RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-Tieni Evalwazzjoni Interim tal-Impriżi Konġunti tal-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti CLEAN SKY, ĊELLOLI TAL-FJUWIL U L-IDROĠENU u INIZJATTIVA DWAR MEDIĊINI INNOVATTIVI /* COM/2014/0252 final */
Werrej 1.... INTRODUZZJONI 3 2.... SFOND.. 3 3.... IL-PROĊESS
TAL-EVALWAZZJONI 5 4.... IR-RIŻULTATI U
R-RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-EVALWAZZJONI FIL-QOSOR 6 4.1. Clean Sky. 6 4.1.1. L-organizzazzjoni
tal-Impriża Konġunta u r-relazzjonijiet mal-partijiet interessati 6 4.1.2. L-implimentazzjoni
tal-Aġenda tar-Riċerka. 7 4.2. Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu. 7 4.2.1. L-organizzazzjoni
tal-Impriża Konġunta u r-relazzjonijiet mal-partijiet interessati 7 4.2.2. L-implimentazzjoni
tal-Aġenda tar-Riċerka. 7 4.3. Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi 8 4.3.1. L-organizzazzjoni
tal-Impriża Konġunta u r-relazzjonijiet mal-partijiet interessati 8 4.3.2. L-implimentazzjoni
tal-Aġenda tar-Riċerka. 8 4.4. ANALIŻI SWOT. 8 5.... RISPONS
TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORTI TAL-IEG.. 10 5.1. Clean Sky. 10 5.1.1. Ir-rakkomandazzjonijiet dwar
l-organizzazzjoni u l-effiċjenza. 10 5.1.2. Ir-rakkomandazzjonijiet dwar
il-progress u l-effettività. 11 5.2. Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu. 12 5.2.1. Ir-rakkomandazzjonijiet dwar
l-organizzazzjoni u l-effiċjenza. 12 5.2.2. Ir-rakkomandazzjonijiet dwar
il-progress u l-effettività. 12 5.3. Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi 13 5.3.1. Ir-rakkomandazzjonijiet dwar
l-organizzazzjoni u l-effiċjenza. 13 5.3.2. Ir-rakkomandazzjonijiet dwar
il-progress u l-effettività. 14 6.... KONKLUŻJONIJIET. 16 RAPPORT
MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U
SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-Tieni
Evalwazzjoni Interim tal-Impriżi Konġunti tal-Inizjattivi
Teknoloġiċi Konġunti CLEAN SKY, ĊELLOLI TAL-FJUWIL U
L-IDROĠENU u INIZJATTIVA DWAR MEDIĊINI INNOVATTIVI
1.
INTRODUZZJONI
Dan ir-rapport
jiġbor fil-qosor is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-bords ta’
esperti indipendenti li wettqu t-tieni evalwazzjoni interim tal-Inizjattivi
Teknoloġiċi Konġunti (JTIs) li ġejjin: Clean Sky;
Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (Fuel Cells and Hydrogen); u
l-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi; Jippreżenta wkoll l-osservazzjonijiet
tal-Kummissjoni u jenfasizza l-oqsma li fihom għandhom jiġu ppjanati
azzjonijiet ta' segwitu. B'dan ir-rapport, il-Kummissjoni tikkonforma
mar-rekwiżiti skont l-Artikolu 11 ta' kull Regolament tal-Kunsill li
jistabbilixxi l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti msemmija hawn
fuq.[1] Fl-annessi qed
tingħata informazzjoni dwar it-tliet Gruppi ta' Esperti Indipendenti
(IEGs) li wettqu l-evalwazzjonijiet u dwar l-analiżi SWOT
(saħħiet, dgħufijiet, opportunitajiet, u theddid) mwettqa
għal kull JTI. L-anness jinkludi wkoll lista sħiħa ta'
rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-IEGs. Ir-rapport individwali
sħaħ huma ppubblikati fil-websajt tal-Impriża Konġunta
korrispondenti.
2.
SFOND
Fis-Seba'
Programm Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (FP7)
ġie propost l-istabbiliment ta' sħubijiet pubbliċi-privati
fit-tul — bħall-JTIs — li għandhom jiġu implimentati permezz
tal-Impriżi Konġunti (JUs) fi ħdan il-kamp tal-applikazzjoni
tal-Artikolu 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (dak li issa
huwa l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) u
ġew iddefiniti l-kriterji speċifiċi li jidentifikawhom. Ġew
identifikati għadd ta' oqsma teknoloġiċi strateġiċi u
ġew stabbiliti s-Sħubijiet Pubbliċi Privati (PPPs) bejn
il-Kummissjoni u l-industrija. Dan ir-Rapport jiffoka fuq il-PPPs li
ġejjin:
L-Impriża
Konġunta Clean Sky (CS JU) hija l-PPP bejn l-Unjoni Ewropea
(irrappreżentata mill-Kummissjoni) u l-industrija tal-ajrunawtika.
L-objettiv prinċipali tagħha huwa li jiġu żviluppati
teknoloġiji aktar ekoloġiċi — b'hekk jikkontribwixxu
għall-miri tal-ACARE 2020[2]
għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u tat-tniġġis akustiku
fit-trasport bl-ajru fl-Ewropa.
Fi
Clean Sky, l-industrija hija rrappreżentata bi 12-il mexxej tal-industrija
u bħalissa 66 membru assoċjat. Flimkien mal-membri, hemm aktar minn
400 sieħeb magħżula permezz ta' sejħiet miftuħa
għall-proposti u li qed jaħdmu fuq kompiti speċifiċi.
Il-membri u s-sħab kollha jaħdmu flimkien f'għadd ta' ambiti
teknoloġiċi li ġew integrati f'sitt Dimostraturi
tat-Teknoloġija Integrata (ITD) u programm Evalwatur tat-Teknoloġija
bl-għan li jivvalutaw ir-rendiment tat-teknoloġiji żviluppati
skont Clean Sky.
L-Impriża
Konġunta dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH
JU) hija l-PPP bejn l-Unjoni Ewropea (rappreżentata
mill-Kummissjoni), l-industriji taċ-ċelloli tal-fjuwil u
l-idroġeni (rappreżentati minn NEW-IG Industry Grouping), u
l-komunità tar-riċerka (rappreżenatat minn N.ERGHY Research
Grouping). L-għan ewlieni tagħha huwa li titħaffef
l-introduzzjoni tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u
tal-idroġenu fis-suq biex jissodifaw il-potenzjal tagħhom
bħala strumenti fil-kisba ta' sistema tal-enerġija li ma
tużax ħafna karbonju.
L-Impriża
Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi (IMI JU)
hija l-PPP bejn l-Unjoni Ewopea (irappreżenatat mill-Kummissjoni) u
l-Federazzzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet
Farmaċewtiċi (EFPIA). L-objettivi tagħha huma l-bini ta'
ambjent aktar kollaborattiv għar-riċerka farmaċewtika u
l-iżvilupp taknoloġiku (R&Ż) fl-Ewropa, u
l-iżvilupp ta' mediċini aktar effittivi u sikuri filwaqt li
tikber il-kompetittività tas-settur farmaċewtiku tal-UE.
Clean
Sky għandha baġit ta' EUR 1,6 biljun b'kontribut massimu mill-UE ta'
EUR 800 miljun li minnhon tal-anqas EUR 200 miljun huma allokati
għas-sejħiet għall-proposti. Sa Settembru tal-2013, 14-il
sejħa għall-proposti ġew evalwati u sussegwentement
intgħażel portafoll ta' proġetti. Fiż-żmien
tal-valutazzjoni, il-portafoll tal-proġetti kien jinkludi 349 proġett
li għalihom ġie ffirmat ftehim ta' għotja. L-evalwazzjoni
tal-15-il sejħa għall-proposti kienet għadha għaddejja u
l-pjan huwa li s-16-il sejħa, li hija wkoll l-aħħar waħda,
titnieda qabel tmiem l-2014. L-Impriża
Konġunta dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għandha
kontribut massimu mill-UE ta' EUR 470 miljun għall-attivitajiet ta'
riċerka. S'issa, tniedew sitt sejħiet għall-proposti annwali u
sussegwentement intgħażel portafoll ta' proġetti. Fl-ewwel
ħames sejħiet, ingħataw madwar EUR 380 miljun bejn 131
proġett. In-negozjati għall-71 proġett ippreżentati
fis-sejħa għall-proposti tal-2013, b'finanzjament indikattiv totali
ta' madwar EUR 68 miljun, kienu għadhom għaddejjin waqt li kienet qed
titwettaq din it-tieni evalwazzjoni interim. Fir-rigward
tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi, ġiet allokata
kontribuzzjoni sa massimu ta' EUR 1 biljun mill-FP7. S'issa kien hemm 10
sejħiet għall-proposti għal portafoll ta' proġetti globali
ta' madwar 40 proġett li huma għaddejjin bħalissa. Il-11-il
sejħa, li hija wkoll l-aħħar waħda, tnediet
fil-11 ta' DIċembru 2013. L-ewwel sett ta'
evalwazzjonijiet interim twettaq fl-2010 u l-2011, skont ir-rekwiżiti
tar-Regolamenti tal-Kunsill li jistabbilixxu l-JTU JUs. It-tieni sett, li huwa
s-suġġett ta' dan ir-rapport, tlesta qabel tmiem l-2013. Ir-rispons
tal-Kummissjoni għall-ewwel rapporti ta' evalwazzjoni interim ġie
inkluż fil-Komunikazzjoni tagħha dwar is-Sħubijiet.[3]
3.
IL-PROĊESS TAL-EVALWAZZJONI
It-tieni
evalwazzjonijiet interim tat-tliet Impriżi Konġunti twettqu b'mod
parallel. Il-koordinazzjoni tal-evalwazzjonijiet kienet partikolarment
importanti minħabba t-trażizzjoni mill-FP7 għall-Orizzont 2020
flimkien mal-proċessi li għaddejjin għall-kontinwità ta' dawn
l-inizjattivi. L-objettiv ta'
din l-evalwazzjoni kien il-valutazzjoni tal-effetività, l-effiċjenza u
l-kwalità tal-operazzjonijet, kemm fir-rigward tal-korpi tal-operat
tagħhom u kemm l-attivitajiet tagħhom. Għal dan
l-għan, il-Kummissjoni stiednet għadd ta' esperti indipendenti biex
jipproduċu rapport abbażi ta' reviżjoni tal-evidenza u
l-intervisti ta' partijiet interessati magħżula f'kull qasam
teknoloġiku. Sabiex tħaffef il-valutazzjoni orizzontali u
l-kwistjonijiet komuni, wieħed mill-esperti kien komuni għat-tliet
Gruppi ta' Esperti Indipendenti (IEGs). Wara
l-laqgħat tal-bidu li saru fi Brussell f'Marzu tal-2013,
l-evalwazzjonijiet damu sejrin għal madwar ħames xhur. Dawn twettqu
permezz ta' ħidma mill-bogħod, telefonati ta' konferenza, għadd
ta' laqgħat u intervisti ma' għadd kbir ta' partijiet interessati.
Fil-każ tal-Impriża Konġunta dwar iċ-Ċelloli
tal-Fjuwil u l-Idroġenu, sar ukoll stħarriġ lill-koordinaturi
tal-proġetti permezz tal-internet. Għal Clean Sky, saru diversi
żjarat fis-siti tal-kumpaniji u tal-faċilitajiet f'għażla
ta' ITDs biex tiġi vvalutata l-istrateġija u l-ħidma mwettqa
fit-tħejjija tad-dimostraturi. Barra minn hekk,
ġew analizzati d-dokumenti interni u l-informazzjoni disponibbli onlajn,
inkluż sett ta' dokumenti ta' politika tal-UE. Ir-rapporti
mill-IEGs inħarġu f'Lulju tal-2013 (Ċelloli tal-Fjuwil u
l-Idroġenu), Awwissu tal-2013 (Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi)
u Ottubru tal-2013 (Clean Sky). Din it-tieni sessjoni ta' evalwazzjonijiet
interim appoġġat, fejn kien rilevanti, il-proċess
tal-leġiżlazzjoni fl-istabbiliment tal-ġenerazzjoni li jmiss
tal-JTI JUs.
4.
IR-RIŻULTATI U R-RAKKOMANDAZZJONIJIET
TAL-EVALWAZZJONI FIL-QOSOR
Il-konklużjoni
ġenerali tar-rapporti tal-IEGs hija li l-Impriżi Konġunti
kellhom suċċess fil-kisba tal-objettivi tagħhom, li huma
rilevanti għall-isfidi tal-Orizzont 2020 u li għandhom
jibqgħu isiru. It-tieni
valutazzjonijiet interim juru li l-Impriżi Konġunti eżistenti
wrew b'suċċess il-vijabbiltà tal-kunċett ta' PPP
għar-riċerka f'oqsma teknoloġiċi strateġiċi.
Kienu effettivi billi kisbu l-objettivi ewlenin tagħhom u kienu
kapaċi jinfurnzaw mill-ġdid ir-rwol tal-Ewropa fir-R&Ż
tal-ajrunawtika, il-farmaċewtika u ċ-Ċelloli tal-Fjuwil u
l-Idroġenu. Meta
jħarsu 'l quddiem, l-esperti jqisu li xi kwistjonijiet jistgħu
jittejbu u għalhekk għamlu sejre ta' rakkomandazzjonijiet biex
ineħħu jew inaqqsu n-nuqqassijiet identifikati fl-operat kurrenti ta'
kull Impriża Konġunta u biex itejbu l-effettività, l-effiċjenza
u l-kwalità tagħhom.
4.1.
Clean Sky
L-IEG
kkonkluda li r-riċerka mwettaq fi Clean Sky[4]
hija ta' kwalità għolja. Diġà hemm għadd ta' dimostraturi
għaddejjin jew li ġew ittestjati. F'ħafna każijiet,
il-valutazzjonijiet preliminari tal-benefiċċji ambjentali
jikkonfermaw l-abbiltà li l-miri jinkisbu sa tmiem il-programm.
4.1.1.
