KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Ħajja diċenti għal kulħadd: minn viżjoni għal azzjoni kollettiva /*
"Ħajja DIċenti
Għal Kulħadd: Minn viżjoni għal
azzjoni kollettiva" 1. Introduzzjoni Il-qerda
tal-faqar u l-kisba ta’ żvilupp sostenibbli huma sfidi globali
fundamentali li jaffettwaw il-ħajja tal-ġenerazzjonijiet attwali u
dawk futuri u l-futur tal-pjaneta kollha. Dawn l-isfidi huma universali u
interkonnessi u jeħtieġu rispons globali. Biex jiġu indirizzati
jinħtieġu impenn politiku sod u azzjoni determinata fil-livelli
kollha u min-naħa tal-partijiet ikkonċernati kollha. Din
l-aġenda għandha tkun adatta biex tindirizza d-dinja globalizzata u
interkonnessa tagħna, billi mhuwiex possibbli li kollox jibqa'
għaddej kif inhu kemm f’termini tad-dinjità tal-bniedem, tal-ekwità,
tal-ugwaljanza u tas-sostenibbiltà. L-UE u l-Istati Membri tagħha
enfasizzaw l-impenn tagħhom li jaħdmu b’mod inklużiv flimkien
mas-sħab u l-partijiet ikkonċernati kollha biex jibnu kunsens
għal aġenda trasformattiva ġdida wara l-2015. Fil-ħidma li
għaddejja bħalissa fil-Grupp ta’ Ħidma Miftuħ tan-NU (OWG -
Open Working Group) dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs -
Sustainable Development Goals), l-UE ilha żmien tipprovdi, u ser tkompli
tipprovdi, input dwar it-triq 'il quddiem permezz ta’ interventi mill-UE u
mill-Istati Membri li huma membri tal-OWG. Din
il-Komunikazzjoni tibni fuq il-pożizzjoni eżistenti tal-UE, kif
stipulat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Ġunju 2013. Din tfittex
li tkompli telabora l-prinċipji ewlenin, biex jiġu stabbiliti oqsma
ta’ prijorità possibbli u suġġetti potenzjali fil-mira
għall-qafas għal wara l-2015, biex tipproponi għażliet
għall-għaqda ta' dawn l-oqsma prijoritarji u tindirizza
l-ħtieġa ta' sħubija globali ġdida. Fl-istess ħin,
iżżomm il-flessibbiltà sabiex tirrispondi għal żviluppi
futuri f’diskussjonijiet internazzjonali. Għandha titqies bħala
kontribut fil-proċess biex jiġi rfinat l-approċċ tal-UE u
tal-Istati Membri tagħha, permezz tal-istadji finali tal-ħidma fl-OWG
dwar l-SDGs u l-ħidma tal-Grupp ta’ Esperti dwar il-Finanzjament
tal-Iżvilupp Sostenibbli. Se tikkontribwixxi wkoll għad-diskussjonijiet
li jmiss tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti qabel in-negozjati
li jwasslu għas-Summit fl-2015. Din
tibni fuq ir-riżultat ta’ diskussjonijiet internazzjonali riċenti u
rilevanti dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-qerda tal-faqar, inklużi
l-Konferenza ta’ Rio + 20, il-proċess ta’ reviżjoni
tal-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju (MDGs), ir-rapport tal-Panel
ta’ Livell Għoli tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti
(SĠNU) dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp għal wara l-2015 u
r-rapport tas-SĠ tan-NU “Ħajja b'Dinjità Għal Kulħadd”.
Tibbaża fuq diskussjonijiet mal-Istati Membri tal-UE. Tqis ukoll
il-proposti ewlenin imressqa fil-livell internazzjonali, inklużi
diskussjonijiet li saru s’issa fil-Grupp ta’ Ħidma Miftuħ dwar l-SDGs
u r-riżultati ta’ diversi konsultazzjonijiet tal-partijiet interessati. 2.
Viżjoni
u prinċipji Fil-qalba
tal-viżjoni[1]
tal-UE jinsab il-fatt li d-dinja għandha t-teknoloġija u
r-riżorsi biex sakemm indumu ħajjin aħna stess, jinqered
il-faqar estrem u d-dinja titqiegħed f'mogħdija ta' sostenibbiltà
biex tiġi żgurata ħajja diċenti għal kulħadd
sal-2030. Jintħieġ il-qafas it-tajjeb biex din il-viżjoni ssir
realtà. Għandu jkollha aspirazzjoni u kopertura globali u tkun applikabbli
b'mod universali għall-pajjiżi kollha, filwaqt li tibbaża fuq
is-sjieda nazzjonali u tqis il-kuntesti nazzjonali, il-kapaċitajiet u
l-livelli ta’ żvilupp differenti. Għandha tkun ibbażata fuq
id-drittijiet u tkun iffukata fuq in-nies. Għandha tagħraf u tindirizza
n-natura ta’ rinforz reċiproku bejn il-qerda tal-faqar u l-iżvilupp
sostenibbli. Għandha tintegra t-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp
sostenibbli (dik ekonomika, ambjentali u soċjali) b’mod ibbilanċjat. 1.
Universalità u Differenzjazzjoni abbażi taċ-ċirkostanzi
nazzjonali L-isfidi
tal-qerda tal-faqar u tal-iżvilupp sostenibbli huma kemm komuni —
billi huma ta’ tħassib u rilevanza universali għall-pajjiżi u
l-persuni kollha inklużi l-ġenerazzjonijiet futuri; u kemm globali
— billi f’dinja interdipendenti, bosta sfidi jirrikjedu azzjoni kollettiva u
soluzzjonijiet globali. Aġenda universali u trasformattiva għandha
tinbena fuq għanijiet u miri li huma ta’ tħassib u rilevanza
għall-pajjiżi kollha. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati
kollha għandhom ikunu involuti fl-implimentazzjoni tagħha. Jinħtieġ
li l-qafas jirrifletti r-realtajiet globali li qed jinbidlu. Minn mindu
tfasslu l-MDGs, l-isfidi globali saru aktar interkonnessi u l-pajjiżi
evolvew fir-rigward tal-ekonomiji, is-soċjetajiet u kapaċitajiet
tagħhom biex jagħtu kontribut lill-aġenda globali. L-UE se
tkompli tirrispetta l-Prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta’ Rio tal-1992. Billi
l-ambitu tal-prinċipju ta’ responsabbiltajiet komuni iżda
differenzjati huwa limitat għad-degradazzjoni ambjentali globali, dan
il-kunċett mhuwiex utli biex jiġu indirizzati l-isfidi usa’ tal-qafas
għal wara l-2015. Fl-istess ħin, l-UE hija lesta li tkun involuta
flimkien mas-sħab tagħha fir-rigward tal-implikazzjonijiet konkreti u
l-applikazzjoni tal-universalità u d-differenzjazzjoni għall-pajjiżi
kollha għall-kamp ta' applikazzjoni sħiħ tal-Qafas, filwaqt li
tqis l-importanza li l-pajjiżi l-inqas żviluppati u pajjiżi
vulnerabbli oħra ma jitħallewx barra. Għalhekk,
filwaqt li l-iffissar tal-għanijiet u tal-miri għandu jkun għal
kulħadd, fl-implimentazzjoni tal-qafas universali għandhom jitqiesu
r-rilevanza u ċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti u għandhom
jiġu rispettati l-politiki u l-prijoritajiet nazzjonali. Hemm diversi modi
kif din id-differenzjazzjoni tista' sseħħ, fost affarijiet oħra,
permezz ta’ approċċi differenti biex jintlaħqu l-miri, jew
permezz ta’ indikaturi differenzjati biex jitkejjel il-progress. F’dan
il-kuntest, is-suġġetti fil-mira mressqin f’din il-Komunikazzjoni
jirriflettu l-mod li bih l-universalità u d-differenzjazzjoni jistgħu
jiġu applikati fil-prattika mal-għanijiet tal-iżvilupp
sostenibbli kollh. Finalment, il-ħidma fil-livell tal-miri, inklużi
l-indikaturi għandhom jitfasslu b’tali mod li jixprunaw it-trasformazzjoni
meħtieġa fil-pajjiżi kollha fil-livelli diversi ta’ żvilupp
sabiex jinkisbu l-għanijiet universali. Dan jimplika li għandhom
jiġu kkunsidrati l-punti ta’ tluq u l-kapaċitajiet differenti
tal-pajjiżi u l-ħtieġa li l-għanijiet jitħaddnu
mill-pajjiżi differenti, ikunu jistgħu jitkejlu, u jistgħu
jinkisbu. 2.
Aġenda ta’ trasformazzjoni li tintegra t-tliet dimensjonijiet
tal-iżvilupp sostenibbli u tindirizza wkoll sfidi ġodda Jeħtieġ
li l-qafas universali l-ġdid ikun trasformazzjoni biex ikun jista' jilqa'
l-isfidi l-ġodda b’mod xieraq. Dan jinkludi l-indirizzar ta’ kwistjonijiet
ta’ tħassib globali li ma kinux koperti biżżejjed fl-MDGs,
bħat-tkabbir inklużiv u sostenibbli, l-inugwaljanzi, il-konsum u
l-produzzjoni sostenibbli, il-migrazzjoni u l-mobbiltà, ix-xogħol
diċenti, l-inklużjoni diġitali, is-saħħa u
l-protezzjoni soċjali, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi
naturali, it-tibdil fil-klima, ir-reżiljenza għad-diżastri u
l-ġestjoni tar-riskju, u l-għarfien u
l-innovazzjoni. Qafas għal wara l-2015 għandu jiżgura
wkoll approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludu d-drittijiet
tal-bniedem kollha, u jindirizza l-ġustizzja, l-ugwaljanza u l-ekwità,
il-governanza tajba, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, u jindirizza
s-soċjetajiet paċifiċi u l-ħelsien mill-vjolenza.
Minħabba l-effett amplifikat tat-tibdil fil-klima fuq l-isfidi marbuta
kemm mal-qerda tal-faqar u mal-iżvilupp sostenibbli, il-qafas il-ġdid
għandu jirreaġixxi għat-tibdil fil-klima bħala kwistjoni
trażversali. Il-qafas għal wara
l-2015 għandu jinkludi l-isforzi biex jiġi indirizzat it-tibdil
fil-klima u jinkludi l-isforzi u l-azzjonijiet meħtieġa billi
jintegra l-objettivi dwar it-tibdil fil-klima, u b’mod partikolari l-objettiv
“taħt 2 C” miftiehem internazzjonalment, tul is-sett kollu ta’
għanijiet u miri. Għandu jappoġġa u jikkomplementa,
iżda mhux ifixkel, in-negozjati dwar il-klima tal-UNFCCC kurrenti. Jinħtieġ
li l-għanijiet u l-miri jinkludu t-tliet dimensjonijiet kollha
tal-iżvilupp sostenibbli u l-interkonnessjonijiet tagħhom b’mod
ibbilanċjat. Ir-rikonoxximent u l-indirizz ta' dawn l-interkonnessjonijiet
se jgħin biex wieħed jasal għal qafas aktar integrat u inqas
frammentat. Se jinħtieġu sforzi ikbar biex ikun hemm koerenza
tal-politika fil-livelli kollha (nazzjonali, reġjonali u globali). 3.
Responsabbiltà Ir-rekwiżiti
fundamentali tal-qafas li ġej għandhom ikunu r-responsabbiltà,
it-trasparenza u r-reviżjoni effettiva tal-progress. Il-qafas il-ġdid
għandu jinkludi l-azzjonijiet li jżidu b’mod sinifikattiv
il-kapaċità li n-nies jipparteċipaw f’għażliet ta’ politiki
li jaffettwawhom u l-kapaċità li l-gvernijiet u atturi oħra
jinżammu responsabbli għall-progress. L-istabbiliment ta' regoli u
istituzzjonijiet xierqa se jkun ċentrali f’dan ir-rigward.
