KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Dwar ir-reviżjoni tal-lista tal-materja prima kritika għall-UE u l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima /* COM/2014/0297 final */
1. INTRODUZZJONI Din
il-Komunikazzjoni ssegwi l-Komunikazzjoni tal-24 ta' Ġunju 2013[1]
dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima. Tippreżenta
lista ġdida ta' materja prima kritika u tipprovdi,
fil-konklużjonijiet, ħarsa ġenerali tal-attivitajiet li
ġejjin marbuta mal-Inizjattiva tal-Materja Prima, is-Sħubija Ewropea
għall-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima u l-parti ta' Orizzont 2020 li
tikkonċerna l-materja prima. Dokument ta'
Ħidma tal-Persunal parallell jagħti sommarju tax-xogħol li sar
matul l-aħħar sena taħt it-tliet pilastri tal-Inizjattiva
tal-Materja Prima[2]
kif ukoll attivitajiet trażversali. Fil-Komunikazzjoni
tal-2011 dwar il-materja prima[3],
il-Kummissjoni formalment adottat lista ta' 14-il materja prima 'kritika'
(jiġifieri materja prima b'riskju għoli tal-provvista u importanza
ekonomika qawwija) u qalet li se tkompli tagħmel monitoraġġ
tas-sitwazzjoni biex tindentifika azzjonijiet ta' prijorità. Daħlet ukoll
għar-responsabbiltà li tirrevedi u taġġorna l-lista mill-inqas
kull tliet snin. Din il-komunikazzjoni tinkludi għalhekk lista riveduta
tal-materja pirma kritika għall-Unjoni Ewropea (ara l-Anness 1). L-iskop
tal-lista huwa li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika
industrijali tal-UE u tiżgura li l-kompetittività industrijali tal-Ewropa
tissaħħaħ permezz ta' azzjonijiet f'oqsma oħrajn
tal-politika. Dan għandu jżid il-kompetittività globali tal-ekonomija
tal-UE, f'konformità mal-aspirazzjoni tal-Kummissjoni li żżid il-kontribuzzjoni
tal-industrija għall-PDG għal 20% sal-2020. Għandu wkoll
jgħin jinċentiva l-produzzjoni Ewropea tal-materja prima kritika u
jiffaċilita l-varar ta' attivitajiet ġodda ta' xogħol
fil-minjieri. Il-lista qed tintuża wkoll biex tgħin tipprijoritizza
l-ħtiġijiet u l-azzjonijiet. Pereżempju, isservi ta' element ta'
appoġġ meta jiġu nnegozjati l-ftehimiet tal-kummerċ, fejn
tisfida l-miżuri ta' distorsjoni tal-kummerċ jew tippromwovi
r-riċerka u l-innovazzjoni. L-informazzjoni dwar l-użu tagħha
mill-Istati Membri u l-industrija hija, madankollu, skarsa ħafna. Huwa
importanti wkoll li jiġi enfasizzat li l-materja prima kollha, anke jekk
ma tkunx ikklassifikata bħala kritika, hija importanti
għall-ekonomija Ewropea u li materja prima partikolari u d-disponibbiltà
tagħha fl-ekonomija Ewropea għandha għalhekk ma tiġix
injorata għax sempliċiment mhix klassifikata bħala kritika. 2.
IR-REVIŻJONI TAL-LISTA TAL-MATERJA PRIMA KRITIKA GĦALL-UE Ir-reviżjoni,
l-ewwel waħda mill-adozzjoni tal-lista fl-2011, saret bi tliet
għanijiet ewlenin: a) Li
jitwessa l-ambitu tal-materja prima analizzata Fl-istudju
tal-2013, ġew analizzati 54 materjal mhux tal-enerġija u mhux
tal-ikel (fl-2010 ġew analizzati 41), bl-użu tal-istess
metodoloġija bħall-istudju preċedenti. Dan l-ambitu estiż
jinkludi seba' materjali abijotiċi ġodda u tliet materjali
bijotiċi (lasktu, injam tal-polpa u injam artab maqtugħ). Il-lista
tal-materja prima kritika tal-2014 tinkludi 13 mill-14-il materjal identifikat
fl-istudju preċedenti, fejn it-tantalju biss inħareġ mil-lista
(minħabba riskju inqas ta' provvista). Ġew inklużi sitt
materjali ġodda: borati, kromju, faħam tal-kokk, manjeżit,
ġebla tal-fosfat u metall tas-siliċju. b) Li
tiġi rfinuta l-analiżi u tintuża dejta addizzjonali Fi tqabbil
mal-istudju tal-2010, hemm iktar dettall dwar l-elementi terrestri rari fejn
huma maqsuma f'żewġ kategoriji 'tqal' u 'ħfief', it-tnejn li
huma inklużi bħala entrati separati fil-lista l-ġdida.