L-organizzazzjoni tal-Impriża Konġunta u
r-relazzjonijiet mal-partijiet interessati
Fir-rigward
tal-organizzazzjoni u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi,
ir-rapport jindika li l-governanza ġenerali hija effiċjenti
fil-ġestjoni tal-programm u fil-kisba tas-sejħiet u
tal-proġetti. L-IEG huwa konvint li Clean Sky ħolqot djalogu effettiv
bejn l-industrija, inklużi l-SMEs, u l-komunitajiet tar-riċerka u
dawk akkademiċi madwar programm strateġiku komuni u implimentatu
b'suċċess. Madankollu, l-IEG iqis lir-rabtiet eżistenti kemm
mas-SESAR[5] u
mal-ACARE[6]
għandhom jissaħħu u li Clean Sky għandu jkollha
kunsiderazzjoni aħjar tal-linji tal-ajru, il-provvedituri ta' servizz
tan-navigazzjoni bl-ajru (ANSPs) u partijiet interessati oħra. Fir-rigward
tat-tmexxija tal-Uffiċċju Eżekuttiv, l-IEG sab li għad hemm
lok għal titjib fit-tnaqqis tal-ħidma amministrattiva,
iż-żieda fl-effiċjenza organizzattiva u fit-tisħiħ
tal-komunikazzjoni interna u esterna. Madankollu, kien hemm progress
sinifikanti fit-tħaffif tal-proċessi u fil-kisba ta' effiċjenza
operattiva ogħla. Ir-rapport jagħti rakkomandazzjoni għal
aġġustamenti addizzjonali biex tittejjeb aktar l-effiċjenza
tal-Uffiċċju Eżekuttiv. Barra minn hekk, issa li Clean Sky hija
stabbilita sew, jeħtieġ li l-bilanċ tal-kapaċitajiet fil-ġestjoni
tal-proġetti jitjieb.
4.1.2.
L-implimentazzjoni tal-Aġenda tar-Riċerka
Fir-rigward
tal-progress tekniku, ir-rapport jindika li minkejja dewmien inizjali, peress
li l-bidu tagħha seħħ bil-mod, Clean Sky turi progress
sodisfaċenti fil-kisba tal-objettivi stabbiliti tagħha u għandha
attitudni ċara, miftuħa u mhux diskriminatorja lejn komunità
wiesgħa ta' partijiet interessati. B'mod partikolari, jidher li
l-istrateġija (jiġifieri l-metodi, il-proċessi u l-għodod)
użata — għat-tnedija u l-ġestjoni tas-sejħiet
għall-proposti, l-għażla tal-aqwa proposti, il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni
tal-SMEs u ż-żieda fir-rata ta' entrati ġodda fl-Impriża
Konġunta u fis-sejħiet għall-proposti — kienet effettiva. L-iżvilupp
tekniku tad-dimostraturi qed jagħmel progress sodisfaċenti wkoll. Qed
jiġi nnutat li sat-tmiem ta' Clean Sky, il-programmi ta' dimostrazzjoni se
jipprovdu evidenza tal-integrazzjoni fil-prattika ta' diversi teknoloġiji
u jindikaw il-benefiċċji potenzjali f'ambjent operattiv rilevanti.
4.2.
Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu
Fir-rigward
taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu,[7] it-tlaqqigħ flimkien ta' impenn fuq
żmien fit-til mill-UE u l-finanzjament stabbli pprovdut permezz
tal-istrument ippermettew li l-Impriża Konġunta tagħti
fiduċja lill-industrija u tappoġġa s-settur fit-tnaqqis tad-diskrepanza
bejn ir-riċerka u l-iskjerament.
4.2.1.
L-organizzazzjoni tal-Impriża Konġunta u
r-relazzjonijiet mal-partijiet interessati
L-IEG
jagħraf li l-ġestjoni tal-proġett hija effiċjenti u
apprezzata mill-parteċipanti; madankollu, ġie rrakkomandat li
jitnaqqsu l-ispejjeż ġenerali. L-istruttura tal-governanza tal-FCH
tiqies bħala waħda xierqa, iżda li tista' tkun aħjar,
speċjalment fil-livel tat-teħid tad-deċiżjonijiet u
fil-kooperazzjoni mal-Istati Membri. Fl-aħħar nett, l-IEG rrakkomanda
wkoll li l-Impriża Konġunta tagħmel progress fil-qasam tal-komunikazzjoni.
4.2.2.
L-implimentazzjoni tal-Aġenda tar-Riċerka
F'dak
li huwa progress teknoloġiku, l-evalwazzjoni sabet li l-iżviluppi li
rriżultaw mir-riċerka mwettqa fiċ-Ċelloli tal-Fjuwil u
l-Idroġenu żguraw titjib fis-suq (eż: billi jitnaqqsu
l-ispejjeż u jitjiebu l-prestazzjoni u t-tul tal-ħajja
tal-komponenti). Ir-rapport jenfasizza li bil-propetti ta' dimostrazzjoni,
b'mod partikpolari fis-settur tat-trasport, issaħħew l-għarfien
u l-kunfidenza. Filwaqt li l-kwalità tal-ħidma mwettqa titqies kumparabbli
ma' dik imwettqa skont il-bqija tal-FP7, l-impatt fuq il-politika (muftieħ
għas-suċċess tat-teknoloġiji taċ-ċelloli
tal-fjuwil u l-idroġenu) jitqies li huwa limitat, x'aktarx minħabba
l-istadju bikri tal-attivitajie tar-riċerka (għadd żgħir
biss ta' proġetti ġew finalizzati). Madankollu, l-esperti
jirrakkomandaw li l-mekkaniżmi u r-rabtiet bejn ir-riċerka u
l-politika jiġu riveduti u li l-komunikazzjoni mas-servizzi
tal-Kummissjoni li huma responsabbli mill-iżvilupp tal-politika titjieb. Jirrakkomandaw
ukoll li l-aċċess għar-riżorsi tal-finanzjament ikun aktar
sempliċi sabiex ikunu jistgħu jsiru d-dimostrazzjonijiet
neċessarji fuq skala kbira li huma meħtieġa
għall-kummerċjalizzazzjoni ta' dawn it-teknoloġiji. Fl-istess
waqt, għandu jkun hemm lok għal attivitajiet ta' riċerka
rivoluzzjonarja.
4.3.
Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi
Skont
l-IEG, l-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi[8] wriet b'suċċess l-effettività
tagħha fl-infurzar mill-ġdid tal-attrattività tal-Ewropa
fir-R&Ż fil-farmaċewtika, fil-ġbir tar-riżorsi u
l-istimular ta' impenn u involviment akbar minn diversi partijiet interessati,
u fl-istimular ta' teknoloġiji u metodoloġiji ġodda biex
iħaffu l-iżvilupp tal-mediċina. B'mod partikolari,
l-evalwazzjoni tirrapporta dwar il-kwalità għolja u l-eċċellenza
xjentifika tal-proġetti.
4.3.1.
L-organizzazzjoni tal-Impriża Konġunta u
r-relazzjonijiet mal-partijiet interessati
Fil-proċess
tal-valutazzjoni tal-effiċjenza tal-Inizjattiva dwar Mediċini
Innovattivi, l-IEG analizza l-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs),
l-istruttura u l-proċessi tal-governanza, l-istrateġiji
tal-komunikazzjoni u l-użu tal-fondi. Waħda mill-konklużjonijiet
ewelnin hija li l-KPIs għandhom jiġu żviluppati aktar biex
l-objettivi ġenerali tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi
jitkejlu u jiġi riflessi aħjar. Hemm ukoll il-ħtieġa ta'
strateġija fuq żmien fit-tul biex ikun ivvalutat aħjar l-impatt
tal-IMI fuq l-industrija tal-bijofarma, is-sistema tal-kura tas-saħħa
u l-ekonomija Ewropea. Barra
minn hekk, ir-rapport juri li l-istrateġija tal-komunikazzjoni
teħtieġ li tiżviluppa aktar biex tilħaq gruppi differenti
b'messaġġ immirat. Dan għandu jindirizza n-nuqqas ta'
viżibbiltà tal-IMI fost gruppi speċifiċi fil-komunità
xjentifika. Minkejja
li l-IEG kkunsidra li sar progress sinifikanti biex jittejjeb il-funzjonament
tal-Uffiċċju Eżekuttiv, għad hemm għadd ta'
kwistjonijiet dwar l-organizzazzjonu u r-riżorsi umani li jistgħu
jittejbu.
4.3.2.
L-implimentazzjoni tal-Aġenda tar-Riċerka
Fir-rigward
tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp, l-IEG
nnota li għad hemm xi ideat żbaljati dwar kwistjonijiet ta' proprjetà
intellettwali, għalkemm il-perċezzjoni tal-problema tvarja b'mod
sinifikanti fost il-partijiet interessati. L-IEG apprezza l-isforzi li saru
biex jiġi esplorat mekkaniżmu ta' finanzjament ġdid, eż:
permezz ta' sejħiet għall-proposti biex jiġu sfruttati
opportunitajiet xjentifiċi ġodda (ENSO), li wassal għal kisbiet
akbar minn dak li kien mistenni.
4.4.
ANALIŻI SWOT
Biex
l-evalwazzjoni titqiegħed f'kuntest usa' u biex ikun aktar faċli li
jsiru l-konklużjonijiet, l-esperti tal-IEG wettqu analiżi SWOT
tal-Impriżi Konġunti tal-JTI Mill-punti ta' saħħa,
in-nuqqasijiet, l-opportunitajiet u t-theddidiet individwali, ġew
identifikati għadd ta' fatturi komuni, b'mod partikolati fir-rigward
tal-punti ta' saħħa u tan-nuqqasijiet. Din l-analiżi hija
b'saħħitha, billi tkopri b'mod espliċitu tlieta mill-ħames
impriżi konġunti JTI stabbiliti skont l-FP7. Ir-rapport
mill-Kummissjoni dwar it-tieni sessjoni ta' evalwazzjonijiet interim
għaż-żewġ impriżi konġunti JTI l-oħra
taħt ir-responsabbiltà tad-DĠ Netwerks tal-Komunikazzjonijiet,
il-Kontenut u t-Teknoloġija diġà ġie ppublikat[9] u l-konklużjonijiet huma konformi ma'
dawk ippreżentati hawn. B'mod ġenerali, il-punti ta' saħħa fil-JTI JUs
attwali jikkonfermaw li l-PPPs huma mudell ta' kooperazzjoni ta'
suċċess biex jindirizzaw l-isfidi mhux kompetittivi
fit-teknoloġiji speċifiċi. Il-JTIs huma strument validu biex
jinkiseb qbil dwar l-aġendi ta' riċerka strateġika u biex
potenzjalment jinkiseb użu aktar effiċjenti tal-baġits
għar-riċerka. Punt ieħor ta' saħħa huwa
l-kapaċità li joħolqu u jżommu komunitajiet
b'saħħithom fost l-industrija, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka
u d-dinja akkademika billi jwessgħu n-netwerk tal-partijiet interessati
involuti, u b'hekk joħolqu massa kritika ta' għarfien espert biex
jindirizzaw l-aktar problemi kumplessi u jwasslu output xjentifiku ta' kwalità
għolja. Il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u t-tkabbir tas-sinerġiji
wkoll urew li huma ta' vantaġġ. Clean
Sky stabbilixxiet struttura ta' governanza effettiva u parteċipazzjoni
proattiva tal-korpi konsultattivi; L-inizjattiva taċ-Ċelloli
tal-Fjuwil u l-Idroġenu u l-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi
għandhom isaħħu dawn l-aspetti. Bħala
nuqqasijiet, l-analiżi tenfasizza li l-bilanċ bejn l-istaff
xjentifiku u amministrattiv fl-Uffiċċju Eżekuttiv
tal-Impriżi Konġunti jista' jittejjeb. Madankollu, dan għandu
jitqies fil-kuntest usa' tal-kunċett ta' impriżi konġunti JTI:
dawn huma, skont id-diżinn, korpi żgħar li jridu jipprovdu medda
sħiħa ta' servizzi b'appoġġ għall-attivitajiet
tar-riċerka u tad-dimostrazzjoni. Dan għandu impatt fuq
il-possibbiltà li l-bilanċ bejn il-kompiti amministrattivi u dawk
xjentifiċi jittejjeb u biex jiġu bbilanċjati mill-ġdid
mill-intern il-kapaċitajiet tal-persunal. F'dan
ir-rigward, ir-Regolamenti tal-Kunsill[10]
proposti mill-Kummissjoni jinkludu miżuri biex jgħinu lill-Impriżi
Konġunti jirrazzjonalizzaw il-kompiti u biex jibbenfikaw aktar
mis-servizzi komuni offruti lill-għadd kollu ta' korpi ta'
implimentazzjoni ta' Orizzont 2020. Barra minn hekk,
l-IEGs ikkummentaw dwar il-parteċipazzjoni baxxa ta' ċerti kategoriji
ta; partijiet interessati (eż: SMEs, kumpaniji EFPIA) u dwar
il-miżuri li jridu jittieħdu biex iwessgħu il-kamp
tal-applikazzjoni tal-inizjattivi. Il-livell ta' koordinazzjoni attwali
mal-inizjattivi u l-politiki reġjonali, nazzjonali u internazzjonali hu
meqjus bħala wieħed limitat u għandu jittejjeb. Dawn
l-osservazzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni u l-koordinazzjoni fuq livelli
differenti ta' intervent u politiki huma pjuttost speċifiċi
għall-JTIs; madankollu, il-monitoraġġ tat-titjib jinsab
fil-mandat tal-Kummissjoni. Fejn
kien rilvanti, ġie kkunsidrat li l-għadd ta' KPIs stabbiliti f'kull
JTI JU mhumiex maturi biżżejjed, billi jillimitaw il-possibbiltà li
jiddimostraw kemm l-impatt soċjoekonomiku u ambjentali usa' u kemm
il-kisbiet tal-objettivi fil-livell tal-programm. B'mod partikolari, dan
il-fattur tal-aħħar jista' jhedded l-appoġġ politiku
għall-Impriżi Konġunti JTI. Fl-aħħar nett, it-theddida komuni identifikata hija
l-potenzjal ta' żieda fil-perċezzjoni negattiva tal-Impriżi
Konġunti JTI fost il-partijiet interessati l-kbar.
5.
RISPONS TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORTI TAL-IEG
Il-Kummissjoni
tilqa' l-konklużjonijiet tal-IEGs li Impriża Konġunta hija
l-ambjent xieraq għall-implimentazzjoni tar-riċerka u
d-dimostrazzjoni f'setturi importanti speċifiċi u dan għandu
jkompli jsir. Il-Kummissjoni hija impenjata li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet
indirizzati lilha u li taħdem flimkien mal-partijiet interessati u
mal-korpi dwar ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilhom. B'mod ġenerali,
il-Kummissjoni taqbel mal-valutazzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-IEGs u
mal-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi.