Ir-responsabbiltà tinkludi wkoll ir-rispett tal-impenji nazzjonali u
internazzjonali dwar l-implimentazzjoni, kemm f’termini ta’ politiki sodi,
l-użu effettiv ta’ riżorsi finanzjarji, u
kemm fit-titjib reali u tanġibbli ta’ ħajjet in-nies. Qafas
ġdid jipprovdi wkoll opportunità biex jiġi żviluppat
mekkaniżmu globali approvat u appoġġat fl-ogħla livell
politiku biex ikun żgurat li l-gvernijiet nazzjonali u atturi oħra,
inkluż is-settur privat, jinżammu responsabbli
għall-implimentazzjoni tal-qafas għar-reviżjoni tal-progress
b’mod rigoruż, li jħaffef l-azzjoni u għall-ixprunar ta'
azzjonijiet addizzjonali fejn jinħtieġu. Is-soċjetà ċivili,
l-awtoritajiet lokali u s-settur privat għandu jkollhom rwol ewlieni
fl-avvanz tal-azzjonijiet u tar-responsabbiltà. Il-ġbir,
il-pubblikazzjoni, il-valutazzjoni u l-aċċessibbiltà faċli
tad-dejta u l-informazzjoni dwar il-pass tal-progress li jkun sar fil-livell
nazzjonali u dak internazzjonali huma elementi ewlenin li jippromwovu
t-trasparenza. Dan
jimplika l-ħtieġa ta' reviżjonijiet regolari tal-progress,
tal-impenji u tal-implimentazzjoni permezz ta’ qafas istituzzjonali sod, li
jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha. Min-naħa tiegħu,
dan jirrikjedi l-ġbir u l-analiżi tad-dejta b'mod effettiv li
jinvolvi lill-komunità xjentifika u lill-awtoritajiet nazzjonali
tal-istatistika fil-pajjiżi. Biex jiġi jiżgurat li ħadd ma
jitħalla barra, dan għandu jinkludi l-ġbir ta’ dejta
diżaggregata b’mod xieraq. 3. Oqsma ta’ Prijorità u Miri għall-qerda tal-faqar
u għall-kisba tal-iżvilupp sostenibbli 1. Qafas
ibbażat fuq il-miri għal bidla trasformattiva Id-dibattitu
internazzjonali qed isir aktar speċifiku dwar il-prijoritajiet
tematiċi ewlenin li l-aġenda għal wara l-2015 għandha
tkopri, inkluż fil-livell tal-miri. Bħala l-ewwel pass lejn
viżjoni komuni dwar l-oqsma ta’ prijorità, il-konklużjonijiet
tal-Kunsill tal-2013 ipprovdew orjentazzjonijiet tematiċi wiesgħa.
Il-Kunsill ħtieġ qafas li jiżgura l-istandards bażiċi
tal-għajxien, li jippromwovi l-ixprunaturi tal-ekonomija ekoloġika
fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli, inklużi t-trasformazzjoni
ekonomika strutturali, u li jiżgura l-użu sostenibbli,
il-ġestjoni u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali tad-dinja u
l-ekosistemi li jipprovdu. Qafas għal wara l-2015 għandu jiżgura
wkoll approċċ ibbażat fuq id-drittijiet u jindirizza
l-ġustizzja, l-ugwaljanza u l-ekwità, il-governanza tajba, id-demokrazija
u l-istat tad-dritt u jindirizza l-paċi u s-sigurtà u l-ħelsien
mill-vjolenza. Wara li
qieset dawn l-orjentazzjonijiet u kif ukoll id-diskussjonijiet fil-livell
tan-NU, b’mod partikolari tal-Grupp ta’ Ħidma Miftuħ, il-Kummissjoni
identifikat l-oqsma ta' prijorità ewlenin li jistgħu jiġu
inklużi fil-qafas għal wara l-2015, minħabba l-kontribuzzjoni
ewlenija tagħhom għall-objettiv prevalenti tal-qerda tal-faqar u
l-iżvilupp sostenibbli kif definiti hawn taħt. Dawn l-oqsma
jirriflettu firxa komprensiva ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi u
tekniċi u l-materjal ta’ sfond żviluppat fil-livell Ewropew u dak
f'internazzjonali, inklużi d-diversi konsultazzjonijiet mal-partijiet
ikkonċernati, u dan jipprovdi aktar dettalji dwar ir-rwol ċentrali
ta' dawn l-oqsma fil-kisba tal-qerda tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli.
Huma maħsuba sabiex jiggwidaw azzjoni globali għal bidla
trasformattiva fil-livelli kollha. L-identifikazzjoni ta’ dawn l-oqsma ta'
prijorità hija stadju intermedjarju lejn l-għażla ta’ sett limitat
ta’ għanijiet. Din
it-taqsima tidentifika wkoll it-temi potenzjali fil-mira li jikkorrispondu
mal-oqsma ta’ prijorità. Dawn it-temi fil-mira jiddeskrivu l-azzjonijiet
ewlenin meħtieġa u l-progress imfittex f’kull żona partikolari.
Dawn huma "famużi" billi jinkludu l-kwistjonijiet ewlenin li
jikkontribwixxu għal għan, u għandhom jaġixxu bħala
xprunaturi tal-bidla. 2. Miri
potenzjali u oqsma ta’ prijorità Il-faqar Il-qerda
tal-faqar hija riżoluzzjoni ċentrali tad-Dikjarazzjoni
tal-Millennju. Jinħtieġ li l-ħidma mibdija permezz tal-MDGs
titkompla u tiġi msaħħa, permezz ta’ viżjoni
multidimensjonali tal-faqar li tindirizza l-kawżi multipli tiegħu
fil-pajjiżi kollha. It-temi potenzjali fil-mira jistgħu jkunu: ·
Il-qerda tal-faqar estrem ·
Jitnaqqas il-proporzjon ta’ nies vulnerabbli
għall-faqar estrem u li qed jgħixu b’inqas minn $2 fil-ġurnata ·
Jitnaqqas il-proporzjon ta' nies li qed jgħixu
taħt is-soll nazzjonali tal-faqar, inklużi dawk il-persuni li
jagħmlu parti minn gruppi vulnerabbli ·
Titnaqqas l-ispiża tar-rimessi u titnaqqas
l-ispiża tal-migrazzjoni, inklużi l-ispejjeż
tar-reklutaġġ ·
Jiġu żgurati d-drittijiet siguri
għall-art, għall-proprjetà, u għal assi oħra ·
Tinbena r-reżiljenza u jitnaqqsu l-imwiet u
t-telf ekonomiku kkawżati mid-diżastri L-inugwaljanza Hemm aktar ċans li s-soċjetajiet li jkunu
aktar inklużivi u ekwi jgħixu b'mod paċifiku, biex jiġi
ġġenerat żvilupp sostenibbli u tkabbir fit-tul u biex jirkupraw
aktar malajr minn tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Il-benefiċċji
tat-tkabbir u l-iżvilupp għandhom ikunu kondiviżi b’mod wiesa’
għall-benefiċċju tal-membri kollha tas-soċjetà.
Għandhom jiġu indirizzati d-differenzi bejn min għandu introjtu
u ġid u min ma għandux. Jinħtieġ li l-aġenda għal
wara l-2015 tippromwovi investiment adegwat fin-nies kollha, b’mod partikolari
f'dawk li huma l-iktar żvantaġġati, fuq il-bażi ta’
drittijiet u opportunitajiet indaqs, billi tipprovdi s-sigurtà tal-introjtu u
l-aċċess universali u mhux diskriminatorju għas-servizzi
soċjali. It-temi potenzjali fil-mira jistgħu jkunu: ·
L-iżgurar li gruppi b'inqas introjtu
jibbenefikaw mit-tkabbir fl-introjtu nazzjonali daqs gruppi b'introjtu
ogħla ·
Tintemm id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi
fit-twassil tas-servizz pubbliku u l-ħajja ekonomika ·
Il-gruppi ta' nies emarġinati, fosthom il-minuranzi
etniċi, il-migranti u r-refuġjati, jingħataw s-setgħa u
jiġu inklużi. Is-sigurtà
tal-ikel u n-nutrizzjoni, l-agrikoltura sostenibbli Il-ġlieda
kontra n-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel u l-malnutrizzjoni tista' tilqa'
t-trażmissjoni tal-faqar minn ġenerazzjoni għall-oħra. Biex
tkun żgurata s-sigurtà tal-ikel jeħtieġ li l-bdiewa
ż-żgħar, b’mod partikolari n-nisa, jkollhom aċċess
għall-art, għar-riżorsi, għall-investiment u għas-swieq,
ikollhom aċċess għal ikel nutrittiv u għal sistemi
tas-saħħa xierqa, kif ukoll tinħtieġ azzjoni
multisettorjali dwar l-imġiba u t-tendenzi tad-dieta. Il-qafas
jeħtieġ li jippromwovi prattiki sostenibbli ta' agrikoltura, ta' sajd
u ta' akkwakultura, l-użu effiċjenti tar-riżorsi u reżiljenza
mtejba. Agrikoltura sostenibbli, inkluż sajd sostenibbli, hija
fundamentali għall-iżvilupp sostenibbli u għas-sigurtà tal-ikel,
kif ukoll sabiex ikun żgurat l-adattament b'suċċess
għat-tibdil fil-klima. Għandhom jiġu indirizzati wkoll it-telf
ta’ wara l-ħsad u l-ħela tal-ikel. It-temi potenzjali fil-mira
jistgħu jkunu: ·
L-iżgurar ta' aċċess is-sena kollha
għal ikel sikur, biżżejjed, affordabbli u nutrittiv biex
jinqered il-ġuħ ·
It-tmiem tal-malnutrizzjoni, tan-nuqqas ta'
żvilupp fit-tfal u tal-ħela ·
It-titjib fil-produttività tal-agrikoltura,
tas-sajd u tal-akkwakultura b'mod sostenibbli. ·
It-tnaqqis tat-telf u l-ħela tal-ikel. Is-saħħa Is-saħħa,
iddefinita bħala l-benesseri u mhux biss bħala nuqqas ta’ mard, hija
kundizzjoni għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali kif ukoll
riżultat tiegħu. Il-kisba ta’ kopertura ekwa u universali
tas-servizzi tas-saħħa ta’ kwalità, flimkien mal-protezzjoni kontra
r-riskju finanzjarju personali minħabba nfiq eċċessiv fuq
is-saħħa, huma essenzjali sabiex id-dritt li għandu kulħadd
għall-ogħla standard possibbli ta’ saħħa isir realtà.