Fl-istudju ġiet integrata dejta Ewropea ġdida u hemm inkluża
'valutazzjoni tal-katina tal-valur' għall-materja prima kritika kollha. c) Li
tiġi ppreservata l-komparabbiltà mal-istudju tal-2010 Sabiex tkun
tista' ssir komparabbiltà mar-rapport tal-2010, ma sarx tibdil fundamentali
fil-metodoloġija. Għalhekk l-informazzjoni ġdida u
l-għarfien, dwar pereżempju l-katina tal-provvista downstream,
ġew użati biex itejbu l-analiżi kwalitattiva, mhux
il-metodoloġija kwantitiattiva. Ir-rapport il-ġdid fih
rakkomandazzjonijiet għat-tibdil fil-metodoloġija għar-rapport
li jmiss fl-2016. Il-lista
l-ġdida hija ppreżentata fl-Anness 1, li tikkonsisti f'20 materja
prima kritika, b'dejta ewlenija dwar kull oġġett. 3.
KONKLUŻJONI L-Inizjattiva
tal-Materja Prima hija proġett ta' terminu medju għal twil.
Fl-aħħar mill-aħħar, sar progress sinifikanti
fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva, b'mod partikolari fl-ewwel u t-tielet
pilastru. Ħafna mill-azzjonijiet imbassra fiż-żewġ
Komunikazzjonijiet ġew implimentati għalkemm l-indikaturi li
jħeġġu l-monitoraġġ tar-riżultati għadhom
neqsin. Fis-snin li ġejjin, is-Sħubija Ewropea
għall-Innovazzjoni u l-programm Orizzont 2020, li issa huma stabbiliti
sew, huma mistennija li jixprunaw il-progress f'firxa wiesgħa ta' oqsma. Iktar
żvilupp fit-tieni prilastru għandu issa jsir prijorità ewlenija,
speċjalment fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' qafas
għax-xogħol fil-minjieri u t-titjib fil-bażi tal-għarfien
tal-materja prima. Dan jista' jinkludi l-istabbilment sal-2020 ta' bażi
tal-għarfien panEwropea dwar materja prima li mhix tal-enerġija u
mhix agrikola u l-identifikazzjoni tal-indikaturi xierqa biex ikejlu l-progress. Il-Kummissjoni
qed timmira li tipprepara dokument dwar il-kwistjonijiet marbuta
max-xogħol fil-minjieri fil-qiegħ tal-baħar sal-bidu tal-2015. Il-Kummissjoni
se tipproduċi Komunikazzjoni dwar is-Sħubija Ewropea
għall-Innovazzjoni biex tispjega kif il-Kummissjoni nfisha, l-Istati
Membri, l-industrija, id-dinja akkademika u l-NGOs beħsiebhom jaħdmu
flimkien fil-prattika biex iħaddmu l-pjan ta' implimentazzjoni
strateġika tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni. Sa mill-varar
tagħha, is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni laqqat konferenza
annwali ta' livell għoli. Il-konferenza tal-2014 se tkun fil-ħarifa
fl-Italja. Hemmhekk se jiġu ppreżentati għadd ta' 'impenji
tal-materja prima' ewlenin. Il-proċess
għal fażi li jmiss tal-ippogrammar strateġiku
għar-riċerka li jkopri l-2016–18, se jibda fl-2014. Il-fokus
għall-materja prima se jkun fuq il-wirja industrijali u l-attivitajiet
pilota. Permezz