Ħafna mir-rakkomandazzjonijiet diġà ġew indirizzati fil-proposti
tal-Kummissjoni għall-Impriżi Konġunti JTI skont
l-Orizzont 2020.
5.1.
Clean Sky
Il-Kummissjoni tinnota
l-konklużjoni tal-IEG li, minkejja li l-bidu tagħha seħħ
bil-mod, Clean Sky ħaffet fl-attivitajiet tagħha u issa
għaddejja bi ħġarha, Għalkemm mhux id-dewmien kollu
ġie rkuprat, l-implimentazzjoni kollha li kienet pjanata se tinkiseb.
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-pożizzjoni tal-IEG u hija assigurata li
Clean Sky hija konformi mal-kisba tal-objettivi tagħha.
5.1.1.
Ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-organizzazzjoni u
l-effiċjenza
5.1.1.1. Idoneità tar-regoli interni u tal-finanzjament tal-Impriżi
Konġunti
B'mod ġenerali,
il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-opinjoni tal-IEG li l-proċess tat-teħid
tad-deċiżjonijiet għandu jitħaffef, iżda fl-istess
ħin tenfasizza li l-proċess ta' semplifikazzjoni għandu
jitwettaq fil-limiti tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni u r-Regolament
Finanzjarju, u b'hekk jinżamm il-kontroll u jkun hemm trasparenza totali
tal-użu tal-fondi pubbliċi.
5.1.1.2. Effiċjenza fl-organizzazzjoni u fil-proċeduri inkluż
il-monitoraġġ tat-Uffiċċju Eżekuttiv
Il-Kummissjoni taqbel
li l-estensjoni tal-Impriżi Konġunti hija opportunità biex
tissemplifika l-użu tagħhom tar-riżorsi amministrattivi u
tekniċi. Madankollu, huwa importanti li jiġi nnutat li dan
il-porċess ta' razzjonalizzazzjoni għandu jidher u jitwettaq
fil-kuntest usa' tal-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 li huwa l-programm
li taħtu l-JUs huma mezzi għall-kisba tal-objettivi stabbilit
mil-leġiżlatur.
5.1.1.3. Effiċjenza tal-komunikazzjoni
Il-Kummissjoni taqbel
li l-komunikazzjoni għandha ssir kanal ċentrali tas-sinerġiji
interni u esterni tal-Impriżi Konġunti. Hija determinata li tipprovdi
l-appoġġ tagħha sabiex jinkiseb dan l-għan. Huwa importanti
li l-attivitajiet tal-komunikazzjoni jiżdiedu b'mod effettiv u li
l-pubbliku ġenerali, ir-rappreżentanti tas-setturi, dawn li
jieħdu d-deċiżjonijiet u l-komunitajiet internazzjonali jkunu fil-mira.
Il-Kummissjoni taqbel mal-IEG li s'issa nkisbu riżultati tajbin ħafna
u li l-istatus kurrenti huwa punt ta' tluq importanti għal aktar titjib
fil-komunikazzjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni taqbel li r-rabiet bejn il-JU
SESAR u Clean Sky għandhom jissaħħu u hija lesta taħdem
maż-żewġ Impriżi Konġunti biex ittejjeb
il-komunikazzjoni u ssaħħaħ is-sinerġiji u
l-komplementaritajiet. Il-Kummissjoni hija
impenjata wkoll li taħdem mill-qrib ma' Clean Sky u mal-partijiet
interessati kollha inklużi l-Gruppi Rappreżentati tal-Istati Membri u
tal-Istati Nazzjonali sabiex iżżid l-għarfien u
l-viżibbiltà globali ta' Clean Sky 2.
5.1.1.4. Kwalità tas-sejħiet għall-proposti
L-IEG jagħraf li
l-proċedura u l-implimentazzjoni tas-sejħiet għall-proposti
kienu effettivi u proporzjonati mar-rwol tas-sħab fil-programm tekniku
Clean Sky. Il-Kummissjoni taqbel li dan l-approċċ għandu
jitkompla u li l-proċess tas-sejħiet għandu jibqa' kontributur
importanti biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi fi Clean Sky 2 li hija
impriża iktar ambizzjuża. L-IEG jikkunsidra li għandha ssir
aktar ħiddma fir-reviżjoni sistematika tal-kontenut tekniku
tas-sejħiet u l-Kummissjoni hija lesta li tikkontribwixxi biex
jintlaħaq dan l-għan.
5.1.2.
Ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-progress u
l-effettività
5.1.2.1. Progress u effettività globali
Il-Kummissjoni taqbel
mal-konklużjoni tal-IEG li Clean Sky 2 għandha ssir il-punt fokali
ta' programm innovattiv abbażi tad-dimostraturi pan-Ewropew
fl-ajrunawtika. Il-kapitalizzazzjoni fuq l-implimentazzjoni b'suċċess
ta' Clean Sky fl-FP7 hija neċessarja fl-isforzi biex jintlaħqu l-miri
ambjentali u kompetittivi. Il-Kummissjoni tenfasizza li dawn il-miri ambjentali
u l-progress biex jitlaħqu jridu jkunu allinjati ma' inizjattivi oħra
li jappoġġaw il-politika ambjentali tagħha. Il-Kummissjoni tinnota
li l-IEG irrapurtat li l-istrateġija u t-tħejjija tal-fażi
finali tad-dimostratur, inklużi t-testijiet tat-titjira, kienu
eżemplari. Fl-istess ħin, l-IEG indika l-ħtieġa għal
korelazzjoni iktar intensiva bejn l-objettivi ta' Clean Sky u l-objettivi
globali tas-settur tal-ajrunawtika kif stabbiliti skont il-Pjattaforma Ewropea
għat-Teknoloġija ACARE. Il-Kummissjoni hija tal-istess
pożizzjoni bħall-IEG u se tesplora l-possibbiltà li tiżviluppa
aktar metodoloġija biex tivvaluta l-progress lejn il-miri tal-ACARE.
5.1.2.2. Żjarat fuq il-post
L-IEG jirrikonoxxi li
ż-żjarat fuq is-siti pprovdew esperjenza diretta tal-progress
magħmul minn Clean Sky u kif ir-rżultati li nkisbu ssodisfaw
l-objettivi speċifiċi. Il-Kummissjoni taċċetta
l-pożizzjoni u r-rakkomandazzjoni tal-IEG biex tiżgura li
ż-żjarat fis-siti jiġi kkuntemplati fil-valutazzjonijiet futuri.
5.1.2.3. L-Evalwatur tat-Teknoloġija u l-ħtiġijiet tal-politika
Il-Kummissjoni tinnota
l-orizzont attwali tal-Evalwatur tat-Teknoloġija, li hu mmirat lejn
il-valutazzjonijiet teknoloġiċi. Il-Kummissjoni għandha tilqa'
twessigħ tal-kamp tal-applikazzjoni tal-iżvilupp tal-għodod
tal-Evalwatur tat-Teknoloġija.
5.2.
Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu
5.2.1.
Ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-organizzazzjoni u
l-effiċjenza
5.2.1.1. Il-governanza u l-involviment tal-partijiet
interessati
Il-Kummissjoni
taqbel li l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet
għandhom ikunu mgħaġġlin kemm jista' jkun, iżda
tenfasizza li għandhom ikunu żgurati skadenzi proprji
fl-organizzazzjoni u t-tħejjija tal-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija
(GB). Għandu jiġi nnutat li l-vot tal-Kummissjoni fil-Bord
tat-Tmexxija huwa indiviżibbli, u għandha tingħata
biżżejjed żmien sabiex twettaq il-proċess ta'
konsulatzzjoni bejn is-servizzi tagħha biex jintlaħaq qbil bejn
is-servizzi kollha involuti. L-iskadenzi attwali għall-forniment ta'
dokumenti għal-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija u għar-rispons ta'
proċeduri bil-miktub jirrispettaw din il-ħtieġa. L-UE, bħala
membru tal-Bord tat-Tmexxija, se tissorvelja l-allokazzjoni xierqa
tar-riżorsi, l-impennn kontinwu mill-membri u l-applikazzjoni
effiċjenti tal-proċeduri. L-awtorità tad-Direttur Eżekuttiv hija
limitata fil-każ ta' kwistjonijiet li għalihom il-Kummissjoni
għandha dritt ta' veto (ġeneralment kwistjonijiet ta' nefqa pubblika)
u li għalhekk għandhom jiġu deċiżi mill-GB.
Il-Kummissjoni tappoġġa l-proposta biex tinforza mill-ġdid
ir-rwol ta' u ttejjeb il-fluss tal-informazzjoni mal-Grupp
tar-Rappreżentanti tal-Istati.
5.2.1.2. Diżinn u ġestjoni amministrattivi
Il-proposta
tal-Kummissjoni għal Regolament dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u
l-Idroġenu 2 tinkludi l-possibbiltà li għadd ta' funzjonijiet
amministrattivi jinqasmu. Madankollu, minħabba n-natura awtonoma
tal-Impriżi Konġunti, ma jkunx possibbli li l-Kummissjoni tieħu
lura l-funzjonijiet kif propost mill-IEG. Il-Kummissjoni hija lesta li tesplora
għażliet dwar kif in-nefqa tal-industrija tista' tiġi
mmonitorjata, fejn dan ikun kompatibbli mal-approċċ ta'
semplifikazzjoni globali miġbur f'Orizzont 2020.
5.2.2.
Ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-progress u
l-effettività
Il-Kummissjoni
taqbel mal-miżuri porposti dwar is-suġġet tal-finanzjament.
Ir-Regolament il-ġdid dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u
l-Idroġenu 2 li ġie ppropost jipprevedi li l-JU verament se jkollha
aċċess għall-fondi garantiti, u dan jimplika li l-parteċipazzjoni
mill-SMEs se tkun faċilitata. Fir-rigward
tal-programmi ta' ħidma, se jsir sforz ġdid biex jittejbu
s-sinerġiji u l-interazzjonijiet ma' oqsma rilevanti oħra. Diġà
bdew jittieħdu azzjonijiet biex jiżdied l-allinjament bejn
il-programmi ta' ħidma, kemm dawk li jikkonċernaw l-ewwel
sejħiet skont l-Orizzont 2020 u kemm l-attivitajiet tal- Inizjattiva
Ewropea għal Vetturi Ekoloġiċi. Il-Kummissjoni
hija lesta li tesplora modi kif tissemplifika l-interazzjonijiet bejn
is-servizzi tagħha responsabbli mid-definizzjoni tal-politika u l-JU
sabiex tiżgura li l-attivitajiet tal-JU huma aktar rilevanti
għall-oqsma tal-politika. Se tiżgura wkoll li l-evidenza xjentifika
tiġi inkorporata b'mod konsistenti fl-oqsma tal-politika dwar it-trasport
u l-enerġija. L-iskema ERA-NET[11] u l-Programm Konġunt tal-Alleanza
Ewropea għar-Riċerka dwar l-Enerġija (EERA) dwar
iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu jistgħu jiġi
kkunsidrati bħala strumenti xierqa għall-koordinazzjoni u l-integrazzjoni
tal-attivitajiet nazzjonali u reġjonali f'dan il-qasam, u jistgħu
jkunu sħab effettivi għall-impriża konġunta
taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu. Il-Kummissjoni
se tinvestiga l-possibbiltà li tinkludi infrastrutturi tal-idroġenu
fil-Qafas ta' Referenza Strateġiku Nazzjonali (NSRF) il-ġdid
għall-Fondi Strutturali.
5.3.
Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi
5.3.1.
Ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-organizzazzjoni u
l-effiċjenza
5.3.1.1. Struttura organizzattiva u mekkaniżi ta' finanzjament
Il-Kummissjoni
tirrikonoxxi r-rakkomandazzjonijiet tal-IEG għal aktar titjib fl-istruttura
organizzattiva tal-Uffiċċju Eżekuttiv tal-Inizjattiva dwar
Mediċini Innovattivi biex tiżgura bilanċ xieraq bejn il-persunal
amministrattiv u dak tekniku. Barra minn hemm, IMI għandha tidentifika
l-kapaċitajiet possibbli jew in-nuqqasijiet fil-kompetenzi
tal-uffiċċju bi ħsieb li jsir titjib. L-IEG jirrakkomanda li
l-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi għandha teżamina jekk
il-funzjonijiet amministrattivi u orizzontali jistgħux jinqasmu ma'
Impriżi Konġunti oħra, bl-għarfien li dan
l-approċċ diġà ttieħed fil-proposta tal-Kummissjoni
għall-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi 2. Il-Kummissjoni
tappoġġa r-rakkomandazzjoni biex ikomplu jsiru pjanijiet u
diżinji għal mekkaniżi ta' finanzjament ġodda biex
tiżgura s-sostenibbiltà tal-proġetti attwali u dawk futuri, kull fejn
ikun xieraq u jkun konformi mar-regoli ta' Orizzont 2020.
5.3.1.2. Governanza u involviment tal-partijiet interessati industrijali
L-IEG
ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tapprofitta mill-opportunità
li tuża tabell ta' paragun biex tidentifika l-oqsma li għandhom
l-aħjar prattiki għall-funzjonijiet operattivi tal-Grupp ta'
Rappreżentanti tal-Istati u tal-kumitat xjentifiku tal-Impriżi
Konġunti. Il-Kummissjoni tilqa' din ir-rakkomandazzjoni u
tħeġġeġ il-kondiviżjoni tal-prattiki t-tajba, b'mod partikolari
fi kwistjonijiet relatati mal-governanza u r-rwol tal-korpi konsultattivi. L-IEG osserva
wkoll li l-proġetti IMI jistgħu jibbenefikaw
mill-paretċipazzjoni tal-kumpaniji farmaċewtiċi ta' daqs medju
li huma kbar wisq biex ikunu SMEs iżda li mhumiex membri tal-EFPIA.