L-isfidi prinċipali huma l-kisba ta' kopertura ekwa u universali
tas-servizzi tas-saħħa ta’ kwalità u l-aċċess
għalihom, u l-protezzjoni mir-riskju finanzjarju min-nefqa fuq
is-saħħa mhux mistennija. Jinħtieġ li jiġu indirizzati
l-piż tal-mard (kemm dak li jittieħed kif ukoll dak li ma
jitteħidx), l-istil ta’ ħajja, il-fatturi determinanti
tas-saħħa li huma ta’ natura soċjali u ambjentali, inkluż
l-indirizzar tal-kawżi tal-mard permezz ta’ approċċ ta’
saħħa fil-politiki kollha. It-temi potenzjali fil-mira jistgħu
jkunu: ·
It-tnaqqis tal-mortalità tat-tfal u tal-ommijiet u
li jiġu żgurati s-saħħa u d-drittijiet sesswali u
riproduttivi universali ·
It-tnaqqis tal-piż tal-mard li jittieħed u li
ma jitteħidx ·
Il-kisba ta' kopertura universali effettiva u ekwa
b'servizzi tas-saħħa ta' kwalità għal kulħadd, inkluż
għal nies vulnerabbli, bħall-persuni b'diżabbiltajiet jew
l-anzjani ·
L-iżgurar li ħadd ma jispiċċa
f'faqar estrem jew jibqa' jgħix f'faqar estrem minħabba l-infiq fuq
il-kura tas-saħħa. L-Edukazzjoni Aċċess
għal edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għat-tfal,
għaż-żgħażagħ u għall-adulti kollha huwa
dritt fundamentali tal-bniedem, prerekwiżit biex jitkissru
ċ-ċikli interġenerazzjonali tal-faqar, u strumentali fit-trawwim
ta’ ċittadinanza attiva u li tippermetti soċjetajiet bbażati fuq
l-għarfien u l-innovazzjoni. L-isfidi ewlenin jinkludu
l-iżgurar ta' aċċess ekwu għal-livelli kollha
tal-edukazzjoni, it-tlestija tagħha, u t-titjib fil-kwalità
tal-edukazzjoni f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja. Barra minn
hekk, l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ u l-ħiliet rilevanti
huma kruċjali biex iż-żgħażagħ u l-adulti
jitħejjew għas-suq tax-xogħol. Jibqgħu l-isfidi biex jintlaħqu
l-persuni marġinalizzati, inklużi dawk affettwati minn kunflitt, l-għeluq
tad-distakki bejn is-sessi, u l-iżgurar tal-litteriżmu tal-adulti
fil-pajjiżi kollha. It-temi potenzjali fil-mira jistgħu jkunu: ·
L-iżgurar
tal-aċċess għal ċiklu sħiħ ta' edukazzjoni
bażika ta' kwalità inkluża l-edukazzjoni sekondarja inferjuri, u t-tlestija
tagħha bl-istess mod għas-subien u għall-bniet ·
L-iżgurar ta'
ħiliet komprensivi bażiċi, trasferibbli u tekniċi għal
kulħadd biex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà ·
It-tnaqqis tar-rata
tal-illitteriżmu fost il-popolazzjoni adulta ·
It-tneħħija tal-inugwaljanzi
fl-edukazzjoni, filwaqt li jittieħdu miżuri speċifiċi biex
jintlaħqu l-individwi żvantaġġati u l-gruppi fir-riskju ta'
diskriminazzjoni, inklużi l-persuni b'diżabbiltà, il-minuranzi etniċi,
il-migranti u r-refuġjati ·
It-tisħiħ
tar-rabiet bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni u
t-tħeġġiġ tal-ħolqien u t-tixrid tal-għarfien. L-ugwaljanza
bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa L-ugwaljanza bejn
is-sessi, l-għoti tas-setgħa lin-nisa u t-tgawdija sħiħa
tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet fil-pajjiżi kollha huma kundizzjonijiet
essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli, għall-qerda tal-faqar u
biex tiġi indirizzata l-ħidma mhux mitmuma tal-MDGs. Il-kwistjonijiet
ewlenin jinkludu ż-żamma ta' livell għoli ta’ impenn politiku u
r-rikonoxximent li l-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-għoti
tas-setgħa lin-nisa u tad-drittijiet tal-bniedem lill-bniet huma
responsabbiltà universali; it-tisħiħ tal-istat tad-dritt,
id-demokrazija u l-governanza; u ż-żieda fl-investiment fl-ugwaljanza
bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa u l-bniet. Il-ġbir
ta’ dejta maqsuma skont is-sess, se tikkontribwixxi għall-għan
tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi. It-temi potenzjali fil-mira
jistgħu jkunu: ·
Il-prevenzjoni u t-tneħħija ta' kull
forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet ·
It-tmiem ta' kull forma ta' diskriminazzjoni kontra
n-nisa u l-bniet ·
Iż-żieda tar-rappreżentanza,
tal-parteċipazzjoni u tat-tmexxija min-nisa fil-proċess
tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'kull livell u f'kull sfera ·
L-iżgurar ta' aċċess universali u
ugwali għan-nisa u l-bniet għas-servizzi essenzjali ·
l-għeluq u t-tneħħija tad-differenza
bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa fis-settur pubbliku u dak privat L-ilma u
s-sanità Jinħtieġ
li l-qafas jippromwovi l-aċċess għall-ilma tajjeb għax-xorb
u għas-sanità, il-ġestjoni integrata tal-ilma, inkluża
l-effiċjenza tal-użu tal-ilma, għall-ġestjoni tal-isfidi
tat-tibdil fil-klima u l-iskarsezza tal-ilma. It-temi potenzjali fil-mira
jistgħu jkunu: ·
Il-kisba ta' aċċess universali
għall-ilma tajjeb għax-xorb ·
Il-kisba ta' aċċess universali
għas-sanità u l-iġjene ·
It-titjib fil-ġestjoni integrata
tar-riżorsi tal-ilma ·
It-titjib fl-effiċjenza tal-użu tal-ilma
fis-setturi kollha ·
It-titjib fil-kwalità tal-ilma u t-tnaqqis
tat-tniġġis L-enerġija
sostenibbli Il-mixja
lejn sistemi ta’ enerġija sostenibbli u b’livelli baxxi ta' karbonju
tista' twassal għal kisbiet kbar fil-qerda tal-faqar u fl-iżvilupp
sostenibbli, u hija element ċentrali tal-isforzi biex jittaffa t-tibdil
fil-klima. L-isfidi ewlenin jinkludu l-aċċess għal enerġija
nadifa, affordabbli u sostenibbli, it-titjib fl-effiċjenza tal-użu
tal-enerġija, infrastruttura reżiljenti u ż-żieda tas-sehem
tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija
(skont l-inizjattiva Enerġija Sostenibbli għal Kulħadd).
Kwistjoni importanti hija l-indirizzar tas-sussidji tal-fjuwil ta’ ħsara,
li ma jsostnux l-ifqar iżda jippromwovu sistemi tal-enerġija mhux
sostenibbli. It-temi potenzjali fil-mira jistgħu jkunu: ·
L-iżgurar ta'
aċċess universali għal servizzi tal-enerġija moderni ·
Iż-żieda fir-rata globali tat-titjib
fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija ·
Iż-żieda fis-sehem tal-enerġija
rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija globali ·
L-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji fuq
il-fjuwils fossili ta' ħsara. Impjieg
sħiħ u produttiv u xogħol diċenti għal kulħadd L-impjiegi
huma essenzjali biex wieħed joħroġ mill-faqar u jikkontribwixxu
għall-ugwaljanza, l-ekwità, il-ġustizzja, il-paċi u s-sigurtà.
Il-ħolqien ta’ impjiegi diċenti, b’mod partikolari f’perspettiva ta’
żvilupp fit-tul, isaħħaħ it-tkabbir. L-isfidi ewlenin
jinkludu l-qgħad, b’mod partikolari taż-żgħażagħ
u tal-anzjani u tal-persuni b’diżabbiltà, u l-kwalità tal-impjiegi formali
u informali. Din tal-aħħar tinkludi l-paga, il-kundizzjonijiet,
is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-protezzjoni
soċjali, kif ukoll il-ħtieġa li jinħolqu impjiegi
ekoloġiċi diċenti. It-temi potenzjali fil-mira jistgħu
jkunu: ·
Iż-żieda
fil-kwantità u l-kwalità tax-xogħol u t-titjib tas-sostenibbiltà u
l-għajxien adegwat b'mod partikolari
għaż-żgħażagħ, l-anzjani, in-nisa u l-gruppi
f'riskju ta' diskriminazzjoni ·
Iż-żieda fis-sehem tal-impjieg produttiv
u tax-xogħol diċenti fl-impjieg totali skont il-pilastri
tal-aġenda tax-xogħol diċenti ·
Iż-żieda
fil-kopertura tal-bażi ta' protezzjoni soċjali u l-implimentazzjoni
gradwali ta' standards ogħla tal-garanziji soċjali ·
Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti
ħaddiema u l-persuni spustati f'konformità man-normi u l-istandards
tal-ILO. It-tkabbir
inklużiv u sostenibbli It-tnaqqis
tal-faqar fit-tul u l-prosperità komuni għal kulħadd
jeħtieġu tkabbir inklużiv u sostenibbli. It-tkabbir għandu
joħloq impjiegi diċenti, isir bl-effiċjenza tar-riżorsi u
fil-limiti tal-pjaneta, u għandu jappoġġa l-isforzi biex
jittaffa t-tibdil fil-klima. Il-kwistjonijiet ewlenin huma l-promozzjoni ta’
ambjenti favorevoli għall-intraprenditorija, għan-negozju,
għall-investiment fil-kummerċ u għall-innovazzjoni, inklużi
sistemi tat-taxxa effiċjenti, regolatorji u ġudizzjarji,
l-investiment pubbliku, l-aċċess għas-swieq u għall-finanzi
u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda. It-temi potenzjali fil-mira
jistgħu jkunu: ·
Il-promozzjoni tat-trasformazzjoni strutturali
tal-ekonomija u ta' ambjent li jippermetti l-innovazzjoni, l-intraprenditorija,
in-negozju u l-kummerċ ·
L-iżgurar ta' aċċess għas-swieq
u għall-finanzi, u għat-teknoloġiji u n-netwerks
tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ·
Il-promozzjoni tal-investiment pubbliku f'infrastruttura reżiljenti ·
Il-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni sikura,
ikkontrollata u regolari permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali mtejba ·
Il-provvista ta' aċċess ħieles
mid-dazju u mit-tariffi għall-prodotti
li joriġinaw minn pajjiżi anqas żviluppati. Il-bliet
u l-insedjamenti umani sostenibbli F’dinja
dejjem aktar urbanizzata, il-bliet jipprovdu sfidi ewlenin
għall-iżvilupp sostenibbli. Jinħtieġu proċessi
tal-ippjanar u l-iżvilupp sostenibbli, iffaċilitati minn awtoritajiet
pubbliċi effettivi. Dan jinkludi ppjanar u implimentazzjoni
għat-tnaqqis u l-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri u
għaż-żoni rurali li l-bliet jinteraġixxu magħhom.
Il-miżuri ewlenin jinkludu t-tnaqqis tal-għadd ta’ persuni li
jgħixu fil-bassifondi, l-indirizzar tat-tniġġis tal-arja,
il-bini ta’ akkommodazzjonijiet u infrastruttura reżiljenti u t-titjib
tal-ġestjoni tal-iskart. It-titjib fl-ippjanar u l-governanza urbana
sostenibbli jeħtieġ teħid ta’ deċiżjonijiet b'mod
demokratiku, trasparenti u responsabbli. It-trasport urban u rurali sostenibbli
huma essenzjali wkoll. Il-miri potenzjali jistgħu jkunu: ·
It-titjib fl-aċċess għat-trasport
sikur u sostenibbli, dan jinkludi trasport pubbliku affordabbli ·
It-tnaqqis ta' persuni li jgħixu
fil-bassifondi billi jiġu żgurati akkomodazzjonijiet sikuri,
affordabbli u reżiljenti u s-sigurtà tal-pussess tal-art ·
It-titjib tal-implimentazzjoni u l-ippjanar
tal-użu tal-art u l-ippjanar urban b'mod sostenibbli u
aċċessibbli ·
It-titjib tal-kwalità tal-arja. Il-konsum
u l-produzzjoni sostenibbli Ix-xejriet
attwali tal-produzzjoni u tal-konsum mhumiex sostenibbli. Għall-konsum,
l-azzjonijiet prinċipali huma l-promozzjoni tal-użu ta' prodotti li jużaw
l-enerġija u r-riżorsi b'mod effiċjenti u ekoloġiku,
l-eliminazzjoni b’mod gradwali ta’ sussidji li jagħmlu ħsara
lill-ambjent u l-akkwist pubbliku sostenibbli. Il-kwistjonijiet dwar
il-produzzjoni jinkludu l-promozzjoni ta’ produzzjoni innovattiva u
effiċjenti fil-konsum tar-riżorsi, ir-rappurtar korporattiv dwar
is-sostenibbiltà, il-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja
tal-prodotti, il-kostruzzjoni sostenibbli, l-iskart u l-ġestjoni tas-sustanzi
kimiċi u l-promozzjoni tal-ekointraprenditorija u l-ekoinnovazzjoni.
