RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW RAPPORT TAL-UE KONTRA L-KORRUZZJONI /* COM/2014/038 final */
I.
Introduzzjoni L-isfond tal-politika u l-objettivi tar-Rapport Il-korruzzjoni
hi ta’ dannu gravi għall-ekonomija u s-soċjetà kollha kemm hi. Ħafna pajjiżi
madwar id-dinja jbatu minn korruzzjoni profonda li tfixkel l-iżvilupp
ekonomiku, timmina d-demokrazija, u hi ukoll ta' dannu għall-ġustizzja soċjali
u l-istat tad-dritt. L-Istati Membri tal-UE mhumiex immuni għal din ir-realtà.
Il-korruzzjoni tvarja fin-natura u fil-firxa minn pajjiż għal ieħor, iżda
taffettwa lill-Istati Membri kollha. Hija taffettwa l-governanza tajba,
il-ġestjoni tajba tal-fondi pubbliċi, u s-swieq kompetittivi. F’każijiet
estremi, hija timmina l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet u
fil-proċessi demokratiċi. Dan ir-Rapport
jipprovdi analiżi tal-korruzzjoni fl-Istati Membri tal-UE u tal-passi meħuda
biex din titwaqqaf u tiġi miġġielda. Għandu l-għan li jniedi dibattitu li
jinvolvi l-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u partijiet
interessati oħra biex jassistu x-xogħol li qed isir kontra l-korruzzjoni u biex
jiġu identifikati modi kif id-dimensjoni Ewropea tista’ tgħin. L-Istati Membri
tal-UE għandhom fis-seħħ il-biċċa l-kbira tal-istrumenti legali neċessarji u
l-istituzzjonijiet sabiex jimpedixxu u jiġġieldu l-korruzzjoni. Madankollu,
ir-riżultati li huma jwasslu mhuwiex sodisfaċenti madwar l-UE. Regoli kontra
l-korruzzjoni mhux dejjem qed jiġu infurzati b'mod vigoruż, problemi sistemiċi
mhumiex indirizzati b’mod effettiv biżżejjed, u l-istituzzjonijiet rilevanti
mhux dejjem ikollhom kapaċità suffiċjenti biex jinfurzaw ir-regoli.
L-intenzjonijiet iddikjarati għadhom distanti wisq milli jinkisbu riżultati
konkreti, u r-rieda politika ġenwina li teqred il-korruzzjoni ta' spiss tidher
li hija nieqsa. Biex
tiżgura kontribuzzjoni mill-UE, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni dwar
il-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni fl-UE f'Ġunju 2011,[1] li tistabbilixxi r-Rapport tal-UE Kontra
l-Korruzzjoni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-isforzi tal-Istati Membri
f'dan il-qasam bl-għan li jkun hemm impenn politiku aktar b'saħħtu sabiex
il-korruzzjoni tiġi indirizzata b'mod effettiv. Ir-rapport huwa hawnhekk
ppubblikat għall-ewwel darba; rapporti oħra se jinħarġu kull sentejn. Skont strumenti
legali internazzjonali,[2] dan
ir-rapport jiddefinixxi l-korruzzjoni f’sens wiesa’ bħala “l-abbuż ta’ poter
għal profitt privat”. Għalhekk ikopri atti speċifiċi ta’ korruzzjoni u dawk
il-miżuri li l-Istati Membri jieħdu speċifikament biex jipprevjenu jew
jikkastigaw atti korrotti kif definiti mil-liġi, u jsemmi wkoll firxa ta’ oqsma
u miżuri li jkollhom impatt fuq ir-riskju ta’ korruzzjoni li jseħħu u fuq
il-kapaċità li jikkontrollawha. Ir-rapport
jiffoka fuq ċerti kwistjonijiet ewlenin ta’ rilevanza partikolari għal kull
Stat Membru. Huwa jiddeskrivi prattiki tajbin kif ukoll id-dgħufijiet, u jidentifika
l-passi li se jippermettu lill-Istati Membri jindirizzaw il-korruzzjoni b’mod
aktar effettiv. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li xi wħud minn dawn
il-kwistjonijiet huma biss ta' kompetenza nazzjonali. Huwa, madankollu,
fl-interess komuni tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha
jkollhom politiki effiċjenti kontra l-korruzzjoni u li l-UE tappoġġja l-Istati
Membri fit-twettiq ta’ dan ix-xogħol. Ir-rapport għalhekk ifittex li
jippromwovi standards għoljin kontra l-korruzzjoni mal-UE. Billi jenfasizza
problemi — kif ukoll prattiki tajba — li jinsabu fl-UE, ir-rapport isellef
ukoll l-kredibbiltà għall-isforzi tal-UE biex tippromwovi standards kontra
l-korruzzjoni fi bnadi oħra. Il-korruzzjoni
hija fenomenu kumpless b’dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali, politiċi u
kulturali, li ma jistgħux jiġu eliminati faċilment. Rispons ta' politika
effettiv ma jistax jitnaqqas għal sett standard ta' miżuri; m’hemm l-ebda
soluzzjoni "standard". Ir-rapport għalhekk jeżamina l-korruzzjoni
fil-kuntest nazzjonali ta’ kull Stat Membru, u jissuġġerixxi kif l-aktar
kwistjonijiet rilevanti għal kull Stat Membru jistgħu jiġu indirizzati
fil-kuntest nazzjonali. Spjegazzjoni
ulterjuri dwar il-metodoloġija tar-rapport hija pprovduta fl-Anness. Il-kuntest usa'
tal-politika Il-kriżi
finanzjarja tqiegħed pressjoni addizzjonali fuq l-Ewropej u l-gvernijiet
tagħhom. Fid-dawl tal-isfidi ekonomiċi attwali kemm fl-Ewropa kif ukoll barra
mill-Ewropa, huma meħtieġa garanziji aktar b’saħħithom ta’ integrità u
trasparenza tan-nefqa pubblika. Iċ-ċittadini jistennew li l-UE jkollha rwol
importanti fl-għajnuna lill-Istati Membri biex jipproteġu l-ekonomija leċita
kontra l-kriminalità organizzata, il-frodi finanzjarja u fiskali, il-ħasil
tal-flus u l-korruzzjoni, mhux l-inqas fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika u
awsterità baġitarja. Il-korruzzjoni waħedha tiswa lill-ekonomija tal-UE
EUR 120 biljun fis-sena, ftit inqas biss mill-baġit annwali
tal-Unjoni Ewropea.[3] Ewropa 2020
hija l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir tul dan id-deċennju għat-trawwim ta'
ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva, u b’hekk tgħin lill-UE u
l-Istati Membri tagħha sabiex jagħtu livelli għoljin ta’ impjiegi, produttività
u koeżjoni soċjali. Ir-riċerka tissuġġerixxi li s-suċċess tal-istrateġija
Ewropa 2020 jiddependi wkoll fuq fatturi istituzzjonali bħal governanza
tajba, l-istat tad-dritt, u l-kontroll ta’ korruzzjoni.[4] Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni
tikkontribwixxi għall-kompetittività tal-UE fl-ekonomija globali. F’dak
il-kuntest, il-miżuri kontra l-korruzzjoni ġew enfasizzati fir-rigward ta’
għadd ta’ Stati Membri bħala parti mis-Semestru Ewropew — ċiklu annwali ta’
koordinazzjoni tal-politika ekonomika li tinvolvi analiżi dettaljata ta’
programmi tal-Istati Membri dwar ir-riforma ekonomika u strutturali kif ukoll rakkomandazzjonijiet
speċifiċi għall-pajjiżi. B’mod aktar ġenerali, it-titjib fl-effiċjenza
tal-amministrazzjoni pubblika, speċjalment jekk ikkumbinat ma’ trasparenza
akbar, jista' jgħin għat-tnaqqis tar-riskji marbuta mal-korruzzjoni.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għal Rinaxximent Industrijali Ewropew ta’
Jannar 2014 għalhekk tqiegħed enfasi fuq il-kwalità tal-amministrazzjoni
bħala aspett importanti tal-istrateġija dwar it-tkabbir tal-UE.[5] Struttura tar-rapport Ir-Rapport
tal-UE Kontra l-Korruzzjoni jkopri t-28 Stat Membru tal-UE kollha.
L-istruttura tiegħu hu:
Introduzzjoni, li
tippreżenta l-isfond politiku u l-għanijiet.
Ir-riżultati ta’ stħarriġ
tal-Ewrobarometru tal-2013 dwar il-perċezzjonijiet tal-korruzzjoni u
l-esperjenza ta’ korruzzjoni.
Kapitolu orizzontali, li
jiddeskrivi x-xejriet marbuta mal-korruzzjoni madwar l-UE. Dan jiġbor
fil-qosor is-sejbiet ewlenin. Il-konklużjonijiet u s-suġġerimenti għal
passi futuri għal kull Stat Membru huma stabbiliti (biss) fil-kapitoli
tal-pajjiżi rispettivi.
Kapitolu tematiku, li
jiffoka fuq kwistjoni transversali ta’ rilevanza partikolari fil-livell
tal-UE. Il-kwistjoni li qed tiġi enfasizzata f’dan l-ewwel rapport hija
l-akkwist pubbliku, li huwa ta’ importanza kruċjali għas-suq intern; huwa
kopert minn leġiżlazzjoni estensiva tal-UE, u soġġett għal bosta riskji
ta’ korruzzjoni. Il-Kapitolu jkopri l-korruzzjoni u l-miżuri kontra
l-korruzzjoni fis-sistemi nazzjonali tal-akkwist pubbliku.