Ġie ssuġġerit li l-JU għandha ssib modi kif tinvolvi dan
it-tip ta' kumpaniji fi propetti futuri. Il-Kummissjoni tappoġġa din
l-osservazzjoni u indirizzatha fil-proposta tagħha għall-Inizjattiva dwar
Mediċini Innovattivi 2 skont Orizzont 2020. Dan jinkludi il-ftuħ
ta' sħubijiet ma' kumpaniji lil hinn mill-assoċjati tal-EFPIA u
l-SMEs, u b'mod espliċitu jinkludi l-kumpaniji ta' daqs medju. Il-Kummissjoni
tinnota li l-IEG issuġġerixxa li tintuża l-possibbiltà li
jiġu inkluzi kontribuzzjonijiet tal-istess natura mhux mill-UE bħala
parti mit-total ta' kontribuzzjonijiet tal-istess natura. Tinnota wkoll li —
biex tistimula involviment ikbar mill-industrija fl-Inizjattiva dwar
Mediċini Innovattivi — ġie rrakkomandat li l-EFPIA ssegwi
s-suġġeriment.
5.3.1.3.
Strateġija tal-komunikazzjoni u żieda
tal-għarfien
Il-Kummissjon
taqbel li l-Bord tat-Tmexxija tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi
għandu jagħmel l-isforzi kollha possibbli biex jiffinalizza u
jimplimenta l-istrateġija tal-komunikazzjoni li għadha kemm ġiet
żviluppata, li għandha tkun marbuta mal-viżjoni ta' IMI u
mal-qasam politiku fuq żmien fit-tul tagħha. Dan se jgħin biex
turi l-valur tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi lill-partijiet
interessati u lil hinn minnhom u sussegwentement tiġbed aktar involviment
u aktar investiment. Il-Kummissjoni
tagħraf il-qbil tal-EFPIA biex tiżviluppa aktar komunikazzjoni
mmirata lil medda wiesgħa ta' partijiet interessati, inkluż
il-pubbliku ġenerali, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u r-regolaturi.
Huwa importanti li l-fokus jiċċaqlaq minn fuq l-inputs u
l-proċessi lejn l-outputs u l-impatti - biex tintwera l-importanza
tal-ħidma tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi. Dan se jkompli
jkabbar ukoll il-viżibbiltà tal-IMI, jagħti spinta pożittiva
lid-dehra tal-Impriża Konġunta u jiġġenera appoġġ
pubbliku.
L-IEG
rrakkomanda l-involviment ta' membri tal-Grupp tar-Rappreżentati
tal-Istati biex iservu bħala ambaxxaturi tal-IMI fil-pajjiżi
rispettivi tagħhom sabiex jitħeġġu l-appoġġ u
l-parteċipazzjoni f'sejħiet futuri.
Il-bord
tat-Tmexxija diġà ħa azzjoni billi talab li l-"ambaxxaturi
xjentifiċi" tal-IMI biex jiġu identifikati u maħtura f'kull
pajjiż. Dawn għandhom ikunu jinsabu fost ir-riċerkaturi ewlenin
ta' livell għoli li jipparteċiġpaw fil-proġetti tal-IMI jew
li jkollhom għarfien sod tal-attivitajiet xejntifiċi tagħha. Dan
ir-rwol għandu jservi biex iżid l-għarfien u l-kisbiet
fil-livell nazzjonali u reġjonali. Sar abbozz ta' lista ta' kandidati
potenzjali magħżula mill-proġetti tal-Inizjattiva dwar Mediċini
Innovattivi u minn membri li qabel kienu fil-Kumitat Xjentifiku. Il-Kummissjoni
tapprezza l-isforzi li saru s'issa li jinvolvu l-SMEs u tqis li dawn
għandhom jibqgħu għaddejjin. Il-Kummissjoni tappoġġa
s-suġġerimenti tal-IEG dwar komunikazzjoni u messaġġi
mmirati dwar kwistjonijiet ta' politika tal-Proprjetà Intellettwali u
eżempju ta' SMEs li bbenefikaw meta pparteċipaw fil-proġetti
IMI.
5.3.2.
Ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-progress u
l-effettività
5.3.2.1. L-Indikaturi ta’ Prestazzjoni Ewlenin (KPIs)
Il-Kummissjoni
taqbel li l-KPIs jeħtieġu aktar ċarezza, f'konformità
mal-approċċ stabbilit mil-leġiżlatur
għall-Orizzont 2020. Huwa ċar li l-istrateġija fuq
żmien fit-tul u l-KPIs huma meħtieġa għall-kwantifikazzjoni
tar-redditu fuq l-investimentu għall-valutazzjoni tal-valur
għall-flus u l-kost tal-għażla tal-IMI. Il-Kummissjoni
tappoġġa li l-KPIs aggregati għandhom ikunu mmonitorjati b'mod
regolari u jiġu kkomunikati b'mod wiesa' li;l hinn mill-komunitajiet
xjentifiċi u ta' riċerka komuni.
5.3.2.2. Disponibbiltà tad-dejta u l-informazzjoni
L-IEG
irrakkomanda li l-Kummissjoni, flimkien mal-EFPIA, għandha tgħin
fil-forniment ta' informazzjoni u taċ-ċifri bażi
meħtieġa biex jiġu żviluppati l-KPIs aggregati. B'mod
ġenerali, il-Kummissjoni taqbel mal-IEG, iżda tappoġġa
wkoll skambju aħjar ta' dejta għall-benefiċċji tat-tfassil
tal-politika fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni.
6.
KONKLUŻJONIJIET
Il-Kummissjoni
tagħraf il-ħidma mirquma u fil-fond li saret mill-IEGs fit-twettiq
tat-tieni evalwazzjoni interim tal-Impriżi Konġunti Clean Sky,
Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu u Inizjattiva dwar Mediċini
Innovattivi. B'mod partikolari tagħraf l-isforzi li saru mill-IEGs biex
jipprovdu tabella ta' paragun tal-proċeduri tat-tliet Impriżi
Konġunti — u fil-każ ta' Clean Sky — biex ilaħħqu ma' skeda
impenjattiva ta' żjarat fuq is-siti biex jiġu vvalutati l-kisbiet
fil-livell tad-dimostraturi. Tinnota wkoll li l-IEGs irrikonoxxew il-validità
tal-approċċ implimentat tal-PPP permezz tal-inizjattivi
tal-Artikolu 187 u esprima opinjonijiet pożittivi dwar il-prospetti
futuri għall-Impriżi Konġunti taħt l-Orizzont 2020.
Il-Kummissjoni tinnota l-konsistenza sodisfaċenti u effettiva
tal-opinjonijiet fiż-żewġ valutazzjonijiet interim u
tagħraf ir-rikonoxximent tal-IEGs li l-biċċa l-kbira
tar-rakkomandazzjonijiet mill-ewwel evalwazzjonijiet interim fl-2010 u fl-2011
ġew implimentati b'suċċess. Ir-rakkomandazzjonijiet
tal-IEGs jitqiesu ta' valur għat-tneħħija jew tal-inqas
għat-tnaqqis tan-nuqqasijiet identifikati fl-operat tal-Impriżi
Konġunti kurrenti. Dan qiegħdin jiġu kkunsidrati, sa fejn
jippermetti l-proċess leġiżlattiv, fl-istabbiliment
tal-impriżi konġunti JTIs skont Orizzont 2020 (jiġifieri:
Clean Sky 2, Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u Inizjattiva dwar
Mediċini Innovattivi 2). Il-Kummissjoni
tintrabat li timplimenta miżuri korrettivi kif jixraq u fi ħdan
is-setgħat tal-intervent tagħha. Tikkommetti wkoll li tkompli
taħdem flimkien ma' partijiet interessati fl-impriżi konġunti
oħra u ma' korpi biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet kif xieraq. Fl-aħħar
nett, il-Kummissjoni tagħraf li l-implimentazzjoni
tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-ġenerazzjoni li jmiss ta'
impriżi konġunti tirrikjedi l-adozzjoni ta' Regolamenti tal-Kunsill
ġodda. Mill-10 ta' Lulju 2013, meta l-Kummissjoni
ppreżentat il-proposti tagħha għal Regolamenti, il-proċessi
għall-kontinwità ta' Clean Sky, Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu
u Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi taħt Orizzont 2020
għaddejjin bis-sħiħ. [1] Clean Sky:
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008; Ċelloli tal-Fjuwil u
l-Idroġenu; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008; Inizjattiva dwar
il-Mediċini Innovattivi: ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008. [2] Il-miri
tal-ACARE (xenarju bażi 2000): (i) it-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil u
tal-emissjonijiet ta' CO2 b'50 % għal kull kilometru
passiġġier; (ii) it-tnaqqis tal-emissjonijiet NOx bi 80 %; (iii)
it-tnaqqis tal-ħoss ipperċepit b'50 %; (iv) il-progress
fit-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-manifattura. il-manutenzjoni u r-rimi
tal-inġenji tal-ajru u l-prodotti relatati. [3] Ara
d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SEC(2011)
1072 final u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew,
lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat
tar-Reġjuni dwar is-Sħubijiet fir-Riċerka u l-Innovazzjoni
(SEC(2011) 1072). [4] http://www.cleansky.eu/sites/default/files/news/clean_sky_-_2nd_interim_assessment.pdf. [5]
http://www.sesarju.eu/. [6]
http://www.acare4europe.org/. [7] http://www.fch-ju.eu/sites/default/files/2nd%20interim%20evaluation.pdf. [8] http://www.imi.europa.eu/sites/default/files/uploads/documents/Governance/2ndInterimEvaluationIMI.pdf. [9] COM(2013) 830. [10]COM/2013/0496 Industriji b'Bażi Bijoloġika; COM/2013/0505 Clean Sky 2; COM/2013/0506 Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH) 2; COM/2013/0501 Komponenti Elettroniċi u Sistemi Ewropej ta'
Tmexxija (ECSEL) COM/2013/0495 Inizjattiva tal-mediċini Innovattivi (IMI) 2. [11] L-iskema
ERA-NEt hija maħsuba biex iżżid il-kooperazzjoni u
l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tar-riċerka mwettqa fil-livell
nazzjonali jew reġjonali fl-Istati Membri u fl-Istati Assoċjati. http://ec.europa.eu/research/era/era-net-in-horizon-2020_en.html Werrej ANNESS I: RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-IEGs. 2 ANNESS II: Analiżi SWOT.. 12 ANNESS III: Kompożizzjoni tal-Bordijiet
tal-Evalwazzjoni Esperta. 17
ANNESS
I: RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-IEGs
Clean Sky Rakkomandazzjoni || Responsabbiltà Progress lejn il-miri ambjentali || B'relazzjoni ma’ CS1 u CS2: Il-progress attwali huwa rrappurtat b’relazzjoni mal-objettivi CS. Il-Bord jirrakkomanda traċċabbiltà aktar trasparenti bejn l-għanijiet tal-ACARE u l-kontribuzzjonijiet speċifiċi ta’ Clean Sky. || GB, JU Il-Bord iħeġġeġ lis-Sħab u lill-Maniġers tal-Proġetti biex jipprovdu aktar ċarezza u konsistenza fiċ-ċifri ppreżentati kif ukoll fis-suppożizzjonijiet magħmula għall-evalwazzjoni tal-miri ambjentali f’relazzjoni mal-għanijiet tal-ACARE. || GB, JU, PPPs Futuri Koordinazzjoni ma' FP7, SESAR u l-Programmi Nazzjonali || Jiġi rrakkomandat li r-relazzjoni eżistenti mas-SESAR u l-ACARE titfannad – fil-livell tal-grupp ta’ ħidma – bl-għan li jintlaħaq ftehim aħjar fi ħdan il-JU dwar il-linji tal-ajru, l-ANSPs u komunitajiet oħra ta’ partijiet interessati. || Il-Bord jemmen li l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-JU u l-NSRG huwa importanti ħafna u jirrakkomanda li l-NSRG jibqa’ jżomm rwol essenzjali biex jiżgura li l-programmi nazzjonali jkunu koerenti ma’ Clean Sky. || GB, JU, PPPs Futuri Effettività fil-promozzjoni tal-patrċipazzjoni || Il-Bord japprezza li Clean Sky ma teħtieġx konsorzju bħala kundizzjoni tal-parteċipazzjoni fis-sejħiet għall-proposti, entitajiet uniċi jistgħu japplikaw, u li hemm ukoll għadd ta’ benefiċjarji uniċi fost l-SMEs. Madankollu, il-Bord jirrakkomanda li l-parteċipazzjoni akbar tal-SMEs u atturi ġodda ssir aktar viżibbli (ara wkoll 3.5 Effiċjenza fil-Komunikazzjoni). || JU Effettività tal-istrateġiji ITD u TE || Il-Bord jagħraf li l-kunċett ta' TRL ġie rfinat u jirrakkomanda li l-JU CS ixxerred ir-riżultati fl-komunità kollha tar-R&Ż. || JU B'relazzjoni ma’ CS1 u CS2: Iż-żjarat ipprovvdew evidenza ta’ kooperazzjoni tajba ħafna bejn l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp u t-tħejjijiet tat-testijiet tat-titjira. Twettqu reviżjonijiet dettaljati inklużi timijiet multidixxiplinarji b’persunal esperjenzat fit-testijiet tat-titjira. Filwaqt li jitlaq mill-eżempju tajjeb tat-tħejjija tat-test tat-titjira GRA, il-Bord jirrakkomanda li l-ITDs jagħmlu sforzi akbar fil-kommunikazzjoni u fit-tixrid tal-aqwa prattiki u jħeġġiġhom jisiltu tagħlim utli minn każijiet ta suċċess tal-ITDs oħra għall-azzjonijiet futuri tagħhom. || JU, PPPs Futuri Kumplementarjtà ma’ attivitajiet oħra fl-Orizzont 2020 || CS2 huwa qafas xieraq għall-implimentazzjoni u l-ġesjtoni