It-temi potenzjali fil-mira jistgħu jkunu: ·
It-tnaqqis, l-użu mill-ġdid u
r-riċiklaġġ tal-iskart ·
It-titjib tal-produttività tar-riżorsi ·
It-tnaqqis tal-impatti tal-konsum fuq l-ambjent ·
L-iżgurar ta' ġestjoni soda tas-sustanzi
kimiċi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom ·
Is-sustanzi kimiċi perikolużi: it-tnaqqis
tal-esponiment tal-bniedem u tar-rilaxx fl-ambjent ·
It-titjib tal-prestazzjoni tas-sostenibbiltà
tal-kumpaniji, tal-prodotti u s-servizzi L-oċeani
u l-ibħra Il-ġestjoni
sostenibbli tal-oċeani tipprovdi benefiċċji ekonomiċi u
soċjali għall-bnedmin kollha. Tinħtieġ azzjoni ewlenija
biex ikunu żgurati oċeani b’saħħithom permezz ta’
approċċ għall-ġestjoni tal-attivitajiet
kollha tal-bniedem li għandhom impatt fuq l-oċeani bbażat fuq
l-ekosistema u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, u
biex tippromwovi s-sajd sostenibbli. L-isfidi jinkludu t-tniġġis,
l-aċidifikazzjoni, iż-żieda fil-livell tal-baħar,
l-istabbiliment ta’ għodod għall-ġestjoni addattati
għaż-żoni individwali, inklużi żoni marini protetti,
inklużi żoni lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali,
l-indirizzar tas-sajd eċċessiv u tal-kapaċità żejda, tas-sajd illegali, mhux irregolat u mhux rapportat, l-indirizzar
tal-ekosistemi ta' ħsara, tal-impatti ambjentali u tal-aċċess
għas-sajd u s-swieq minn sajjieda żgħar li kemm kemm
jgħejjxu lilhom innfushom u lill-familji tagħhom. It-temi potenzjali
fil-mira jistgħu jkunu: ·
Il-protezzjoni u r-ristawr tas-saħħa
tal-oċeani u ż-żamma tal-bijodiversità marina billi jitnaqqsu
l-impatti mill-attività tal-bniedem ·
L-iżgurar ta' sajd sostenibbli (stokkijiet
b'saħħithom tal-ħut) ·
L-iżgurar tal-aċċess għas-sajd
fil-livelli lokali, reġjonali u globali minn sajjieda żgħar u li
jaqbdu biss biżżejjed għall-għajxien tagħhom ·
It-tnaqqis tat-tniġġis u
ż-żibel marin inkluż dak minn sorsi bbażati fuq l-art Il-bijodiversità
u l-foresti Il-bijodiversità
hija element essenzjali ta’ sistema ta’ sostenn tal-ħajja fid-dinja, u
hija partikolarment mhedda mit-tibdil fil-klima. Tinħtieġ azzjoni
biex titnaqqas ir-rata ta’ telf tal-ħabitats naturali kollha u
tal-ispeċijiet mhedda (inkluż permezz tat-traffikar tal-annimali
selvaġġi u l-qbid illegali) u biex tiġi integrata
l-bijodiversità f’oqsma ewlenin tal-politika (inklużi l-agrikoltura u
s-sajd). It-telf tal-kopertura ta' foresti madwar id-dinja għandu
jitreġġa’ lura, it-telf ta’ foresti primarji jitwaqqaf u jiġi
eliminat il-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ assoċjat.
It-temi potenzjali fil-mira jistgħu jkunu: ·
Is-salvagwardja u r-ristawr tal-ekosistemi li
jipprovdu servizzi essenzjali ·
Il-prevenzjoni tal-estinzjoni ta' speċijiet li
huma magħrufa bħala mhedda u t-titjib tal-istatus tal-konservazzjoni ·
It-tnaqqis tar-rata ta' telf, ta' degradazzjoni u
ta' frammentazzjoni tal-ħabitats naturali kollha ·
It-tnaqqis tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni
tal-foresti abbażi ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti ·
It-tnaqqis tal-livelli tal-kummerċ illegali
fl-annimali selvaġġi u fl-injam. Id-degradazzjoni
tal-art, inkluża d-deżertifikazzjoni u n-nixfa Id-degradazzjoni
tal-art, inklużi d-deżertifikazzjoni u n-nixfa huma oqsma ta’
tħassib globali persistenti u huma aggravati mit-tibdil fil-klima.
Il-prijorità hija l-kisba ta' dinja newtrali fir-rigward tad-degradazzjoni
tal-art. Dan jeħtieġ li jitnaqqas it-telf tal-kapital naturali
tal-art, it-titjib tal-governanza (inkluż dwar l-aċċess u
l-pussess) u żieda fir-reżiljenza. It-temi potenzjali fil-mira
jistgħu jkunu: ·
Il-mixja lejn dinja newtrali fir-rigward tad-degradazzjoni
tal-art ·
Il-protezzjoni tal-ħamrija ·
Il-prevenzjoni u t-tnaqqis tan-nixfa. Id-drittijiet
tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-istituzzjonijiet
effettivi Approċċ ibbażat fuq id-drittijiet, li jinkludi
d-drittijiet kollha tal-bniedem, se jikktribwixxi b'mod deċiżiv
għat-titjib fil-kwalità tal-governanza, għat-tnaqqis tal-inugwaljanza
u l-esklużjoni u għat-twettiq tal-miri u l-azzjonijiet maħsuba
ta' din l-aġenda permezz tal-parteċipazzjoni, it-trasparenza u
r-responsabbiltà. Ir-rekwiżiti
ewlenin huma t-tisħiħ tas-sistemi politiċi parteċipattivi
li jagħtu vuċi lin-nies, speċjalment lill-gruppi vulnerabbli u
marġinalizzati, f’għażliet ta’ politika u fit-teħid ta’
deċiżjonijiet li jaffettwawhom, u l-iżgurar li dawk responsabbli
jistgħu jinżammu responsabbli. Approċċ ta'
dan it-tip isir aktar
importanti f'dinja interkonnessa. Dan ikun jippermetti li n-nies jibnu
ħajjithom, jikkapitalizzaw fuq l-opportunitajiet ekonomiċi u b'hekk
jipparteċipaw b’mod produttiv u paċifiku fil-ħajja politika,
ekonomika u soċjali. It-temi potenzjali fil-mira jistgħu jkunu: ·
L-iżgurar tar-reġistrazzjoni ċivili
ħielsa u universali u t-titjib tas-sistemi tal-istatistika vitali ·
L-iżgurar tal-libertà tal-esprezzjoni,
l-assoċjazzjoni, id-djalogu soċjali, il-protesta paċifika,
il-parteċipazzjoni sinifikanti tal-pubbliku ·
L-iżgurar tat-trasparenza u l-garanzija
tad-dritt tal-aċċess pubbliku għat-tagħrif, għad-dejta
tal-gvern, għal midja indipendenti u għall-internet miftuħ ·
L-adozzjoni tal-qafas legali xieraq għall-protezzjoni
tad-drittijiet tal-bniedem tal-iktar gruppi u individwi vulnerabbli,
inklużi r-refuġjati u l-persuni spustati internament ·
L-iżgurar
tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' qafas legali
xieraq u politiki nazzjonali li jnaqqsu
l-korruzzjoni ·
L-iżgurar li
l-istituzzjonijiet ġudizzjarji jkunu aċċessibbli, imparzjali u
indipendenti u li jirrispettaw id-drittijiet ta' proċess ġust. Is-soċjetajiet
paċifiċi Il-paċi
hija prerekwiżit għall-iżvilupp sostenibbli u għall-qerda
tal-faqar fit-tul. Il-kawżi bażiċi tal-kunflitti u l-vjolenza
huma marbuta b’mod qawwi ma’ governanza fqira, mal-esklużjoni politika u
soċjali, mal-inugwaljanzi, mal-korruzzjoni u man-nuqqas ta' provvista ta’
servizzi bażiċi. Il-prijoritajiet jinkludu t-tnaqqis tal-inċidenza
ta’ vjolenza u ta' mwiet vjolenti u l-indirizzar ta’ theddid transfruntiera
bħalma hija l-kriminalità organizzata u l-kummerċ illegali. Il-bini
ta’ istituzzjonijiet xierqa biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi huwa
kritiku. It-temi potenzjali fil-mira jistgħu jkunu: ·
It-tnaqqis tal-imwiet vjolenti u tal-għadd ta'
persuni affettwati mill-vjolenza ·
It-titjib tal-kapaċità,
tal-professjonaliżmu u tar-responsabbiltà tal-pulizija, u
tal-istituzzjonijiet tal-ġustizzja u tas-sigurtà ·
It-tnaqqis tal-fluss illeċitu ta' armi
żgħar u armi letali ·
It-tnaqqis tal-kriminalità organizzata
internazzjonali, inklużi l-flussi finanzjarji illeċiti u t-traffikar
tad-drogi, tan-nies tal-annimali selvaġġi u tar-riżorsi
naturali. Fil-qafas
għal wara l-2015 iridu jitqiesu wkoll ħafna kwistjonijiet trażversali
bħalma huma t-tibdil fil-klima, id-diżastri u r-reżiljenza,
id-dinamika tal-popolazzjoni u l-migrazzjoni. Dawn kollha jista' jkollhom
impatt kbir fuq l-ekonomija kif ukoll fuq il-benessri u fuq is-sigurtà
taċ-ċittadini, u jeħtieġ li jiġu indirizzati fil-qafas
b’mod li ma jtennix jew jinterferixxi fil-proċessi internazzjonali u
l-ftehimiet rispettivi. Din l-integrazzjoni tidher ukoll fis-sett ta' temi
potenzjali fil-mira proposti hawn fuq, li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet
kritiċi. Il-qafas
għandu jinkludi l-isforzi u l-azzjonijiet meħtieġa biex
jindirizza t-tibdil fil-klima, speċifikament dawk li ma jaqgħux
taħt il-kompetenza tal-proċess tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet
Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC). Għalhekk, l-oqsma u l-miri ta'
prijorità eventwali għal wara l-2015 għandhom jitfasslu b'tali mod li
jappoġġaw l-isforzi għat-taffija tat-tibdil fil-klima u
l-adattament għalih. L-Anness
jagħti sommarju tat-temi fil-mira u tal-elementi ewlenin relatati ma’ kull
wieħed. 3.