Anness dwar il-metodoloġija, li
jiddeskrivi kif ir-rapport ġie ppreparat kif ukoll l-għażliet metodoloġiċi
u l-limitazzjonijiet.
Kapitoli dwar il-pajjiżi, li
jkopru kull wieħed mit-28 Stat Membru. Dawn il-kapitoli ma jipprovdux
deskrizzjoni eżawrjenti ta’ kwistjonijiet marbuta mal-korruzzjoni u
l-miżuri kontra l-korruzzjoni. Minflok, dawn jenfasizzaw kwistjonijiet
ewlenin magħżula identifikati permezz ta’ valutazzjoni individwali ta’
kull pajjiż fuq il-merti tiegħu u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-kuntest
nazzjonali.
a) Introduzzjoni, li
tipprovdi stampa tas-sitwazzjoni ġenerali dwar il-korruzzjoni. Hija tippreżenta
indikaturi magħżula inklużi perċezzjonijiet, flimkien ma’ fatti, ix-xejriet,
l-isfidi u l-iżviluppi rilevanti għall-korruzzjoni u l-miżuri kontra
l-korruzzjoni. b) Kwistjonijiet
enfasizzati. Bosta kwistjonijiet huma identifikati
u analizzati għal kull pajjiż. Filwaqt li l-enfasi hija fuq vulnerabbiltajiet u
oqsma fejn jista’ jsir titjib, l-analiżi tħares ’il quddiem u tipponta lejn
pjanijiet u miżuri li jmorru fid-direzzjoni t-tajba, u tidentifika
kwistjonijiet li jeħtieġu aktar attenzjoni. Huma enfasizzati prattiki tajbin li
jistgħu jkunu ta’ ispirazzjoni għal oħrajn. Il-firxa ta’ kwistjonijiet
enfasizzati mhijiex limitata għall-materji koperti mill-kapitolu tematiku
(akkwist pubbliku). Xi kapitoli dwar il-pajjiżi madankollu, jinkludu analiżi
speċifika tal-akkwist pubbliku; dan huwa l-każ għal pajjiżi fejn ġew
identifikati problemi sostanzjali rigward l-akkwist pubbliku. L-għażla ta’
kwistjonijiet ewlenin f’kull kapitolu tal-pajjiż hija bbażata fuq
il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin: ·
is-severità
u l-impatt tal-problema fir-rigward tal-isfidi oħrajn marbuta mal-korruzzjoni
fil-pajjiż; ·
l-iskala
tar-riperkussjonijiet potenzjali għal firxa usa’ ta’ politiki (pereżempju,
lakuni ewlenin fil-kontrolli tal-akkwist pubbliku joħolqu riskju sinifikanti
ta’ devjazzjoni tal-fondi pubbliċi) u ·
l-abbiltà
li tindika lejn passi konkreti għall-ġejjieni. Passi futuri u
s-segwitu Il-punti
għal aktar attenzjoni stabbiliti f’kull kapitolu tal-pajjiż jirriflettu
t-tentattiv tal-Kummissjoni li tidentifika miżuri li x'aktarx jagħtu valur
miżjud fl-indirizzar ta' kwistjonijiet pendenti ewlenin fir-rigward
tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Huma mfassla skont il-kuntest
u l-ħtiġijiet ta’ kull pajjiż. Huma konkreti u mmirati, mingħajr ma wieħed jidħol
f’dettall eċċessiv, u mmirati lejn bidliet tanġibbli fuq il-post. Ir-rapport,
fejn rilevanti, huwa bbażat fuq u jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet diġà
fformulati minn mekkaniżmi oħrajn ta’ rappurtar ta’ korruzzjoni (b’mod
partikolari l-Grupp ta’ Stati Kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa —
GRECO — u l-OECD), li wħud minnhom għadhom ma ġewx segwiti mill-Istati Membri. Bħala
segwitu għal dan ir-rapport, il-Kummissjoni tixtieq li tipparteċipa b’mod
kostruttiv, f'dibattitu li jħares 'il quddiem dwar l-aħjar modi biex tiġi
indirizzata l-korruzzjoni, b’mod partikolari dwar il-punti li hija identifikat
għal aktar attenzjoni. Il-Kummissjoni tispera li tara dibattitu wiesa’ dwar
miżuri kontra l-korruzzjoni b’parteċipazzjoni attiva tal-Istati Membri, tal-Parlament
Ewropew, tal-parlamenti nazzjonali, is-settur privat u s-soċjetà ċivili, u
tistenna bil-ħerqa biex hi nnifisha tipparteċipa b’mod attiv f’diskussjonijiet
kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fl-Istati Membri. Barra
minn hekk, il-Kummissjoni beħsiebha tistabbilixxi programm ta’ qsim ta’
esperjenzi reċiproka għall-Istati Membri, għall-NGOs lokali u partijiet
interessati oħra biex jiġu identifikati l-aħjar prattiki u jingħelbu
n-nuqqasijiet f’politiki kontra l-korruzzjoni, joħolqu sensibilizzazzjoni jew jipprovdu
t-taħriġ. Dawn l-isforzi għandhom ikunu marbuta ma’ kwistjonijiet ta’
attenzjoni li jinsabu fir-rapport, u jiffaċilitaw l-azzjoni ta’ segwitu.
Il-programm ta’ qsim ta’ esperjenzi reċiproka se jitnieda wara l-adozzjoni
tar-rapport, li jibni fuq ir-rispons mogħti u d-diskussjoni mal-partijiet
interessati dwar il-ħtiġijiet speċifiċi li jista' jindirizza. Il-Kummissjoni
bi ħsiebha tanalizza bir-reqqa r-rispons fir-rigward ta’ dan l-ewwel rapport,
tirrifletti dwar lakuni u żbalji potenzjali, u tislet it-tagħlimiet għat-tieni
rapport. Il-metodoloġija se tkun riveduta, u għandha tingħata konsiderazzjoni
addizzjonali għall-possibbiltà li jiġu żviluppati indikaturi ta’ korruzzjoni. Ix-xogħol
tal-futur se jħares lejn kwistjonijiet bħal pereżempju kif il-miżuri suġġeriti
f’dan l-ewwel rapport ġew implimentati, u jiġu kkunsidrati r-riżultati
tal-programm ta’ qsim ta’ esperjenzi II.
Ir-riżultati ta’ stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-perċezzjonijiet
tal-korruzzjoni u l-esperjenza ta’ korruzzjoni Żewġ stħarriġiet
tal-Ewrobarometru saru bi tħejjija għar-Rapport tal-UE Kontra l-Korruzzjoni
kmieni fl-2013: l-"Istħarriġ fil-Qosor" 1) tal-Ewrobarometru Speċjali[6] u 2) iffokat fuq in-negozju[7]. Għal bosta pajjiżi, l-indiċi CPI[8] ippubblikat minn Transparency International għandu
t-tendenza li jikkorrispondi għal tweġibiet mogħtija minn dawk li wieġbu
għall-Ewrobarometru. Meta
wieħed ipoġġi flimkien id-dejta tal-Ewrobarometru Speċjali, l-ewwel dwar
perċezzjonijiet ġenerali tal-prevalenza ta’ korruzzjoni u t-tieni dwar l-istennija
fil-fatt li wieħed iħallas għal xi tixħim (esperjenza personali f’tixħim), huwa
ċar li l-Istati Membri jistgħu jiġu kkaratterizzati b’modi differenti. It-tweġibiet
jikkonfermaw perċezzjoni pożittiva u esperjenza ta’ tixħim baxxa fil-każ tad-Danimarka,
il-Finlandja, il-Lussemburgu u l-Isvezja. Dawk li wieġbu
f'dawn il-pajjiżi rarament indikaw li kienu mistennija li jħallsu għal tixħim
(inqas minn 1 % tal-każijiet) u n-numru ta' persuni li jaħsbu li
l-korruzzjoni hi mifruxa (20 %, 29 %, 42 % u 44 % rispettivament)
huwa b'mod sinifikanti iktar baxx mill-medja tal-UE. Fil-każ tar-Renju
Unit, 5 persuni bisa minn 1115 kienu
mistennija li jħallsu għal xi tixħim (anqas minn 1 %), li juru l-aħjar
riżultat fl-Ewropa kollha; madankollu, id-dejta ta' perċezzjoni turi li
64 % ta' dawk li wieġbu fir-Renju Unit jaħsbu li l-korruzzjoni hi mifruxa
fil-pajjiż (il-medja tal-UE hi 74 %). F’pajjiżi
bħall-Ġermanja, l-Olanda, il-Belġju, l-Estonja u Franza, filwaqt li
aktar minn nofs il-persuni li wieġbu jaħsbu li l-korruzzjoni hija fenomenu
mifrux sew, in-numru attwali ta’ persuni li kellhom iħallsu tixħima huwa baxx
(madwar 2 %). Dawn il-pajjiżi wkoll jidhru fost dawk li kellhom
prestazzjoni tajba fl-Indiċi Internazzjonali ta' Trasparenza. L-Awstrija
taqsam karatteristċi simili ma' dan il-grupp bl-eċċezzjoni ta' numru pjuttost
għoli ta' dawk li wieġbu (5 %) li rrapportaw li kienu mistennija li
jħallsu tixħima. F’xi
pajjiżi għadd relattivament għoli ta’ persuni indikaw li kellhom esperjenza
personali b’tixħim, iżda b’konċentrazzjoni ċara fuq numru limitat ta’ setturi,
inkluż l-Ungerija (13 %), is-Slovakkja (14 %) u l-Polonja
(15 %). F’dawn il-pajjiżi, settur wieħed, l-aktar il-kura tas-saħħa,
jipprovdi l-parti l-kbira ta’ każijiet ta’ tixħim. Hemm evidenza li l-problemi
strutturali fil-kura tas-saħħa jipprovdu inċentivi għall-ħlas ta' tixħim għal
persunal mediku. Fil-fatt, fil-pajjiżi kollha msemmija, it-tweġiba dettaljata
turi li l-kura tas-saħħa hija msemmija mill-ogħla numru ta’ individwi, filwaqt
li l-istituzzjonijiet l-oħra kollha jew is-setturi (eż. il-pulizija, id-dwana,
il-politiċi, servizzi ta’ prosekuturi pubbliċi, eċċ) issemmew b’inqas minn
1 % ta’ dawk li wieġbu. Il-korruzzjoni f’sens usa’ hi meqjusa bħala
mifruxa f’dawn il-pajjiżi (82 % fil-Polonja, 89 % fl-Ungerija u
90 % fis-Slovakkja). F'ċerti
pajjiżi, inklużi l-Portugall, is-Slovenja, Spanja u l-Italja, it-tixħim
jidher li hu rari iżda l-korruzzjoni f'sens iktar wiesa' hi ta' tħassib serju:
għadd relattivament żgħir ta' dawk li wieġbu stqarrew li ġew mitluba jew mistennija
li jħallsu għal tixħim fl-aħħar 12-il xahar. Filwaqt li esperjenza personali
ta’ tixħim hija apparentement rari (1-3 %), il-perċezzjoni hija tant
influwenzata mill-iskandli politiċi riċenti u l-kriżi finanzjarja u ekonomika
li dan huwa rifless fl-impressjoni negattiva ta' dawk li wieġbu dwar
is-sitwazzjoni globali tal-korruzzjoni (90, 91, 95 u 97 % rispettivament).
