52014DC0288

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Il-Ħames Rapport Annwali dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil (2013) /* COM/2014/0288 final */


KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Il-Ħames Rapport Annwali dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil (2013)

1.           Introduzzjoni

Is-sena 2013 rat żieda ħafna aktar sinifikanti fin-numru ta’ applikazzjonijiet għall-ażil milli kien ġie nnotat għal bosta snin. Kien hemm ukoll żieda qawwija fl-għadd ta’ każijiet ta’ persuni li jinqabdu jaqsmu l-fruntieri b’mod irregolari meta mqabbla mal-2012. Dan wera l-ħtieġa li tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE biex jiġu appoġġati l-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfidi ta’ rispons għall-pressjonijiet migratorji, b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali tal-migranti. L-avvenimenti traġiċi tat-3 ta’ Ottubru ħdejn il-gżira Taljana ta’ Lampedusa, meta għerqet dgħajsa b’aktar minn 500 migrant abbord, u mietu aktar minn 360 persuna, immarkat stadju traġiku importanti fid-dibattitu dwar il-migrazzjoni u l-ażil fir-reġjun Ewropew. Dan ma kienx inċident iżolat. 40 000 persuna huma stmati li waslu l-Ewropa fl-2013 permezz ta' rotot marittimi, u fosthom, mill-inqas 600 huma maħsuba li tilfu ħajjithom fit-tentattiv li jilħqu x-xtut tal-UE[1].

Twaqqfet Task Force għall-Mediterran (TFM) biex tiżviluppa strateġija komprensiva biex jiġi evitat aktar telf ta’ ħajjiet fil-Mediterran, u biex tidentifika azzjonijiet ta’ prijorità għal użu fuq żmien qasir aktar effiċjenti tal-politiki l-għodod Ewropej, abbażi tal-prinċipji ta’ prevenzjoni, protezzjoni u solidarjetà. It-TFM definixxiet firxa wiesgħa ta’ miżuri għaż-żona kollha tal-Mediterran, stabbilita fil-Komunikazzjoni[2] adottata mill-Kummissjoni fl-4 ta’ Diċembru 2013. Dawn jinkludu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, it-titjib tal-kanali legali għall-migrazzjoni, impenn ċar dwar ir-risistemazzjoni, passi ulterjuri fil-ġlieda kontra t-traffikar u l-kuntrabandu tal-bnedmin u t-tisħiħ tas-sorveljanza tal-fruntieri. Il-Komunikazzjoni saħqet il-ħtieġa li jingħata appoġġ operattiv lill-Istati Membri (SM) taħt pressjoni. Il-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru laqa’ l-Komunikazzjoni u stieden lill-Kummissjoni biex tirraporta lura dwar l-implimentazzjoni tagħha.

Iżda t-traġedja ta’ Lampedusa ma seħħitx f’vakwu politiku. L-aggravazzjoni tal-kunflitt fis-Sirja bl-għadd irreġistrat ta’ rifuġjati mis-Sirja li laħaq aktar minn 2,3 miljun kmieni fl-2014[3], intensifika s-sejħa lill-UE u l-Istati Membri biex ikomplu jiżviluppaw l-immigrazzjoni, l-ażil u l-politiki dwar il-fruntieri esterni abbażi tal-protezzjoni għall-migranti, u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri. F’dan ir-rigward, kisba sinifikanti kienet l-adozzjoni ta’ Sistema Ewropea Komuni dwar l-Ażil, li tistabbilixxi standards komuni għoljin u kooperazzjoni akbar biex tiżgura li dawk li jfittxu l-ażil ikunu ttrattati b’mod ugwali f’sistema miftuħa u ġusta madwar l-UE.  Is-sena 2013 rat ukoll żviluppi importanti fil-ġestjoni tal-fruntieri, b'mod partikolari dwar il-Governanza ta’ Schengen u proposti ġodda dwar il-Fruntieri Intelliġenti.

Flimkien mal-ħtieġa għal rispons għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi, l-UE kompliet taffaċċa ruħha mal-isfida li tiżgura l-irkupru u t-tkabbir ekonomiku. Il-migrazzjoni ġestita sew tista’ tikkontribwixxi biex tissaħħaħ l-ekonomija, jinkiseb aċċess għal ħiliet meħtieġa u jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol.

L-azzjoni tal-UE għandha titqies ukoll fil-kuntest politiku usa’ tar-relazzjoni tal-UE mal-pajjiżi u r-reġjuni sħab rispettivi. Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV)[4] u l-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità (GAMM)[5] jipprovdu l-qafas għat-tisħiħ tad-djalogu komprensiv u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi sħab dwar il-migrazzjoni u l-mobilità, bil-għan li, fost l-oħrajn, jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u forzata, ma jkunx hemm inċidenti drammatiċi, jiġu mħarsa ħajjet il-migranti u d-drittijiet fundamentali tagħhom.

Abbażi kemm tal-GAMM kif ukoll tal-politika ta' żvilupp tal-UE - l-Aġenda għall-Bidla - il-qafas politiku tal-UE għall-migrazzjoni u l-iżvilupp ġie rivedut permezz tal-Komunikazzjoni dwar il-Massimizzazzjoni tal-Impatt tal-Iżvilupp tal-Migrazzjoni[6] u l-konklużjonijiet sussegwenti tal-Kunsill[7], b'mod li jenfasizza l-irwol tal-governanza tal-migrazzjoni effettiva fit-tisħiħ tas-sinerġiji pożittivi bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp, u jsaħħaħ l-impenn tal-UE fl-appoġġ lejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex dawn isaħħu l-governanza tal-migrazzjoni.

Is-sena 2013 rat ukoll passi 'l quddiem importanti fl-iffissar tal-prijoritajiet u fl-iżgurar ta’ finanzjament tal-UE għal azzjonijiet fl-oqsma tal-ażil, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, bit-tmiem tan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond il-ġdid għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-Fond il-ġdid għas-Sigurtà Interna (ISF) ġew approvati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Marzu 2014[8].

Dan ir-rapport jiġbor fil-qosor il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-iżviluppi ta’ politika fil-livell tal-UE dwar l-immigrazzjoni u l-ażil fl-2013. Dan huwa kkumplimenta minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal[9] li jipprovdi aktar informazzjoni u statistika dwar l-iżviluppi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri, dawn tal-aħħar miġbura min-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni[10].

2.           ċifri ewlenin tal-migrazzjoni tal-UE fl-2013[11]

Fil-bidu tal-2013, il-popolazzjoni tal-UE kienet ta’ 503 miljuni, li minnhom 20,4 miljuni kienu ċittadini ta’ pajjiż terz, li jikkorrispondi għal 4 % tal-popolazzjoni totali. Fl-2012, inħarġu 2,1 miljun permess tal-ewwel residenza lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi[12]. Minn dawn, 32 % ingħataw għal raġunijiet ta’ familja, 23 % għal attivitajiet remunerati, 22 % għal studju u 23 % għal raġunijiet oħra (inklużi l-protezzjoni internazzjonali). Il-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom ingħataw l-ogħla numru ta’ permessi huma: L-Istati Uniti tal-Amerika b’200 000 ċittadin ta’ pajjiżi terzi li jirrappreżentaw 9,5 % mit-total tal-UE segwiti mill-Ukraina, iċ-Ċina u l-Indja b’madwar 7,5 % mit-total tal-UE (163 000, 161 000 u 157 000). Numru sinifikanti ta’ permessi (bejn 5 % u 2,5 % mit-total tal-UE) inħarġu lil ċittadini mill-Marokk (102 000), ir-Russja (66 000), il-Filippini (62 000), it-Turkija (59 000) u l-Brażil (51 000).

In-numru totali tal-applikazzjonijiet għall-ażil fl-2013 kien jammonta għal 434 160, li jirrappreżenta żieda qawwija ta’ madwar 100 000 applikant meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. L-akbar grupp ta’ applikanti ġew mis-Sirja (50 470 jiġifieri 12 % tal-applikanti kollha) u l-pajjiżi sinifikanti oħra huma r-Russja, l-Afganistan, is-Serbja, il-Pakistan u l-Kosovo. Mill-applikanti kollha, 112 730 irċevew protezzjoni fl-ewwel istanza (tar-refuġjati: 49 510, protezzjoni sussidjarja: 45 540 jew umanitarja[13]: 17 685), madwar 35 % tad-deċiżjonijiet tal-ewwel istanza kollha meħuda[14].

Il-maġġoranza vasta tal-aktar minn 2,3 miljun persuna li ħarbu mis-Sirja minn mindu faqqa' l-kunflitt fl-2011 sabu kenn fil-Libanu, it-Turkija, il-Ġordan, l-Iraq u l-Eġittu[15], b'xi 82 730[16] minnhom jitolbu l-ażil fl-UE[17].

L-għadd ta’ minorenni mhux akkumpanjati li applikaw għall-protezzjoni internazzjonali baqa' l-istess bħal fl-2012, bi 12 425 applikazzjoni mressqa. Ġejjin, fil-biċċa l-kbira, mill-Afganistan (3 310), mis-Somalja (1 580), mis-Sirja (1 010) u mill-Eritrea (715), il-maġġoranza ta’ dawn it-tfal intlaqgħu fl-Isvezja, fil-Ġermanja, fir-Renju Unit, fl-Awstrija u fl-Italja.

L-istatistika dwar il-migrazzjoni irregolari, x’aktarx li ma tkunx kompluta jew tkun affettwata minn dgħufijiet fil-kredibbiltà, minħabba n-natura tal-fenomeni li tittratta. Madankollu, il-migrazzjoni irregolari tkompli tkun komponent ewlieni tal-migrazzjoni fl-UE. Indikaturi bħal ċaħdiet, qbid u ritorni jistgħu jiġu użati, għalkemm huma wkoll suġġetti għal ħafna riżervi.

Fl-2013,[18] xi 317 840 persuna ġew rifjutati d-dħul fl-UE, li jikkostitwixxi żieda żgħira ta’ 0,6 % mill-2012, bil-parti l-kbira (61 %) ġew rifjutati fi Spanja. In-numru ta’ qbid naqas, bi 386 230 persuna maqbuda fl-2013[19] (meta mqabbel ma’ 433 665 fl-2012). Fl-2013 l-Istati Membri rritornaw madwar 166 470 ċittadin li mhumiex mill-UE lejn pajjiżi terzi[20]. Ir-Rapporti Trimestrali mill-Frontex[21] servew ukoll biex jinformaw lil dawk li jfasslu l-politika, f'waqtu, bis-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni tal-UE: fl-2013 (minn Jannar sa Settembru), 77 140 persuna li ġew interċettati waqt li kienu qed jaqsmu l-fruntieri tal-UE illegalment, b'żieda sinifikanti minn Lulju li affettwat ħafna l-kosta Taljana, b'mod partikolari minħabba l-aggravament tal-kriżi Sirjana.