L-iżvilupp tal-miri u l-indirizzar tal-interkonnesssjonijiet It-taqsima
preċedenti tipprovdi l-oqsma ta’ prijorità u t-temi fil-mira li huma
meqjusa bħala importanti sabiex wieħed jasal għal aġenda
trasformattiva għal wara l-2015. Filwaqt li l-ħidma lejn miri konkreti
qed tavvanza, hemm għadd ta’ kriterji li għandhom jiġu
kkunsidrati: L-objettivi
għandhom ikunu speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li
jistgħu jintlaħqu, jkunu rilevanti u marbuta biż-żmien
(SMART). Dawn għandhom ikunu msejsa fuq l-evidenza u mibnija fuq id-dejta
disponibbli, jew dejta li x’aktarx issir disponibbli fil-futur qarib, u jkunu
bbażati fuq indikaturi li permezz tagħhom il-progress ikun jista'
jiġi kkwantifikat u espress f’ċifri speċifiċi, fi skedi ta’
żmien u f'perċentwali. Filwaqt li l-miri se jkopru l-prijoritajiet
ewlenin, l-aspetti dettaljati tal-implimentazzjoni għandhom jiġu
espressi permezz ta’ indikaturi li jippermettu l-kejl tal-progress. Se jkun
hemm bżonn ta’ kompromessi bejn il-komprensività u l-impatti politiċi
u operattivi, u b’hekk f’xi każijiet, jinħtieġ li l-miri
jirrappreżentaw indikaturi għall-kwistjonijiet l-aktar kritiċi. Il-miri
għandhom jitfasslu b'tali mod li jkollhom kopertura universali, bil-fehim
li jkunu jistgħu jiġu implimentati b'mod differenti
f'ċirkostanzi differenti, pereżempju permezz
ta' skedi ta' żmien jew modi ta implimentazzjoni differenti. Xi
miri, jew xi partijiet minnhom, jistgħu jkunu iktar applikabbli f’kuntest
jew f'ieħor, u dan jista’ jiġi indirizzat b'għażla xierqa
ta’ indikaturi. Il-pajjiżi ma għandhomx jingħataw permess li
jagħżlu kif iridu huma minn lista ta' miri; dan hu essenzjali sabiex
ikun żgurat li l-isforzi mlaqqgħin tal-pajjiżi jkunu
biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri, u b'hekk ikun
żgurat il-progress massimu possibbli f'kull pajjiż
skont il-kapaċitajiet tiegħu. Il-miri għandhom
prinċipalment japplikaw għall-pajjiżi, iżda
l-implimentazzjoni tagħhom se tirrikjedi wkoll azzjoni mill-partijiet
ikkonċernati kollha. Il-miri
għandhom jirriflettu wkoll l-interkonnessjonijiet multipli bejn l-oqsma
differenti tal-qafas għal wara l-2015. L-identifikazzjoni u l-indirizzar
tal-interkonnessjonijiet huma meħtieġa biex tiġi evitata
l-ħidma iżolata u sabiex ikun żgurat progress bilanċjat tul
it-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli. Billi kull qasam ta’
prijorità huwa relatat mal-oqsma l-oħra kollha, l-involviment fil-livell
tal-miri huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu r-rabtiet b’mod
sinifikattiv u operattiv. Il-miri
żviluppati skont prijoritajiet partikolari (pereżempju
l-aċċess għall-ilma tajjeb għax-xorb u s-sanità) se jkun
ukoll direttament rilevanti għal prijoritajiet oħra (eż.
is-saħħa). Dan jimplika li, minbarra l-objettivi ewlenin
magħżula u identifikati għal kull għan, il-qafas għal
wara l-2015 għandu jenfasizza l-kontroreferenzi b’mod koerenti.
Pereżempju, għan dwar is-sigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni u
l-agrikoltura sostenibbli, minbarra l-miri ewlenin magħżula jista’
jkollu referenzi għal miri oħra bħall-effiċjenza
tal-użu tal-ilma, id-degradazzjoni tal-art, l-ugwaljanza bejn is-sessi, u
l-governanza. 4.
Raggruppament
possibbli tal-oqsma ta’ prijorità Fil-bidu,
il-ħidma fi ħdan l-UE ffokat fuq l-identifikazzjoni ta' għadd
ta’ oqsma ta' prijorità u t-temi fil-mira relatati. Sabiex isir progress lejn
sett limitat ta’ għanijiet, kif miftiehem fi ħdan l-UE u fil-kuntest
tan-NU, l-istadju li jmiss huwa r-raggruppament tal-oqsma ta’ prijorità.
Il-kriterju ewlieni għar-raggruppament għandu jkun
l-interkonnessjonijiet b'saħħithom bejn l-oqsma ta’ prijorità u
t-temi fil-mira relatati tagħhom, filwaqt li titqies il-kontribuzzjoni
tagħhom lejn il-qerda tal-faqar u lejn l-iżvilupp sostenibbli.
Ir-rikonoxximent ta' dawn il-ħafna interkonnessjonijiet fil-qafas
għal wara l-2015 jista' jgħin billi jġib flessibbiltà fl-isforz
kollettiv biex jintlaħaq kunsens fuq sett limitat ta’ miri. Bħala
eżempju ta’ raggruppament fuq din il-bażi, it-tkabbir sostenibbli
inklużiv jista’ jitlaqqa' mal-impjiegi, filwaqt li l-bijodiversità u
l-foresti jistgħu jitlaqqgħu mad-deżertifikazzjoni li tinkludi
d-degradazzjoni tal-art u n-nixfa, u l-bliet sostenibbli jistgħu jiġu
integrati fil-qafas kollu. 5.
Sħubija
Globali ġdida Sħubija
globali ġdida u msaħħa għandha tkun inklużiva u
timmobilizza azzjoni fil-livelli kollha mill-pajjiżi kollha u l-partijiet
ikkonċernati kollha, inkluż is-settur privat, is-soċjetà
ċivili, l-istituzzjonijiet xjentifiċi u tal-għarfien,
il-parlamenti u l-awtoritajiet lokali. L-UE għandha tibqa’ waħda
mill-ixprunaturi li jwasslu għall-mobilizzazzjoni ta' azzjoni interna u
madwar id-dinja u hija esprimiet ripetutament l-appoġġ tagħha
għal Sħubija Globali ġdida. L-ewwel nett, għandna bżonn valutazzjoni ta’ liema huma
l-miżuri ewlenin li jixprunaw il-progress lejn il-kisba tal-għanijiet
u l-objettivi u, it-tieni, tinħtieġ diskussjoni dwar kif jiġi
żgurat li dawn il-miżuri ewlenin jingħataw l-attenzjoni dovuta
lokalment kif ukoll internazzjonalment. Ambjent favorevoli, b’politiki
b'saħħithom u koerenti kemm fil-livell domestiku u dak
internazzjonali, huwa eżempju ta’ kwistjoni kritika. Ambjent ta’ politika favorevoli L-UE
tibqa’ impenjata li tiżgura aktar Koerenza tal-Politiki
għall-Iżvilupp (PCD), filwaqt li jitqiesu l-objettivi
tal-iżvilupp f’dawk il-politiki li x’aktarx jolqtu lill-pajjiżi li
qed jiżviluppaw. Is-sħab kollha fid-dinja żviluppata u dik li
qed tiżviluppa huma mħeġġa biex jippromwovu l-koerenza
fil-politika u biex jirrevedu l-politiki tagħhom, kif inhu rilevanti
għalihom individwalment, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza
tagħhom mal-isforzi għall-qerda tal-faqar u mal-iżvilupp
sostenibbli bħala kontribuzzjoni importanti għall-implimentazzjoni
tal-qafas globali. Bħala eżempju wieħed, minbarra li hija l-iktar suq
miftuħ għall-esportazzjonijiet tal-pajjiżi li qed
jiżviluppaw, l-UE tippromwovi wkoll l-akkwist, il-kummerċ u
l-użu ta’ riżorsi naturali u ta' materja prima li huma responsabbli,
sostenibbli u aktar trasparenti. F’Ġunju tal-2013, l-UE adottat
leġiżlazzjoni dwar it-trasparenza u r-responsabbiltà li
jeħtieġu li l-kumpaniji estrattivi kbar fis-settur tal-forestrija
jiżvelaw pubblikament il-pagamenti lill-gvernijiet fuq bażi ta’
pajjiż b’pajjiż. Din il-leġiżlazzjoni tagħti lill-UE u
lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għodda effettiva biex tkun
miġġielda l-korruzzjoni, u dan għaqndu jwassal biex ikun hemm
aktar riżorsi domestiċi disponibbli għall-iżvilupp. Barra minn hekk, hemm proposta riċenti
għal approċċ integrat dwar l-akkwist responsabbli tal-minerali
minn żoni affettwati mill-kunflitti u minn żoni ta’ riskju
għoli. Bħala
eżempju ieħor għall-PCD, sħubija globali ġdida
għandha trawwem djalogu u kooperazzjoni msaħħa fost l-istati u
l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra biex toħloq ambjent li
jippermetti li jiżdiedu l-benefiċċji tal-migrazzjoni
internazzjonali għall-iżvilupp tal-bniedem permezz ta’ azzjoni
f’oqsma bħalma huma t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-migrazzjoni u
tat-trasferimenti tar-rimessi jew il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni
kontra l-migranti. L-UE se tkompli bl-isforzi tagħha biex tissieħeb
ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jimmassimizzaw l-impatt
tal-iżvilupp tal-migrazzjoni fil-kuntest tal-Approċċ Globali
għall-Migrazzjoni u l-Mobbiltà. Ir-rwol tal-kummerċ u l-ftuħ tal-kummerċ fil-kuntest ta’
politiki u riformi domestiċi sodi huma ċentrali għall-qerda
tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli. Il-valur ta’ sistema
bbażata fuq ir-regoli stabbilita mid-WTO f’dan ir-rigward għandu
jiġi affermat mill-ġdid. L-UE tkompli bl-inizjattivi tagħha biex
tappoġġa l-integrazzjoni tas-suq mill-ifqar pajjiżi permezz ta’
azzjoni mmirata, pereżempju permezz tal-Iskema Ġeneralizzata ta’
Preferenzi, inkluża l-inizjattiva Kollox ħlief Armi (EBA) u
l-arranġament speċjali għal appoġġ
għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba (GSP +),
Għajnuna għall-Kummerċ u ftehimiet kummerċjali bilaterali u
reġjonali. Aħna ninkoraġġixxu lis-sħab tagħna,
b'mod partikolari dawk l-ekonomiji żviluppati u dawk li qegħdin fi
stadju avvanzat ta' żvilupp, biex jipprovdu aċċess Mingħajr
Dazju u Mingħajr Kwoti (DFQF) u aċċess għas-suq għal
prodotti li joriġinaw mill-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs)
wkoll. Is-sħubija globali għandha tirrikonoxxi l-importanza li
jitnaqqsu l-ostakli għall-kummerċ Tramuntana-Nofsinhar,
Nofsinhar-Nofsinhar u l-kummerċ reġjonali li lkoll huma ugwalment
rilevanti għall-integrazzjoni fl-ekonomija dinjija. F’dan ir-rigward għandha tiġi promossa
aktar trasparenza bbażata fuq id-disponibbiltà ta’ statistika komprensiva. Ix-xjenza,
it-teknoloġija u l-innovazzjoni (STI) u l-bini tal-kapaċità
għandhom ikunu strumenti essenzjali u xprunaturi tal-aġenda għal
wara l-2015. Il-politiki favur il-ħolqien u t-tixrid tal-għarfien
huma komponenti ċentrali tal-aġenda. L-UE tappoġġa
approċċ integrat u effettiv għall-STI skont il-viżjoni
tal-istrateġija Ewropa 2020. Fil-livell internazzjonali, il-Programm
Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE — Orizzont 2020 —
jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-UE u s-sħab internazzjonali
fir-riċerka u l-innovazzjoni. It-titjib tal-kapaċitajiet tal-STI huwa
importanti. L-UE ilha tħeġġeġ l-iżvilupp u
t-trasferiment ta’ teknoloġiji nodfa u ambjentalment sikuri permezz
tat-tnaqqis tal-ostakoli għall-kummerċ u permezz ta’ inċentivi,
tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika u tal-bini tal-kapaċità.