ta’ proġetti mmexxija mill-industrija. Huwa importanti li sehem sinifikanti mill-baġit imur għal dawn il-proġetti, biex it-teknoloġija tavvanza minn TRL 3 għal TRL 4 jew aħjar TRL 5, mingħajr l-objettiv a priori ta’ kontribut għal dimostratur tal-pjattaforma ta’ skala sħiħa tat-titjira. || GB, JU, KE, PPPs Futuri Huwa importanti li dan it-tip ta’ proġett immexxi mill-industrija jitmexxa direttament mill-JU mingħajr interferenzi mill-proġetti l-kbar ta’ TRL ogħla. || GB, JU, KE, PPPs Futuri Dawn il-proġetti għandhom jużaw l-Evalwatur tat-Teknoloġija biex jipprovdu l-inputs matul il-fażi tal-evalwazzjoni u biex jivvalutaw l-impatt ambjentali u l-effiċjenza fl-aħħar tal-proġetti. || GB, JU, KE, PPPs Futuri Idoneità tal-qafas legali u l-governanza ta’ CS || Il-Bord jirrakkomanda li r-rwol ta’ STAB jiġi ppreservat u jitjieb pereżempju fl-abbozzar ta’ aġġornamenti futuri ta’ SRIA. Il-kontribut tagħhom – anki f’CS2 – jitqies li huwa sinifikanti u huwa rrakkomandat li jiġi żgurat l-involviment ta’ individwi ta’ kwalità għolja bħalma huwa l-każ ta’ Clean Sky. || GB, JU, PPPs Futuri Minkejja l-involviment prezzjuż tal-korpi konsultattivi, għad hemm lok għal involviment akbar u aktar proattiv minn STAB u NSRG. Il-JU CS għandha tfittex li tkabbar kemm tista’ l-potenzjal tal-korpi konsultattivi tagħha biex tikseb l-appoġġ għas-sejħiet li jifdal u attivjitajiet oħra f’kull livell. || GB, JU Idoneità tar-regoli interni u tal-finanzjament tal-JU || Il-Bord jenfasizza li l-JU Clean Sky tikkontribwixxi wkoll fil-kisba ta' pjanijiet ta' direzzjoni li fuqhom intlaħaq qbil konġunt bejn il-partijiet interessati kollha, iqis li approċċ pluriennali huwa ta' vantaġġ u jirrakkomanda li dan jitkompla fil-futur. || GB, JU, PPPs Futuri Il-Bord jiddispjaċih li fir-rigward tan-negozjati ta' GAM pluriennali, għad hemmil-bżonn ta' aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tal-GAMs. Inġenerali, il-Bord jirrakkomanda setgħa aktar diskrezzjonali lid-Direttur Eżekuttiv fi kwistjonijiet ta' ġestjoni u jemmen li t-trasferimenti tal-baġit tal-GAM għandhom jibdew, jiġu negozjati u implimentati mid-Direttur Eżekuttiv. Dan il-pass għandu jgħin biex titħaffef l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet neċessarji billi ma jkunx jeħtieġ l-involviment tal-Bord ta' Tmexxija. || GB, JU, KE, PPPs Futuri Il-Bord huwa konxju tar-rakkomandazzjonijiet li nħarġu dwar il-kompletezza u ż-żmien tal-ippjanar strateġiku (PSDK) u l-allinjament mal-ippjanar annwali (AIP) u l-emendi annwali tal-GAMs. F'dan il-kuntest, ġiet innutata sejba speċifika mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) dwar it-tibdil sussegwenti ta' temi meta mqabbla mal-AIP approvat. Il-Bord japprova pjanijiet għad-delegazzjoni ta' għadd ta' deċiżjonijiet u funzjonijiet mill-GB lid-DE għall-approvazzjoni ta' dan it-tibdil sabiex jiżgura l-flessibbiltà neċessarja biex il-JU tadatta l-listi ta' temi skont il-bżonnijiet attwali matul is-sena. || GB, JU, KE, PPPs Futuri B'relazzjoni ma’ CS1 u CS2: Il-Bord jikkunsidra li l-possibbiltajiet eżistenti biex il-baġit jitqassam mill-ġdid bejn l-ITDs (billi t-trasferiment bejn l-ITDs sar fl-2012) huma pass inizjali utli sabiex il-baġit jingħata daqsxejn flessibbiltà. Il-Bord jiddispjaċih li għad m'hemm l-ebda baġit ta' kontinġenza billi dan għandu jippermetti flessibbiltà trażversali. Għalhekk, il-Bord jirrakkomanda li l-Bord ta' Tmexxija jikkunsidra l-introduzzjoni ta' baġit ta' kontinġenza ta' 5-10 %. || GB, JU, KE, PPPs Futuri Il-Bord huwa tal-opinjoni li l-verifika ta' kontribut tal-istess natura għadha kwistjoni li tinvolvi ħafna xogħol u ħin biex tiġi ġestita u negozjata u li l-proċedura attwali mhix effiċjenti. Għalhekk huwa jirrakkomanda passi li jissemplifikaw il-proċedura. || GB, JU, KE Effiċjenza fl-organizzazzjonu u fil-proċeduri inkluż il-monitoraġġ tat-Tim Eżekuttiv tal-JU || Għalkemm l-Uffiċċju Eżekuttiv għamel progress sinifikanti biex il-proċess u l-kisba tal-effiċjenza tal-operat jitħaffu, il-Bord jirrakkomanda li jsiru aktar aġġustamenti biex itejbu l-effiċjenza. Issa li l-JU Clean Sky hija stabbilita sew, il-bilanċ tal-abbiltajiet bejn l-amministrazzjoni ġenerali u l-ġestjoni tal-proġetti fl-Uffiċċju Eżekuttiv jeħtieġu aġġustament mill-ġdid. || GB, JU, KE Il-Bord iqis li l-għadd ta' staff tekniku tal-JU mhux biżżejjed u jirrakkomanda reviżjoni tar-rekwiżiti tal-istaffmill-Bord Governattiv biex jiżgura li t-Tim Eżekuttiv jista' jeżerċita għalkollox il-funzjonijiet ta' koordinazzjoni u monitoraġġ tiegħu. Fl-istess ħin il-Bord jirrakkomanda reviżjoni tas-servizzi potenzjali biex jinqasmu ma' JUs oħra u tas-servizzi amministrattivi li jistgħu jiġu ddelegati lil terzi. || GB, JU, KE L-Uffiċċju Eżekuttiv ta' Clean Sky għandu jfittex modi oħra kif inaqqas il-burokrazija u jiżgura li jkollu struttura organizzattiva mill-aqwa għall-kompiti li jistennewh. || JU Minkejja li r-rata ta' parteċipazzjoni u suċċess tal-applikazzjonijiet tindika li l-prestazzjoni tal-JU fl-amministrazzjoni tal-programm, il-ġestjoni tal-programm u t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programm hija adegwata u kapaċi, il-Bord jinnota li ż-"Żmien tal-għoti" għadu għoli (240 ġurnata mill-pubblikazzjoni sal-GAP; medja ta' 360 ġurnata għal għotjiet iffirmati fl-2012) u jirrakkomanda li dan il-perjodu ta' żmien jitnaqqas. || JU Il-Bord jagħraf il-valur tas-sistema adottata għal 16-il standard ta' kontroll intern u jqis li din hija sistema b'saħħitha għal ġestjoni effiċjenti u effettiva. Il-bord japprezza l-allinjament sodisfaċenti ta' pjanar strateġiku u annwali u jirrakkomanda l-implimentazzjoni sistematika tiegħu. || JU Il-Bord jilqa' l-intenzjoni tal-JU (tal-laqgħa tal-GB tat-22.3.2013) li tniedi taħriġiet għall-Maniġers tat-Temi u japprova l-isforzi biex jiżdied il-monitoraġġ tal-Uffiċjali tal-Proġett u tat-tim amministrattiv, sabiex jiżgura li d-dewmien u l-problemi fl-eżekuzzjoni tal-proġetti jiġu indirizzati mill-aktar fis. Dawn huma passi importanti biex jindirizzaw l-ostakli li bħalissa jew jillimitaw l-effiċjenza ġenerali. || JU Il-Bord japprezza li fil-perjodu tal-evalwazzjoni l-verifiki ex-post tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-benefiċjarji tal-JU CS ġew implimentati u jirrakkomanda li l-isforzi li saru biex jitnaqqsu r-rati ta' żbalji jkomplu jsiru. Il-Bord japprezza li l-JU għamlet sforz biex ittejjeb il-proċess ta' validazzjoni ex-ante tagħha u pprovdiet gwida lill-benefiċjarji tagħha dwar l-ispejjeż tal-eliġibbiltà għall-proġetti Clean Sky/ || JU Effiċjenza tal-organizzazzjonijiet u l-proċeduri tal-ITDs || Il-Bord japprezza li l-għodod tal-monitoraġġ u tal-kontroll huma maturi u implimentati u jirrakkomanda rapporti dwar l-attività tal-progress armonizzati u rapporti ta' evalwazzjoni teknika fl-ITDs kollha. B'mod partikolari r-rapporti dwar il-progress għandhom jinkludu l-progress miksub imqabbel mal-progress ippjanat u r-riżultati tanġibbli miksuba mqabbla mar-riżultati tanġibbli ppjanati. Il-Bord jirrakkomanda li r-rapporti ta' evalwazzjoni teknika jsegwu l-istandard tal-KE. Dan l-istandard huwa utli sabiex l-evalwazzjoni tal-aspetti tekniċi u ta' ġestjoni ssir b'mod sistematiku. || JU Effiċjenza tal-komunikazzjoni || Jidher li l-kooperazzjoni u l-iskambju bejn l-ITDs għadhom limitati u għandhom jittejbu. Il-mudelli u l-għodod prodotti fl-ITDs kollha għandhom jiġu analizzati minħabba xi komplementaritajiet potenzjali. L-interfaċċa tat-TE ma' ITDs oħra ħaqqha kunsiderazzjoni bir-reqqa biex jiġu żgurati riżultati fil-ħin. || GB, JU B'relazzjoni ma’ CS1 u CS2: Il-Bord jemmen li l-komunikazzjoni bejn l-ITDs tista' titjieb billi t-TE jintuża b'mod prevalenti bħala għodda biex it-tagħrif jintbagħat lura u għad-diskussjoni tal-effiċjenza fi kwistjonijiet tekniċi. Relazzjoni aktar mill-qrib mal-gruppi ta' ħidma tal-ACARE u s-SESAR ukoll tista' ttejjeb il-proċess tal-komunikazzjoni. It-tim tal-JU għandu jkun involut aktar f'dan il-proċess u jinħtieġ li jiġu allokati aktar riżorsi għal dan il-kompitu. || GB, JU, KE, PPPs Futuri Il-Bord jemmen li żieda fil-profil ta; Clean Sky għandha tkun aspett ewlieni tal-objettivi tal-Komunikazzjoni ta' CS. Il-Bord japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni interim preċedenti u jtenni li CS għandha ttejjeb il-viżibbiltà tagħha fost il-pubbliku interessat. || JU Il-Bord japprezza l-isforz min-naħa tal-Uffiċċju Eżekuttiv biex jikkomunika t-temi tas-sejħiet u biex ixerred l-inizjattivi ta' Clean Sky permezz tal-pubblikazzjonijiet. Madankollu, il-Bord ħass li, billi kien hemm aktar stejjer ta' suċċess li rriżultaw mill-proġetti, dawn jistgħu jkunu l-bażi tat-tixrid intensifikat immirat lejn firxa ta' partijiet interessati usa', inklużi dawk li jfasslu l-politika fl-Istati Membri. || JU L-informazzjoni teknika li tinsab fuq il-websajt għandha tittejjeb aktar b'involviment u input aktar attivi mill-ITDs. Barra minn hekk, jinħtieġ li jinsabu forom xierqa ta' komunikazzjoni tal-attivitajiet u l-valutazzjoni tat-TE. || JU Il-Bord jirrakkomanda li l-istrateġija tal-komunikazzjoni ta' CS tagħmel sforzi aktar dedikati biex tikkomunika l-impatti soċjoekonomiċi u ambjentali usa' mhux biss lill-partijiet interessati tal-ajrunawtika, iżda anki lil dawk li jfasslu l-politika u li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali. L-NSRG u STAB għandhom ikunu involuti f'dawn l-inizjattivi. || GB, JU Il-Bord ifaħħar lil Clean Sky għas-suċċess fl-attrazzjoni ta' livell għoli ta' interess minn kumpaniji, li huwa ferm ogħla mill-parteċpiazzjoni ta' entitajiet industrijali fi proġetti kollaborattivi f'FP7. Mandankollu, il-Bord jinnota li għalkemm hemm parteċipazzjoni għolja b'mod sinifikanti mill-SMEs, Clean Sky għadha meqjusa bħala "industrija kbira u teknoloġija kbira" u għalhekk jirrakkomanda li stejjer ta' suċċess li jinvolvu l-SMEs jiġu kkomunikati fuq il-websajt u f'pubblikazzjonijiet iddedikati. || JU Kwalità tal-Attivitajiet || Il-Bord jagħraf il-valur miżjud taż-żjarat tekniċi u tal-laqgħat ta' preżentazzjoni teknika li jagħtu għarfien akbar u jippermettu analiżi iktar fil-fond favur valutazzjoni oġġettiva. Il-Bord jikkunsidra li dan huwa strument ewlieni biex jivvaluta l-kwalità tal-iżviluppi tekniċi u jirrakkomanda li ż-żjarat fiis-siti jsiru parti integrali mill-proċess ta-reviżjoni. || JU Kwalità tas-Sejħiet għall-Proposti || F'każ ta' għadd kbir ta' proposti għal ITD speċifiku, il-Bord jirrakkomanda distribuzzjoni flessibbli tar-responsabbiltajiet sabiex il-volum tax-xogħol fi ħdan il-JU jkun ottimizzat. || GB, JU, PPPs Futuri Jiġi ppropost li t-temi jkunu jinkludu l-possibbiltà li jippreżentaw approċċ aktar innovattiv li jwassal għall-istess riżultati minn dak deskritt fit-tema. || JU, PPPs Futuri Jiġi rrakkomandat li r-reviżjonijiet tal-ITDs tekniċi jinkludu reviżjoni CfP sistematika għall-monitoraġġ u biex jingħata kontribut lill-kwalita għolja tas-CfPs. Dan għandu jistabbilixxi rabta ċara bejn it-tema