3.           l-isforzi biex tiżdied il-Protezzjoni Internazzjonali            

3.1.        Kisba kbira: Ftehim dwar is-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil

Is-sena 2013 kienet importanti għall-progress tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA). In-negozjati dwar ir-riformulazzjoni ta' Dublin[22] u r-Regolamenti tal-Eurodac[23] u r-riformulazzjoni tal-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza[24] u d-Direttivi dwar il-Proċeduri tal-Ażil[25] kienu finalizzati, u t-testi ġew adottati fis-26 ta' Ġunju 2013[26]. Ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-istandards għall-kwalifika bħala benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali[27] u l-ambitu estiż tad-Direttiva[28] dwar ir-Residenti fit-Tul li jinkludi wkoll il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali saru operattivi. Is-SEKA se tipprovdi aċċess aħjar għall-proċedura dwar l-ażil għal dawk li qed ifittxu protezzjoni; deċiżjonijiet dwar l-ażil aktar ġusti, aktar mgħaġġla u ta' kwalità aħjar; u kundizzjonijiet dinjitużi u diċenti kemm għal dawk li japplikaw għall-ażil u dawk li ngħatatilhom protezzjoni internazzjonali fl-UE. Fis-snin li ġejjin, se ssir enfasi fuq l-implimentazzjoni uniformi tal-istrumenti tal-ażil ġodda madwar l-UE.

3.2.        Il-Kooperazzjoni Prattika u s-Solidarjetà fl-UE

3.2.1.     L-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil (EASO)

L-EASO[29] kompla jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ inizjattivi ta’ kooperazzjoni prattika fil-qasam tal-ażil. Fl-2013, 2 111-il uffiċjal kienu mħarrġa fil-moduli inklużi fil-Kurrikulu ta’ Taħriġ tal-EASO[30]. L-attivitajiet tal-EASO jinkludu l-assistenza lill-Istati Membri fit-titjib tal-kwalità tal-proċeduri tal-ażil b’enfasi partikolari fuq l-aċċess għall-protezzjoni, l-intervista personali, il-valutazzjoni tal-evidenza, u t-traċċar tal-familji. Fir-rigward tal-Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta’ Oriġini (COI), l-aġenzija ppubblikat rapport dwar il-Balkani tal-Punent[31] u organizzat diversi workshops dwar is-Sirja, ir-Russja u pajjiżi ewlenin oħra ta’ oriġini tal-applikanti għall-ażil. L-hekk imsejjaħ “approċċ ta’ netwerk” ġie żviluppat aktar, biex jistabbilixxi netwerks ta’ esperti mill-Istati Membri li jkollhom kuntatti regolari mal-pajjiżi ewlenin ta’ oriġini, sabiex jaqsmu t-tagħrif u jikkontribwixxu għall-armonizzazzjoni tad-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE.

L-EASO kompla jipprovdi assistenza lill-Greċja, u attiva pjan ta’ appoġġ speċjali għall-Italja u l-Bulgarija minħabba d-diffikultajiet li dawn pajjiżi ffaċċjaw fil-ġestjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-ażil. L-Aġenzija żviluppat ukoll azzjonijiet fil-qasam tar-rilokazzjoni, ir-risistemazzjoni u d-dimensjoni esterna tas-SEKA. It-tieni “Rapport Annwali dwar is-Sitwazzjoni tal-Ażil fl-Unjoni fl-2012[32]” ippubblikat f’Lulju 2013 ipprovda l-istat attwali tal-implimentazzjoni tas-SEKA u analiżi tal-flussi tal-ażil lejn l-UE.

3.2.2.     Il-finanzjament ta’ emerġenza u l-appoġġ għall-ażil lill-Istati Membri

Wara t-traġedja ta’ Lampedusa, il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ speċjali lill-awtoritajiet Taljani biex tgħin fil-ġestjoni aħjar tal-flussi migratorji u għal monitoraġġ aħjar tar-rotta ċentrali tal-Mediterran bil-għan li titjieb is-sorveljanza tal-fruntieri u jissalvaw il-ħajjiet. L-operazzjonijiet tal-Frontex ġew imsaħħa b’baġit addizzjonali ta’ EUR 7,9 miljun filwaqt li l-Italja rċeviet allokazzjonijiet ta’ emerġenza mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati (FER)[33], il-Fond għall-Fruntieri Esterni (FFE) u l-Fond Ewropew għar-Ritorn (FR) għal total ta’ EUR 23 miljun.

Barra minn hekk, tmien Stat Membri oħrajn[34] ibbenefikaw fl-2013 minn miżuri ta’ emerġenza bil-FER għal ammont totali ta’ EUR 36,34 miljun[35] li ġew iddedikati biex iwieġbu fil-pront għall-konsegwenzi tal-kriżi Sirjana.

Fl-2013, il-Greċja rċeviet EUR 82,7 miljun[36] mill-FER, il-FR u l-FFE. Il-Pjan ta' Azzjoni Grieg rivedut dwar il-Migrazzjoni u r-Riforma tal-Ażil, ippreżentat f'Jannar 2013[37], huwa l-punt attwali ta' referenza fil-livell tal-UE biex jiġu indirizzati pressjonijiet tal-migrazzjoni ta' emerġenza u n-nuqqasijiet sistemiċi.[38] Il-Greċja wriet rieda politika biex ittejjeb is-sistema ta’ ażil u l-politiki dwar il-migrazzjoni tagħha. Intlaħaq ftehim politiku dwar iż-żieda fil-kapaċità tal-akkomodazzjoni miftuħa għal dawk li qed ifittxu l-ażil u l-persuni vulnerabbli. L-aċċess għall-proċedura tal-ażil tjieb bl-istabbiliment ta’ Uffiċċji Reġjonali għall-Ażil ġodda.  L-Ewwel Ċentru ta’ Akkoljenza fi Fylakio Evros u ċ-Ċentri ta’ Screening fil-Ġżejjer fit-Tramuntana tal-Eġew (Lesvos, Chios u Samos) huma issa operattivi. Fl-aħħar nett, ingħalqu sitt ċentri ta’ detenzjoni qodma, li ma kenux addattati biex jilqgħu l-migranti f’kundizzjonijiet umani. Filwaqt li huwa ċar li l-Kummissjoni tilqa’ dawn l-iżviluppi, din tqis li tinħtieġ aktar ħidma, b’mod partikolari fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-għoti kontinwu ta’ servizzi u l-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-faċilitajiet ta’ detenzjoni. Il-Kummissjoni, inkluża t-Task Force dwar il-Greċja, se tkompli taħdem mal-awtoritajiet Griegi sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni effettiva tal-pjan ta’ azzjoni. L-appoġġ kontinwu u s-solidarjetà minn Stati Membri oħra hija wkoll neċessarja.

Il-Kummissjoni wettqet missjonijiet sabiex tiddiskuti ma’ Ċipru l-ħtieġa li jtejjeb is-sistema tal-ażil tiegħu, u b’mod partikolari biex iżid il-kapaċitajiet ta’ akkomodazzjoni miftuħa tiegħu u jtejjeb il-kundizzjonijiet ta’ riċeviment. F’dan il-kuntest, total ta’ EUR 2,7 miljun mill-allokazzjonijiet tal-FER għall-2012 u l-2013 se jiġu prinċipalment investiti lejn it-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza. Ċipru bbenefika wkoll mill-miżuri ta’ emerġenza tal-FER tal-2013 imsemmi hawn fuq.

Bħala riżultat taż-żieda qawwija fin-numru ta’ migranti li jaqsmu l-fruntiera bejn il-Bulgarija u t-Turkija u ta’ persuni li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet Bulgari talbu l-assistenza mingħand, fost l-oħrajn, l-UE. F'Ottubru 2013, il-Kummissjoni, sostnuta mill-EASO u l-Frontex, wettqet evalwazzjoni u identifikat żewġ oqsma prinċipali ta' tħassib: il-kapaċità ta' riċeviment u akkomodazzjoni; u l-kapaċità għall-ipproċessar ta' numru akbar ta' talbiet. Biex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet, l-EASO u l-awtoritajiet Bulgari iffirmaw Pjan Operattiv li jdum sa Settembru 2014. Il-Bulgarija kienet megħjuna minn timijiet ta’ esperti ssekondati minn Stati Membri oħra u rċeviet EUR 5,65 miljun bil-pakkett ta’ emerġenza tal-FER biex tkabbar u ttejjeb il-kapaċità għall-akkomodazzjoni tagħha. Ingħataw EUR 2,4 miljun mill-FFE biex jgħinu lill-pulizija tal-fruntiera jidentifikaw u jirreġistraw wasliet ġodda, itejbu l-kapaċitajiet ta' akkomodazzjoni, l-ispejjeż ta’ sostenn għat-trasport intern tal-migranti, jinżamm il-kontroll fuq il-fruntieri u jsir stħarriġ dwar it-tagħmir tekniku.

3.2.3.     Ir-rilokazzjoni fl-UE

L-ewwel Forum annwali ta’ Rilokazzjoni tal-25 ta’ Settembru 2013[39] kien opportunità għall-Istati Membri biex jiddiskutu mal-Kummissjoni kemm il-ħtiġijiet tagħhom għar-rilokazzjoni u l-intenzjonijiet tagħhom rigward l-attivitajiet futuri ta’ rilokazzjoni. Il-Komunikazzjoni dwar ix-xogħol tat-TFM fakkret ukoll l-importanza tar-rilokazzjoni bħala strument ewlieni għas-solidarjetà volontarja.

3.3.        Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali u Risistemazzjoni

L-inklużjoni tal-protezzjoni internazzjonali u d-dimensjoni esterna tal-ażil bħala prijorità tematika speċifika tal-GAMM rivedut fl-2012 ippermettiet li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati b’mod aktar sistematiku u strateġiku permezz ta’ djalogi politiċi u kooperazzjoni operattiva. Eżempju wieħed huwa t-twaqqif ta’ sistema ta’ ażil nazzjonali li hija wieħed mill-akbar impenji magħmul mill-Marokk fil-kuntest tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV bejn l-UE u l-Marokk u s-Sħubija dwar il-Mobilità, li ġiet iffirmata f’Ġunju 2013.

Il-migrazzjoni bħala konsegwenza tal-kunflitt fis-Sirja baqgħet sfida importanti għas-sistemi tal-ażil ta’ xi Stati Membri (il-Bulgarija, il-Greċja, Ċipru) u oħrajn esperjenzaw żieda fin-numru ta’ talbiet għall-ażil.