tal-pubblikazzjoni ta' sejħa fl-14 ta' Frar 2014, li tagħlaq fl-10
ta' Settembru 2014, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija
vara l-proċess tal-għażla għal Komunita tal-Għarfien u
l-Innovazzjoni (KIC - Knowledge and Innovation Community) dwar il-materja
prima. Din il-KIC se tiġbor flimkien organizzazzjonijiet ta' edukazzjoni
ogħla, riċerka u kummerċ biex ittejjeb il-kapaċità
tal-innovazzjoni tal-UE fil-qasam tal-materja prima. L-aħħar
laqgħa tal-proġett tan-Netwerk Ewropew dwar il-Kompetenza
fit-Terrestri Rari (ERECON - European Rare Earth Competency Network) se tkun
fl-aħħar tal-2014, fejn se jiġu ppreżentati dokumenti
tas-settur u rakkomandazzjonijiet tal-politika. Matul il-bqija
tal-2014, huma ppjanati avvenimenti diplomatiċi dwar il-materja prima
mal-Groenlandja, l-Unjoni Afrikana u diversi pajjiżi avvanzati
teknoloġikament bħall-USA u l-Kanada. Mill-2015, jistgħu
jitwettqu diversi azzjonijiet diplomatiċi u tal-iżvilupp
kummerċjali fil-materja prima ma' msieħba mhux tal-UE permezz ta'
Strument ta' Sħubija ġdid. F'konformità
mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewopew ta' Marzu 2014, li "l-isforzi
għandhom jitkomplew biex jitjieb l-aċċess għas-suq madwar
id-dinja permezz tal-iffaċilitar tal-integrazzjoni tal-kumpaniji Ewropej
fil-katini tal-valur globali u l-promozzjoni ta' kummerċ ħieles,
ġust u miftuħ filwaqt li jiġu kkonfermati l-interessi
tiegħu, fl-ispirtu tar-reċiproċità u l-benefiċċju
reċiproku. [...] Għandha ssir wkoll iktar azzjoni biex ikun żgurat
l-aċċess għall-materja prima prinċipali", in-negozjati
u l-infurzar tar-regoli tal-kummerċ se jibqgħu prijorità għolja,
b'enfażi partikolari fuq in-negozjati tas-Sħubija Trans-Atlantika ta’
Kummerċ u ta’ Investiment mal-Istati Uniti. Finalment,
fir-rigward tat-tielet pilastru, l-ikbar prijorità fl-2014 se tkun ir-reviżjoni
tal-politika tal-iskart, inkluż reviżjoni tal-miri. Anness 1 Lista
tal-materja prima kritika L-20 materja
prima elenkati hawn taħt huma kritiċi għaliex ir-riskji ta'
nuqqas ta' provvista u l-impatti tagħhom fuq l-ekonomija huwa ogħla
minn dawk ta' ħafna materja prima oħra. It-tabella tindika b'mod
ċar li ċ-Ċina hija l-iktar pajjiż influwenti f'termini ta'
provvista globali tal-20 materja prima kritika. Diversi pajjiżi
oħrajn għandhom provvisti dominanti ta' materja prima speċifika
bħall-Brażil (nijobju). Il-provvista ta' materja oħra,
pereżempju il-Metalli tal-Grupp tal-Platinu u l-borati, hija iktar
diversifikata iżda xorta waħda konċentrata. Ir-riskji
assoċjati ma' din il-konċentrazzjoni ta’ produzzjoni huma amplifikati
f'ħafna każijiet minħabba r-rati baxxi ta' sostitwibbiltà u ta'