Il
pajjiżi li baqgħu lura fil-punteġġi kemm dwar il-perċezzjonijiet kif ukoll dwar
l-esperjenza attwali ta’ korruzzjoni, jinkludu l-Kroazja, ir-Repubblika
Ċeka, il-Litwanja, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Greċja. F’dawn il-pajjiżi,
bejn 6 % u 29 % ta’ dawk li wieġbu indikaw li kienu mitluba jew kienu
mistennija li jħallsu għal xi tixħim fl-aħħar 12-il xahar, filwaqt li 84 %
sa 99 % jaħsbu li l-korruzzjoni hija mifruxa fil-pajjiż tagħhom.
Il-Kroazja u r-Repubblika Ċeka jidhru li għamlu daqsxejn aktar impressjoni
pożittiva b’punteġġi ftit aħjar mill-bqija tal-pajjiżi mill-istess grupp. Il-pajjiżi
li mhumiex imsemmija (jiġifieri l-Latvja, Malta, l-Irlanda, Ċipru) ma wrewx
riżultati daqstant differenti b'mod konsiderevoli mill-medja tal-UE f'kwalunkwe
minn dawn l-aspetti. Fil-livell
Ewropew, tliet kwarti ta’ dawk li wieġbu (76 %) jaħsbu li l-korruzzjoni
hija mifruxa fil-pajjiż tagħhom stess. Il-pajjiżi fejn
dawk li wieġbu huma l-aktar probabbli li jaħsbu li l-korruzzjoni hija mifruxa
huma l-Greċja (99 %), l-Italja (97 %), il-Litwanja, Spanja u
r-Repubblika Ċeka (95 % f’kull wieħed). Kwart tal-Ewropej (26 %),
meta mqabbla ma’ 29 % mir-riżultati tal-Ewrobarometru 2011,
jikkunsidraw li huma affettwati personalment mill-korruzzjoni fil-ħajja tagħhom
ta’ kuljum. Il-persuni li x'aktarx se jgħidu li
huma personalment affettwati minn korruzzjoni ġejjin minn Spanja u l-Greċja
(63 % kull wieħed), Ċipru u r-Rumanija (57 % kull wieħed) u l-Kroazja
(55 %); u l-inqas li se jgħidu li huma affettwati
mill-korruzzjoni x'aktarx ġejjin mid-Danimarka (3 %), Franza u l-Ġermanja
(6 % f'kull wieħed minnhom). Madwar wieħed f’kull tnax-il Ewropew
(8 %) jgħidu li esperjenzaw jew kienu xhieda f'każ ta’ korruzzjoni f’dawn
l-aħħar 12-il xahar. Dawk li wieġbu x'aktarx se jgħidu li esperjenzaw jew
kienu xhieda ta' korruzzjoni fil-Litwanja (25 %), is-Slovakkja (21 %)
u l-Polonja (16 %) u l-inqas li x'aktarx jagħmlu hekk fil-Finlandja u
d-Danimarka (3 % kull wieħed), Malta u r-Renju Unit (4 % kull
wieħed). Madwar tliet kwarti tal-Ewropej (73 %) jgħidu li
t-tixħim u l-użu ta’ konnessjonijiet ta’ spiss huwa l-eħfef mod kif inkisbu
ċerti servizzi pubbliċi f’pajjiżhom. Din l-opinjoni hija l-iktar mifruxa
fil-Greċja (93 %), Ċipru (92 %), is-Slovakkja u l-Kroazja (89 %
f’kull wieħed). Bl-istess mod għall-2011, madwar żewġ terzi mill-Ewropej
(67 %) jaħsbu li l-finanzjament tal-partiti politiċi mhux trasparenti u
supervizzat biżżejjed. Dawk li x'aktarx ikunu ta' din l-opinjoni huma dawk
li wieġbu minn Spanja (87 %), il-Greċja (86 %) u r-Repubblika Ċeka
(81 %), filwaqt li dawk li x'aktarx mhux se jkollhom din l-opinjoni huma
dawk li wieġbu mid-Danimarka (47 %), ir-Renju Unit (54 %), l-Isvezja
(55 %) u l-Finlandja (56 %). Ftit inqas minn kwart tal-Ewropej
(23 %) jaqblu li l-isforzi tal-Gvern tagħhom huma effettivi fl-indirizzar
tal-korruzzjoni; madwar kwart (26 %) jaħsbu li hemm biżżejjed
prosekuzzjonijiet ta’ suċċess f’pajjiżhom biex jaqtgħu qalb in-nies minn
prattiki ta’ korruzzjoni. Għall-istħarriġ
Flash iffokat fuq in-negozju, ir-riżultati tal-pajjiżi juru varjazzjonijiet
kbar: differenza ta' 89 punt perċentwali bejn l-ogħla (il-Greċja:
99 %) u l-inqas (id-Danimarka: 10 %) tal-livell ta' korruzzjoni
osservata. (L-istess riżultat huwa rifless fl-“Ewrobarometru Speċjali”
ppreżentat hawn fuq: 20 % vs 99 %). Tabilħaqq, dawk kollha li wieġbu
minbarra wieħed mill-Greċja huma tal-fehma li l-korruzzjoni hi mifruxa
fil-Greċja. Fil-livell
Ewropew, iktar minn 4 minn 10 kumpaniji jikkunsidraw il-korruzzjoni bħala
problema biex jagħmlu l-kummerċ, u dan jgħodd għal patroċinji u nepotiżmu
wkoll.
Meta
mistoqsijin speċifikament jekk il-korruzzjoni hijiex problema fit-twettiq
tal-kummerċ, 50 % tas-settur tal-kostruzzjoni u 33 %
tal-kumpaniji ta' telekomunikazzjoni/tal-IT ħassew li kienet problema serja. Iktar ma
tkun żgħira l-kumpanija, aktar u aktar il-korruzzjoni u n-nepotiżmu jidhru
bħala problema għall-kummerċ. Il-korruzzjoni hija l-aktar probabbli
li titqies bħala problema għall-kummerċ minn kumpaniji fir-Repubblika Ċeka
(71 %), il-Portugall (68 %), il-Greċja u s-Slovakkja (it-tnejn li
huma 66 %). III. Is-Sejbiet
Ewlenin tar-Rapport L-analiżi
individiwali ta' pajjiż żvelat varjetà wiesgħa ta’ problemi marbuta
mal-korruzzjoni, kif ukoll mekkaniżmi ta’ kontroll ta’ korruzzjoni, li wħud
minnhom urew li huma effettivi u oħrajn għadhom ma kisbux riżultati.
Madankollu, xi fatturi komuni jista’ jiġu nnotati jew madwar l-UE jew fi ħdan
gruppi ta’ Stati Membri. L-analiżi tal-pajjiżi turi li l-akkwist pubbliku huwa
partikolarment suxxettibbli għall-korruzzjoni fl-Istati Membri, minħabba
mekkaniżmi ta’ kontroll defiċjenti u l-ġestjoni tar-riskju. Valutazzjoni
tar-riskji ta' korruzzjoni, inklużi kemm prattiki tajbin kif ukoll negattivi
fl-akkwist pubbliku tidher fit-taqsima li ġejja. Dan is-sommarju
jeżamina l-kwistjonijiet ewlenin li huma vvalutati f’aktar dettall fil-kapitoli
tal-pajjiżi. Huma miġburin f'erba' oqsma ta' suġġetti (A. Dimensjoni politika,
B. Mekkaniżmi ta' kontroll u prevenzjoni, C. Ripressjoni, D. Oqsma ta' riskju),
għalkemm jista' jkun li xi ftit minnhom jidħlu f'xulxin, minħabba n-natura
kumplessa tal-kwistjonijiet li qed jiġu eżaminati. Sfond u analiżi aktar
dettaljati jistgħu jinstabu fil-kapitoli tal-pajjiż. A.