Il-Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali (RPPs) u r-risistemazzjoni huma strumenti ewlenin biex titjieb is-solidarjetà ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE u biex jiġu megħjuna r-refuġjati u persuni oħra li jeħtieġu l-protezzjoni. Ir-risistemazzjoni tar-refuġjati huwa att ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi terzi li jospitaw popolazzjonijiet kbar ta’ refuġjati. L-għan tal-Kummissjoni huwa li tiżgura li aktar refuġjati jiġu risistemati kull sena minn aktar Stati Membri, filwaqt li tiġi rrispettata n-natura volontarja tar-risistemazzjoni. Biex jintlaħaq ftehim dwar il-Programm Konġunt tal-UE dwar ir-Risistemazzjoni[40], l-Istati Membri qablu għall-ewwel darba dwar prijoritajiet ta’ risistemazzjoni komuni tal-UE għas-sena 2013[41]. Dan jagħti sinjal politiku qawwi ta’ unità u solidarjetà u juri l-importanza li l-UE u l-Istati Membri jagħtu l-iddirezzjonar tal-isforzi ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni lejn sitwazzjonijiet imtawla li jeħtieġu attenzjoni speċjali.

Fl-2014, il-Kummissjoni se tiffinalizza t-tnedija ta’ Programm ta' (Żvilupp) Reġjonali u Protezzjoni fil-Lvant Nofsani. Il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) sejjaħ għal madwar 12 000 post għar-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja ta’ persuni mis-Sirja fl-2013, u madwar 30 000 sa tmiem l-2014. Il-Kummissjoni appoġġjat din is-sejħa u diversi Stati Membri[42] wieġbu billi offrew aktar minn 13 100 post.

Il-qafas politiku tal-UE għall-migrazzjoni u l-iżvilupp[43] ukoll ġie rivedut fl-2013, u se jittieħdu passi biex tiġi integrata bis-sħiħ il-migrazzjoni sfurzata fl-aġenda ta' żvilupp-migrazzjoni u jiġi żgurat li r-refuġjati u l-migranti sfurzati oħra jkunu inklużi fl-ippjanar tal-iżvilupp fit-tul, sabiex jiġu evitati spostamenti futuri u jissaħħu l-isforzi biex jinstabu soluzzjonijiet dejjiema.

3.4.        Il-minorenni mhux akkompanjati

Il-minorenni mhux akkumpanjati jiffurmaw grupp vulnerabbli li kompla jirċievi ħafna attenzjoni fl-2013, b’fowkus ugwali fuq dawk li japplikaw għal ażil u dawk li ma japplikawx. F’Settembru 2013 il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni tat-tfal mhux akkumpanjati fl-UE, li tistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iżidu l-isforzi għall-protezzjoni ta’ dan il-grupp vulnerabbli. L-EASO kompliet bil-ħidma tagħha dwar il-kalkolu tal-età[44], it-traċċar tal-familji, u l-pajjiżi ta’ oriġini.

3.5.        Il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Ġlieda Kontra l-Kuntrabandu

F’April 2013, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel rapport tal-istatistika dwar it-traffikar tal-bnedmin fil-livell tal-UE[45]. Mal-23 632 persuna ġew identifikati jew preżunti vittmi tat-traffikar fl-UE matul il-perjodu ta' bejn l-2008 u l-2010; 80 % tal-vittmi kienu nisa u bniet u 20 % kienu rġiel u subien. Il-maġġoranza kienu ttraffikati għall-isfruttament sesswali (62 %), segwit mix-xogħol furzat (25 %) u t-traffikar f’forom oħrajn inkluż għat-tneħħija tal-organi, għal attivitajiet kriminali jew għall-bejgħ tat-tfal (14 %).

L-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE[46] dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu skadiet f'April 2013. Filwaqt li 21 Stat Membru nnotifikaw it-traspożizzjoni sħiħa, il-Kummissjoni qed tfittex proċeduri ta' ksur kontra dawk li ma għamlux dan.

Il-Komunikazzjoni TFM tiddedika kapitolu għall-ġlieda kontra t-traffikar u l-kuntrabandu, li jiddeskrivi azzjonijiet konkreti li għandhom jittieħdu u jenfasizza l-ħtieġa biex tiġi rrikonċiljata ġlieda effettiva kontra l-kuntrabandu mal-ħtieġa li tiġi evitata l-kriminalizzazzjoni tal-assistenza umanitarja.

4.           Il-progress fl-ittrattar tal-Pressjonijiet Migratorji

4.1.        It-tkomplija tal-approċċ koerenti biex titnaqqas il-Migrazzjoni Irregolari

Inkisbu bosta riżultati f'konformità mal-prijoritajiet strateġiċi identifikati fit-tielet Aġġornament Biannwali[47] tal-"Azzjoni tal-UE dwar il-Pressjonijiet Migratorji - Rispons Strateġiku"[48] fl-2013. Ġew iffirmati ftehimiet ġodda ta’ riammissjoni (l-Armenja, il-Kap Verde, it-Turkija) u tkompliet il-ħidma biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dawk eżistenti. Il-ftehim ta’ riammissjoni mal-Armenja daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014, in-negozjati ta’ Riammissjoni tlestew mal-Azerbajġan u nfetħu negozjati mal-Bjelorussja fi Frar 2014.  Ittieħdu passi biex tiġi evitata l-migrazzjoni irregolari permezz tal-fruntiera bejn il-Greċja u t-Turkija, anki permezz tal-involviment attiv tal-Frontex, li kompliet il-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali, b’enfasi speċjali fuq il-Balkani tal-Punent u l-Ewropa tal-Lvant. Twettqu għadd ta’ azzjonijiet bl-għan li l-tinġabar, tiġi analizzata u kondiviża dejta dwar il-frodi, u biex jinqasmu l-għarfien u l-aħjar prattiki għall-prevenzjoni bejn l-Istati Membri. 

4.2.        Il-politika dwar ir-ritorn

Komunikazzjoni dwar il-Politika tal-UE dwar ir-Ritorn[49] ġiet adottata f’Marzu 2014, li tirrapporta dwar l-iżvilupp tal-politika dwar ir-ritorn tal-UE matul l-aħħar snin, tanalizza l-impatt tagħha u tippreżenta ideat li jħarsu ’il quddiem.

Fl-2013 sar progress konsiderevoli fl-evalwazzjoni u l-promozzjoni tal-applikazzjoni korretta u armonizzata tad-Direttiva dwar ir-Ritorn[50], li tippromwovi l-kooperazzjoni operattiva u tipprovdi qafas legali għat-twettiq ta’ miżuri ta’ ritorn madwar l-UE. Għadd sinifikanti ta’ Stati Membri bdew jew ikkompletaw l-emenda għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom biex jirrimedjaw għan-nuqqasijiet identifikati.

It-tluq volontarju jibqa’ l-għażla preferuta biex jitwettqu r-ritorni, għalkemm f’xi każijiet jista’ jkun hemm bżonn ta’ ritorn sfurzat. L-Istati Membri għamlu dejjem aktar użu mill-operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn (JROs) ikkoordinati u ffinanzjati mill-Frontex. Barra minn hekk, il-Frontex ipprovdiet taħriġ għal uffiċjali ta’ ritorn li jiffuka fuq is-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali u d-dinjità ta’ dawk li jirritornaw lura pajjiżhom matul operazzjonijiet ta’ ritorn sfurzat.

L-Istati Membri huma mħeġġa jagħtu segwitu ambizzjuż lis-suġġerimenti magħmula mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ritorn. Issir enfasi fuq l-adozzjoni ta’ “Manwal dwar ir-Ritorn” li fih linji gwida, l-aħjar prattiki u rakkomandazzjonijiet għall-awtoritajiet li jwettqu attivitajiet relatati mar-ritorn; skambju ta' informazzjoni mtejjeb bejn il-korpi ta' monitoraġġ nazzjonali għar-ritorn sfurzat sabiex titrawwem kondotta aktar armonizzata ta' monitoraġġ; u l-użu tan-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni bħala pjattaforma biex jiffaċilita l-kooperazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-tluq volontarju.

4.3.        Id-Direttiva dwar is-Sanzjonijiet għal Min Iħaddem

Fl-2013 tkompliet il-ħidma fuq l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Sanzjonijiet għal Min Iħaddem[51]. L-ewwel rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva[52] kkonkluda li l-Istati Membri kollha marbuta minnha[53] jipprojbixxu l-impjieg ta' migranti irregolari, u jikkastigaw min iħaddimhom permezz ta' sanzjonijiet finanzjarji u kriminali. Għadd ta’ Stati Membri għamlu s-sanzjonijiet aktar ibsin, pereżempju billi żiedu l-ammont ta’ multi jew is-severità tas-sanzjonijiet kriminali, u l-livell tas-sanzjonijiet ivarja b’mod konsiderevoli.

Mhux l-Istati Membri kollha implimentaw l-elementi protettivi favur il-migranti irregolari b’mod sodisfaċenti, li jħalli lok għal titjib b’mod partikolari dwar id-dritt li titressaq talba kontra min iħaddem, mekkaniżmi effettivi biex dan isir, u informazzjoni sistematika u oġġettiva fuq id-drittijiet.

L-ispezzjonijiet huma s-sinsla li tinforza l-projbizzjoni tal-impjieg illegali u tinforma lill-migranti irregolari dwar id-drittijiet tagħhom. Ir-rapporti dwar l-ispezzjonijiet ikkomunikati s’issa ħafna drabi ma jkunux kompluti, u lanqas ma jkunu faċilment komparabbli, li jagħmilha diffiċli li ssir sinteżi sinifikanti fl-UE kollha tal-ispezzjonijiet u r-riżultati tagħhom. L-informazzjoni miġbura tissuġġerixxi madankollu li hemm lakuni kbar fl-isforzi ta’ infurzar bejn l-Istati Membri.

L-Istati Membri huma obbligati jirrappurtaw dwar l-ispezzjonijiet kull sena qabel l-1 ta’ Lulju, u l-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-miżuri meħuda biex tiżgura li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u konvinċenti jiġu applikati madwar l-UE u li l-mekkaniżmi biex jiġi ffaċilitat l-infurzar tad-drittijiet tal-migranti irregolari jkunu fis-seħħ. Infurzar effettiv tad-Direttiva għandu jikkostitwixxi inċentiv għal min iħaddem biex jimpjega ċittadini ta’ pajjiżi terzi permezz ta’ mezzi legali, għall-benefiċċju tal-migranti, ta' min iħaddem u tal-Istati Membri.