Sabiex jiġu evitati sforzi doppji, hemm ambitu wiesa' fejn nistgħu
nibnu fuq mekkaniżmi eżistenti. Minbarra STI, il-bini
tal-kapaċità huwa qasam essenzjali għall-kapitalizzazzjoni fuq
l-għarfien eżistenti u biex jiġi żgurat li l-progress lejn
l-għanijiet għal wara l-2015 ikun sostenibbli. Il-Pjan
Strateġiku ta’ Bali għall-Appoġġ tat-Teknoloġija u
l-Bini tal-Kapaċità li ġie adottat mill-kunsill governattiv
tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) fl-2005
għandu jkun element importanti għal riflessjoni ulterjuri. Moblizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa Il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji wkoll se tkun ta’
importanza kbira. Minħabba l-isfidi li tiffaċċja d-dinja,
jeħtieġ li jsir użu sħiħ mir-riżorsi kollha
disponibbli (domestiċi u barranin, pubbliċi u privati). Il-gvernijiet
nazzjonali għandhom ir-responsabbiltà ewlenija li jimmobilizzaw u
jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi tagħhom permezz ta’
politiki nazzjonali. L-UE hija lesta li tappoġġa l-isforzi ta' dawk
il-pajjiżi li huma l-iktar fil-bżonn. F’dan il-kuntest, hija
tirrikonixxi r-rwol ewlieni ta’ Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp
(ODA) u kkonfermat l-impenn tagħha biex tintlaħaq il-mira ta’
0,7 % sal-2015. Hekk kif tevolvi d-diskussjoni dwar il-finanzjament ta' qafas għal
wara l-2015, hemm il-ħtieġa ta' approċċ komprensiv u
integrat għall-finanzjament tal-qerda tal-faqar u l-iżvilupp
sostenibbli, kif iddefinit f’Komunikazzjoni tal-2013 u fil-konklużjonijiet
tal-Kunsill rispettivi. L-elementi li ġejjin huma essenzjali f’dan
ir-rigward: § Il-mobilizzazzjoni
tar-riżorsi domestiċi hija l-mekkaniżmu ewlieni biex tiffinanzja
l-infiq għal għanijiet ta’ politika. It-tisħiħ tal-politika
u l-amministrazzjoni fiskali, il-ġlieda kontra l-flussi illeċiti u
l-korruzzjoni u t-titjib tal-ġestjoni tar-riżorsi naturali
għandhom ikunu fost l-ewwel prijoritajiet. §
Il-finanzi pubbliċi internazzjonali se
jibqgħu ta’ importanza partikolari sabiex jikkumplimentaw
il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi fejn din ma tkunx
biżżejjed u biex jinħolqu riżorsi addizzjonali u
investiment fejn ikun l-aktar xieraq. Dan il-potenzjal katalittiku tal-ODA
għandu jiġi sfruttat aħjar permezz ta’ mekkaniżmi bħat-taħlit.
§
Is-settur privat jibqa’ l-mutur ewlieni ta’ tkabbir
inklużiv u sostenibbli. Il-gvernijiet għandhom jagħmlu użu
sħiħ mill-opportunitajiet ipprovduti mis-settur privat fil-livell
nazzjonali u internazzjonali, inkluż permezz tal-aħjar użu ta’
lievi regolatorji u operattivi li jżidu l-kontribuzzjoni tagħhom lejn
l-miri pubbliċi. Id-diskussjonijiet dwar il-finanzjament fil-kuntest ta’ Sħubija
Globali ġdida għandhom jibnu fuq il-ħidma tal-Kumitat
Intergovernattiv ta’ Esperti dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp
Sostenibbli, b’koordinazzjoni mill-qrib mat-tħejjijiet tal-Konferenza
Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li jmiss, u jqisu
l-proċessi relatati f’fora oħra bħalma huma l-UNFCCC,
il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-bijodiversità u l-qafas internazzjonali għal
wara l-2015 għat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri (wara l-Qafas ta'
Hyogo għal Azzjoni ) u jkunu koerenti magħhom. L-impenji li saru fir-Raba' Forum ta' Livell Għoli dwar
l-Effikaċja tal-Għajnuna li sar f’Busan fl-2011 u fl-ewwel laqgħa
ta’ livell għoli tas-Sħubija Globali fl-2014 għandhom jiffurmaw
il-bażi għall-kooperazzjoni effettiva għall-iżvilupp
fil-kuntest ta’ wara l-2015. Il-prinċipji ta’ Busan, li huma rilevanti
wkoll għal donaturi mhux tradizzjonali, se jwasslu għal riżultati
aktar effettivi tal-iżvilupp. L-UE tkompli timplimenta l-politiki
tagħha biex jiżdiedu l-impatt u l-effettività tal-kooperazzjoni
għall-iżvilupp tagħha. Monitoraġġ tal-progress u r-responsabbiltà Sabiex il-qafas għal wara l-2015 ikun implimentat
b’suċċess, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi
b’saħħithom ta’ obbligi ta’ rendikont biex il-progress jiġi
segwit. Ir-responsabbiltà reċiproka fil-livell nazzjonali u
internazzjonali għandha tkun fil-qalba ta’ dan il-mekkaniżmu,
inkluż il-monitoraġġ tal-progress dwar l-għanijiet u l-miri
għal wara l-2015. Dan għandu jinkludi kontribut ta’ azzjonijiet u
ta’ finanzjament minn gvernijiet nazzjonali, l-azzjonijiet internazzjonali u
l-kontribut tas-settur privat lejn l-isforzi nazzjonali favur il-kisba
tal-għanijiet globali. Ir-responsabbiltà fil-livell nazzjonali u l-istatistika uffiċjali
prodotta mill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika rilevanti għandhom
ikunu l-bażi għall-monitoraġġ tal-progress. Fil-livell
internazzjonali, reviżjoni tal-progress perjodika u ta' livell għoli,
inkluż fil-kuntest ta’ Forum Politiku ta’ Livell Għoli (HLPF) dwar
l-iżvilupp sostenibbli, se tkun ċentrali. Għandhom jiġu
evitati sforzi internazzjonali li jtennu l-proċessi l-oħra ta’
responsabbiltà reċiproka bħalma hu l-proċess tal-Finanzjament
Uffiċjali għall-Iżvilupp Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-progress annwali u
komprensiv li jibni fuq il-ħidma tal-Inter-Aġenzija u l-Grupp ta’
Esperti dwar l-indikaturi tal-MDG (IAEG) se tkun importanti.
It-tisħiħ tal-użu ta’ dejta eżistenti u l-iżgurar
tal-ġbir ta' aktar dejta li tkun aħjar, flimkien
mal-kapitalizzazzjoni fuq teknoloġiji u softwer ġodda, huwa
kruċjali. Il-pjanijiet strateġiċi u l-mekkaniżmi
eżistenti biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-istatistika,
bħall-OECD Pariġi 21, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Istatistika Busan kif
ukoll l-Istrateġiji Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Istatistika
(NSDS) għandhom ikunu l-punt tat-tluq għal aktar azzjoni. 6.
Il-passi li
jmiss L-approċċ
żviluppat f’din il-Komunikazzjoni jipprovdi firxa ta’ elementi rilevanti
għall-istadji finali tal-ħidma tal-OWG dwar l-SDGs, biex
jikkontribwixxu fil-ħidma tal-Kumitat ta’ Esperti dwar Finanzjament
għall-Iżvilupp Sostenibbli, kif ukoll għad-diskussjoni dwar
il-qafas għal wara l-2015 fil-UNGA 69 li jmiss minn Settembru 2014. Din
il-Komunikazzjoni tibni fuq il-konklużjonijiet tal-Kunsill li kien hemm
qbil dwarhom is-sena li għaddiet u tipprovdi l-bażi biex il-Kunsill
jiżviluppa aktar il-pożizzjoni tal-UE. Hija tipprovdi elementi ta’
sustanza li għandhom ikunu utli għal żmien medju, filwaqt li
tqis li l-pożizzjoni tal-UE trid tkompli tiġi żviluppata
fid-dawl tar-rapporti finali tal-OWG u tal-Kumitat ta’ Esperti u r-rapport ta’
sinteżi tas-Segretarjat Ġenerali tan-NU aktar tard fl-2014. L-UE u
l-Istati Membri tagħha jibqgħu impenjati bis-sħiħ biex
jiżvolġu rwol attiv u kostruttiv fid-diskussjonijiet dwar il-qafas
għal wara l-2015 u se jikkontribwixxu aktar elaborazzjoni
tal-kwistjonijiet u t-tħassib ta’ prijorità waqt li l-qafas jiġi
ddefinit aktar. Il-pożizzjoni komprensiva tal-UE għandha tipprovdi
l-bażi meħtieġa biex jintlaħqu u jiġu involuti b’mod
kostruttiv il-pajjiżi sħab, il-partijiet ikkonċernati u
ċ-ċittadini. [1]
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "L-Aġenda Ġenerali ta'
Wara l-2015" Ġunju 2013; Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
"Ħajja Diċenti Għal Kulħadd" Frar 2013;
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Lil hinn mill-2015: lejn
approċċ komprensiv u integrat għall-finanzjament tal-qerda
tal-faqar u tal-iżvilupp sostenibbli"; Il-Konklużjonijiet
tal-Kunsill ta' Diċembru 2013 "Il-finanzjament tal-qerda tal-faqar u
l-iżvilupp sostenibbli lil hinn mill-2015". Oqsma ta' prijorità || Temi potenzjali fil-mira (b'eżempji li jispjegaw l-elementi koperti) Il-qerda tal-faqar || Il-qerda tal-faqar estrem Jistgħu jiġu inklużi l-faqar estrem tal-introjtu u multidimensjonali || It-tnaqqis tal-proporzjon ta' nies vulnerabbli għall-faqar estrem u li qed jgħixu b'inqas minn $2 kull ġurnata Jistgħu jiġu koperti s-soll "fir-riskju tal-faqar" u l-limiti ogħla tal-faqar || It-tnaqqis tal-proporzjon ta' nies li qed jgħixu taħt is-soll nazzjonali tal-faqar, inklużi dawk il-persuni li jagħmlu parti minn gruppi vulnerabbli Jistgħu jiġu koperti s-soll tal-faqar assolut u tal-faqar relattiv skont id-definizzjonijiet nazzjonali tal-faqar || It-tnaqqis tal-ispiża tar-rimessi u t-tnaqqis tal-ispiża tal-migrazzjoni, inklużi l-ispejjeż tar-reklutaġġ Jistgħu jiġu inklużi l-ispejjeż tat-tranżazzjoni, l-ispejjeż tar-reklutaġġ, u dawk tal-inklużjoni finanzjarja tal-migranti u l-familji tagħhom || L-iżgurar ta' drittijiet siguri għall-art, għall-proprjetà, u għal assi oħra Jistgħu jiġu inklużi l-pusses tal-art, l-infrastruttura, l-inklużjoni finanzjarja u l-istaġjonalità tal-introjtu || Il-bini ta' reżiljenza u t-tnaqqis tal-imwiet u tat-telf ekonomiku mid-diżastri Jistgħu jiġu inklużi l-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri; is-sistemi ta' twissija bikrija; il-mekkaniżmi finanzjarji u l-qafas ta' rkupru; u t-tlaqqigħ tas-sokkors, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp Inugwaljanza || Jiġi żgurat li gruppi b'inqas introjtu jibbenefikaw b'mod indaqs mit-tkabbir fl-introjtu nazzjonali meta mqabbla ma' gruppi b'introjtu ogħla Jista' jiġi kopert paragun tal-gruppi tal-popolazzjoni skont il-kwintili tal-introjtu u l-faqar relattiv || Jintemmu d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi fit-twassil tas-servizz pubbliku u l-ħajja ekonomika Tista' tiġi koperta d-diskriminazzjoni, fost affarijiet oħra, abbażi tal-ġens , tal-etniċità, tal-orjentazzjoni sesswali, tad-diżabbiltà, tal-oriġini nazzjonali u ta' xi status ieħor. || L-għoti tas-setgħalil gruppi