġġ pubbliku nett” għal ferrovija suburbana ta’ 140 tunnellata fil-Ġermanja huwa stmat li jammonta biss għal EUR 4,8/ta’ ferrovija-km, (wara t-tnaqqis tat-tariffi tal-aċċess).

[56]             L-għadd ta’ kuntratti offruti fi Stat Membru jiddependi wkoll fuq id-daqs tal-kuntratt. Hemm biss 19-il franchise fir-Renju Unit, filwaqt li skont ir-rapport Mofair, hemm mill-inqas 31 impriża ferrovjarja li joperaw kuntratt ta’ servizz pubbliku wieħed jew bosta fil-Ġermanja.

[57]             L-avviżi tal-kuntratti ġew interpretati bħala sejħiet għall-kompetizzjoni u mhux bħala avviżi użati biss għat-trasparenza (li għalihon huma adattati l-aktar l-avviżi volontarji ex ante jew l-avviżi dwar l-għoti ta’ kuntratti)

[58]             Il-kwestjonarju tal-RMMS Ġermaniż jirrapporta s-sejħa għall-offerti ta’ 49 kuntratt ta’ servizz pubbliku fl-2009-2011, filwaqt li hemm 45 kuntratt ta’ servizz pubbliku fil-ĠUUE/TED matul l-istess perjodu.

[59]             Safejn huwa kkonċernat it-trasport ferrovjarju, l-għadd ta’ avviżi ta’ għoti ta’ kuntratti għal proċeduri nnegozjati u aċċellerati mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel u ta’ avviżi volontarji ex-ante rdoppja fl-2009: kien hemm medja ta’ 12-il pubblikazzjoni fl-2006-2009 u 22 għall-perjodu 2010-2012.

[60]             Il-kriterji soċjali, jekk użati, huma miġbura mill-ġdid statistikament skont dan il-kriterju tal-għoti.

[61]             CER-ETF (2012), Social Aspects and the protection of staff in case of change of railway operator: the current situation, pp.66-67 – f’xi Stati Membri hemm dispożizzjonijiet ta’ trasferiment ta’ persunal għat-trasport urban (li jispjega għaliex ċerti Stati Membri li ma fetħux il-kuntratti ta’ servizz pubbliku għall-offerti huma elenkati.

[62]             Franchises huma kuntratti ta’ servizz pubbliku tar-Renju Unit

[63]             Dawn is-suppożizzjonijiet kienu bbażati l-aktar fuq CER (2010) Public service in rail transport in the European Union: an overview

[64]             Bundesgerichtshof Beschluss X ZB4/10 vom 8. Februar 2011 S-Bahn Verkehr Rhein/Ruhr

[65]             Railway Gazette (2013), Czech passenger market opening in sight, 17.10.2013

[66]             Single Market Scoreboard: http://ec.europa.eu/internal_market/scoreboard/

[67]             Minħabba l-għadd limitat ta’ Direttivi dwar il-ferroviji (15) meta mqabbla mad-Direttivi tas-Suq Intern (aktar minn 1 500), il-metodu għall-kalkolu tad-dewmien medju fit-traspożizzjoni jvarja. Filwaqt li t-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern tikkalkula d-dewmien medju f’data fissa kull sena, l-istatistika ferrovjarja turi d-dewmien medju “nett” għall-15-id-Direttiva ferrovjarja (jiġifieri bejn tmiem il-perjodu tat-traspożizzjoni u n-notifika attwali minn Stat Membru). Il-grafika għalhekk tindika xejra ġenerali aktar milli preċiżjoni bbażata fuq l-istatistika. Sorsi: Tabella ta’ valutazzjoni tas-suq intern nri 12,14a, 15,16,20,21,22,23,24. L-indikatur jaqbad biss id-Direttivi li ma ġewx trasposti fil-ħin (kien hemm każ wieħed ta’ traspożizzjoni kompluta, iżda kien każ fejn id-Direttiva mhux trasposta sadanittant kienet ġiet revokata).

[68]             Mill-inqas madwar 63,100 persuna addizzjonali qed jaħdmu fil-faċilitajiet tas-servizzi ferrovjarji – madankollu, iċ-ċifri għad mhumiex affidabbli b’mod sodisfaċenti biex jipprovdu stima fl-UE kollha.