5.           Żviluppi ġodda fil-ġestjoni tal-fruntieri

5.1.        Il-fruntieri esterni tal-UE

5.1.1.     Aġġornament dwar l-attivitajiet tal-Frontex

Kif il-pressjoni migratorja baqgħet għolja fuq il-fruntieri esterni tal-UE matul l-2013, il-Frontex kompliet tappoġġa reazzjoni u tikkoordina r-rispons operattiv tal-Istati Membri, b’mod partikolari permezz ta’ operazzjonijiet konġunti fuq l-aktar fruntieri tal-art milquta kif ukoll tul ir-rotot migratorji marittimi ewlenin, dejjem b’enfasi partikolari fuq il-promozzjoni tal-aħjar prattiki tal-ġestjoni tal-fruntieri u r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. Filwaqt li l-għan primarju tal-operazzjonijiet konġunti fuq il-baħar ikkoordinati mill-Frontex huwa li jipprevjenu d-dħul irregolari mill-fruntieri esterni, dawn kienu mmirati wkoll lejn is-sejbien bikri ta’ migranti f’diffikultà u kkontribwew biex isalvaw ħajjithom. F’April 2013, il-Kummissjoni ppreżentat proposta[54] għal Regolament li jistabbilixxi regoli għall-operazzjonijiet fuq il-baħar ikkoordinati mill-Frontex. In-negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ġew konklużi u r-Regolament se jidħol fis-seħħ dalwaqt.

5.1.2.     Is-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR)

Ir-Regolament li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri[55] daħal fis-seħħ fit-2 ta' Diċembru 2013[56], u għamel l-EUROSUR operattiv għad-19-il Stat Membru ta' Schengen fil-fruntieri esterni tan-Nofsinhar u tal-Lvant. Il-11-il pajjiż ta’ Schengen li jifdal se jingħaqdu mal-EUROSUR fl-1 ta’ Diċembru 2014[57].

L-EUROSUR hija sistema multifunzjonali li tiskopri u tipprevjeni l-kriminalità transfruntiera, bħat-traffikar tad-droga, kif ukoll tikkontribwixxi biex jissalvaw ħajjiet il-migranti fil-fruntieri esterni taż-żona ta’ Schengen. Din tipprovdi mekkaniżmu komuni għal skambju ta’ informazzjoni kważi f’ħin reali u l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-qasam tas-sorveljanza tal-fruntieri. L-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli għas-sorveljanza fuq il-fruntieri huma mitluba li jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom permezz taċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni ma’ xulxin, ma’ Stati Membri oħra u mal-Frontex. Ir-Regolament tal-EUROSUR jeħtieġ li l-Istati Membri u l-Frontex jikkonformaw bis-sħiħ mad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement u l-protezzjoni tad-dejta personali.

Dan l-istrument il-ġdid jikkostitwixxi wkoll il-qofol tar-rispons tal-UE għat-traġedja ta’ Lampedusa, u jippermetti l-monitoraġġ tal-fruntieri tal-baħar u identifikazzjoni aħjar tad-dgħajjes tal-migranti f’diffikultà. Dan għandu jiġi sfruttat ulterjorment permezz tal-aqwa użu ta’ sistemi eżistenti oħra bħal dawk li żviluppat l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA).[58]

5.2.        Il-Governanza ta' Schengen

5.2.1.     Rapporti biannwali dwar iż-żona ta’ Schengen

Ir-raba' rapport biannwali ġie adottat fit-28 ta' Novembru 2013[59], u jippreżenta tagħrif fuq l-istampa ġenerali (il-fruntieri esterni, il-flussi migratorji sekondarji, il-mekkaniżmu ta' valutazzjoni ta' Schengen, il-EUROSUR u r-regoli dwar l-operazzjonijiet tal-Frontex fil-fruntieri tal-baħar), dwar l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen (fost l-oħrajn okkorrenzi ta' kontroll introdott mill-ġdid fil-fruntieri interni u każijiet ta' ksur pendenti) kif ukoll kwistjonijiet relatati bħall-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża, il-politika dwar il-viża u ftehimiet ta' riammissjoni.

5.2.2.     Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni l-ġdid/il-governanza ta’ Schengen

Wara negozjati twal u kumplessi, ir-Regolament li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen[60] ġie adottat fis-7 ta' Ottubru 2013.[61] Il-mekkaniżmu l-ġdid se jippermetti monitoraġġ tas-sitwazzjoni, jipprovdi appoġġ, u jirrimedja għan-nuqqasijiet sabiex tinżamm il-fiduċja reċiproka fi ħdan iż-żona Schengen. Ir-Regolament 1051/2013[62] jipprovdi regoli komuni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen jidentifika nuqqasijiet serji persistenti fil-fruntieri esterni.

5.2.3.     L-amendi teknika tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen

Mistenni għal żmien twil, ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 li jimmodifika b’mod partikolari l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen daħal fis-seħħ fid-19 ta’ Lulju 2013[63]. Dan itejjeb iċ-ċarezza u jċekken l-ambitu ta' interpretazzjonijiet differenti tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u jagħti tweġiba għall-problemi prattiċi li nibtu wara d-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi. Dan jintroduċi wkoll definizzjoni armonizzata u ċara tal-metodu tal-kalkolu ta’ waqfiet qosra għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi fiż-żona ta’ Schengen u qafas legali ġdid għal ftehimiet bilaterali li jistabbilixxu punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri fil-fruntieri esterni.

5.2.4.     L-introduzzjoni ta’ Fruntieri Intelliġenti

L-iffaċilitar tal-qsim tal-fruntieri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jidħlu fl-UE huwa mod ieħor kif l-UE ssir destinazzjoni aktar attraenti. Fi Frar 2013, il-Kummissjoni ppreżentat "il-pakkett tal-fruntieri intelliġenti", li jikkonsisti minn proposti għal "Sistema ta' Dħul-Ħruġ (Entry-Exit System, EES)[64]", "Programm tal-Vjaġġatur Irreġistrat (Registered Traveller Programme, RTP)"[65] u emendi sussegwenti tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, biex jitħaffu, jiġu ffaċilitati u msaħħa l-proċeduri tal-kontroll fuq il-fruntieri għall-barranin li jivvjaġġaw lejn l-UE. L-ewwel diskussjoni dwar il-proposti fil-Kunsill tlestiet kmieni fl-2014. Il-Parlament Ewropew ukoll esprima l-fehmiet preliminari. Il-Kummissjoni ssuġġeriet li jitwettaq studju (li tnieda f’Marzu 2014) li se jkompli janalizza ċerti elementi tekniċi bażiċi tal-proposti. Skema pilota — maħsuba biex tkun fdata lil eu-LISA — se tittestja fl-2015 kemm id-disinn dettaljat tal-arkitettura teknika kif ukoll il-proċessi operattivi sottostanti.

5.3.        Il-Politika dwar il-Viża

Fl-2013 intlahaq ftehim bejn il-koleġiżlaturi dwar mekkaniżmu ta' reċiproċità rivedut u l-mekkaniżmu ta' sospensjoni tal-viża ġdid inkluż fil-proposta tal-Kummissjoni[66] li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) 539/2001[67], li ppermetta d-dħul fis-seħħ tiegħu f'Jannar 2014.

Kmieni fl-2014, intlaħaq ukoll ftehim bejn il-koleġiżlaturi dwar il-proposta tal-Kummissjoni li temenda l-listi tal-viża tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001. L-emenda, li tipprovdi trasferiment għal-lista ta’ bla viża ta’ 16-il gżira-nazzjon tal-Karibew u l-Paċifiku, kif ukoll l-Emirati Għarab Magħquda, il-Perù u l-Kolombja, x’aktarx li tidħol fis-seħħ f’Ġunju 2014. Il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 bil-ħsieb li tittrasferixxi r-Repubblika tal-Moldova għal-lista ta’ bla viża[68] ġiet approvata mill-koleġiżlaturi kmieni f’April 2014 u se tidħol fis-seħħ fl-aħħar tal-istess xahar.

Il-ftehimiet għall-faċilitazzjoni tal-viża (VFA) riveduti mal-Ukraina u mar-Repubblika tal-Moldova daħlu fis-seħħ f’Lulju 2013. Il-ftehimiet għall-faċilitazzjoni tal-viża mal-Armenja u l-Kap Verde ġew konklużi, u dak mal-Armenja daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014. VFA mal-Ażerbajġan ġie ffirmat f’Novembru u għall-Marokk, id-direttivi ta’ negozjati ġew adottati mill-Kunsill f’Diċembru.

Fl-1 ta' April 2014, il-Kummissjoni adottat rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi dwar il-Viżi u proposta għal reviżjoni biex tiżgura li l-politika tal-UE dwar il-viżi tikkontribwixxi għat-trawwim tat-tkabbir ekonomiku u l-iskambji kulturali billi tiffaċilita l-ivvjaġġar ta' vjaġġaturi leġittimi, bħal negozjanti, turisti, studenti u żgħażagħ, filwaqt li tkompli tiżgura livell għoli ta' sigurtà għall-UE[69].

It-twaqqif tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża kompla fl-2013 biex ikunu inklużi tmien reġjuni addizzjonali[70].

6.           It-tisħiħ tar-rotot legali ta’ migrazzjoni lejn l-Ewropa 

6.1.        Lejn regoli ġodda tal-UE dwar il-migrazzjoni legali

Is-sena 2013 kienet sena ta’ negozjati intensivi dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-migrazzjoni legali. Direttiva ġdida dwar l-Impjiegi Staġonali ġiet miftiehma mill-koleġiżlaturi f’Novembru u adottata fi Frar 2014[71]. Din hija l-ewwel Direttiva li tindirizza l-iktar il-migranti bi ftit ħiliet u l-migrazzjoni ċirkolari, jiġifieri l-migranti li jiġu fl-UE għal perjodi qosra u li jmorru lura lejn pajjiż terz wara t-tmiem tal-kuntratt. Ladarba d-Direttiva tiġi implimentata fil-liġi nazzjonali sat-30 ta’ Settembru 2016, il-ħaddiema staġonali se jgawdu minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti rigward termini ta’ impjieg u kundizzjonijiet tax-xogħol, u l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li dawn il-ħaddiema jkollhom aċċess għal akkomodazzjoni xierqa. Aktar kontrolli se jnaqqsu r-riskju tal-impjieg irregolari u l-isfruttament ta’ gruppi vulnerabbli.