riċiklaġġ. Materja prima || Produtturi prinċipali (2010, 2011, 2012) || Sorsi prinċipali tal-importazzjonijiet fl-UE (primarjament 2012) || Indiċi tas-sostituzzjonabbiltà* || Rata tal-input tar-riċiklaġġ fl-aħħar tal-ħajja Antimonju (Stibju) || Iċ-Ċina 86 % || Iċ-Ċina 92% (mhux maħdum u f'forma ta' trab) || 0.62 || 11 % Il-Bolivja 3 % || Il-Vjetnam (mhux maħdum u f'forma ta' trab) 3 % It-Taġikistan 3 % || Il-Kirgiżistan 2% (mhux maħdum u f'forma ta' trab) Ir-Russja 2% (mhux maħdum u f'forma ta' trab) Berillju || USA 90 % || USA, iċ-Ċina u l-Możambik[4] || 0.85 || 19 % Iċ-Ċina 9 % Il-Możambik 1 % Borati || It-Turkija 41 % || It-Turkija 98 % (borati naturali) u 86 % (borati rfinuti) || 0.88 || 0 % USA 33 % || USA 6%, il-Peru 2% (borati rfinuti); L-Arġentina 2% (borati naturali) Kromju || L-Afrika t’Isfel 43 % || L-Afrika t’Isfel 80 % || 0.96 || 13 % Il-Kazakistan 20 % || It-Turkija 16 % L-Indja 13 % || Oħrajn 4 % Kobalt (Kobaltu) || DRC 56 % ↑ || Ir-Russja 96 % (minerali sinterizzati u konċentrazzjonijiet tal-kobalt) || 0.71 || 16 % Iċ-Ċina 6% Ir-Russja 6% Iż-Żambja 6 % || USA 3 % (minerali sinterizzati u konċentrazzjonijiet tal-kobalt) Faħam tal-kokk || Iċ-Ċina 53 % || USA 41 % || 0.68 || 0 % L-Awstralja 18 % || L-Awstralja 37 % Ir-Russja 8% USA 8 % || Ir-Russja 9 % Fluworospar (Fluworit) || Iċ-Ċina 56 % || Il-Messiku 48 % ↑ || 0.80 || 0 % Il-Messiku 18 % || Iċ-Ċina 13 % ↓ Il-Mongolja 7 % || L-Afrika t’Isfel 12 % ↓ Gallju[5] || Iċ-Ċina 69 % (irfinut) || USA 49 % || 0.60 || 0 % Il-Ġermanja 10 % (irfinut) || Iċ-Ċina 39 % Il-Kazakistan 6 % (irfinut) || Ħong Kong 8 % Ġermanju || Iċ-Ċina 59 % ↓ || Iċ-Ċina 47 % ↓ || 0.86 || 0 % Il-Kanada 17 % || USA 35 % USA 15 % || Ir-Russja 14 % Indju || Iċ-Ċina 58 % || Iċ-Ċina 24 % ↓ || 0.82 || 0 % Il-Ġappun 10 % || Ħong Kong 19 % ↑ Il-Korea 10 % || Il-Kanada 13 % Il-Kanada 10 % || Il-Ġappun 11 % Manjesit || Iċ-Ċina 69 % || It-Turkija 91 % || 0.72 || 0 % Ir-Russja 6% Is-Slovakkja 6 % || Iċ-Ċina 8 % Manjesju || Iċ-Ċina 86 % ↓ || Iċ-Ċina 91 % ↓ || 0.64 || 14% Ir-Russja 5 % || L-Iżrael 5 % L-Iżrael 4 % || Ir-Russja 2 % Grafit naturali || Iċ-Ċina 68 % || Iċ-Ċina 57 % ↓ || 0.72 || 0% L-Indja 14 % || Il-Brażil 15 % Il-Brażil 7 % || In-Norveġja 9 % Nijobju || Il-Brażil 92 % || Il-Brażil 86 % (Ferro-Nijobju) || 0.69 || 11% Il-Kanada 7 % || Il-Kanada 14 % (Ferro-Nijobju) Ġebla tal-fosfat || Iċ-Ċina 38 % || Il-Marokk 33% || 0.98 || 0% USA 17 % || L-Algeria 13 % Il-Marokk 15 % || Ir-Russja 11 % Metalli tal-Grupp tal-Platinu || L-Afrika t’Isfel 61 % ↓ || L-Afrika t’Isfel 32 % ↓ || 0.83 || 35 % Ir-Russja 27 % ↑ || USA, 22 % ↑ Iż-Żimbabwe 5 % || Ir-Russja 19 % ↓ Elementi Rari