tas-CfP u l-objettivi tal-ITD, u b'hekk jitjieb il-fokus fuq l-attivitajiet tekniċi. || JU, KE, PPPs Futuri Il-Bord jinnota li, f'xi każijiet, l-għażla mhux xierqa tas-subkuntratturi wasslet għal riżultati ħżiena marbutin mal-proġetti li huma relatati miegħu. Għalhekk il-Bord jirrakkomanda li l-JU tinvestiga l-modi possibbli kif ittejjeb il-proċess tal-għażla tas-subkuntratturi. || JU, PPPs Futuri Inġenji tal-Ajru Intelliġenti bi Ġwienaħ Fissi (SFWA - Smart Fixed Wing Aircraft) || Il-Bord jirrakkomanda li t-testijiet tat-titjira jiġu kkunsidrati fil-bidu nett tal-ITD. Dan għandu jiġi rikonoxxut bħala pass neċessarju, li ma jingħatax importanza fit-tnedija tal-proġett iżda li huwa meħtieġ biex ikun żgurat is-suċċess tal-proġett. || JU Għal ITDs kbar, huwa rakkomandat li tiġi adottata metodoloġija ta' ġestjoni tal-proġett industrijali sistematika mill-bidu nett tal-proġett. || JU Issir rakkomandazzjoni li jiġi żgurat impenn sod mill-parteċipanti, biex jinsabu modi għall-prevenzjoni tan-nuqqas ta' interess u ta' fokus mill-kumpaniji parteċipanti u biex tiġi ggarantita allokazzjoni xierqa tar-riżorsi. || JU Il-Bord jirrakkomanda li l-JU tiffoka fuq it-tnaqqis tar-riskju li ma jkunx hemm impenn suffiċjenti ta' riżorsi, u tafda lill-GB bir-responsabbiltà li jagħti motivazzjoni lis-sħab potenzjali li jonqsu milli jirrimborżaw. || JU Ir-riċerka bażika li twassal lit-teknoloġiji għall-maturità ta' TRL6 għandha tikseb il-passi li ġejjin: prontezza fil-prestazzjoni, prontezza fl-inġinerija, prontezza operattiva (żamma ewlenija, stabbiltà eċċ ... ), u prontezza fil-manifattura. Il-Bord jemmen li din ir-rakkomandazzjoni hija applikabbli għall-ITDs il-kbar kollha. || JU, PPPs Futuri Ajruplani bl-Iskrajjen Ekoloġiċi (GRC) || Il-Bord iħeġġeġ lis-Sħab u lill-Maniġers tal-Proġetti biex jipprovdu aktar ċarezza u konsistenza fiċ-ċifri ppreżentati kif ukoll fis-suppożizzjonijiet magħmula għall-evalwazzjoni tal-miri ambjentali f’relazzjoni mal-għanijiet ta’ ACARE. || JU Sistemi għal Operazzjonijiet Ekoloġiċi (SGO) || Il-Bord jirrakkomanda monitoraġġ u implimentazzjoni bir-reqqa ta' mekkaniżmu ta' twissija bikrija għall-attivitajiet kritiċi, li huma fatturi ta' suċċess ta' SGO. || JU Il-benefiċċji tal-SGO jiġi espressi skont il-faċi tat-titjira. Dan ifisser li huwa diffiċli li jsir paragun bejn l-ITDs kollhha dwar l-aktar teknoloġiji promettenti. Għalhekk il-Bord jaqbel mar-reviżjonijiet tekniċi dwar il-konformità tal-metriċi benefiċjarji ambjentali tal-SGO ma' ITDs oħra. || JU, PPPs Futuri Jiġu previsti attivitajiet tad-dimostrazzjoni għal xi tagħmir fi pjattaforma ta' test uniku. Jeħtieġ li jiġu indirizzati pjanijiet alternattivi f'każ ta' dwemien fil-pjattaforma tat-test. || JU, PPPs Futuri Magni Sostenibbli U Ekoloġiċi (SAGE) || Issir rakkomandazzjoni qawwija li jiġu esplorati l-possibbiltajiet ta' ttestjar tal-gerboks (b'AVIO) sabiex jitnaqqas ir-riskju assoċjat. || JU Hemm bżonn li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet tal-aċċess għar-rig tat-test tal-Gerboks fil-futur għall-partijiet terzi. || JU Jinħtieġ li jiġu ċċarati u kkonfermati l-karatteristiċi tal-ippjanar u tat-teknoloġija tad-dimostratur SAGE 4. || JU Kull proposta għal test tat-titjira bi ftit kombustjoni fit-tul taż-żmien ta' Clean Sky għandha tiġi ċċarata f'termini ta' skedar u finanzjament. || JU Ekodisinn (ED) || Issir rakkomandazzjoni li jiġi verifikat li l-EDA tqis it-tagħlimiet li saru f'oqsma oħra, bħal dak awtomobilistiku u mill-ekosistema emerġenti ta' dekostruzzjoni. || JU Filwaqt li jitqies il-kontenut ta' EDS, issir rakkomandazzjoni li tiġi żgurata l-konsistenza u vverifikati l-lakuni jew it-trikkib ma' SGO u GRA/GRC ITDs relatati mal-elettriku. Hemm opportunitajiet ta' sinerġiji u arrikkiment reċiproku potenzjali. || JU L-Evalwatur tat-Teknoloġija (TE) || Il-Bord ma identifikax miri li huma kwantifikabbli b'mod ċar għall-Analiżi taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCA) Jiġi rrakkomandat li fir-riċerka preżenti u/jew futura ta' CS jiġu indirizzati metodi u metriċi għall-valutazzjoni tal-benefiċċji tal-LCA. || JU Ir-riżoluzzjoni, il-granularità u s-suppożizzjonijiet inklużi fil-mudelli tal-inġenji tal-ajru għandhom impatt potenzjali fuq il-verifika tar-rappreżentanza u l-preċiżjoni tagħhom. Il-Bord jirrakkomanda li l-mudelli tal-inġenji tal-ajru jkunu trasparenti kemm jista; jkun f'relazzjoni mal-istandards magħrufa. || JU, PPPs Futuri Jinħtieġ li t-tul taż-żmien tas-sistema tal-informazzjoni tat-TE jkun konformi mat-tul taż-żmien tal-valutazzjoni tat-TE. Dan sabiex jiġu reġistrati l-aħħar riżultati tal-valutazzjoni u l-impatt tagħhom. || JU, PPPs Futuri Teknoloġiji TRL baxxi huma inklużi fil-mudelli tal-inġenji tal-ajru. Madankollu, l-għan tat-TE huwa li jivvaluta l-impatt tat-teknoloġiji maturi u li huma l-aktar promettenti u għandu jiġi stabbilit iffukar aħjar fuq l-objettivi tat-TE. || JU, PPPs Futuri Kwistjonijiet Ġenerali || Clean Sky għandha ħafna dimostrazzjonijiet fuq l-art u tat-titjira fi tmiem il-programm. Għandha tingħata attenzjoni sinifikanti lill-aktar fatturi kritiċi u ta' suċċess tal-programm. Huwa rrakkomandat li jsir monitoraġġ bir-reqqa u prijoritarizzazzjoni tar-riżorsi disponibbli vs. il-ħidma li jifdal u vs. il-benefiċċju teknoloġiku ambjentali lejn d-dimostrazzjoni. || JU, PPPs Futuri L-objettiv ewlieni ta' Cs huwa li tħaffef l-introduzzjoni u l-iżvilupp ta' teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fil-ġenerazzjoni ta' vetturi li jmiss. Filwaqt li huwa importanti li ssir reviżjoni ġenerali tad-dokumentazzjoni tal-ġestjoni u tal-prograss tal-attivitajiet tekniċi, huwa partikolarment essenzjali li ssir verifika tal-iżviluppi reali fis-siti tas-Sħab. Il-Bord jirrakkomanda li l-evalwazzjonijiet futuri jinkludu żjarat fis-siti tekniċi. Għażla rappreżentattiva ta' żjarat tekniċi tipprovdi modi ġodda ta' fehim tal-iżviluppi u dwar kif tiġi rikonċiljata l-evidenza teknika u t-tagħlimiet fl-ITDs kollha. || Evoluzzjoni tal-ġestjoni 2010-2013 || Il-Bord jirrakkomanda kopertura semplifikata tas-CfP lejn l-objettivi tal-ITDs u japprova r-reviżjoni ġenerali regolari tal-programm CfP fi CS filwaqt li tingħata prijorità lill-istadju tad-dimostrazzjoni f'dan l-istadju. || JU, KE, PPPs Futuri Il-Bord jinsab imħasseb li ħafna mill-attivitajiet ta' dimostrazzjoni nbidlu lejn it-tmien ta' Clean Sky u jirrakkomanda l-iżgurar ta' skjerament adegwat ta' riżorsi fi ħdan l-ITDs. || JU Paragun xjentifiku u tekniku || Il-Bord jirrakkomanda li l-objettivi u l-pjanijiet jiġi ffriżati malajr kemm jista' jkun u li l-istatus tekniku tal-proġetti SFWA jiġi mmonitorjat biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda dewmien ieħor. Probabbilment l-ITD elimina l-biċċa l-kbira tar-riskji importanti, għadhom jeżistu xi ftit. || JU, PPPs Futuri Bl-għan li jitnaqqas għalkollox il-periklu ta' falliment li jinkisbu programmi ta' dimostrazzjoni ppjanata fit-tul taż-żmien ta' Clean Sky 1, għandhom isiru sforzi kontinwi mill-maniġers tal-proġetti biex jenfasizzaw mal-maniġment superjuri tagħhom l-importanza teknika, kummerċjali u politika tal-Impriża Konġunta Clean Sky, u jiżguraw li livell xieraq ta' riżorsi huwa disponibbli u assenjat għall-proġetti. || JU, PPPs Futuri Il-Maniġer tal-Proġett Clean Sky għandu jżomm ir-riżultati emerġenti u l-applikazzjoni potenzjali ta' temi f'CfP f'reviżjoni bil-ħsieb li jiġ identifikati aktar opportunitajiet fit-total tagħha tas-CS. || JU Għandha tingħata aktar kunsiderazzjoni lill-istimi tal-benefiċċji tal-programm Clean Sky fir-rigward tal-kontirbuzzjonijiet minn programmi rilevanti oħra, u dwar kif il-benefiċċji jistgħu jinqasmu mal-partijiet interessati barra l-komunità speċjalista xjentifika/teknika. || JU, KE, PPPs Futuri Il-Bord huwa tal-opinjoni li meta tittieħed id-deċiżjoni go/no-go tal-SWFA/AI dwar inġenju tal-ajru dimostratur CROR jista' jinħtieġ li jiġu kkunsidrati mil-ġdid u ċċarati l-attivitajiet futuri ta' SAGE 1 fit-tul taż-żmien ta' Clean Sky 1. || JU FCH Rakkomandazzjoni || Responsabbiltà Governanza, tfassil u ġestjoni tal-programm || Il-governanza tal-programm teħtieġ li tiżgura: li t-teħid ta' deċiżjonijiet isir aktar fil-pront; li jiġu assenjati aktar riżorsi fil-ġestjoni tal-għarfien u tal-programm u li l-impenn tas-settur privat jkompli jkun kumparabbli mal-isforz tal-UE. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu awtorità eżekuttiva akbar; il-funzjonijiet eżekuttivi għandhom jinqasmu ma' JUs oħra u/jew jintbagħtu lura lis-servizzi tal-Kummissjoni; il-Kummissjoni għandha taqbel dwar mekkaniżmu li juri li l-industrija tadotta miri "flessibbli" għar-riċerka tagħha stess u nefqa għal skjerament bikri. Għandhom jiġu introdotti miri kuntrattwali biex jitnaqqas b'mod stabbli ż-żmien tal-għoti skont l-Orizzont 2020. || EC, GB L-istrateġija tar-riċerka għall-kontinwità tal-JU FCH fl-Orizzont 2020 għandha tiffoka aktar fuq tliet prinċipji ewlenin: konformità mal-politiki tal-UE; l-oqsma fejn l-Ewropa għandha jew tista' tikseb tmexxija; l-adattabbiltà skont il-bżonnijiet ta' tibdil fis-settur. || GB, il-Korpi Konsultattivi Il-ħażna u l-kosteffiċjenza tal-użu finali tal-elettriku flimkien mal-produzzjoni tal-idroġenu minn sorsi rinnovabbli għandhom ikunu prijoritajiet tal-pilastru tal-enerġija; jinħtieġ li jiġu impjegati atturi addizzjonali (eż: l-operaturi tan-netwerk) Is-sinerġiji u l-interazzjoni ma' programmi oħra tul il-katina tal-valur sħiħa għandhom jiġu massimizzati (eż: "Materjali Avvanzati" u ma' "Manifattura u Proċessar Avvanzati"), Vetturi Ekoliġiċi, SET-Plan EIIs (eż: Grilji Intelliġenti). Bejn sitta u għaxra fil-mija tal-baġit tal-JU FCH għandu jkun riżervat għar-riċerka orjentata lejn l-innovazzjoni. || GB, PO Il-kapaċità li tadatta għall-bidla għandha tissaħħaħ. Ir-riżultati tal-programm għandhom jintbagħtu lura fl-AIP u l-MAIP b'mod aktar effettiv filwaqt li tinżamm il-kunfidenza tal-partijiet interessati fil-viżjoni fuq żmien fit-tul; integrazzjoni aktar mill-qrib tal-interessi industrijali mal-interessi ta' partijiet interessati oħra għandha tinkiseb permezz ta' gruppi ta' ħidma konġunti mal-komunità tar-riċerka, il-korpi konsultattivi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi reġjonali. || PO, IG Xi oqsma tar-riċerka jeħtieġ aktar importanza: il-JU FCH għandha tiżviluppa strateġija għar-Regolamenti, il-Kodiċi u l-Istandards, inkluża dimensjoni internazzjonali fin-negozji FCH kollha li fuqha jintlaħaq qbil bejn kulħadd (IG, RG, SRG, il-Kummissjoni) u li tibni fuq ir-riżorsi tal-JRC. || PO, GB Il-parteċipazzjoni tal-SMEs għandha tissaħħaħ aktar permezz ta' skema ta' garanziji finanzjarji bħalma hemm fil-Programm Qafas u rabta bejn il-proġetti ta; riċerka u l-finanzjament b'kapital ta' riskju mill-RSFF biex jiġġeneraw kumpaniji u negozji Ewropej innovattivi u ġodda. || EC Il-Monitoraġġ tat-Teknoloġija u l-Appoġġ tal-Politika || Il-JU għandha timplimenta proċedura ta' monitoraġġ tat-teknoloġija soda li tkun adatta għal-livelli tal-proġett, tal-programmu tal-politika. Ir-riżultati għandhom jintużaw biex jadattaw il-programmi tar-riċerka u jkunu disponibbli għall-Pjan SET u għall-appoġġ tal-politika. || PO L-iżvelar u t-tixrid tar-riżultati fuq skala ħafna akbar huma essenzjali. Il-proposti futuri għandhom ikunu obbligati li jinkludu lista ta' KPIs li jistgħu jiġu ppubblikati u l-livelli baxxi ta' żvelar għandhom ikunu ppenalizzati fl-evalwazzjoni. Il-proġetti eżistenti għandhom jitħeġġu biex jiżvelaw ftit mir-riżultati tagħhom post hoc. Il-JU FCH għandha tintroduċi "swali nodfa" (clean rooms) għal dan l-għan. || PO Jinħtieġ li d-DĠs tal-politika fil-Kummissjoni jipprovdu aktar ċarezza u viżibbiltà lill-politika pubblika għall-attivitajiet relatati mal-FCH (eż: vetturi mingħajr emissjonijiet, ħżin tal-enerġija) Il-proċeduri għall-inklużjoni tal-evidenza xjentifika fil-politika dwar it-trasport u l-enerġija għandhom ikunu trasparenti u effettivi u konsistenti fis-setturi kollha. || EC, PO Involviment mal-Istati Membri u r-Reġjuni || L-involviment tal-Istati Membri fil-programm irid jissaħħaħ. Il-mandat tal-SRG għandu jiġi aġġornat biex ikopri funzjonijiet strateġiċi inkluż rwol proattiv fl-għażla u t-tfassil ta' proġetti dimostrazzjoni u skjerament fuq skala kbira u l-parteċipazzjoni fil-monitoraġġ tat-teknoloġija; hemm bżonn li l-fluss tal-informazzjoni bejn l-SRG u l-Uffiċċju tal-Programm jittejjeb; il-membri għandhom ikunu assoċjati b'mod aktar ċar mar-riċerka nazzjonali u/jew mal-politiki industrijali; għandhom jiġu esplorati soluzzjonijiet innovattivi għall-kofinanzjament mill-Istati Membri (eż: attivitajiet ERA-NET jew kofinanzjament kundizzjonat fis-Sejħiet). || EC, GB, SRG, PO Ir-relazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali hija essenzjali għall-iskjerament. Ir-relazzjoni mal-organizzazzjonijiet bħall-HyER hija importanti għat-trasport u għandha tiġi sfruttata aħjar. Relazzjonijiet simili jridu jinbnew għall-ħżin u għal aspetti oħra tal-infrastruttura. || PO Il-finanzjament ta' proġetti ta' skejrament u ta' bini tal-kapaċitajiet huwa essenzjali u se jirrikjedi arranġamenti ta' finanzjament ġodda. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga jekk l-infrastruttura tal-Idroġenu tistax issir eliġibbli għall-finanzjament fl-Oqfsa ta’ Referenza Strateġika Nazzjonali għall-Fondi Strutturali l-ġodda. Il-JU FCH għandha titħejja biex tiffaċilita l-iżviluppaturi billi tipprovdi pariri dwar l-għażliet ta' finanzjament disponibbli mill-istituzzjonijiet tal-UR, inkluż il-BEI, il-Fondi Strutturali u s-self u l-għotjiet TEN-T; għandhom jiġu kkunsidrati wkoll sejħiet ta' tħejjija ta' proġetti li jistgħu jiġu ffinanzjati. || EC, l-Istati Membri, PO, GB Komunikazzjoni u disseminazzjoni || Il-JU FCH għandha tistinka biex tkun l-iktar sors awtorevoli ta' tagħrif fil-Ewropa għall-FCH. Il-viżibbiltà tal-JU FCH għandha titjieb ħafna u jinħtieġ li l-websajt tevolvi biex tirrifletti din l-ambizzjoni. Ir-regoli li jirregolaw il-forniment tad-dejta dwar il-programm lil diversi partijiet interessati (il-Kumitat Xjentifiku, l-SRG, is-servizzi tal-Kummissjoni) għandhom jiġu riveduti biex jiġi identifikat jekk il-JU tistax ixxerred iżjed fl-interpretazzjoni proprja ta' dawn ir-regoli. Jekk dan mhux possibbli, allura r-regoli għandhom jiġu mmodifikati kif jixraq għall-Orizzont 2020. || PO Il-JU FCH għandha tappoġġa l-involviment, l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-partijiet interessati lil hinn mill-Komunità immedjata tal-FCH u għandha tinvolvi l-SRG f'dan il-proċess. || PO, GB IMI Rakkomandazzjoni || Responsabbiltà Strateġija tal-Komunikazzjoni || IMI teħtieġ li tiffinalizza u timplimenta strateġija tal-komunikazzjoni artikolata b'miri u objettivi ċari u li jistgħu jitkelju, u li tindirizza kemm lill-partijiet interessati ewlenin u lil udjenza usa'. || GB, JU Relazzjonijiet mal-partijiet interessati u KPIs || Flimkien mal-KPIs eżistenti, jinħtieġ li jiġu żviluppati u mkejla l-KPIs aggregati biex b'mod kwantitattiv juru l-impatti ta' IMI u l-benefiċċji soċjoekonomiċi. || EO, JU IMi għandha tagħmel sforz addizzjonali biex tkabbar l-involviment minn firxa usa' ta' partijiet interessati tal-industrija. || EO, JU Il-parteċipanti industrijali minn setturi oħra relatati mal-kura tas-saħħa għandhom jiġu involuti f'IMI2. || GB, SRG, JU Organizzazzjoni u effiċjenza || L-Uffiċċju Eżekuttiv ta' IMI għandu jfittex modi oħra kif inaqqas il-burokrazija u jiżgura li jkollu struttura organizzattiva mill-aqwa għall-kompiti li jistennewh. || EO, JU Il-JU IMI għandha tfittex li tkabbar kemm tista’ l-potenzjal tal-korpi konsultattivi tagħha biex tikseb l-appoġġ għas-sejħiet li jifdal u attivjitajiet oħra f’kull livell. || EO, JU Il-JU IMI teħtieġ li tippjana għal u tfassal mekkaniżi ta' finanzjament ġodda u li jkunu aktar flessibbli biex tiżgura s-sostenibbiltà tal-proġetti kurrenti u dawk futuri, kif jixraq. || EO, JU Il-Kummissjoni għandha tiżgura li IMI2 tkun trasparenti u jkollha flessibbiltà akbar f'dak li għandu x'jaqsam mal-governanza. || GB, EC, JU Disponibbiltà tad-dejta || Id-dejta bażika għandha tinkiseb b'mod parallel mat-tnedija ta' IMI2 biex tippermetti valutazzjoni komparattiva u valutazzjoni aħjar tal-prestazzjoni ta' IMI2. || JU
ANNESS II:
Analiżi SWOT
CS PUNTI TA' SAĦĦA · Il-prinċipju bażiku ta' PPP fir-riċerka tal-ajrunawtika ntwera b'suċċess. Il-JU CS hija element ċentrali fix-xenarju tal-ajrunawtika Ewropew u hija meqjusa bħala waħda mill-PPPs ta' quddiem fid-dinja fl-ajwunawtika. · Mudell ta' kooperazzjoni distintiv biex jindirizza l-isfidi ajrunawtiċi mhux kompetittivi · Jibni fuq ir-riżultati ta' FP6 u FP7, hija katalist għall-investiment tas-settur privat fir-R&Ż tal-ajrunawtika tal-Ewropa. · Tagħti kontribut ta' valur lill-objettivi tal-ACARE. It-TE jirrappreżenta approċċ innovattiv għall-evalwazzjoni tal-benefiċċji ambjentali b'mod sistematiku. L-evalwazzjoni TRL tista' tiġi adottata f'oqsma oħra fil-programm l-Orizzont 2020. · Il-JU CS hija strument validu għall-kisba ta' ftehim dwar aġenda ta' riċerka strateġika u (potenzjalment) użu effiċjenti tal-baġit tar-riċerka · Output xjentifiku ta' valur għoli u netwerk wiesa' ta' industrija, SMEs u d-dinja akkademika · Parteċipazzjonu u involviment għolja ta' SMEs Mobilizzazzjoni u ġabra ta' riżorsi eċċezzjonali u għarfien espert biex jiġu indirizzat l-iktar problemi kumplessi tal-ajrunawtika fiċ-ċiklu kollu tar-R&Ż · Il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi msaħħa mis-sinerġiji f'medda wiesgħa kollha ta' partijiet interessati · Struttura governattiva effettiva u parteċipazzjoni proattiva tal-korpi konsultattivi (NSRG u STAB) · Proċessi u metodoloġija ta' kwalità għolja · Tinkiseb il-viżibbiltà permezz tat-tixrid tar-riżultati fid-dokumenti u fil-konferenzi xjentifiċi, wirjiet tal-ajru u eżibizzjonijiet || NUQQASIJIET · Il-KPIs u l-Evalwatur tat-Teknoloġija mhumiex maturi biżżejjed biex juru impatt ambjentali u soċjoekonomiku usa' · Bilanċ mhux xieraq bejn il-kompiti xjentifiċi u dawk amministrattivi tal-Uffiċċju Eżekuttiv ta' CS: -regoli, regolamenti u kontrolli amministrattivi diffiċli u -nuqqas ta' riżorsi tekn492-353iċi (fil-livell tal-JU) biex jindirizzaw kwistjonijiet trażversali · Nuqqas ta' flessibbiltà, speċjalment fil-kwistjonijiet baġitarji nuqqas ta' baġit ta' kontinġenza · F'xi ITDs nuqqas ta' kwalità u effettività · L-ebda użu attiv tal-feedback tat-TE mill-ITDs · Nuqqas ta' allokazzjoni ta' riżorsi mill-kumpaniji f'xi ITDs · Nuqqas ta' prijoritajiet ċari fl-allokazzjoni ta' riżorsi fil-proġetti f'xi ITDs · Għad hemm nuqqas ta' komunikazzjoni suffiċjenti bejn l-ITDs · Koordinazzjoni limitata mal-inizjattivi nazzjonali/ internazzjonali li potenzjalment twassal għal użu ineffiċjenti tar-riżorsi OPPORTUNITAJIET · Potenzjal għal CS bħala pjattaforma għall-bini ta' viżjoni Ewropea komuni għal riċerka ffukata fuq l-ambjent fl-Ajrunawtika · Żvilupp ta' mudelli ta' finanzjament ġodda · Kommunikazzjoni ta' impatt soċjoekonomiku u ambjentali usa' lil hinn mill-partijiet interessati tal-ajrunawtika · Esplorazzjoni tas-sinerġiji u potenzjal għal influwenzi reċiproċi f'setturi oħra tal-industrija · Bini ta' ambjent favorevoli għal proġetti simili ta' Livell 2 fil-Qafas tal-Programm tar-Riċerka tal-UE li jmiss || THEDDIDIET · Perċezzjoni negattiva fost il-gruppi ewlenin tal-partijiet interessati · Nuqqas ta' prijorità fl-allokazzjoni tar-riżorsi ewlenin mill-atturi ewlenin (assoċjati) li jixpruna għadd infinit ta' kwistjonijiet: tneħħija tal-objettivi, skedar mill-ġdid ... · Nuqqas ta' sfidi ewlenin fil-bżonnijiet tas-suq tal-ajrunawtika · Tibdil fl-istruttura tal-industrija Ewropea, jiġifieri sidjiet ġodda jew impriżi konġunti FCH PUNTI TA' SAĦĦA · Il-prinċipju bażiku ta' PPP fir-riċerka tal-FCH intwera b'suċċess. · Il-JU FCH hija stabbilita bħala element ċentrali tax-xenarju Ewropew tal-FCH · Il-JU FCH hija strument validu għall-kisba ta' ftehim dwar aġenda ta' riċerka strateġika u potenzjalment użu effiċjenti tal-baġit tar-riċerka · Inħolqu komunitajiet b'saħħithom bejn l-IG u l-RG · L-iżgurar ta' żvilupp stabbli mmexxi mill-industrija lejn miri fuq żmien fit-tul permezz ta' ċikli ekonomiċi varjati · Mobilizzazzjoni, ġabra ta' riżorsi u għarfien espert eċċezzjonali · Il-kisba tal-massa kritika fil-qasam tal-applikazzjoni awtomobilistiku. · Baġit stabb;li għal żvilupp fuq żmien fit-tul li jiġbed lis-settur privat · Parteċipazzjoni qawwija min-naħa tal-partijiet interessati, speċjalment involviment mill-industrija u kooperazzjoni tal-RG · Il-governanza hija fis-seħħ u taħdem · Il-ġestjoni tal-proġetti titqies f'dawl pożittiv mill-koordinaturi tal-proġetti || NUQQASIJIET · Regoli, regolamenti u kontrolli amministrattivi diffiċli · Użu subottimali tar-riżorsi u bilanċ mhux xieraq tal-persunal xjentifiku u amministrattiv · Rati ta' finanzjament tal-proġetti inqas mir-rati FP u huma imprevedibbli · Nuqqas ta' fondi garantiti biex ikopru għall-SMEs li jinsabu f'qagħda finanzjarja dgħajfa · L-ebda approċċ koerenti għall-applikazzjonijiet fissi u s-swieq bikrin · Nuqqas ta' koordinazzjoni mal-programmi nazzjonali; involviment u impenn mhux uniformi mill-Istati membri fil-JU FHC · L-adattabilità mhix biżżejjed biex il-miri li m'għadhomx validi jiġu allinjati mill-ġdid · Skambju fqir bejn il-JU FCH u l-programm ta' riċerka bażika FP · Nuqqas ta' komunikazzjoni mmirata u ta' disseminazzjoni tal-istrateġiji u l-isforzi u viżibbiltà baxxa · Nuqqas ta' monitoraġġ u tal-ġestjoni tal-għarfien fil-livelli tal-proġett, tal-programm u tal-politika · Il-ħidma fuq l-attivitajiet trażversali m'għamlitx progress tajjeb OPPORTUNITAJIET · Tikkontribwixxi fl-isfidi tas-soċjetà tal-UE identifikati fil-politiki tal-enerġija, tat-trasport u tat-tibdil fil-klima · Toħloq mudell Ewropew f'qasam emerġenti ta' potenzjal kbir · Toħloq allinjament reali bejn l-inizjattivi reġjonali, nazzjonali