Id-dimensjoni
politika Prijoritizzazzjoni tal-politiki kontra
l-korruzzjoni Politiki
kontra l-korruzzjoni saru aktar viżibbli fl-aġenda politika f’bosta Stati
Membri. Il-kriżi finanzjarja ġibdet l-attenzjoni lejn il-kwistjonijiet
tal-integrità u tar-responsabbiltà ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Il-biċċa
l-kbira tal-Istati Membri li qed jaffaċċjaw diffikultajiet ekonomiċi serji
għarfu l-gravità ta’ problemi marbuta mal-korruzzjoni u żviluppaw (jew qed
jiżviluppaw) programmi kontra l-korruzzjoni biex jindirizzaw ir-riskji marbuta
u r-riskji ta’ devjazzjoni tal-fondi pubbliċi. Għal xi Stati Membri, programmi
ta’ aġġustament ekonomiku jinkludu rekwiżiti espliċiti relatati ma’ politiki
kontra l-korruzzjoni. Anki jekk ma jkunux formalment marbuta ma’ programm ta’
aġġustament, il-politiki kontra l-korruzzjoni jikkumplimentaw miżuri ta’
aġġustament, speċjalment f’pajjiżi fejn il-korruzzjoni tirrappreżenta problema
serja. Rakkomandazzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni b’mod effettiv
saru wkoll fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika
ekonomika. Dan
ir-rapport mhux imsejjes fuq is-suppożizzjoni li l-istrateġiji kontra
l-korruzzjoni ġenerali huma indispensabbli għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda
kontra l-korruzzjoni. Madankollu, fin-nuqqas ta’ strateġiji fit-tul komprensivi
kontra l-korruzzjoni f’ċerti Stati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma’ problemi
ta’ korruzzjoni sistemika nstab li kienet kwistjoni ta’ tħassib, peress li
t-tip ta’ problemi li jridu jiġu indirizzati jeħtieġu approċċ koordinat
komprensiv fil-livell ċentrali. F’xi wħud minn dawn l-Istati Membri strateġija
nazzjonali kontra l-korruzzjoni ġiet adottata dan l-aħħar, filwaqt li f’oħrajn
strateġija bħal din ma teżistix. L-istrateġiji kontra l-korruzzjoni f’xi Stati
Membri bbażati fuq valutazzjonijiet tal-impatt ta’ programmi strateġiċi
preċedenti wara konsultazzjonijiet pubbliċi u l-involviment attiv tas-soċjetà
ċivili u firxa ta’ istituzzjonijiet pubbliċi u awtonomi fl-oqsma ta’ infurzar u
monitoraġġ, huma msemmija bħala passi pożittivi, sakemm ir-riżultati jidhru
fil-fażi ta’ implimentazzjoni. Il-biċċa
l-kbira tal-Istati Membri li jaffaċċjaw sfidi serji meta jittrattaw
il-korruzzjoni stabbilixxew oqfsa kumplessi u sofistikati legali u
istituzzjonali, kif ukoll għadd ta’ strateġiji jew programmi mmirati.
Madankollu, dan waħdu ma jwassalx neċessarjament għal riżultati tanġibbli.
B’kuntrast, fi Stati Membri oħra fejn ir-regolament rilevanti jew il-programmi
strateġiċi huma nieqsa, il-korruzzjoni naqqset b'mod viżibbli b’sistemi
preventivi, prattiki, tradizzjonijiet li jinvolvu l-fornituri u r-riċevituri
tas-servizzi pubbliċi jew, f’xi każijiet, standards għoljin ta’ trasparenza. Ir-responsabbiltà politika Ipprovokati
mill-kriżi, protesti soċjali mmiraw mhux biss il-politiki ekonomiċi u soċjali,
iżda wkoll l-integrità u r-responsabilità tal-elite politiku. L-iskandli ta’
profil għoli assoċjati mal-korruzzjoni, l-użu ħażin ta’ fondi pubbliċi jew
imġiba kontra l-etika minn politiċi kkontribwew għal nuqqas ta’ sodisfazzjon
pubbliku u n-nuqqas ta’ fiduċja tas-sistema politika. L-integrità
fil-politika hija kwistjoni serja għal ħafna Stati Membri. Kodiċijiet ta’
kondotta fl-assembleji eletti jew fil-partiti politiċi jew f’livell ċentrali
jew lokali huma l-eċċezzjoni aktar milli r-regola. Meta kodiċijiet bħal dawn
huma stabbiliti, dawn ħafna drabi ma jkollhomx mekkaniżmu ta’ monitoraġġ
effettiv jew regolamenti ċari ta' sanzjonar, u rarament iwasslu
għall-applikazzjoni ta’ penali dissważivi. F’xi każijiet, in-nuqqas ta’ responsabbiltà
ġġenerat perċezzjoni ta’ kważi-impunità tal-elite politiku. Tħassib f’ċerti
Stati Membri hu marbut mhux biss ma’ nuqqas ta’ fiduċja pubblika li kull ma
jmur dejjem qed tikber, iżda wkoll ma' riskju ta’ reputazzjoni fil-kuntest
internazzjonali. Bħala konsegwenza, l-Istati Membri issa qegħdin jagħtu
prijorità ħafna akbar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, b’passi sostanzjali li
jkunu qegħdin jittieħdu jew riformi radikali mħabbra. F’xi Stati
Membri, il-politiċizzazzjoni ta’ reklutaġġ għal pożizzjonijiet medji ta'
maniġment u aktar baxxi fl-amministrazzjoni pubblika f’livell ċentrali jew
reġjonali/lokali ġew enfasizzati bħala problemi serji. Dawn il-prattiki jżidu
s-suxxettibbiltà għall-korruzzjoni, jgħollu r-riskju ta’ kunflitti ta’
interessi, idgħajfu l-mekkaniżmi ta’ kontroll u jaffettwaw il-kredibbiltà
tal-amministrazzjoni pubblika b’mod ġenerali. Ir-responsabbiltà ta’ uffiċjali eletti
għall-korruzzjoni Sfida fundamentali dwar il-politika kontra
l-korruzzjoni hija n-nuqqas ta’ definizzjoni armonizzata ta’ “uffiċjal
pubbliku” fil-livell tal-UE li għandha tinkludi uffiċjali eletti.
Il-Kummissjoni ressqet proposta fl-2012 għal Direttiva dwar il-protezzjoni
tal-liġi kriminali minn frodi u reati relatati mal-interessi finanzjarji tal-UE[9] li
fiha definizzjoni ta’ uffiċjal pubbliku inklużi l-persuni li jkollhom uffiċċju
leġiżlattiv. In-negozjati fil-Kunsill[10]
u fil-Parlament Ewropew[11]
dwar id-Direttiva proposta juru nuqqas ta' appoġġ għad-definizzjoni proposta li
timmira għal kriminalizzazzjoni ta' korruzzjoni mwettqa minn uffiċjali eletti.
Madankollu, fil-fehma tal-Kummissjoni, sabiex tasal għal approċċ komuni fl-UE,
hemm bżonn ta’ armonizzazzjoni ċara tar-responsabbiltà kriminali ta’ uffiċjali
eletti għal reati ta’ korruzzjoni. Il-finanzjament tal-partiti politiċi Waħda
mill-kwistjonijiet usa' ta' sfond li mill-esperjenza turi li għandha impatt fuq
il-korruzzjoni hija l-finanzjament tal-partiti politiċi. Każijiet ta’
korruzzjoni fuq skala kbira riċenti li jinvolvu l-finanzjament ta’ partiti
illegali affettwaw il-politiċi f’xi Stati Membri. Ix-xiri ta' voti u forom oħra
ta’ influwenza mhux xierqa tal-elettorat ġew innutati wkoll f’għadd ta’ Stati
Membri. Evalwazzjonijiet
GRECO dwar il-finanzjament tal-partiti kellhom impatt viżibbli fuq ir-riforma
tal-qafas legali u, sa ċertu punt, tal-qafas istituzzjonali f’dan il-qasam.
B’xi eċċezzjonijiet, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri riċentement emendaw
il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar il-finanzjament tal-partiti u żiedu standards ta'
trasparenza, inkluż dwar donazzjonijiet. F’żewġ Stati Membri ma hemm l-ebda
restrizzjoni dwar donazzjonijiet anonimi. Il-pubblikazzjoni tal-kontijiet
tal-partiti politiċi mhix obbligatorja f’wieħed minn dawn l-Istati Membri.
Madankollu, il-partiti politiċi ewlenin ikkonkludew ftehim volontarju biex
jiżguraw it-trasparenza finanzjarja. Barra minn hekk, huma mistennija l-emendi
għal-leġiżlazzjoni tal-finanzjament ta' partiti bl-għan li jkun hemm konformità
mar-rakkomandazzjonijiet GRECO. L-Istat Membru l-ieħor ma ħabbarx pjanijiet
biex ikompli jemenda l-leġiżlazzjoni tiegħu wara r-rakkomandazzjonijiet GRECO.
Stat Membru ieħor riċentement irreveda l-leġiżlazzjoni tal-finanzjament ta’
partiti tiegħu imma għad hemm xi lakuni fir-rigward ta' limiti għal
donazzjonijiet, reġim ta’ sponserizzazzjoni minn kumpaniji tal-Istat,
mekkaniżmi ta’ superviżjoni u setgħat ta’ sanzjonar. Sistema ta’
finanzjament tal-partiti rregolata b'mod tajjeb u trasparenti — il-Finlandja Il-Finlandja
emendat l-Att dwar il-Partiti Politiċi fl-2010 filwaqt li tqis
ir-rakkomandazzjonijiet kollha GRECO. Il-Finlandja qabel kellha biss
regolamenti limitati dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi. Il-qafas legali
l-ġdid jimmira lejn it-trasparenza tal-finanzjament tal-kandidati
tal-elezzjoni, il-partiti politiċi, kif ukoll l-entitajiet affiljati ma’
partiti politiċi. Jekk jiġi applikat kif suppost, l-Att se jżid b’mod
sostanzjali t-trasparenza ta’ finanzjament politiku. Skont GRECO, il-Finlandja
tista’ sservi ta’ ispirazzjoni għal pajjiżi oħrajn. F’xi każijiet,
il-partiti politiċi żiedu l-istandards ta’ integrità tagħhom u sanzjonaw jew
keċċew Membri involuti fi skandli ta' korruzzjoni. Fi Stat Membru wieħed, ġew
innutati kisbiet sinifikanti fit-titjib tat-trasparenza u tar-responsabbiltà
tas-sistema parlamentari. Madankollu, anki f’pajjiżi b’eżempji bħal dawn ta’
responsabbiltà politika, ir-reazzjonijiet ta' integrità mhumiex parti minn
prattika ġeneralizzata. Għad hemm
nuqqasijiet konsiderevoli fis-superviżjoni ta’ finanzjament ta' partiti.
L-impatt tar-riformi leġiżlattivi riċenti għad irid jiġi determinat. Ta' spiss
ikun il-każ li ladarba tingħalaq lakuna leġiżlattiva (bħat-trasparenza ta’ u
l-limiti fuq donazzjonijiet), oħrajn jidhru li joħorġu (eż. ir-reġim ta' self
żgħir, skemi ta’ donazzjonijiet multipli, superviżjoni insuffiċjenti ta’
fondazzjonijiet jew entitajiet oħra marbuta ma’ partiti politiċi, eċċ).
Superviżjoni proattiva u sanzjonar dissważivi ta’ finanzjament illegali ta’
partiti għadhom mhumiex prattiki regolari fl-UE u huma meħtieġa aktar sforzi
biex tkun żgurata implimentazzjoni konsistenti. B. Mekkaniżmi
ta’ kontroll u prevenzjoni L-użu ta’ politiki ta’
prevenzjoni Politiki ta'
prevenzjoni jkopru varjetà wiesa' ta' aspetti li jinkludu regoli ta' etika
ċarissimi, miżuri ta' sensibilizzazzjoni, il-bini ta' kultura ta' integrità fi
ħdan bosta organizzazzjonijiet, l-istabbiliment ta' ton sod minn fuq
fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' integrità, mekkaniżmi ta' kontroll intern
effettivi, trasparenza, aċċess faċli għal informazzjoni ta' interess pubbliku,
sistemi effettivi għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' istituzzjonijiet
pubbliċi, eċċ. Hemm differenza konsiderevoli fost l-Istati Membri rigward
il-prevenzjoni tal-korruzzjoni. Għal xi wħud, l-implimentazzjoni ta’ politiki
ta’ prevenzjoni kienet frammentata s’issa, li naqqset milli turi riżultati
konvinċenti. Għal oħrajn, il-prevenzjoni effettiva kkontribwixxiet
għar-reputazzjoni stabbilita ta' “pajjiżi nodfa”. Għalkemm il-korruzzjoni mhix
meqjusa bħala kwistjoni ewlenija f’dawn il-pajjiżi tal-aħħar, l-integrità
attiva u dinamika u programmi ta’ prevenzjoni huma fis-seħħ u kkunsidrati bħala
prijorità mill-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet ċentrali u lokali. Għal Stati
Membri oħra, il-korruzzjoni ġiet meqjusa bħala problema inqas serja għal żmien
twil, u għalhekk ma ttieħdet l-ebda pożizzjoni attiva dwar il-promozzjoni ta’
azzjonijiet komprensivi preventivi. Promozzjoni attiva tal-integrità tas-settur pubbliku
— Il-Pajjiżi l-Baxxi L-integrità,
it-trasparenza u r-responsabbiltà huma promossi b’mod attiv fl-amministrazzjoni
pubblika tal-Pajjiżi l-Baxxi. Stabbilit mill-Ministeru tal-Intern u
tar-Relazzjonijiet tar-Renju, l-Uffiċċju għall-Promozzjoni tal-Integrità
tas-Settur Pubbliku (BIOS) huwa istitut indipendenti li jħeġġeġ u jappoġġja
s-settur pubbliku fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki ta' integrità. Barra
minn hekk, ħafna bliet u komunitajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi qed jimplimentaw
politika lokali tal-integrità, li tejbet l-iskoperta ta’ każijiet ta' integrità
(żieda minn 135 fl-2003 għal 301 fl-2010). Il-politiki lokali tal-integrità
evolvew matul l-aħħar 20 sena, u saru parti integrali ta’ governanza
lokali. Mekkaniżmi ta’ kontroll estern u intern (ħlief
l-infurzar tal-liġi) Mekkaniżmi
ta’ kontroll jaqdu rwol importanti kemm għall-prevenzjoni kif ukoll
għall-iskoperta ta’ korruzzjoni, fi ħdan korpi pubbliċi. Xi Stati Membri
jqiegħdu piż kbir fuq l-infurzar tal-liġi u l-korpi ta' prosekuzzjoni jew fuq
aġenziji ta’ kontra l-korruzzjoni li huma meqjusa biss bħala unikament
responsabbli biex jindirizzaw il-korruzzjoni fil-pajjiż. Filwaqt li l-attività
ta’ dawn l-istituzzjonijiet hija ta’ importanza kbira ħafna, korruzzjoni
profonda ma tistax tiġi indirizzata mingħajr approċċ komprensiv bl-għan li
jitjiebu l-prevenzjoni u l-mekkaniżmi ta’ kontroll fil-livelli kollha
tal-amministrazzjoni pubblika, fuq livelli ċentrali u lokali. Xi Qrati
tal-Awdituri kellhom irwol prominenti għall-imbuttatura 'l quddiem tar-riformi
kontra l-korruzzjoni. Fi ftit Stati Membri, il-Qorti tal-Awdituri hija attiva
biex tinnotifika awtoritajiet rilevanti oħra ta’ suspetti ta’ korruzzjoni. F’xi
każijiet, hija wkoll l-istituzzjoni responsabbli għall-verifika
tal-finanzjament tal-partiti u tal-kampanji elettorali. Madankollu,
il-proattività tagħha ma tiġix kumplimentata b’kontrolli interni u esterni
effettivi fil-livelli reġjonali u lokali. F’ħafna Stati
Membri, il-kontrolli interni madwar il-pajjiż (partikolarment fil-livell
lokali) huma dgħajfa u neqsin minn koordinazzjoni. Hemm bżonn li dawn
il-kontrolli jissaħħu u jiġu abbinati ma’ politiki ta’ prevenzjoni qawwija
sabiex jagħtu riżultati konkreti u sostenibbli kontra l-korruzzjoni. L-iżvelar tal-assi L-iżvelar
tal-assi għall-uffiċjali f’postijiet sensittivi huwa prattika li
tikkontribwixxi lejn it-tisħiħ tar-responsabbiltà ta’ uffiċjali pubbliċi,
tiżgura trasparenza mtejba u tiffaċilita l-iskoperta ta’ każijiet potenzjali
ta’ ġid illeċitu, kunflitti ta’ interessi, inkompatibilitajiet, kif ukoll
l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ prattiki korrotti potenzjali. Approċċi lejn
l-iżvelar tal-assi għal uffiċjali eletti jvarjaw mill-ħtieġa ta' ammont
konsiderevoli ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata,[12] għal żvelar aktar limitat jew nuqqas ta’
żvelar ta' politiki. Għal uffiċjali pubbliċi professjonali f’ċerti setturi
l-iżvelar tal-assi jista' jkun ta’ għajnuna biex jiġu evitati kwistjonijiet ta’
kunflitt ta’ interessi. Minkejja dawn l-approċċi differenti, tista' tiġi
osservata tendenza ġenerali lejn rekwiżiti aktar stretti għall-iżvelar tal-assi
ta’ uffiċjali pubbliċi. Ftit Stati Membri li tradizzjonalment ma kellhomx
reġimi tal-iżvelar tal-assi riċentement daħlu jew ħabbru l-introduzzjoni ta’
sistemi bħal dawn. Aspett
importanti jikkonċerna l-verifikazzjoni tagħhom. F’xi Stati Membri, korpi
responsabbli għall-monitoraġġ tal-iżvelar tal-assi għandhom setgħat u għodod