[69]             Sakemm mhux indikat mod ieħor, id-dejta kollha f’din it-taqsima ġejja mill-pubblikazzjoni International Railway Statistics tal-2010 tal-UIC (International Union of Railways). Din ma tipprovdi l-ebda settijiet tad-dejta komprensivi għal IE, DK, UK u SE, li għalhekk ma setgħux jiġu inklużi fl-istudji tal-istruttura tal-età u tal-anzjanità. Fir-rigward tal-istruttura skont is-sess, ingħatat id-dejta tal-Eurostat għall-SE u għar-Renju Unit iżda mhux għall-IE u d-DK. Għalhekk dawn iż-żewġ Stati Membri huma kompletament esklużi mill-ambitu ta’ din it-taqsima. Barra minn hekk, id-dejtasets tal-IUC għal ċertu numru ta’ Stati Membri ma jiddevjawx b’mod sinifikanti miċ-ċifri indikati fil-kwestjonarji tal-RMMS li mtlew direttament mill-Istati Membri u li ġew trażmessi lis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea. Għalhekk għal dawn l-Istati Membri, l-indikaturi żviluppati f’din it-taqsima għandhom jiġu interpretati b’kawtela. Dawn l-Istati Membri huma: DE (l-inklużjoni ta’ DB Schenker fl-istatistika tal-UIC), NL (il-maniġer tal-infrastruttura ProRail mhuwiex inkluż fil-UIC), AT, BE, PL, RO(dejtasets tal-UIC frammentati).

[70]             CER (2014), Results of the 2013 questionnaire on the development of women employment in the railway sector in Europe, ippubblikat fl-20.01.2014. Dan l-istħarriġ kien eżerċizzju konġunt bejn l-imsieħba soċjali Ewropej tas-settur ferrovjarju:  dawk li jħaddmu (l-impriżi ferrovjarji irrappreżentati minn CER, il-Community of European Railways) u l-ħaddiema, (irrappreżentati mill-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF - European Transport Workers Federation)

[71]             Employment and industrial relations in the railway sector, studju tal-European Foundation for the Improvement of Living and Working Conditions, 2012

[72]             L-ewwel Deċiżjoni dwar it-TEN tmur lura għall-1996.

[73]             Id-dejta dwar it-traffiku fl-infrastrutturi tat-TEN u, f’ħafna każijiet, f’dawk li mhumiex tat-TEN hija miġbura mill-Eurostat bħala parti mill-Anness G tar-Regolament 91/2003 kull 5 snin (2005 u 2010, li għadhom kemm ġew ippubblikati). Id-dejta għall-Belġju u għall-Greċja hija nieqsa għall-2010, id-dejta għall-Bulgarija u għar-Rumanija ma kinitx irreġistrata fl-2005, peress li dawn kienu għadhom mhumiex Stati Membri tal-UE.

[74]             30,000 f’kull direzzjoni tas-segment – għalhekk 60,000 ferrovija fiż-żewġ direzzjonijiet.

[75]             Id-dejta għal Antwerp mhijiex disponibbli fl-2010.

[76]             UIC (2012): 2012 Report on Combined transport in Europe, December 2012, p.80

[77]             Kif indikat taħt il-kwalità tas-servizzi, għad hemm lok għaż-żieda fil-frekwenzi tas-servizzi ta’ veloċità għolja (ħlief fi Franza).

[78]             L-impriżi ferrovjarji tal-merkanzija Svediżi identifikaw Kopenħagen, li jamministra 180,000 ferrovija/sena, bħala punt tal-qlib diffiċli ferm. Fil-Ġermanja, l-ogħla żidiet fit-tariffi tal-aċċess għall-binarji saru fuq linji reġjonali.

[79]             Peress li s-settur tal-merkanzija m’għandux iżjed obbligi ta’ servizz pubbliku u legalment huwa kompletament miftuħ, “L-impriżi ferrovjarji minbarra l-impriża prinċipali” jagħtu stima pożittiva tal-penetrazzjoni fis-suq tal-operaturi l-ġodda (billi l-mexxej fis-suq huwa kważi dejjem l-operatur stabbilit). Fir-Renju Unit, wara t-tneħħija ta’ British Rail, jista’ jiġi argumentat li l-impriżi kollha tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija huma l-operaturi ġodda.

[80]             Il-PKP PLK jirrifjuta l-offerta tal-aċċess tal-Leo Express, International Rail Journal, 22.07.2013 – jidher li l-applikazzjoni ġiet miċħuda għaliex ir-regolatur ma ġiex ikkonsultat dwar l-impatt ta’ dawn is-servizzi fuq l-ekwilibriju ekonomiku tal-obbligi ta’ servizz pubbliku.

[81] ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.