u Ewropej · Tkabbar il-viżibbiltà u tixpruna entrati ġodda u appoġġ politiku · Tħeġġeġ l-aħjar prattiki u żżid l-għarfien dwar it-teknoloġija għall-pubbliku u għal dawk li jfasslu l-politiki fl-Ewropa kollha. · Tibni viżjoni komuni u tikkomunika mal-parteċipanti u mal-benefiċjarji · Tistimula skjerament fuq skala kbira kkoordinat u ssaħħaħ il-kapaċitajiet tat-teknoloġija FCH · Il-limitazzjonijiet ta' BEV jistgħu jibdlu l-industrija u l-interess politiku lejn FCEV · Tintegra ammonti kbar ta' elettriku rinnovabbli bl-użu tal-idroġenu bħala mezz biex jaħżen l-enerġija · L-interazzjoni mal-industriji l-oħra tista' toħloq ftuħ ġdid għan-negozji inklużi l-SMEs · Sinerġiji u interazzjoni ma' programmi oħra tul il-katina tal-valur sħiħa || THEDDIDIET · Prezzijiet tal-enerġija baxxi u miżuri politiċi mhux xierqa · L-enfasi tiċċaqlaq lejn l-objettivi tal-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija u l-kompetittivtà · Tfalli milli tiġbed ivestimenti neċessarji għall-industriji tal-fornituri u tal-infrastruttura · Ostakli tekniċi ma ssolvewx, speċjalment fil-prestazzjoni u fl-ispiża · Nuqqas ta' kompetittività tal-UE jew waħda li qed iżżomm lura meta mqabbla mal-Asja u l-Amerika ta' Fuq fil-futur qarib · Nuqqas ta' ftuħ ta' swieq ta' esportazzjoni (eż: l-Asja) · Nuqqas ta' stabbiliment ta' inċentivi rilevanti għall-kummerċjalizzazzjoni · Nuqqas ta' appoġġ politiku jew tal-politika għall-FCH · Aċċettazzjoni pubblika baxxa mill-utenti fil-mira minħabba l-inkapaċità li tikkomunika l-benefiċċji lis-soċjetà u/jew l-inċidenti · It-tnaqqis prolongat fir-ritmu ekonomiku/finanzjarju jista' jikkawża telf ta' interess mis-settur pubbliku u/jew privat · Progress tat-teknoloġiji kompetenti · Dimostrazzjonijiet iżolati u mhux koordinati fil-livelli tal-UE, tal-Istati Membri jew reġjonali bla ma jitqies l-iżvilupp tal-prodott, il-kummerċjabilità u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fi prodott kummerċjali. IMI PUNTI TA' SAĦĦA · Magħrufa bħala PPP ewlenija fid-dinja fil-kura tas-saħħa, partikolarment fl-Istati Uniti tal-Amerika · Mudell ta' kollaborazzjoni uniku biex tindirizza ħtiġijiet mediċi mhux kompetittivi li ma ntlaħqux (tindirizza l-falliment tas-suq) · Hija katalist fl-investiment tas-settur privat fir-R&Ż bijofarmaċewtiku Ewropew · Output xjentifiku ta' kwalità għolja u netwerks attivi ta' industrija, SMEs u d-dinja akkademika · Żieda fil-livell ta' fiduċja fost ħafna gruppi ta' partijiet interessati rilevanti inklużi r-regolaturi · Massa kritika ta' għarfien espert biex jiġu indirizzati l-iktar problemi kumplessi tal-ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa fiċ-ċiklu kollu tar-R&Ż · Mobilizzazzjoni tar-riżorsi msaħħa mis-sinerġiji fil-firxa wiesgħa kollha ta' partijiet interessati · Inizjattiva mmexxija mill-industrijab'appoġġ qawwi mill-kapijiet Eżekuttivi tal-kumpaniji EFPIA u konċentrazzjoni fuq riżultati tanġibbli || NUQQASIJIET · Nuqqas ta' strateġija ta' komunikazzjoni ċara u mmirata; viżibilità baxxa · KPIs mhux maturi biżżejjed biex juru impatt soċjoekonomiku usa' · Nuqqas ta' inċentivi għall-SMEs u għall-membri mhux EFPIA li jipparteċipaw · Proċessi u regolamenti għadhom burokratiċi wisq · Korpi konsultattivi ma jiffunzjonawx bil-potenzjal sħiħ tagħhom; · Nuqqas ta' xiri sfurzat mill-Istati Membri li jwassal għal nuqqas ta' allinjament mal-politiki u l-istrateġiji tal-Istati Membri; · Bilanċ mhux xieraq bejn il-kompiti xjentifiċi u amministrattivi fl-Uffiċċju Eżekuttiv tal-IMI, li jissuġġerixxi l-ħtieġa għal kapaċitajiet ġodda · Mhux il-kumpaniji tal-EFPIA kollha huma involuti · Nuqqas ta' pjanar għas-sostenibbiltà tal-proġetti OPPORTUNITAJIET · Żieda fil-fokus biex jiġu sodisfatti l-isfidi tas-saħħa tal-popolazzjoni li qed tixjieħ b'impatt soċjoekonomiku għoli · Tibni fuq, u titgħallem minn IMI bħala mudell li ħalla l-frott fil-katalizzazzjoni tal-involviment tal-partijiet interessati eż: pazjenti, regolaturi · Tkabbir massimu tal-potenzjali tal-IMI bħala pjattaforma għall-bini ta' viżjoni komuni eż: għall-politika dwar is-saħħa · Tkabbar il-kamp tal-applikazzjoni u tiġbed investimenti mhux mill-UE għar-R&Ż bijomediku · Ingranaġġ ta' għażliet potenzjali għall-finanzjament oħra eż: permezz ta' kapital ta' riskju u/jew self mill-BEI · Aktar involviment tal-ambjent tal-R&Ż bijofarmaċewtiku billi jitneħħew l-ostakli jew jittejjeb il-progress eż: għal provi kliniċi · Potenzjal ta' esplorazzjoni biex jiġu involuti setturi u partijiet interessati oħra eż: kontribwenti, HTAs · Żvilupp ta' mudelli ta' finanzjament ġodda biex jiġu esplorati r-riżultati u tikber is-sostenibbiltà || THEDDIDIET · Tnaqqis fl-appoġġ politiku għall-IMI · tfixkil fil-bilanċ bejn il-fruntieri prekompetittivi u dawk kompetittivi · Nuqqas ta' koordinazzjoni ma' inizjattivi nazzjonali li jwassaw għal użu mhux effiċjenti tar-riżorsi · Kompetizzjoni minn PPPs dinjija li twassal għal nuqqas ta' interess mill-kumpaniji · Żieda fil-piż regolatorju u sikkaturi fil-prezzijiet u fl-iskemi ta' rimbors · Telf ta' persunal ewlieni minn IMI · Tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li jwassal għal nuqqas ta' finanzjament · Perċezzjoni negattiva fost il-gruppi ewlenin tal-partijiet interessati (pazjenti, kontribwenti, regolaturi) · Telf tal-vantaġġ kompetittiv minħabba ekonomiji emerġenti (jiġifieri ċ-Ċina, il-Brażil) · Reputazzjoni deterjorata u appoġġ imnaqqas fl-UE bħala riżultat tan-nuqqas fil-prestazzjoni · Tnaqqis fl-appoġġ politiku għall-IMI
ANNESS III:
Kompożizzjoni tal-Bordijiet tal-Evalwazzjoni Esperta
Membri tal-Bord tal-Evalwazzjoni Esperta || JTI JU QUENTIN, Francois (President) (FR), President tal-Bord tad-Diretturi ta' HUAWEI Franza u membru tal-Kunsill Konsultattiv tal-Grupp HUAWEI, membru ta' Grupp Konsultattiv tal-Uffiċċju tal-prim Ministru; || CS BROUCKAERT, Jean Francois (Relatur) (BE), Professur Assoċjat fid-Dipartiment ta' Makkinarju-turbo u Propulsjoni f'von Karman Institute for Fluid Dynamics (VKI), il-Belġju; || CS Ivonne HERRERA (NO), Xjenzat Superjuri f'SINTEF ICT, id-Dipartiment tas-Sikurezza u s-Sigurtà tal-Inġinerija tas-Softwer b'aktar minn 20 sena esperjenza fl-industrija tal-inġinerija avjonika, il-manutenzjoni, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-analiżi tas-sikurezza fl-industriji tal-avjazzjoni u taż-żejt u l-gass; membru tal-ewwel Bord ta' valutazzjoni interim fl-2010; || CS Enzo BERTOLINI (IT), Direttur ta' "Foundation Clément Fillietroz", li topera l-Osservatorju Astronomiku u l-Planetarju tal-Wied ta' Aosta (riċerka fl-astrofiżika, u l-komunikazzjoni tax-xjenza għall-istudenti u għall-pubbliku ġenerali); membru tal-ewwel Bord ta' valutazzjoni interim fl-2010; || CS Anneli Ojapalo (President) (FI), president tal-kumpanija Ojapalo Consulting Oy u koordinatur tal-programm tal-Programm Finlandiż taċ-Ċelloli tal-Fjuwil 2007-2013; || FCH Nigel Lucas (Relatur) (UK), konsulent indipendenti b'aktar minn 30 sena esperjenza fis-settur tal-enerġija; qabel id-Direttur Eżekuttiv tal-Ġestjoni tar-Riżorsi Ambjentali u professur fl-Imperial College Centre for Environmental Technology; || FCH Helge Holm-Larsen (DK), bħalissa l-President tal-SME TEGnology, qabel id-Direttur ta' Topsoe Fuel Cell A/S; || FCH Dirk De Keukeleere (BE), konsulent indipendenti fil-qasam tat-trasport u t-teknoloġija tal-enerġija, qabel riċerkatur /maniġer fil-Flemish Institute for Technological Research fl-oqsma taċ-ċelloli tal-fjuwil, awtomobilistiku u tal-enerġija. || FCH Jackie Hunter (President) (UK) President ta' OI Pharma Partners Ltd. Il-kumpanija tagħha għenet kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra biex jiżviluppaw strateġiji ta' innovazzjoni miftuħa u jappoġġaw l-implimentazzjoni tagħhom, speċjalment fir-R&Ż tax-xjenzi tal-ħajja. Qabel Jackie kienet il-Viċi President Anzjan ta' GlaxoSmithKline u president ta' Grupp tad-Diretturi ta' Riċerka ta' EFPIA. L-unità operattiva tagħha f'GSK wasslet 17-il prova tal-kunċett klinika. Kienet parti minn kumitati internazzjonali u grupi ta' politika dwar ir-R&Ż farmaċewtiku. Bħala direttur mhux eżekuttiv ta' kumpanija pubblika u fiduċjarju/gvernatur għall-organizzazzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijet oħra kisbet perspettiva wiesgħa minn ħafna gruppi ta' partijiet interessati. || IMI Marcin Szumowski (Relatur) (PL), President & CEO, OncoArendi Therapeutics, fundatur, BTM Mazovia. Wara karrieka ta' suċċess fir-riċerka fl-Istati uniti, Marcin Szumowski kien involut fit-trasferiment tal-enerġija u negozji li jkunu għadhom kemm fetħu mill-2000 u kien wieħed mill-fundaturi u mexxa tliet kumpaniji ta' dan it-tip, fosthom Medicalgorithmics S.A. (), li issa hija kkummerċjata pubblikament fejn huwa kien President u CEO mill-2005-2010. Mill-2001 kien il-kap tar-relazzjonijiet internazzjonali u tal-uffiċċju tal-maniġment tal-proġetti f'Nencki Institute of Experimental Biology. Kien membru tal-Bord ta' Esperti Indipendenti u għen lill-Kummissjoni Ewropea fil-Valutazzjoni tal-Impatt Ewropew ta' IMI2. || IMI Tom Andersen (DK) huwa l-kap tal-Uffiċċju Reġjonali tal-Bank Ewropew tal-Investiment fil-Lvant Qarb fil- Kajr u huwa konsulent indipendenti. Sa sena ilu, kien Deputat Konsulent tal-Ekonomija fil-Bank Ewropew tal-Investiment u jispeċjalizza fil-vijabbiltà tal-proċetti tar-R&Ż u l-operazzjonijiet ta' finanzjament ta' proġetti fis-settur farmaċewtiku u dak kimiku. Qabel ħadem fuq kisbiet u żvestimenti f'konglomerazzjoni industrijali u għal Novo Nordisk, kumpanija farmaċewtika bbażata fl-UE, u kien jevalwa u jirrapporta dwar l-iżviluppu tal-iskoperta tal-mediċini u l-fergħa tal-iżvilupp tal-korporazzjoni. Kien membru mill-ewwel Bord ta' Esperti Indipendenti fl-Evalwazzjoni tal-JU IMI || IMI Bart Wijnberg (NL) - qabel irtira Bart Wijnberg ħadem għall-Ministeru Olandiż tas-Saħħa, tal-Welfare u tal-Isport fejn kellu r-responsabbiltajiet li jikkummissjona r-Rapport determinanti tad-WHO dwar Mediċini Prijoritarji għall-Ewropea u għad-Dinja fid-dawl tal-FP7, u li jniedi s-Sħubija Pubblika Privata Olandiża Top Institute Pharma (TI Pharma). Huwa kien membru tal-"Grupp ta' Kuntatt għall-IMI tal-Istati Membri, il-Pajjiżi Kandidati u Assoċjati" u membru tal-Grupp ta' Esperti Indipendenti fl-Ewwel Evalwazzjoni tal-JU IMI. || IMI Maria Rosaria Di Nucci (IT) hija Riċerkatur Anzjan fiċ-Ċentru ta' Riċerka dwar il-Politika Ambjentali f ta' Freie Universität Berlin u konsulent indipendenti. Ilha taħdem fil-politika dwar l-ambjent u l-enerġija u l-valutazzjoni tal-politika għal aktar minn 25 sena u pparteċipat f'diversi inizjattivi tal-UE. Barra minn hekk, l-attivitajiet tagħha jiffukaw ukoll fuq il-valutazzjoni tal-impatt. Dr. Di Nucci hija evalwatur espert għall-organizzazzjonijiet tal-fondi RTD Ewropej u tal-KE. Hija tipparteċipa wkoll fl-evalwazzjoni tal-JU Clean Sky u l-Impriża Konġunta dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, fejn għandha rwol ta' espert komuni. || CS. FCH. IMI