limitati. F’oħrajn hemm ftit evidenza ta’ implimentazzjoni attiva jew infurzar
ta’ dawn ir-regoli. Fi ftit pajjiżi, is-sistema ta’ verifika hija kumplessa u
diffiċli, li taffettwa l-effikaċja tagħha. Hemm ftit eżempji ta' verifika
bir-reqqa fost l-Istati Membri: f'dawn, kontrolli sostanzjali huma mwettqa minn
aġenziji ta' kontra l-korruzzjoni/tal-integrità indipendenti u speċjalizzati li
għandhom il-poteri u l-għodda meħtieġa biex jiċċekkjaw l-oriġini ta' assi ta'
uffiċjali pubbliċi kkonċernati kontra firxa wiesa' ta' bażijiet tad-dejta
(l-amministrazzjoni tad-dejta, ir-reġistru tal-kummerċ, eċċ.) biex jidentifikaw
dikjarazzjonijiet mhux korretti potenzjali. Regoli
dwar il-kunflitt ta’ interess Il-kunflitti ta’
interess jirriflettu sitwazzjoni fejn uffiċjali pubbliċi jaġixxu jew beħsiebhom
jaġixxu jew joħolqu dehra li qed jaġixxu għall-benefiċċju ta’ interess privat.[13] Il-kwistjoni tal-kunflitti ta’ interess
għalhekk ġiet inkluża fl-ambitu ta’ firxa wiesgħa ta’ strumenti ta' kontra
l-korruzzjoni u mekkaniżmi ta’ reviżjoni, inklużi dawk relatati mal-Konvenzjoni
tan-NU kontra l-Korruzzjoni (l-UNCAC), il-GRECO u l-OECD. Ir-regolamenti u
s-sanzjonijiet applikabbli għal kunflitti ta’ interess ivarjaw madwar l-UE. Xi
Stati Membri għandhom leġiżlazzjoni speċifika li tkopri firxa wiesgħa ta’
uffiċjali pubbliċi eletti u maħtura, kif ukoll aġenziji speċjalizzati
inkarigati biex iwettqu l-verifiki. Il-livell ta' skrutinju jvarja minn Stat
Membru għal ieħor: xi wħud għandhom aġenziji indipendenti li jimmonitorjaw kunflitti
ta' interess, imma l-kapaċità li jkopru dawn is-sitwazzjonijiet mal-pajjiż
kollu hi limitata u s-segwitu tad-deċiżjonijiet tagħhom mhuwiex suffiċjenti;
oħrajn għandhom kummissjoni ta’ etika responsabbli għal tali verifiki li
tirrapporta lill-Parlament; f’xi każijiet isiru kontrolli fuq MPs permezz ta’
Kummissjoni parlamentari, jew, f’xi każijiet oħra, minn kummissjoni li jkollha
l-kompitu li twettaq kontrolli fuq il-kunflitti ta’ interess u
d-dikjarazzjonijiet tal-assi, għalkemm ħafna drabi b’kapaċità limitata u
b'setgħat ta’ sanzjonar. Verifiki fuq is-sustanza huma ta’ spiss formalistiċi u
l-aktar limitati għal kontrolli amministrattivi. Il-kapaċità ta’ monitoraġġ u
l-għodda meħtieġa biex jitwettqu l-ispezzjonijiet ħafna drabi mhumiex
biżżejjed. Diffikultajiet
partikolari li jitqajmu mal-bord jitnisslu minn sanzjonijiet skarsi u dgħajfa
applikabbli għall-uffiċjali eletti. Fejn dawn ikopru kunflitti ta’ interess,
il-kodiċijiet ta’ kondotta ta’ bosta mill-assembleji eletti normalment ma
jkunux akkumpanjati b’sanzjonijiet diswassivi. Id-dixxiplina tal-partiti u
l-awtokontroll jistgħu ma jkunux effettivi biżżejjed f’dan ir-rigward. Ukoll,
il-kanċellazzjoni ta’ kuntratti u proċeduri konklużi jew imwettqa
f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interessi jew l-irkupru ta’ danni spiss
jitħallew għal regolamenti ċivili ġenerali u għalhekk mhumiex implimentati
fil-prattika. Kunflitti ta’
interess fit-teħid tad-deċiżjonijiet, fl-allokazzjoni ta’ fondi pubbliċi u ta'
akkwist pubbliku, b’mod partikolari fil-livell lokali, jifformaw xejra
rikorrenti f’ħafna Stati Membri. Dan ir-rapport janalizza l-isfidi partikolari
f’dan ir-rigward fil-livell reġjonali u f'dak lokali f’dawk l-Istati Membri
fejn problemi bħal dawn jidhru aktar gravi. Hemm xi differenza (kultant wiesa’)
bejn ir-reġjuni u l-amministrazzjonijiet lokali u hu nieqes approċċ koerenti
lejn l-impożizzjoni ta' standards minimi u s-sensibilizzazzjoni f’dan
ir-rigward. Kunflitti ta’ interess bħala regola mhumiex inkriminati fl-Istati
Membri tal-UE. Fi Stat Membru wieħed, il-kunflitti ta’ interess jiġu
kkriminalizzati, għalkemm għadu ma jeżisti l-ebda rekord stabbilit ta’
prosekuzzjonijiet ta’ suċċess. Xi forom ta’ kunflitti ta’ interess huma wkoll
inkriminati fi Stat Membru ieħor (jiġifieri interess illegali f’attività li
l-uffiċjali pubbliċi jmexxu jew jissorveljaw). Il-mobbiltà
tax-xogħol bejn is-setturi pubbliċi u privati hija essenzjali
għall-funzjonament ta’ soċjetà moderna u tista’ ġġib benefiċċji importanti kemm
għas-settur pubbliku kif ukoll għal dak privat. Dan jimplika madankollu riskju
potenzjali li uffiċjali pubbliċi preċedenti jiżvelaw informazzjoni
mill-funzjonijiet preċedenti tagħhom li m’għandhiex tiġi żvelata u li dawk li
kienu persunal fis-settur privat jieħdu funzjonijiet pubbliċi li jirriżultaw
f’kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-impjegatur preċedenti tagħhom . Din
is-sitwazzjoni hija indirizzata speċifikament f’xi Stati Membri biss, u
l-implimentazzjoni ta' spiss tkun dgħajfa. C. It-trażżin Liġi kriminali Il-liġi
kriminali kontra l-korruzzjoni hija ġeneralment funzjonanti u tissodisfa
l-istandards tal-leġiżlazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, tan-NU u tal-UE. Stat
Membru wieħed ma rratifikax l-UNCAC. L-ostaklu ewlieni għar-ratifika ta’ dan
l-Istat Membru jinsab fin-nuqqas ta’ responsabbiltà kriminali għal uffiċjali
pubbliċi eletti għal tixħim. Xi
Stati Membri introduċew jew qed jippjanaw riformi sostantivi kriminali u għal
proċeduri kriminali. Objettiv komuni huwa li l-proċeduri jsiru iktar effiċjenti
u rapidi, u biex jissaħħu aħjar l-għodod ta’ kontra l-korruzzjoni (inkluża
d-definizzjoni ta’ reati, f’xi każijiet sanzjonijiet ogħla, u dispożizzjonijiet
mgħaġġla). Billi timponi limitu fin bejn imġiba leġittima u illeġittima, xi
Stati Membri xorta għandhom kamp ta' applikazzjoni limitat ta’ inkriminazzjoni. Il-kwalità
ta’ traspożizzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2003/568/ĠAI dwar il-ġlieda kontra
l-korruzzjoni fis-settur privat hija irregolari.[14] Hemm nuqqasijiet
partikolari fit-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kriminalizzazzjoni
tal-elementi kollha ta' tixħim attiv u passiv, kif ukoll responsabbiltà ta’
persuni ġuridiċi. Anki għall-Istati Membri li ttrasponew id-Deċiżjoni Qafas,
l-informazzjoni dwar l-infurzar hija skarsa. L-effikaċja ta’ aġenziji kontra l-korruzzjoni Hu
f'idejn l-Istat Membru waħdu biex jiddeċiedi liema strutturi istituzzjonali
għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni huma meħtieġa skont il-kuntest nazzjonali
tiegħu, skont id-daqs u n-natura ta’ korruzzjoni fil-pajjiż, il-qafas ġuridiku
u kostituzzjonali, it-tradizzjonijiet, ir-rabta ma’ politiki oħra fil-pajjiż,
l-ambjent istituzzjonali b’mod ġenerali, eċċ. Bosta
Stati Membri għandhom aġenziji ċentrali kontra l-korruzzjoni li jgħaqqdu
l-kompiti ta' prevenzjoni u ta' trażżin, filwaqt li oħrajn għandhom aġenziji
dedikati kontra l-korruzzjoni u għall-prevenzjoni, u xi wħud minnhom huma wkoll
mogħtija s-setgħa li jitrattaw mal-verifika ta’ ġid, kunflitti ta’ interess,
inkompatibbiltajiet, u f’xi każijiet il-finanzjament ta' partiti. Xi pajjiżi
oħra ddedikaw l-infurzar tal-liġi jew tas-servizzi ta’ prosekuzzjoni
għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Issa huwa
rikonoxxut fil-beraħ li t-twaqqif ta' aġenziji speċjalizzati fil-ħidma kontra
l-korruzzjoni, kemm jekk dawn jiffukaw fuq il-prevenzjoni kif ukoll fuq
it-trażżin jew fuq it-tnejn, mhuwiex soluzzjoni. Ir-riżultati miksuba jvarjaw.