In-negozjati intensivi dwar il-proposta għal Direttiva dwar il-Ħaddiema Ttrasferiti f'Kumpanija[72] rriżultaw fi ftehim politiku fil-bidu tal-2014. Id-Direttiva l-ġdida hija mistennija tiġġenera tkabbir ekonomiku billi, minn naħa, iġġib valur miżjud lill-ftehimiet tal-UE eżistenti dwar il-kummerċ ħieles u, min-naħa l-oħra, tgħin biex tattira investimenti ġodda lejn l-UE. Il-Ftehim jinkludi sistema funzjonali għall-mobbiltà fl-UE — li hija ta’ importanza partikolari għal din il-kategorija ta’ professjonisti — u drittijiet u kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati għall-ħaddiema ttrasferiti fi ħdan kumpanija.

Proposta ġdida[73] għal riformulazzjoni ta' Direttiva dwar ir-regoli għall-kundizzjonijiet tad-dħul, residenza u drittijiet ta’ riċerkaturi, studenti, apprentisti, studenti tal-iskola, voluntiera, u au-pairs biċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz, li ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni f’Marzu 2013, ġiet diskussa b’mod estensiv mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew. Meta mqabbla ma’ regoli eżistenti, il-proposta fiha garanziji proċedurali u kundizzjonijiet għad-dħul fil-pajjiż aktar ċari, aktar koerenza ma’ programmi ta’ mobilità tal-UE, u tagħti lill-istudenti aktar opportunitajiet biex ifittxu x-xogħol matul u wara l-istudji tagħhom. Din għandha wkoll l-għan li tipprovdi protezzjoni aħjar u tindirizza ċerti drittijiet għal trattament ugwali bħaċ-ċittadini.

6.2.        L-implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-Kummissjoni ppreparat l-ewwel rapport tagħha[74] dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva dwar il-Karta Blu tal-UE[75]. L-Istati Membri parteċipanti kollha issa ittrasponew id-Direttiva u jistgħu jagħtu l-Karta Blu tal-UE lil applikanti nazzjonali b’kapaċitajiet għolja minn pajjiżi terzi.

L-ewwel statistika disponibbli[76] rrappurtata fl-2013 turi li 3 664 Karta Blu inħarġu fl-2012, li minnhom 2 584 inħarġu fil-Ġermanja. Mal-146 Blue Card iġġeddew u waħda ġiet irtirata. Flimkien mad-detenturi tal-Karta Blu, 1 107 membri tal-familja ġew ammessi u ġġeddu 108 karti ta’ residenza għall-membri tal-familja. Abbażi tad-dejta attwalment disponibbli, għad mhuwiex possibbli li jsiru konklużjonijiet finali dwar l-effettività tal-iskema li tiġbed ċittadini ta’ pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja lejn l-UE. Madankollu, jidher ċar li l-koeżistenza ta’ skemi nazzjonali għal ħaddiema bi kwalifiki għolja u n-nuqqas ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-Karta l-Blu kellhom impatt fuq in-numru baxx ta’ Karti Blu maħruġa f’xi pajjiżi.

Il-Kummissjoni tkompli l-valutazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-Istati Membri u se tniedi, jekk ikun meħtieġ, proċeduri ta’ ksur fir-rigward ta’ każijiet potenzjali ta’ nuqqas ta’ konformità.

Fis-segwitu għall-Green Paper tal-2011 dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja[77], il-Kummissjoni adottat linji gwida[78]. Din il-Komunikazzjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif l-aħjar japplikaw id-Direttiva 2003/86/KE[79]. Din għandha l-għan li tiċċara l-kwistjonijiet identifikati matul il-konsultazzjoni pubblika, tiżgura fehim ċar u trasparenti tar-regoli dwar ir-rijunifikazzjoni tal-familji fil-livell tal-UE, u li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni koerenti tagħhom.

Fl-2013, l-estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva dwar ir-Residenti għat-Tul[80] biex tinkludi wkoll il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali saret operattiva, madankollu sal-aħħar tal-2013, it-traspożizzjoni sħiħa kienet nieqsa minn 10 Stati Membri. Abbażi tal-ilmenti li rċeviet, il-Kummissjoni segwiet ukoll azzjoni kontra għadd ta’ Stati Membri, li wassal għal tibdil tal-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa. L-isforzi kienu ddedikati biex jiġu identifikati oqsma ta’ prijorità li jeħtieġu monitoraġġ aktar mill-qrib bħat-trattament ugwali għar-residenti għat-tul u d-drittijiet ta’ mobbiltà fl-UE. Il-Kummissjoni se tkompli tiżgura li d-drittijiet tal-migranti jiġu ggarantiti u li d-dispożizzjonijiet u l-ispirtu tad-Direttiva jkunu rispettati b’mod sħiħ.

F’Diċembru, saret applikabbli Direttiva ġdida dwar proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess uniku u d-drittijiet ugwali għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi[81]. Sal-aħħar tal-2013, it-traspożizzjoni sħiħa ġiet innotifikata biss minn tmien Stati Membri. Proċeduri ta' ksur ġew imnedija kontra l-Istati Membri l-oħra. Meta applikata b’mod sħiħ, din id-Direttiva se tgħin biex tiġġieled kontra d-dumping soċjali u l-isfruttar ta’ ħaddiema ta’ pajjiżi terzi fl-UE. Se tiżgura li l-ħaddiema koperti mid-Direttiva, inklużi dawk li jaħdmu fuq permessi nazzjonali, se jkollhom id-dritt għal trattament ugwali meta mqabbla maċ-ċittadini fir-rigward ta’ aspetti importanti bħall-kundizzjonijiet ta’ xogħol, l-aċċess għal oġġetti u servizzi, u l-aċċess għas-sigurtà soċjali.

6.3.        Il-migrazzjoni legali bħala għodda għat-tkabbir

L-UE ilha xi żmien tħabbat wiċċha ma’ sfidi relatati man-nuqqas ta’ tkabbir, id f’id mat-tkabbir tal-iskarsezzi fis-suq tax-xogħol f’ċerti oqsma, in-nuqqas tal-ħiliet meħtieġa u l-impatt ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ fuq il-produttività u l-kompetittività. Diversi inizjattivi fl-2013 ħarsu lejn il-kontribut tal-migranti għat-tkabbir ekonomiku, u ressqu evidenza li tikkonferma l-benefiċċju ta' migrazzjoni ġestita tajjeb[82] u l-mobilità relatata mal-kummerċ.

Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Intraprenditorija 2020[83], li jidentifika azzjoni biex jinħareġ il-potenzjal intraprenditorjali tal-Ewropa, jitneħħu l-ostakli u tiġi revoluzzjonata l-kultura tal-intraprenditorjat, irrikonoxxa li l-migranti jirrappreżentaw ġabra importanti ta' intraprendituri potenzjali fl-Ewropa.

6.4.        Għarfien aħjar biex tiġi appoġġata l-integrazzjoni tal-migranti

F’kuntest ta’ kriżi ekonomika dinjija, ċittadini ta’ pajjiżi terzi kienu għadhom affettwati b’mod sinifikanti minn diffikultajiet biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, prestazzjonijiet aktar baxxi fl-edukazzjoni jew riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. L-indikaturi tal-UE tal-integrazzjoni tal-immigranti juru li s-sitwazzjoni qed tmur għall-agħar meta mqabbla maċ-ċittadini tal-UE fl-2013. Per eżempju, fl-2013, 22 % taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kienu bla xogħol meta mqabbla mar-rata tal-UE ta' 11 % (fl-2012 ir-rata kienet ta' 21,3 % meta mqabbla ma' 10,6 % għall-UE). Erba’ Stati Membri (AT, BE, DK u SE) irċevew rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fuq l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-qafas tas-Semestru Ewropew tal-2013[84]. Rigward il-faqar u l-esklużjoni soċjali, iċ-ċifri disponibbli għall-2012[85] juru li 44,3 % taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kienu fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, meta mqabbla ma’ 24,8 % fl-UE.

Indikaturi eżistenti tal-UE bħala bażi ta’ evidenza biex jinformaw il-politiki ta’ integrazzjoni, flimkien ma’ analiżi tal-limiti tagħhom u suġġerimenti għal titjib, kienu indirizzati fir-rapport finali ta’ proġett pilota tal-UE dwar l-indikaturi tal-integrazzjoni tal-immigranti, li kien ikkoordinat mill-Kummissjoni u mwettaq bl-involviment attiv tal-Istati Membri, is-soċjetà ċivili u l-komunità tar-riċerka. Ir-rapport[86] u l-indikaturi, flimkien mal-Moduli Ewropej reċentement ippubblikati dwar l-Integrazzjoni tal-Immigranti[87], ikompli jikkontribwixxu fl-iskambju regolari dwar l-iżvilupp tal-politika ta' integrazzjoni tal-UE, b'mod partikolari permezz tan-netwerk ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali dwar l-Integrazzjoni.

Kompliet tingħata attenzjoni għad-dimensjoni lokali u reġjonali. F’Ġunju 2013 il-Kummissjoni nediet, bl-appoġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni, mappa interattiva ta’ prattiki ta’ integrazzjoni fil-livell lokali u reġjonali fuq is-sit elettroniku Ewropew dwar l-Integrazzjoni[88], li toffri għodda għall-iskambju bejn il-pari ta’ informazzjoni dwar inizjattivi ta’ suċċess. Prattikanti lokali u reġjonali kienu wkoll mistiedna biex jissieħbu fil-Forum Ewropew għall-Integrazzjoni[89], bħala parti mill-isforzi biex isaħħu l-involviment tagħhom fl-iżviluppi tal-politika dwar l-integrazzjoni. Fiż-żewġ laqgħat annwali tiegħu, il-Forum indirizza kwistjonijiet marbuta mal-integrazzjoni tal-migranti żgħażagħ u l-parteċipazzjoni demokratika tal-migranti[90].

7.           Ir-Relazzjonijiet ma’ Pajjiżi Terzi

7.1.        Id-Djalogu ta’ Livell Għoli tan-NU dwar il-Migrazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp

Il-migrazzjoni kompliet tkun kwistjoni prominenti fuq l-aġenda globali fl-2013. It-tieni Djalogu fl-Livell Għoli dwar il-Migrazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp, organizzata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU mit-3 sal-4 ta’ Ottubru 2013, ġeddet u saħħet l-impenn politiku favur il-kwistjoni dwar il-migrazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp. Id-dikjarazzjoni tar-riżultat turi li l-komunità internazzjonali hija kapaċi tilħaq ftehim politiku dwar dawn il-kwistjonijiet, inkluż dwar il-ħtieġa għall-integrazzjoni tal-migrazzjoni fl-aġenda tal-iżvilupp għal wara l-2015, u tagħti xhieda tal-progress li sar f’dawn l-aħħar snin f’dan il-qasam. L-UE ħadet rwol attiv ħafna matul in-negozjati dwar it-test tar-riżultat, li jirrifletti ħafna mit-tħassib ewlieni tal-UE[91].