emarġinati, inklużi l-minuranzi etniċi, il-migranti u r-refuġjati, u l-inklużjoni tagħhom Jistgħu jiġu inklużi l-punt sa fejn il-migranti u r-refuġjati għandhom aċċess għas-servizzi pubbliċi, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni eċċ. (meta mqabbel maċ-ċittadini nazzjonali) u l-indikaturi tal-integrazzjoni tal-migranti u r-refuġjati || || || Is-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni, l-agrikoltura sostenibbli || Ikun żgurat aċċess is-sena kollha għal ikel sikur, biżżejjed, affordabbli u nutrittiv biex jinqered il-ġuħ Jistgħu jkunu inklużi wkoll iż-żoni rurali u urbani, il-gruppi soċjali żvantaġġati, u r-reżiljenza tal-provvisti tal-ikel || Jintemmu l-malnutrizzjoni, in-nuqqas ta' żvilupp fit-tfal u l-ħela Jistgħu jkunu inklużi n-nuqqas ta' żvilupp fit-tfal, il-ħela u l-obeżità || Titjieb il-produttività tal-agrikoltura, tas-sajd u tal-akkwakultura b'mod sostenibbli Jistgħu jiġu inklużi l-produttività, l-irrigazzjoni, it-teknoloġiji, is-sidien iż-żgħar, il-kompetittività, il-volatilità tal-prezzijiet, in-nisa, il-prattiki tal-agrikoltura sostenibbli, il-ħamrija, l-ilma, it-tniġġis, il-bijodiversità, ir-reżiljenza (inkluż għat-tibdil fil-klima), id-deforestazzjoni, il-metodi tradizzjonali || Jitnaqqsu t-telf u l-ħela tal-ikel Jistgħu jiġu inklużi t-telf ta' wara l-ħsad u tal-ipproċessar, it-trasport, il-ħażna, id-distribuzzjoni u l-bejgħ, u l-ħela tal-konsumaturi || || Is-saħħa || Titnaqqas il-mortalità tat-tfal, il-mortalità tal-ommijiet u jiġu żgurati s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi universali Jistgħu jiġu inklużi l-mortalità tat-tfal u tal-ommijiet, il-fertilità tal-adolexxenti u l-aċċess għall-ippjanar tal-familja || Jitnaqqas il-piż tal-mard li jittieħed u ta' dak li ma jitteħidx Jista' jiġi inkluż il-mard ewlieni li jittieħed u dak li ma jitteħidx || Tinkiseb kopertura universali effettiva u ekwa b'servizzi tas-saħħa ta' kwalità għal kulħadd, inkluż għal nies vulnerabbli, bħall-persuni b'diżabbiltajiet jew l-anzjani Jistgħu jiġu inklużi l-promozzjoni tas-saħħa, is-servizzi ta' prevenzjoni, it-trattament u r-riabilitazzjoni u d-disponibbiltà u l-kwalità tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa || Jiġi żgurat li ħadd ma jispiċċa f'faqar estrem jew jibqa' jgħix f'faqar estrem minħabba l-infiq għall-kura tas-saħħa Jista' jiġi inkluż it-tifqir minħabba pagamenti minn but dak li jkun || || L-edukazzjoni || Jiġu żgurati l-aċċess għal u t-tlestija ta' ċiklu sħiħ ta' edukazzjoni bażika ta' kwalità inkluża l-edukazzjoni sekondarja inferjuri, bl-istess mod għas-subien u għall-bniet Jistgħu jiġu inklużi l-iżvilupp bikri tat-tfal, it-tlestija tal-edukazzjoni primarja u sekondarja inferjuri, it-tranżizzjoni bejn l-edukazzjoni primarja u l-edukazzjoni sekondarja inferjuri || Jiġu żgurati ħiliet komprensivi bażiċi, trasferibbli u tekniċi għal kulħadd biex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà jistgħu jiġu inklużi r-riżultati tat-tagħlim, id-disponibbiltà u l-kwalifiki tal-għalliema, it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għad-dinja tax-xogħol, l-opportunitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-adulti || Titnaqqas ir-rata tal-illitteriżmu fost il-popolazzjoni adulta Jistgħu jiġu inklużi l-litteriżmu għall-adulti u ż-żgħażagħ u d-disparitajiet bejn is-sessi || Jitneħħew l-inugwaljanzi fl-edukazzjoni, filwaqt li jittieħdu miżuri speċifiċi biex jintlaħqu l-individwi żvantaġġati u l-gruppi fir-riskju ta' diskriminazzjoni, inklużi l-persuni b'diżabbiltà, il-minuranzi etniċi, il-migranti u r-refuġjati Jistgħu jiġu inklużi d-diżaggregazzjoni tar-reġistrazzjoni, it-tlestija u r-riżultati tat-tagħlim skont is-sess, il-gruppi rurali/urbani, il-kwintili tal-ġid, il-pożizzjoni ġeografika u gruppi vulnerabbli speċifiċi oħra skont il-kuntest tal-pajjiż, kif ukoll l-ispiża tal-edukazzjoni || Jissaħħu r-rabiet bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni u jitħeġġeġ il-ħolqien u t-tixrid tal-għarfien Jistgħu jiġu inklużi l-kollaborazzjoni bejn in-negozji u l-akkademiċi, il-kurrikula innovattivi u t-taħriġ relatat mal-ekonomiji u s-soċjetajiet ekoloġiċi, diġitali u sostenibbli || L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa || Il-prevenzjoni u t-tneħħija ta' kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet Jistgħu jiġu inklużi l-vjolenza sesswali, iż-żwieġ tat-tfal, il-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili u l-femminiċidju, u l-aċċess għall-ġustizzja || Tintemm kull forma ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet Jistgħu jiġu inklużi l-aċċess għall-opportunitajiet ekonomiċi, għall-assi produttivi u għall-introjtu, il-leġiżlazzjoni u d-drittijiet, id-diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn in-nisa u l-irġiel || Jiżdiedu r-rappreżentanza, il-parteċipazzjoni u t-tmexxija tan-nisa fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'kull livell u f'kull sfera Jistgħu jiġu inklużi r-rappreżentazzjoni politika, in-nisa f'pożizzjoni ta' tmexxija u fi professjonijiet ewlenin bħall-qasam ġudizzjarju, il-pulizija u d-dinja akkademika || Jiġi żgurat aċċess universali u ugwali għas-servizzi essenzjali għan-nisa u l-bniet Jistgħu jiġu inklużi l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-ippjanar tal-familja, l-edukazzjoni, l-enerġija, l-ilma u s-sanità, u servizzi oħra, inklużi l-ICT u t-taħriġ relatat || Tingħalaq u titneħħa d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa fis-settur pubbliku u dak privat Jistgħu jiġu inklużi l-livelli tal-pagi tan-nisa meta mqabbla ma' dawk tal-irġiel, il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol || L-ilma u s-sanità || Jinkiseb aċċess universali għall-ilma tajjeb għax-xorb Jistgħu jiġu inklużi d-dimensjonijiet rurali u urbani, il-gruppi żvantaġġati, il-faċilitajiet pubbliċi bħall-isptarijiet, l-iskejjel, il-kampijiet tar-refuġjati u l-parametri tal-kwalità || Jinkiseb aċċess universali għall-faċilitajiet tas-sanità u għall-iġjene Jistgħu jiġu inklużi l-aċċess għall-faċilitajiet tas-sanità u t-tmiem tal-ipporgar fil-beraħ || Titjieb il-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma Jistgħu jiġu inklużi l-pjanijiet ta' ġestjoni għall-baċiri tax-xmajjar, il-pjanijiet għall-għargħar u n-nixfiet, it-telf relatat mad-diżastri, il-kapaċità tal-ħżin u t-teħid ta' deċiżjonijiet parteċipattivi || Titjieb l-effiċjenza tal użu tal-ilma fis-setturi ewlenin kollha Jistgħu jiġu inklużi l-baċiri tax-xmajjar fejn l-ilma hu skars, il-livelli ta' rtirar sostenibbli, il-produttività tal-ilma fis-setturi ewlenin (l-agrikoltura, l-enerġija, l-industrija, id-djar) u l-ispiża tal-irkupru || Titjieb il-kwalità tal-ilma u jitnaqqas it-tniġġis Jistgħu jiġu inklużi l-qagħda tal-ilma, is-setturi ewlenin għat-tniġġis tal-ilma, it-tniġġis kimiku u t-tniġġis minħabba n-nutrijenti u l-ilma mormi || L-enerġija sostenibbli || Jiġi żgurat aċċess universali għal servizzi moderni tal-enerġija Jistgħu jiġu inklużi s-servizzi moderni tal-enerġija u r-reżiljenza tal-infrastruttura || Tiżdied ir-rata globali tat-titjib fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija Jistgħu jiġu koperti l-investiment fl-effiċjenza tal-enerġija skont is-settur, it-teknoloġija l-ġdida, l-oqfsa tal-politika u dawk istituzzjonali, ir-rinnovazzjoni tal-bini, l-effiċjenza tas-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ, l-effiċjenza tal-prodotti li jużaw l-enerġija || Jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija globali Jistgħu jiġu koperti l-ishma tal-enerġiji rinnovabbli, l-investiment skont is-settur, it-teknoloġija l-ġdida, l-inċentivi, l-oqfsa tal-politika u dawk istituzzjonali || L-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji tal-fjuwils fossili ta' ħsara Jistgħu jiġu koperti l-livelli, is-setturi u r-reġjuni, l-aċċess, il-prezz, l-istrateġiji ta' eliminazzjoni gradwali || || Impjieg sħiħ u produttiv u xogħol diċenti għal kulħadd || Jiżdiedu l-kwantità u l-kwalità tax-xogħol u jitjiebu s-sostenibbiltà u l-għajxien adegwat b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, għall-anzjani, għan-nisa u għall-gruppi f'riskju ta' diskriminazzjoni Jistgħu jiġu inklużi l-impjieg informali, iż-żgħażagħ u l-bniet/in-nisa li mhux jingħataw edukazzjoni jew taħriġ u li ma għandhomx impjieg produttiv || Jiżdied is-sehem tal-impjieg produttiv u tax-xogħol diċenti fl-impjieg totali skont il-pilastri tal-aġenda tax-xogħol diċenti Jistgħu jiġu inklużi l-impjieg bi ħlas, l-impjieg informali, it-tħaddim tat-tfal, ix-xogħol sfurzat u l-istandards fundamentali tax-xogħol || Jiżdiedu l-kopertura bażika tal-protezzjoni soċjali u l-implimentazzjoni gradwali ta' standards ogħla tal-garanziji soċjali Jistgħu jiġu inklużi l-appoġġ għal min hu qiegħed, għall-familji bit-tfal, għall-foqra, is-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet, kif ukoll l-istrumenti tal-ġestjoni tar-riskju || Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti ħaddiema u l-persuni spustati f'konformità man-normi u l-istandards tal-ILO Jistgħu jiġu koperti t-trattament ugwali u l-aċċess għal xogħol diċenti għall-migranti li jaħdmu u s-sehem ta' migranti f'impjieg formali meta mqabbel mal-impjiegi totali || || It-tkabbir inklużiv u sostenibbli || Jitħeġġu t-trasformazzjoni strutturali tal-ekonomija u ambjent li jippermetti l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, in-negozju u l-kummerċ Jistgħu jiġu inklużi r-riforma regolatorja u fiskali, il-kontijiet soċjali u ambjentali nazzjonali, il-promozzjoni ta' emissjonijiet baxxi, l-istrateġiji