Madankollu, l-analiżi tal-pajjiż f’dan ir-rapport turi li xi wħud minn dawn
l-aġenziji kienu elementi effettivi tar-riformi kontra l-korruzzjoni
f’pajjiżhom. Il-kisbiet ta’
xi aġenziji kontra l-korruzzjoni kienu aktar sostenibbli minn oħrajn. Fatturi
li jaffettwaw is-suċċess tagħhom (fuq żmien temporanju jew twil) jinkludu:
garanziji ta' indipendenza u n-nuqqas ta' interferenza politika, għażla bbażata
fuq mertu u l-promozzjoni ta' persunal, kollaborazzjoni multidixxiplinarja fost
timijiet operattivi u ma' istituzzjonijiet oħrajn, aċċess ta' malajr għal
bażijiet ta' dejta u intellgence u l-għoti ta' riżorsi u ħiliet meħtieġa. Dawn
l-elementi mhumiex miġbura flimkien b’mod konsistenti fl-Istati Membri kollha. Prattiki tajba li jikkonċernaw l-aġenziji ta’ kontra
l-korruzzjoni Il-Kummissjoni
Slovena għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (CPC) ikkonsolidat
ir-rwol tagħha biex tkun tista’ “tiddefendi l-istat tad-dritt permezz ta'
sforzi kontra l-korruzzjoni”, kif rikonoxxut ukoll mill-Qorti Kostituzzjonali
Slovena. Minkejja riżorsi limitati, is-CPC għandha reputazzjoni soda ta’
implimentazzjoni, b’aktar minn 1 000 rieżami u investigazzjonijiet kull
sena. Din ivverifikat l-assi u l-interessi ta’ mexxejja mill-partiti politiċi
ewlenin kollha, fejn riċentement żvelat ksur tal-leġiżlazzjoni tal-iżvelar
tal-assi u ġid kbir allegat mhux spjegat ta’ personalitajiet politiċi
importanti. Id-Direttorat Rumen Nazzjonali ta’
Kontra l-Korruzzjoni (DNA). Uffiċċju ta' prosekuzzjoni
speċjalizzat għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni fuq livell medju u għoli, DNA
bena rekord notevoli ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet mhux
partiġjani f'allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fl-ogħla livelli ta' politika,
il-ġudikatura u setturi oħrajn bħall-amministrazzjoni tat-taxxa, id-dwana,
l-enerġija, it-trasport, il-kostruzzjoni, il-kura tas-saħħa, eċċ. Fl-aħħar
seba' snin, DNA indika iktar minn 4 700 konvenut. 90,25 % tal-akkużi
kienu kkonfermati permezz ta' deċiżjonijiet finali tal-qrati. Kważi 1 500
konvenut kienu kkundannati permezz ta’ deċiżjonijiet finali tal-qrati, kważi
nofshom għandhom pożizzjonijiet ta’ livell għoli ħafna. Fattur importanti għal
dawn ir-riżultati kien l-istruttura tad-DNA li tinkludi, minbarra prosekuturi
li jmexxu u jissorveljaw investigazzjonijiet, il-pulizija ġudizzjarja u esperti
tal-ekonomija, tal-finanzi u esperti tal-IT. L-Uffiċċju Latvjan għall-Prevenzjoni u
l-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni (KNAB) stabbilixxa
reputazzjoni solida fil-Latvja u lil hinn minnha. KNAB għaqqad il-kompiti relatati
mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-edukazzjoni, inkluż il-kontroll ta’
finanzjament tal-partiti. KNAB jaġixxi wkoll bħala korp ta’ investigazzjoni ta'
qabel il-proċess mogħni b'setgħat tradizzjonali u aċċess għal bażijiet
tad-dejta bankarji u fiskali. Iktar reċentement l-Uffiċċju għadda minn perjodu
ta’ taqlib intern. L-Uffiċċju Kroat għall-Ġlieda kontra
l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata marbut mal-Uffiċċju tal-Istat
tal-Avukat Ġenerali (USKOK) stabbilixxa rekord ta’
investigazzjonijiet proattivi u prosekuzzjonijiet li kellhom suċċess inkluż
f’każijiet li jikkonċernaw uffiċjali eletti u ta’ livell għoli maħtura. L-uffiċċju
ċentrali tal-prosekuzzjoni kontra l-korruzzjoni kiseb rekord sod ta’
investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet, inkluż f’każijiet ta’ livell għoli li
jinvolvu skemi kumplessi ta’ allegazzjonijiet ta’ finanzjament illegali ta’
partiti. L-Uffiċċju ta' Kontra l-Frodi ta' Catalonia, aġenzija reġjonali
ta' kontra l-korruzzjoni speċjalizzata fil-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta’
korruzzjoni u frodi huwa l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu fi Spanja. Waqt li
għandu l-għan li jipprevjeni u jinvestiga l-użu ħażin tal-fondi pubbliċi, huwa
wkoll inkarigat li jiggwida entitajiet oħra. F’xi Stati
Membri, l-aġenziji ta’ kontra l-korruzzjoni li jinvestigaw il-politiċi
sussegwentement jiffaċċjaw pressjoni diretta jew indiretta. Tali pressjoni
tinkludi stqarrijiet pubbliċi jew sfidi oħrajn għal-leġittimità ta’ tmexxija
tal-aġenziji jew setgħat istituzzjonali u kompetenzi. Huwa importanti li jiġu
żgurati l-garanziji neċessarji għal dawn l-aġenziji ta’ kontra l-korruzzjoni
biex ikomplu jwettqu l-kompiti tagħhom mingħajr pressjoni żejda. Il-kapaċità tal-infurzar tal-liġi,
il-prosekuzzjoni u l-ġudikatura L-effiċjenza
tal-infurzar tal-liġi u l-prosekuzzjoni fl-investigazzjoni
tal-korruzzjoni tvarja ħafna madwar l-UE. Fatturi kkunsidrati fl-evalwazzjoni
tal-effiċjenza tagħhom jinkludu l-firxa stmata u n-natura ta' korruzzjoni li
jridu jindirizzaw, il-bilanċ mal-miżuri preventivi, ir-rieda politika biex
jappoġġaw l-indipendenza tagħhom, il-kapaċità u r-riżorsi għad-dispożizzjoni,
l-ostakli potenzjali għall-investigazzjonijiet, l-effikaċja tal-ġudikatura,
b'mod partikolari l-indipendenza tagħha, eċċ. Il-valutazzjoni hi diffiċli billi
l-istatistika dwar ir-reati ta' korruzzjoni hi nieqsa mill-koerenza fil-biċċa
l-kbira tal-Istati Membri. M'hemm kważi l-ebda statistika preċiża aġġornata
konsolidata wara l-istadji proċedurali kollha ta’ każijiet ta’ korruzzjoni. Miżuri
ripressivi waħedhom mhumiex biżżejjed biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni b’mod
effettiv. Madankollu, il-ħila ta’ sistema ġudizzjarja li timponi sanzjonijiet
dissważivi għandha rwol ta' deterrent ewlieni u huwa sinjal ċar li
l-korruzzjoni ma tiġix tollerata. Xi
Stati Membri jqiegħdu enfasi partikolari fuq in-naħa ripressiva u l-infurzar
tal-liġi isir l-aspett l-iktar viżibbli tal-isforzi kontra l-korruzzjoni.
Riżultati mill-aqwa jidhru wkoll fl-Istati Membri fejn il-prosekuzzjoni kollha
kemm hi (lil hinn minn servizzi speċjalizzati fil-korruzzjoni) hija effettiva.
F’xi Stati Membri oħrajn, il-prosekuzzjoni b’suċċess hija skarsa jew
l-investigazzjonijiet huma twal. L-indipendenza
tal-ġudikatura hija element ewlieni tal-linji politiċi kontra l-korruzzjoni
mil-lat tal-kapaċità tas-sistema ġudizzjarja sabiex tittratta b’mod effettiv
każijiet ta’ korruzzjoni, inkluż f’livelli għolja, kif ukoll mil-lat ta’
standards ta' integrità fis-sistema ġudizzjarja nnifisha. Is-salvagwardji
effettivi ta' indipendenza u l-istandards etiċi għolja fil-ġudikatura huma essenzjali
biex jiżguraw il-qafas meħtieġ għal ġudikatura effettiva li tagħmel ġustizzja
f’każijiet ta’ korruzzjoni b’mod oġġettiv u imparzjali mingħajr xi influwenza
mhux xierqa. L-indipendenza tal-infurzar tal-liġi u l-prosekuzzjoni hi nnotata
bħala problema f’xi Stati Membri. Mingħajr ma tiġi ġudikata l-istruttura
istituzzjonali globali li tirrifletti l-issettjar kostituzzjonali, legali u
kulturali ta’ kull Stat Membru, u li hija soġġett għal mekkaniżmi u proċeduri
separati fil-livell tal-UE — notevolment il-Klassifikazzjoni Annwali tal-UE
għall-Ġustizzja u l-qafas tal-Istat tad-dritt imħabbar mill-President Barroso
fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni fl-2012 u fl-2013 — tqajjem tħassib
partikolari f'xi okkażjonijiet fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ servizzi ta’
prosekuzzjoni u qrati għal indħil politiku f’każijiet ta’ korruzzjoni. Eżempji
jinkludu applikazzjoni mhux trasparenti jew diskrezzjonali tal-proċeduri ta'
ħatra, promozzjoni jew tkeċċija ta' prosekuturi ewlenin li jkunu qed jaħdmu fuq
każijiet ta’ korruzzjoni kif ukoll it-tneħħija jew prova ta' skreditu ta'
istituzzjonijiet jew tal-mexxejja tagħhom mingħajr raġuni oġġettiva apparenti.