7.2.        It-tisħiħ tal-kooperazzjoni teknika ma’ pajjiżi terzi

Matul l-2013, l-UE kompliet l-implimentazzjoni tal-GAMM, il-qafas ewlieni għall-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni esterna u l-ażil, u involviet ruħha f’djalogi dwar il-politika u kooperazzjoni operattiva ma’ pajjiżi u reġjuni terzi. Sar progress sinifikanti f’termini kemm ta' tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi ma’ pajjiżi u reġjuni terzi, speċjalment il-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, kif ukoll ta' kontribut għal riformi leġiżlattivi u istituzzjonali u l-bini tal-kapaċità fil-pajjiżi msieħba. Passi importanti f’dan il-kuntest kienu l-istabbiliment ta’ Sħubiji ta’ Mobbiltà mal-Ażerbajġan (Diċembru 2013), il-Marokk (Ġunju 2013) u t-Tuneżija (Marzu 2014). F’Diċembru 2013, tnedew id-diskussjonijiet mal-Ġordan dwar l-istabbiliment ta’ Sħubija ta’ Mobilità.

Id-djalogi għal-liberalizzazzjoni tal-viża komplew mar-Russja[92], l-Ukraina, il-Moldova, il-Ġeorġja u l-Kosovo[93]. Il-Kummissjoni ħarġet rapporti ta’ progress dwar kull wieħed minnhom[94]. Pjan ta' Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża ġie ppreżentat lill-Ġeorġja fi Frar u l-ewwel Rapport ta' Progress tal-Kummissjoni ġie ppubblikat f'Novembru 2013[95]. Id-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża mat-Turkija beda fis-16 ta’ Diċembru 2013, b’mod parallel mal-iffirmar tal-ftehim ta’ riammissjoni. Rigward il-Moldova, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha kkonkludiet li hija ssodisfat il-kundizzjonijiet kollha tal-pjan ta’ azzjoni tagħha, u wara ftehim dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat ir-Regolament dwar il-Viżi (Regolament (KE) Nru 539/2001), it-trasferiment tar-Repubblika tal-Moldova għal-lista ta’ bla viża sar effettiv fit-28 ta’ April 2014. Permezz ta’ dawn id-djalogi, l-UE qed tieħu passi gradwali lejn l-għan aħħari tal-ivvjaġġar mingħajr viża fuq bażi ta’ każ b’każ, sakemm il-kundizzjonijiet għal mobilità ġestita tajjeb u sigura jkunu f’posthom. Dawn id-djalogi jikkontribwixxu għal ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni u l-ażil fil-pajjiżi msieħba kkonċernati, minħabba li jinkludu standards li jridu jintlaħqu.

Proposti biex jiġu stabbiliti Aġendi Komuni għall-Migrazzjoni u l-Mobilità, qafas aktar flessibbli għall-kooperazzjoni bilaterali mis-Sħubijiet ta’ Mobilità, li huwa mmirat lejn pajjiżi prijoritarji lil hinn mill-viċinat tal-UE ġew ippreżentati lill-Indja u lin-Niġerja.

Il-kooperazzjoni kompliet fil-qafas ta’ djalogi bilaterali u reġjonali eżistenti, b’mod partikolari fil-kuntest tas-sħubija bejn l-UE u l-Afrika dwar il-Migrazzjoni, il-Mobilità u l-Impjiegi, il-Proċess ta’ Rabat u d-Djalogu AKP-UE dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp fin-Nofsinhar, tal-Proċess ta’ Praga u l-Bord tas-Sħubija tal-Lvant dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil fil-Lvant, kif ukoll tad-Djalogu dwar il-Migrazzjoni CELAC-UE. Is-Sħubija tar-Rotot tal-Ħarir għall-Migrazzjoni stabbilita fil-qafas tal-Proċess ta’ Budapest waqt il-Konferenza Ministerjali li saret f’Istanbul f’April 2013 jistħoqqilha attenzjoni speċjali. L-istabbiliment ta’ din is-sħubija huwa l-qofol tal-orjentazzjoni ġeografika mill-ġdid tal-Proċess ta’ Budapest u jipprovdi l-bażi għal djalogu u kooperazzjoni sostanzjali mal-pajjiżi tul ir-Rotta tal-Ħarir li kienet pjuttost limitata fil-passat. Dan jenfasizza wkoll elementi importanti bħal impenn ċar lejn ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-ġestjoni tal-migrazzjoni.

F’Ottubru 2013, seħħet l-ewwel laqgħa tad-Djalogu ta’ Livell Għoli dwar il-Migrazzjoni u l-Mobilità maċ-Ċina. Id-Djalogu ta’ Livell Għoli ġie stabbilit biex jippermetti l-iskambju ta’ politika u l-aħjar prattiki u jiġu esplorati l-possibbiltajiet ta’ faċilitazzjoni tal-mobilità filwaqt li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari. Il-possibbiltà li jitnedew negozjati dwar il-kwistjonijiet ta’ riammissjoni u eżenzjoni mill-viża għad-detenturi ta’ passaport diplomatiku ġiet diskussa.

Numru dejjem jiżdied ta’ gruppi tal-kriminalità organizzata joperaw f’pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu biex jiffaċilitaw il-migrazzjoni irregolari lejn l-UE. Sabiex titfixkel din l-attività, l-"Immigrazzjoni Irregolari" ġiet identifikata bħala waħda mill-Prijoritajiet tal-Kriminalità tal-UE taħt iċ-Ċiklu Politiku tal-UE għall-kriminalità internazzjonali organizzata u serja 2014-2017.[96]  Il-ħtieġa li tinkiseb stampa aħjar tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi ġirien ta’ transitu tidher ċara. It-twaqqif ta’ netwerks ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament fil-Libja u t-Turkija ddedikati għall-migrazzjoni irregolari se jkun importanti f’dan ir-rigward.

7.3.        L-adattament għat-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni

Fis-16 ta’ April 2013, ġie ppubblikat Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni[97] dwar it-Tibdil fil-Klima, id-Degradazzjoni Ambjentali u l-Migrazzjoni, bħala parti mill-Istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-Tibdil fil-Klima[98]. Dan id-dokument għandu l-għan li jipprovdi fehim kunċettwali tar-rabtiet bejn it-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali u l-migrazzjoni. Dan iqis ukoll l-għodod u l-inizjattivi li l-UE diġà għandha biex tindirizza l-isfidi futuri f’dan il-qasam u jipprovdi orjentazzjonijiet għal azzjoni futura, b'mod partikolari taħt l-aġenda tal-UE għall-migrazzjoni u l-iżvilupp.

7.4.        Ir-Rapport tal-UE tal-2013 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp

Il-migrazzjoni għadha waħda mill-ħames suġġetti prijoritarji identifikati mill-Kunsill għall-aġenda tal-UE dwar il-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp (PCD). Ir-Rapport tal-PCD tal-UE tal-2013[99] ipprovda deskrizzjoni ġenerali tal-bosta miżuri meħuda mill-UE u l-Istati Membri biex jimmassimizzaw il-benefiċċji ta’ żvilupp sinifikanti li tista’ tipproduċi l-migrazzjoni legali lejn l-Ewropa għall-pajjiżi tal-oriġini, inkluż f’oqsma bħar-rimessi, l-eżodu ta' mħuħ u d-dijaspora. Ir-rapport innota li jista’ jsir aktar biex jiġi żgurat li t-tħassib dwar l-iżvilupp ikunu kkunsidrati fil-politiki għall-migrazzjoni u l-mobilità tax-xogħol kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri.

7.5.        Ir-Rapport dwar l-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità

Fi Frar 2014, il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel Rapport biennali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità, li jkopri l-perjodu mill-2012 sal-2013[100]. Ir-rapport jagħti rendikont tal-kisbiet ewlenin, jiġbed il-lezzjonijiet mill-implimentazzjoni tal-passat, u jieħu xi spunti kemm fil-livell ta’ politika kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni. Ir-rapport jikkonkludi li l-GAMM jibqa’ qafas effiċjenti li jinvolvi l-pajjiżi u r-reġjuni terzi fi djalogu politiku u ta’ kooperazzjoni operattiva. Ir-rapport ġie segwit mill-konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fl-14 ta’ April 2014.

8.           Fond ġdid għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)

Il-Kummissjoni adottat il-pakkett ta' proposti għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss mill-2014 sal-2020 fil-qasam tal-Affarijiet Interni fil-15 ta' Novembru 2011[101]. Dan il-pakkett kopra erba' proposti leġiżlattivi li flimkien jipprovdu għall-ħolqien tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u Fond għas-Sigurtà Interna (ISF).

In-negozjati mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill bdew fl-2012 u ġew konklużi b’suċċess fl-aħħar tal-2013. Ir-riżultat hu kompromess tajjeb li jissodisfa l-preokkupazzjonijiet tal-partijiet kollha li jirrifletti s-sensittività għolja ta’ dan il-qasam ta’ politika.

L-AMIF huwa strument aktar komprensiv mill-ewwel tliet fondi ta' qablu — il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi u l-Fond Ewropew għar-Ritorn — u għandu l-għan li jappoġġa l-ġestjoni effettiva u integrata tal-flussi ta’ migrazzjoni fl-UE filwaqt li jqis il-prinċipju tas-solidarjetà u l-qsim tar-responsabilità. Kważi 90 % tar-riżorsi globali tiegħu (EUR 3 137 miljun) se jiġu mgħoddija permezz ta’ programmi nazzjonali li jkopru l-perjodu kollu mill-2014 sal-2020.

Sabiex ikun hemm allinjament aħjar tar-riżorsi użati fil-livell nazzjonali mal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-politika tal-UE, seħħu Djalogi ta’ Politika bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru fit-tieni nofs tal-2013. Attwalment, l-Istati Membri jinsabu fil-proċess li jabbozzaw il-programmi nazzjonali pluriennali tagħhom li se jippreżentaw formalment ladarba l-AMIF ikun daħal fis-seħħ.

Novità oħra introdotta fil-Fondi ġodda hija l-possibbiltà li jiġu sostnuti azzjonijiet relatati mad-dimensjoni esterna, b’enfasi speċjali fuq il-ftehimiet ta’ riammissjoni, is-sħubijiet għall-mobilità u l-programmi ta’ protezzjoni reġjonali. Il-Fond jipprevedi wkoll mekkaniżmu ta’ għajnuna ta’ emerġenza li jista' jirrispondi malajr għal pressjonijiet migratorji fl-Istati Membri u pajjiżi terzi.