tal-iżvilupp, iż-żieda fil-produttività tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fis-setturi formali u informali, l-aċċess għall-impjiegi mhux rurali u t-titjib ta' katini ta' valur lokali || Jiġi żgurat l-aċċess għas-swieq u l-finanzi, u għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u n-netwerks Jistgħu jiġu inklużi l-aċċess għas-servizzi finanzjarji, għall-infrastruttura fiżika, għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u għall-internet permezz tal-iżvilupp ta' ambjenti regolatorji ġusti u li jippermettu t-trasparenza, għal investimenti reżiljenti u bl-informazzjoni dwar ir-riskju, l-investiment fix-xjenza, fit-teknoloġija u fl-innovazzjoni || Jitħeġġeġ l-ivestiment pubbliku f'infrastruttura sostenibbli u reżiljenti Jistgħu jiġu koperti s-setturi (it-trasport, l-enerġija, l-irrigazzjoni eċċ.), il-livelli u l-kwalità tal-investiment, is-Sħubijiet Pubbliċi Privati, il-ħtieġijiet mhux issodisfati, ir-reżiljenza || Titħaffef il-migrazzjoni sikura, ikkontrollata u regolari permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali mtejba Jistgħu jiġu koperti l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u ftehimiet dwar il-portabbiltà tal-pensjonijiet u benefiċċji soċjali oħra kif ukoll l-indikaturi tal-progress fir-rigward tal-għarfien tal-ħiliet u l-kwalifiki || Il-provvista ta' aċċess ħieles mid-dazju u mit-tariffi għall-prodotti li joriġinaw minn pajjiżi anqas żviluppati Jistgħu jiġu koperti d-dazji u t-tariffi skont is-settur, l-importazzjoni u l-pajjiż ta' oriġini || Il-bliet u l-insedjamenti umani sostenibbli || Jitjieb l-aċċess għal trasport sikur u sostenibbli inkluż it-trasport pubbliku affordabbli Jistgħu jiġu inklużi t-trasport, l-istorbju, is-sikurezza tat-triq u l-aċċessibbiltà għal kulħadd || Jitnaqqas l-għadd ta' persuni li jgħixu fil-bassifondi billi jiġu żgurati akkomodazzjonijiet sikuri, affordabbli u reżiljenti u s-sigurtà tal-pussess tal-art Jistgħu jiġu inklużi l-akkomodazzjoni sostenibbli u s-sigurtà tal-pussess tal-art || Jitjiebu l-implimentazzjoni u l-ippjanar tal-art u l-ippjanar urban b'mod sostenibbli u aċċessibbli Jistgħu jiġu inklużi l-pjanijiet ta' tfassil urban sostenibbli, il-ġestjoni tar-riskju ta' diżastru integrata, ir-reżiljenza urbana u l-adattament tal-klima, iż-żoni ekoloġiċi urbani, l-interkonnessjonijiet bejn iż-żoni rurali, kif ukoll l-ambjenti urbani aċċessibbli || Titjieb il-kwalità tal-arja Jistgħu jiġu inklużi l-materja partikolata fina u l-ożonu u t-tniġġis tal-arja ta' ġewwa u ta' barra || || Il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli || Innaqqsu, nużaw mill-ġdid u nirriċiklaw l-iskart Jistgħu jiġu inklużi l-prevenzjoni, l-aċċess għall-iskemi ta' ġbir, ir-riċiklaġġ u t-tnaqqis tal-miżbliet || Titjieb il-produttività tar-riżorsi Jistgħu jiġu inklużi l-proporzjon tal-PDG għall-konsum tal-materja prima, it-tnaqqis tal-intensità tad-diossidu tal-karbonju, it-tekniki tal-prestazzjoni ambjentali || Jitnaqqsu l-impatti tal-konsum fuq l-ambjent Jistgħu jiġu inklużi l-impronti ambjentali, l-istrumenti ekonomiċi, l-esponiment tossiku, u ż-żibel || Tiġi żgurata ġestjoni soda tal-kimiki matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom Jistgħu jiġu inklużi l-approċċi għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni tal-kimiki, l-iskart perikoluż, l-oqfsa regolatorji u l-faċilitajiet tal-ġestjoni || Il-kimiki perikolużi: jitnaqqas l-esponiment tal-bniedem u r-rilaxx fl-ambjent Jistgħu jiġu inklużi l-livelli ta' kontaminazzjoni fin-nies/fl-ikel u fl-ambjent, u t-tnaqqis ta' siti tossiċi || Titjieb il-prestazzjoni tas-sostenibbiltà tal-kumpaniji, tal-prodotti u s-servizzi Jistgħu jiġu inklużi r-rappurtar ta' kumpaniji dwar is-sostenibbiltà, l-akkwist pubbliku sostenibbli, it-tikkettar ċertifikat, l-investiment fis-setturi ekoloġiċi L-oċeani u l-ibħra || Il-protezzjoni u r-ristawr tas-saħħa tal-oċeani u ż-żamma tal-bijodiversità marina billi jitnaqqsu l-impatti mill-attività tal-bniedem Jistgħu jiġu inklużi l-approċċ ta' ekosistema għall-ġestjoni tal-attivitajiet, id-degradazzjoni tal-ħabitats, l-ispeċijiet mhedda, l-iżgurar ta' żoni ġestiti bi protezzjoni u b'mod sostenibbli fil-ġurisdizzjonijiet nazzjonali u lil hinn minnhom || Jiġi żgurat sajd sostenibli (stokkijiet b'saħħithom tal-ħut) Jistgħu jiġu inklużi r-ristawr tal-istokkijiet tal-ħut għal-livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, il-kapaċità żejda tal-flotta, is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, il-qbid inċidentali u r-rimi, u l-użu ta' approċċi tal-ekosistema || Jiġi żgurat l-aċċess għas-sajd fil-livelli lokali, reġjonali u globali minn sajjieda fuq skala żgħira u ta' sussistenza Jistgħu jiġu inklużi s-sajjieda fuq skala żgħira u f’livell ta’ artiġjanat, in-nisa ħaddiema fis-sajd, kif ukoll persuni indiġeni u l-komunitajiet tagħhom || Jitnaqqas it-tniġġis u ż-żibel marin inkluż dak minn sorsi bbażati fuq l-art Jistgħu jiġu inklużi s-sorsi bbażati fuq l-art, il-fdalijiet fl-ambjent tal-baħar || || Il-bijodiversità u l-foresti || Is-salvagwardja u r-ristawr tal-ekosistemi li jipprovdu s-servizzi essenzjali Jistgħu jiġu inklużi ż-żoni ta' konservazzjoni, ir-ristawr, l-ispeċijiet ewlenin u s-servizzi tal-ekosistema || Nilqgħu l-estinzjoni ta' speċijiet mhedda magħrufin u ntejbu l-istatus tal-konservazzjoni Jistgħu jiġu inklużi l-fokus fuq l-ispeċijiet mhedda ewlenin, il-konservazzjoni, il-qtil illegali u l-kummerċ illegali || Titnaqqas ir-rata ta' telf, degradazzjoni u frammentazzjoni tal-ħabitats naturali kollha Jistgħu jiġu inklużi ż-żoni protetti u l-frammentazzjoni tal-ħabitats naturali || It-tnaqqis tad-deforestazzjoni u ddegradazzjoni tal-foresti abbażi ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti Jistgħu jiġu inklużi d-degradazzjoni tal-foresti, it-tibdil fil-kopertura tal-foresti, l-qtugħ illegali tas-siġar, iż-żoni protetti u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti || Jitnaqqsu l-livelli tal-kummerċ illegali fl-annimali selvaġġi u fl-injam Jistgħu jiġu inklużi t-tnaqqis tad-domanda, il-kapaċità tal-infurzar, l-implimentazzjoni u l-kriminalità organizzata || Id-degradazzjoni tal-art, inkluża d-deżertifikazzjoni u n-nixfa || Nimxu lejn dinja newtrali fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art Jistgħu jiġu inklużi l-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-art, ir-ristawr ta' art degradata jew kontaminata || Nipproteġu l-ħamrija Jistgħu jiġu inklużi l-kwalità tal-ħamrija, l-erożjoni tal-ħamrija, il-materja organika tal-ħamrija u l-ġestjoni tal-art fertili || Il-prevenzjoni u t-tnaqqis tan-nixfa Jistgħu jiġu inklużi l-ippjanar tar-riskju tal-baċiri tax-xmajjar u tan-nixfa, il-miżuri tal-effiċjenza tal-ilma || || || Id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-istituzzjonijiet effettivi || Tiġi żgurata r-reġistrazzjoni ċivili ħielsa u universali u jitjiebu s-sistemi tal-istatistika vitali Jistgħu jiġu inklużi r-reġistrazzjoni tat-twelid u l-identità legali || Jiġu żgurati l-libertà tal-esprezzjoni, l-assoċjazzjoni, id-djalogu soċjali, il-protesta paċifika, il-parteċipazzjoni sinifikanti tal-pubbliku Jistgħu jiġu inklużi l-parteċipazzjoni fil-politika u fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, il-libertà tal-assoċjazzjoni u tal-espressjoni, l-aċċess għall-istituzzjonijiet u s-servizzi pubbliċi u tal-istat u d-djalogu soċjali || Tiġi żgurata t-trasparenza u jiġi garantit id-dritt tal-aċċess pubbliku għat-tagħrif, id-dejta tal-gvern, il-midja indipendenti u l-internet miftuħ Jistgħu jiġu inklużi l-aċċess għat-tagħrif u għad-dejta tal-gvern, il-libertà tal-midja kif ukoll l-internet miftuħ || L-adozzjoni tal-qafas legali xieraq għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-iktar gruppi u individwi vulnerabbli, inklużi r-refuġjati u l-persuni spustati internament. Jistgħu jiġu koperti l-aċċess għall-ġurtizzja u għas-servizzi pubbliċi, il-libertà tal-espressjoni u t-tagħrif tal-gruppi vulnerabbli || Jiġu żgurati l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' qafas legali xieraq u politiki nazzjonali li jnaqqsu l-korruzzjoni Jistgħu jiġu inklużi l-korruzzjoni, il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' responsabbiltà || Jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ġudizzjarji jkunu aċċessibbli, imparzjali u indipendenti u li jirrispettaw id-drittijiet ta' proċess ġust Jistgħu jiġu inklużi t-teħid ta' deċiżjonijiet abbażi tal-istat tad-dritt mingħajr diskriminazzjoni, it-tfassil ta' liġijiet prevedibbli u trasparenti, l-infurzar tal-liġi, l-aċċess għall-ġustizzja Is-soċjetajiet paċifiċi || Jitnaqqsu l-imwiet vjolenti u l-għadd ta' persuni affettwati mill-vjolenza Jistgħu jiġu inklużi l-omiċidji u l-imwiet minn kunflitti, il-vjolenza kontra gruppi vulnerabbli || Jitjiebu l-kapaċità, il-professjonaliżmu u r-responsabbiltà tal-pulizija, l-istituzzjonijiet tal-ġustizzja u tas-sigurtà Jistgħu jiġu inklużi l-fiduċja tal-pubbliku fit-twettiq tal-ġustizzja, fil-pulizija u fl-istituzzjonijiet tas-sigurtà || Jitnaqqas il-fluss illeċitu ta' armi żgħar u armi letali Jistgħu jiġu inklużi t-trasferiment u t-traffikar tal-armi || Titnaqqas il-kriminalità organizzata internazzjonali, inklużi l-flussi finanzjarji illeċiti u t-traffikar tad-drogi, tan-nies tal-annimali selvaġġi u tar-riżorsi naturali Jistgħu jiġu inklużi ż-żoni tat-traffikar u tal-kriminalità organizzata relatata mad-drogi, mal-komoditajiet u mal-annimali selvaġġi, it-tnaqqis tal-flussi illeċiti u l-evażjoni fiskali kif ukoll l-irkupru ta' assi misruqa || ||