Terrestri Tqal || Iċ-Ċina 99 % || Iċ-Ċina 41 % (l-Elementi Rari Terresti kollha) Ir-Russja 35 % (l-Elementi Rari Terresti kollha) USA 17 % (l-Elementi Rari Terresti kollha) || 0.77 || 0% L-Awstralja 1 % Elementi Rari Terrestri Ħfief || Iċ-Ċina 87 % || 0.67 || 0% USA 7 % L-Awstralja 3 % Metall tas-Siliċju (Siliċju) || Iċ-Ċina 56 % || In-Norveġja 38 % || 0.81 || 0% Il-Brażil 11 % || Il-Brażil 24 % USA 8%; In-Norveġja 8 % || Iċ-Ċina 8 % Franza 6 % || Ir-Russja 7 % Tungstenu (Wolframju) || Iċ-Ċina 85 % || Ir-Russja 98 % || 0.70 || 37% Ir-Russja 4 % || Il-Bolivja 2 % Il-Bolivja 2 % Is-sitt elementi
ta' materja prima kritika ġodda huma griżi skuri fit-tabella t'hawn
fuq. B'differenza mir-rapport tal-2010, l-elementi terrestri rari tqal,
l-elementi terrestri rari ħfief u l-iskandju ġew ivvalutati
separatament, mhux bħala grupp wieħed ta' 'terrestri rari'.
It-terrestri rari tqal u ħfief huma griżi ċari. Għall-produtturi
prinċipali u s-sorsi ewlenin ta' importazzjonijiet fl-UE,
il-vleġeġ jindikaw żieda jew tnaqqis ta' madwar 10 punti
perċentwali mir-rapport tal-2010 dwar il-materja prima kritika. Noti: (*)
L-'Indiċi ta' Sostitwibbiltà' huwa kejl tad-diffikultà fis-sostituzzjoni
tal-materjal, imkejjel u mogħti l-punti fl-applikazzjonijiet kollha.
Il-valuri huma bejn 0 u 1, fejn 1 huwa l-inqas sostitwibbli. (**)
Ir-'rata tal-input tar-riċiklaġġ tal-Aħħar
tal-Ħajja' tkejjel il-proporzjon tal-metall u l-prodotti tal-metall li
huma prodotti minn materjal ta' skart tal-aħħar tal-ħajja u
residwi oħra ta' grad baxx li fihom il-metall f'materjal ta' skart tal-aħħar
tal-ħajja madwar id-dinja. Sors:
miġbura abbażi tar-rapport tal-2014 “Materja prima kritika
għall-UE” mill-grupp ta’ ħidma ad hoc dwar id-definizzjoni ta’
materja prima kritika tal-Grupp tal-Provvista tal-Materja Prima. [1] COM(2013) 442 final [2] It-tliet pilastri huma: 1. Żgurar ta' provvista ġusta u
sostenibbli ta’ materja prima mis-swieq globali; 2. Żgurar ta' provvista
sostenibbli ta' materja prima fl-UE; 3. Tħeġġiġ
tal-effiċjenza tar-riżorsi u żieda fl-ammont
tar-riċiklaġġ. Il-Kummissjoni se tkompli tirrapporta permezz ta’
Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal bħal dawn dwar l-implimentazzjoni
tal-Inizjattiva dwar il-Materja Prima. [3] COM(2011) 25 final, "Komunikazzjoni mill-Kummissjoni
lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
u l-Kumitat tar-Reġjuni – Naffrontaw l-isfidi fis-swieq tal-prodotti
bażiċi u dawk marbuta mal-materja prima". [4] Suġġett għal varjazzjonijiet qawwijin. [5] Il-gallju huwa prodott sekondarju; l-aħjar dejta disponibbli
tirreferi għall-kapaċità tal-produzzjoni, mhux għall-produzzjoni
nfisha.