Il-Fond se jkompli jsaħħaħ u jiżviluppa s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil bl-iżgurar tal-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tal-acquis tal-UE u jsaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri. Dan se jinkoraġġixxi wkoll l-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ integrazzjoni proattivi, inklużi azzjonijiet matul il-fażi ta’ qabel it-tluq, u jippromwovi approċċ lokali għall-integrazzjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, kif ukoll lill-gruppi vulnerabbli ta’ migranti. Il-Fond se jkompli jappoġġa ġestjoni ta’ ritorn ġusta u effettiva b’enfasi fuq ir-ritorn volontarju (assistit).

Dawn l-azzjonijiet iffinanzjati mill-AMIF se jkunu kkumplimentati mill-Fond għas-Sigurtà Interna, b’mod partikolari l-komponent tagħha tal-Fruntieri u l-Viża, li permezz tiegħu se jiġi pprovdut appoġġ għall-ġestjoni u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-UE u l-iżvilupp tal-politika tal-viża tal-UE, biex b’hekk tkun iffaċilitata l-mobilità ta’ vjaġġaturi leġittimi u jkun miġġieled il-qsim irregolari tal-fruntieri tal-UE.

9.           In-netwerking u l-komunikazzjoni dwar l-ażil u l-migrazzjoni

9.1.        In-Netwerk Ewropew ta’ Migrazzjoni (EMN)

L-EMN[102] żied ir-rwol tiegħu fl-appoġġ għall-pariri bbażati fuq l-evidenza għat-tfassil tal-politika, billi jipprovdi informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u kumparabbli dwar il-migrazzjoni u l-ażil. Fl-2013, ir-riżultat ewlieni tal-ħidma tal-EMN kien jinkludi studji dwar l-Immigrazzjoni ta’ Studenti Internazzjonali lejn l-UE, dwar l-Identifikazzjoni tal-Identità fil-Protezzjoni Internazzjonali, dwar il-Mobilità fi ħdan l-UE u dwar l-attirar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bi kwalifiki għoljin[103]. Il konferenza annwali tal-EMN saret f’Vilnius dwar is-suġġetti tat-tkabbir, in-nuqqas ta’ ħaddiema u l-migrazzjoni[104].

9.2.        Il-komunikazzjoni ta’ messaġġi ewlenin dwar l-immigrazzjoni u l-ażil

Strateġija ta’ komunikazzjoni effettiva dwar kwistjonijiet ta’ migrazzjoni hija importanti biex jintlaħqu l-gruppi mmirati, u jiġu megħjuna kemm iċ-ċittadini tal-UE kif ukoll dawk mhux tal-UE jifhmu l-isfidi u l-benefiċċji tal-immigrazzjoni. Il-Kummissjoni tipproduċi varjetà ta’ materjal dwar suġġetti relatati mal-migrazzjoni. Fl-2013, organizzat ukoll il-kompetizzjoni “Il-Migranti fl-Ewropa”, fejn aktar minn 750 skola mit-28 Stat Membru ppreżentaw biċċiet ta’ xogħol awdjoviżiv dwar il-kontribut tal-migranti għas-soċjetà tal-UE[105]. Saru skrinings speċjali, ta’ films b’enfasi fuq it-tema tat-traffikar tal-bnedmin[106]. Ġew imnedija l-verżjonijiet bl-Ispanjol, bl-Għarbi u bil-Portugiż tal-Portal tal-UE dwar l-Immigrazzjoni. Il-Portal jipprovdi informazzjoni faċli għall-utent dwar il-politiki u l-liġijiet nazzjonali u tal-UE dwar l-immigrazzjoni, u huwa ntiż għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jemigraw lejn l-UE[107].

10.         Il-konklużjonijiet u l-passi li jmiss

Filwaqt li sar progress sinifikanti rigward ċerti oqsma tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-iżviluppi tal-2013 juru biċ-ċar l-importanza għall-UE u l-Istati Membri tagħha li jkomplu u jżidu l-azzjoni tagħhom fl-oqsma tal-immigrazzjoni, l-ażil, u l-ġestjoni tal-fruntieri. L-UE għandha tieħu azzjoni determinata biex tevita li l-migranti jitilfu ħajjithom fit-tentattiv li jaslu sax-xtut Ewropej u ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata li tkompli tikber permezz tal-kuntrabandu u t-traffikar tal-bnedmin. L-UE għandha tiżgura li l-fruntieri tal-Ewropa huma sikuri u sikuri b’mezzi legali xierqa għad-dħul.

Jeħtieġ li jiżdiedu l-isforzi għall-ġlieda kontra l-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra l-migranti, u tiġi promossa b’mod attiv l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetajiet tagħna, kif ukoll għall-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, fatturi li jaffettwaw il-koeżjoni soċjali u jistgħu jiskoraġġixxu lill-migranti, inklużi dawk bi kwalifiki għolja, milli jagħżlu l-Ewropa bħala destinazzjoni:

Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġja u tippromwovi l-migrazzjoni ġestita sew, u tilqa’ d-dibattitu li se jinqala' fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport.

[1]              Mill-1998 sal-2013, instab li 623 118-il migrant jilħqu x-xtut tal-baħar tal-UE b’mod irregolari, li jirrappreżenta medja ta’ kważi 40 000 persuna fis-sena. Sors: Migrants smuggled by sea to the EU: facts, laws and policy options; Iċ-Ċentru tal-Politika dwar il-Migrazzjoni;        http://www.migrationpolicycentre.eu/docs/MPC-RR-2013-009.pdf

[2]               COM(2013) 869 finali

[3]               http://data.unhcr.org/syrianrefugees/regional.php

[4]               http://eeas.europa.eu/enp/index_en.htm

[5]               http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/international-affairs/global-approach-to-migration/index_en.htm

[6]               COM(2013) 292

[7]               Id-dokument tal-Kunsill 12415/13

[8]               Huma mistennija jidħlu fis-seħħ fit-tieni kwart tal-2014.

[9]               SWD(2014) 165

[10]             EMN, http://www.emn.europa.eu

[11]             L-istatistika ppreżentata f’din il-Komunikazzjoni hija primarjament l-iktar waħda riċenti disponibbli mill-Eurostat. Statistiċi aktar dettaljati, xi wħud minnhom mingħand l-EMN u inkluż it-tqassim skont l-Istat Membru, huma inklużi fl-Anness Statistiku tad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal Mehmuż SWD(2014) 165.

[12]             Dejta tal-Eurostat għall-2012. Id-dejta tal-2013 se tkun disponibbli f’Lulju 2013. SWD(2014) 165, Anness Statistiku, jinkludi dejta parzjali tal-2013 ippreżentata mill-EMN.

[13]             Il-protezzjoni umanitarja tingħata lil dawk iċ-ċittadini nazzjonali tal-pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li huma permessi li jibqgħu fit-territorji tal-Istati Membri għal raġunijiet li mhumiex minħabba ħtieġa għal protezzjoni internazzjonali imma fuq bażi ta’ diskrezzjoni għal raġunijiet ta’ kumpassjoni jew umanitarji.

[14]             http://epp.eurostat.ec.europa.eu/cache/ITY_PUBLIC/3-24032014-AP/EN/3-24032014-AP-EN.PDF

[15]             http://data.unhcr.org/syrianrefugees/regional.php

[16]             50 470 fl-2013, 24 115 fl-2012 u 8 145 fl-2011.

[17]             Il-maġġoranza applikaw fil-DE u fl-SE (terz tat-total ta’ kull wieħed), segwiti mill-BG, UK, NL, AT, DK u BE, bi Stati Membri oħrajn effettwati biss marġinalment.

[18]             il-Eurostat; id-dejta tal-2013 mhix disponibbli għall-EL. 

[19]             il-Eurostat, id-dejta tal-2013 mhix disponibbli għall-EL u l-NL.

[20]             il-Eurostat, id-dejta tal-2013 mhix disponibbli għall-EL.

[21]             http://www.frontex.europa.eu/publications

[22]             Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31)

[23]             Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1)

[24]             Id-Direttiva 2013/33/UE (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96)

[25]             Id-Direttiva 2003/32/UE (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60)

[26]             Għal aktar tagħrif:  http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/asylum/index_en.htm. Fuljett: http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/e-library/docs/ceas-fact-sheets/ceas_factsheet_mt.pdf Infografika: http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/e-library/multimedia/infographics

[27]             Id-Direttiva 2011/95/UE (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9)

[28]             Id-Direttiva 2003/109/KE (ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44), kif emendata bid-Direttiva 2011/51/UE (ĠU L 132, 19.5.2009, p. 1).

[29]             http://easo.europa.eu

[30]             Mal-1 947 persuna ġew imħarrġa permezz ta’ taħriġ nazzjonali u 164 permezz ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ għal min iħarreġ f’Malta. Madwar 200 ma kinux uffiċjali tal-UE u ġew imħarrġa permezz ta’ proġetti bħalma huma l-proġetti tal-UNHCR, il-Proċess ta’ Praga eċċ.

[31]             http://easo.europa.eu/wp-content/uploads/WB-report-final-version.pdf

[32]             L-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil, 2013 http://easo.europa.eu/wp-content/uploads/EASO-Annual-Report-Final.pdf

[33]             Total ta’ EUR 12-il miljun, li minnhom 10 bħala reazzjoni għat-traġedja ta’ Lampedusa.

[34]             DE, FR, HU, MT, NL, CY, EL, BG.

[35]             Inklużi EUR 12-il miljun lejn l-Italja.

[36]             Mill-2011 sal-2013, il-Greċja kienet allokat l-ammont ta’ EUR 97,88 miljun għall-Fond għar-Ritorn, kważi EUR 130 miljun għall-Fond għall-Fruntieri Esterni (FFE) u EUR 23,97 miljun għall-Fond Ewropew għar-Refuġjati (FER). Għalkemm l-allokazzjoni għall-FER għall-2013 kienet limitata għal EUR 3,2 miljun, l-allokazzjonijiet Griegi mill-Fond għar-Ritorn u l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-2013 kienu rispettivament ta' EUR 35,5 miljun u EUR 44 miljun.

[37]             Executive Summary of the revised Greek Action Plan on Asylum and Migration Management (Diċembru 2012)   http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2009_2014/documents/libe/dv/p4_exec_summary_/p4_exec_summary_en.pdf.

[38]             Dan ikopri: il-ħolqien ta' proċedura ta' Screening fil-fruntieri skont il-liġi tal-UE; ir-riforma tal-Proċedura tal-Ażil bit-twaqqif ta' Servizz għall-Ażil ġdid u Awtorità tal-Appelli amministrattiva indipendenti; l-indirizzar tal-każijiet b'lura matul il-perjodu transitorju; iż-żieda fil-kapaċità ta' akkoljenza għal dawk li jfittxu l-ażil; u t-twaqqif ta' Sistema ta' Ritorn effettiva. Il-Kummissjoni bdiet eżerċizzju ta’ prijoritizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Grieg revedut, li tagħmel enfasi, fost l-oħrajn, fuq dawk l-azzjonijiet li għandhom l-għan li jindirizzaw it-tħassib ewlieni li jifformaw il-bażi biex jikkundannaw is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-każ tal-MSS, kif ukoll it-tħassib imqajjem fil-proċedimenti ta’ ksur li għaddejjin. Il-Kummissjoni, flimkien mal-EASO u partijiet interessati oħra, kompliet tipprovdi appoġġ lill-Greċja fit-titjib tas-sistema tal-ażil tagħha, inkluż finanzjament immirat u l-iskjerament ta’ Timijiet ta’ Appoġġ għall-Ażil mill-EASO.

[39]             Billi rrikonoxxiet li l-Istati Membri kienu b'mod predominanti kontra s-suġġeriment tal-Kummissjoni kif stabbilit fil-Komunikazzjoni dwar is-solidarjetà fl-UE imsaħħa fil-qasam tal-ażil COM(2011) 835 għal skema ta' rilokazzjoni volontarja u permanenti, il-Kummissjoni ospitat Forum ta' Rilokazzjoni biex tiddiskuti l-bżonnijiet ta' rilokazzjoni, il-kapaċitajiet u t-tħassib politiku.

[40]             Id-Deċiżjoni 281/2012/UE tad-29 ta’ Marzu 2012. http://www.resettlement.eu

[41]             B'din l-iskema, l-Istati Membri parteċipanti wiegħdu li jirrisistemaw 3 962 refuġjat fl-2013. Din hi żieda meta mqabbla mal-2012 meta ġew impenjati 3 083 postijiet ta' risistemazzjoni.

[42]             AT, BE, FI, FR, DE, HU, IE, LU, NL, ES, SE.

[43]             Il-Komunikazzjoni dwar il-Massimizzazzjoni tal-Impatt tal-Iżvilupp tal-Migrazzjoni, COM(2013) 292 tal-21.5. 2013

[44]             http://easo.europa.eu/wp-content/uploads/EASO-Age-assessment-practice-in-Europe.pdf

[45]             http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-is-new/news/news/2013/docs/20130415_thb_stats_report_en.pdf

[46]             ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1. Id-Direttiva ma ġietx applikata mid-Danimarka.

[47]             Dokument 16344/13, approvat minn SCIFA/il-Kumitat Imħallat fil-21 ta’ Novembru 2013.

[48]             'EU Action on Migratory Pressures –A Strategic Response' tinkludi seba' prijoritajiet strateġiċi: I) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi tat-tranżitu u l-oriġini dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni; II) Il-ġestjoni mtejba tal-fruntieri fil-fruntieri esterni; III) Il-prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali mit-Turkija; IV) L-indirizzar aħjar tal-abbuż tal-kanali migratorji legali; V) Is-salvagwardja u l-protezzjoni tal-moviment liberu permezz tal-prevenzjoni tal-abbuż minn ċittadini ta' pajjiżi terzi; VI) It-tisħiħ tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-kooperazzjoni fuq il-prattiki ta' ritorn; VII) Il-prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali minn u permezz tal-pajjiżi tal-Mediterran tan-Nofsinhar.

[49]             COM(2014) 199 tal-28 ta' Marzu 2014

[50]             Id-Direttiva 2008/115/KE (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98)

[51]             Id-Direttiva 2009/52/KE (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24)

[52]             COM(2014) 286 tal-22 ta' Mejju 2014

[53]             Mhux applikata minn DK, IE, UK. HR għadha ma ġietx ivvalutata.

[54]             COM(2013) 197, tat-12 ta' April 2013. Maħsuba biex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/252/UE, annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE f’Settembru 2012.

[55]             Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 ĠU L 295, 06.11.2013, p. 11

[56]             Wara l-adozzjoni formali f’Ottubru 2013.

[57]             Infografika tal-EUROSUR:

http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/e-library/docs/infographics/eurosur/eurosur_en.pdf

[58]             http://www.emsa.europa.eu/

[59]             COM(2013) 832 finali tat-28 ta' Novembru 2013

[60]             Ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen, (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

[61]             Tapplika fis-27 ta' Novembru 2014. Il-Kummissjoni bħalissa qed tħejji l-implimentazzjoni bla xkiel tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ġdid.

[62]             Ir-Regolament (UE) Nru 1051/2013, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006, (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 1).

[63]             ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1.

[64]             COM(2013) 95, 28.2.2013

[65]             COM(2013) 97, 28.2.2013

[66]             COM(2011) 290, tal-24 ta' Mejju 2011

[67]             Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit. ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.

[68]             COM(2013) 853 tas-27 ta' Novembru 2013

[69]             COM(2014) 165 u COM(2014) 164 tal-1 ta' April 2014.

[70]             Il-Punent tal-Afrika, l-Afrika Ċentrali, in-Nofsinhar tal-Afrika, in-Nofsinhar tal-Amerika, l-Asja Ċentrali, ix-Xlokk tal-Asja, u t-territorju Palestinjan okkupat.

[71]             Id-Direttiva 2014/36/UE tas-26 ta' Frar 2014 (ĠU L 94, 28.03.2014, p. 375-390).

[72]             COM(2010) 378.  Ara L-Osservatorju Leġiżlattiv tal-PE : Ir-Referenza Interistituzzjonali 2010/0209(COD)

[73]             COM(2013) 151 tal-25 ta' Marzu 2013. Id-Direttivi ta' leġiżlazzjoni eżistenti 2005/71/KE (ir-riċerkaturi) u 2004/114/KE (l-istudenti)

[74]             COM(2014) 287 tat-22 ta' Mejju 2014

[75]             Id-Direttiva 2009/50/KE (ĠU L 155, 18.6.2009, p. 17) Ma ġietx applikata minn DK, IE, UK.

[76]             Għall-2012, rigward 22 Stat Membru.

[77]             COM(2011) 735 finali.

[78]             COM(2014) 210 tat-3 ta' April 2014

[79]             ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12.

[80]             Id-Direttiva 2003/109/KE, kif emendata bid-Direttiva 2011/51/UE (ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44, ĠU L 132, 19.5.2011,)

[81]             Id-Direttiva 2011/98/UE (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 1) Mhux applikata mid-DK, l-IE, ir-UK.

[82]             Fost l-oħrajn, workshop organizzat miċ-Ċentru tal-Politika Ewropea dwar il-Skills mismatch and shortages in Europe: A need for increased labour mobility? (It-28 ta' Frar 2013), pubblikazzjoni miċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej dwar il-Benefiċċji Soċjali u l-Migrazzjoni - Relazzjoni kkontestata u l-isfida politika fl-UE Social Benefits and Migration – A contested relationship and policy challenge in the EU - http://www.ceps.eu/book/social-benefits-and-migration-contested-relationship-and-policy-challenge-eu; żewġ proġetti konġunti OECD-KE "LMatching Economic Migration with Labour Market Needs" li għandhom jiġu ffinalizzati sa' Ġunju 2014, u proġett ta' sentejn li tneda fl-2013 "Review of Labour Migration Policy in Europe".

[83]             COM(2013) 795 finali tad-9 ta' Jannar 2013

[84]             Ir-Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2013, http://ec.europa.eu/europe2020/making-it-happen/country-specific-recommendations/index_en.htm

[85]             Eurostat, Stħarriġ UE-SILC.

[86]             Ir-rapport finali jiġi ppubblikat f'Awwissu fuq il-Websajt Ewropea dwar l-Integrazzjoni, http://ec.europa.eu/ewsi/en/resources/detail.cfm?ID_ITEMS=37216.

[87]             http://ec.europa.eu/ewsi/en/resources/detail.cfm?ID_ITEMS=40802   

[88]             http://ec.europa.eu/ewsi/en/lra.cfm

[89]             Il-forum iservi ta’ pjattaforma ewlenija tal-UE għall-konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili dwar il-politiki ta’ integrazzjoni.

[90]             Ir-rapporti taż-żewġ laqgħat jinsabu fuq il-Websajt Ewropea dwar l-Integrazzjoni, http://ec.europa.eu/ewsi/en/policy/legal.cfm.

[91]             Il-pożizzjoni tal-UE qabel id-Djalogu ta’ Livell Għoli hija riflessa fil-“Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill dwar id-Djalogu ta’ Livell Għoli tan-NU tal-2013 dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp u dwar it-twessigħ tar-rabta bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni” (Dokument tal-Kunsill 12415/13) tħaddan il-messaġġi ewlenin inklużi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Massimizzazzjoni tal-Impatt tal-Iżvilupp tal-Migrazzjoni — Il-kontribuzzjoni tal-UE għad-Djalogu ta’ Livell Għoli tan-NU u l-passi li jmiss lejn it-twessigħ tar-rabta bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni” (COM (2013) 292).

[92]             Minħabba l-kriżi tal-Krimea u wara d-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-6 ta’ Marzu 2014, il-ħidma taħt id-djalogu tal-viża mar-Russja kienet sospiża.

[93]             L-użu ta' dan l-isem hu mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo.

[94]             COM(2013) 923 tat-18 ta' Diċembru 2013; COM(2013) 809 tal-15 ta'Novembru 2013; COM(2013) 807 tal-15 ta' Novemrbu 2013; COM(2013) 66 tat-8 ta' Frar 2013.   

[95]             COM(2013) 808 tal-15 ta' Novembru 2013

[96]             Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill, Kunsill ĠAI is-6 u s-7 ta' Ġunju 2013:   http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/jha/137401.pdf

[97]             SWD(2013) 138 tas-16 ta' April 2013

[98]             http://ec.europa.eu/clima/policies/adaptation/what/index_en.htm

[99]             SWD(2013) 456 tal-31 ta' Ottubru 2013

[100]            COM(2014) 96 tal-21 ta' Frar 2014

[101]            COM(2011) 751 finali tal-15 ta' Novembru 2011

[102]            Stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE.

[103]            Ir-riżultati tal-EMN huma disponibbli onlajn fuq www.ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/networks/european_migration_network.

[104]            http://emn2013.lt/

[105]            http://europa.eu/rapid/press-release_IP-13-945_en.htm

[106]            "Sestre" minn Vladimir Paskljević fil-Jum għall-Pubbliku tal-UE tal-2013; "Not my Life" minn Robert Bilheimer fil-Jum tal-UE Kontra t-Traffikar

[107]            http://ec.europa.eu/immigration