F’każijiet oħra l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi kontra l-korruzzjoni raw
l-atturi politiċi jinterferixxu fil-ġestjoni u t-tħaddim tagħhom. Il-poteri fuq
firxa wiesa' li minnhom igawdu xi istituzzjonijiet ta’ kontra l-korruzzjoni
mhux dejjem mgħammra bir-responsabbiltà, u dan iwassal għal perċezzjonijiet li
dawn għandhom mnejn qed joqogħdu 'l bogħod minn każijiet ta' profil għoli jew
qed jirrikorru għal metodi investigattivi kontroversjali. Ma
hemm l-ebda standard uniformi li jista’ jiġi kkunsidrat bħala mudell
għall-proċeduri ta' ħatra u ta’ tkeċċija għall-kapijiet tal-infurzar tal-liġi
jew tas-servizzi ta’ prosekuzzjoni. Dawn id-deċiżjonijiet huma f’idejn
il-gvernijiet fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri bħala espressjoni ta’
responsabbiltà politika u jirrifletti l-lok tal-infurzar tal-liġi u
l-prosekuzzjoni fi ħdan il-fergħa eżekuttiva. Irrispettivament mill-proċedura
segwita, il-proċess jeħtieġ li jkun kredibbli u bbażat fuq il-merti biex tiġi
evitata kwalunkwe impressjoni ta’ preġudizzju politiku u biex jippermetti
lill-pulizija u lill-prosekuturi jinvestigaw il-korruzzjoni kull fejn huma
jiskopruha. In-nuqqas
ta’ koordinazzjoni effettiva bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u ta' kontra
l-korruzzjoni ġie ukoll enfasizzat bħala dgħufija f’xi Stati Membri. L-analiżijiet
ta' pajjiżi individwali jisħaq fuq it-tħassib fir-rigward tal-integrità tal-ġudikatura
waqt ħidma fuq każijiet ta’ korruzzjoni u tħassib dwar l-indipendenza u
l-integrità tagħha, kif muri mill-firxa u n-natura ta’ każijiet ta’ korruzzjoni
li jinvolvu mħallfin jew prosekuturi. Qorti speċjalizzata kontra l-korruzzjoni
stabbilita fi Stat Membru wieħed iffaċċjat sfidi konsiderevoli (u anki
xoljiment temporanju), li taffettwa l-istabbiltà tagħha u l-kapaċità li tibni
rekord konvinċenti. F’bosta
Stati Membri jidher li hemm nuqqas ta’ determinazzjoni ġudizzjarja u kapaċità
li tittratta każijiet ta’ korruzzjoni kumplessi jew sensittivi. F’xi Stati
Membri hemm ir-riskju li każijiet ta’ korruzzjoni jiġu preskritti fejn
proċeduri ġudizzjarji jirriżultaw li jkunu eċċessivament twal u problematiċi.
Hemm sitwazzjonijiet li fihom il-mod kif regoli proċedurali jiġu applikati
fil-prattika jwassal għal dewmien konsiderevoli, f’xi każijiet l-għan ikun li
tiġi evitata l-finalizzazzjoni ta’ proċedimenti tal-qorti. Id-dissważività
limitata fis-sentenzi tal-qorti ġiet ukoll enfasizzata f’bosta Stati Membri
fejn il-frekwenza ta’ sanzjonijiet sospiżi jew dgħajfa għall-korruzzjoni ġew
innutati bħala tendenza. Madankollu hemm każijiet oħra fejn il-qrati
reċentement taw sentenzi dissważivi ta’ ħabs għall-korruzzjoni. Fi Stat Membru
wieħed, ir-rwol ta’ tribunali ta’ inkjesta ġie vvalutat bħala deċiżiv biex
imexxi 'l quddiem riformi leġiżlattivi u istituzzjonali fir-rigward ta’
każijiet ta’ korruzzjoni, iżda l-analiżi kellha xi dubji wkoll dwar it-tul
tal-proċedimenti u l-impatt attwali fuq prosekuzzjonijiet. Għandu jiġi nnutat li nuqqasijiet proċedurali ta'
spiss jistgħu jostakolaw l-investigazzjoni ta’ każijiet ta’ korruzzjoni f’ċerti
Stati Membri. Eżempji jinkludu dispożizzjonijiet mhux ċari dwar it-tneħħija ta'
immunitajiet, jew l-applikazzjoni ħażina tagħhom u l-istatuti ta’ limitazzjonijiet
li jimpedixxu l-finalizzazzjoni ta’ każijiet kumplessi, l-aktar flimkien ma’
proċeduri twal jew regoli inflessibbli dwar l-aċċess għal informazzjoni
bankarja, li jostakolaw investigazzjonijiet finanzjarji u kooperazzjoni
transkonfinali. D. Oqsma
ta’ riskju speċifiċi Korruzzjoni minuri Il-korruzzjoni
minuri tibqa' problema mifruxa fi ftit Stati Membri biss. Bosta inizjattivi
kontra l-korruzzjoni ma rnexxilhomx jittrattaw il-korruzzjoni minura f’dawn
il-pajjiżi. Bosta Stati Membri fejn il-korruzzjoni minura kienet meqjusa bħala
problema rikorrenti għexieren ta’ snin ilu rnexxielhom jiksbu progress f’dan
il-qasam, kif jidher minn stħarriġ dwar l-esperjenzi diretti ma' korruzzjoni li
juri xejriet pożittivi u xi kultant anki jikklassifikhom ogħla mill-medja
tal-UE f’dan ir-rigward. Minkejja l-progress promettenti lejn it-tnaqqis
tal-korruzzjoni minura b’mod ġenerali, għadd ta’ Stati Membri għadhom ibatu
minn kundizzjonijiet soġġetti għal riskju fis-settur tal-kura tas-saħħa, fejn
l-inċentivi biex jagħtu pagamenti kontra trattament differenzjat mhux uffiċjali
jippersistu. Ir-riskji ta’ korruzzjoni fuq livell reġjonali u
lokali Ir-riskji
ta’ korruzzjoni jinstabu li huma aktar għolja fil-livell reġjonali u lokali
fejn il-kontrolli, il-bilanċi u l-kontrolli interni għandhom it-tendenza li
jkunu iktar dgħajfa milli fil-livell ċentrali. Hemm varjazzjonijiet
konsiderevoli f'ċerti Stati Membri fejn tidħol il-governanza tajba u
l-effikaċja tal-politiki kontra l-korruzzjoni.[15] F’bosta
Stati Membri, setgħat ta' diskrezzjoni wiesgħa f’idejn l-amministrazzjonijiet
ta’ gvernijiet reġjonali jew lokali (li wkoll jimmaniġġaw riżorsi
konsiderevoli) mhumiex mgħammra b’livell korrispondenti ta’ responsabbiltà u
ta' mekkaniżmi ta' kontroll. Kunflitti ta’ interess iqajmu problemi partikolari
fil-livell lokali. Huma meħtieġa aktar sforzi biex ixerrdu prattiki tajbin
applikati minn xi reġjuni jew amministrazzjonijiet lokali u biex jinħolqu
kundizzjonijiet ugwali, kemm għal uffiċjali eletti u maħtura f’livell lokali,
b’mod partikolari fir-rigward tal-istandards ta' trasparenza, tal-iżvelar
tal-assi, il-prevenzjoni u l-issanzjonar tal-kunflitti ta’ interessi, kif ukoll
għall-kontroll tal-infiq pubbliku. Fuq
nota pożittiva, ġew innotati prattiki effettivi ta’ prevenzjoni fil-livell lokali
jew reġjonali. Fi Stat Membru wieħed, twaqqaf netwerk ta’ aktar minn
200 amministrazzjoni reġjonali, muniċipali u provinċjali, biex jaħdmu
flimkien għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-infiltrazzjoni tal-mafja
f'strutturi pubbliċi. Setturi vulnerabbli magħżula F’bosta
Stati Membri, l-analiżi enfasizzat xi setturi li jidhru partikolarment
vulnerabbli għall-korruzzjoni, li talbet għal reazzjonijiet immirati. L-iżvilupp
urban u l-kostruzzjoni huma setturi
fejn il-vulnerabbiltajiet ta' korruzzjoni huma normalment għolja madwar l-UE.
Huma identifikati fir-rapport bħala partikolarment suxxettibbli
għall-korruzzjoni f’xi wħud mill-Istati Membri fejn ħafna każijiet ta’
korruzzjoni ġew investigati u kkontestati f’dawn l-aħħar snin. B’reazzjoni
għar-riskji f’dan il-qasam, Stat Membru stabbilixxa servizz speċjalizzat
tal-prosekuzzjoni għall-ġlieda kontra reati tal-ambjent u tal-ippjanar urban,
li jkopri firxa wiesgħa ta’ reati, inkluża l-korruzzjoni. L-ippjanar
ambjentali kien identifikat bħala qasam vulnerabbli għall-korruzzjoni fi
Stat Membru wieħed fejn l-għoti tal-permessi tal-ippjanar, b'mod partikolari
għal proġetti fuq skala kbira, kien affettwat minn allegazzjonijiet ta’
korruzzjoni u finanzjament illegali ta' partiti. Il-kura
tas-saħħa,
settur ieħor fejn vulnerabbiltajiet ta' korruzzjoni jistgħu jidhru fuq
il-prodotti kollha, b’mod partikolari fir-rigward tal-akkwist u tal-industrija
farmaċewtika, ġie vvalutat f’aktar dettall f’għadd ta’ Stati Membri. Dawn
il-pajjiżi attwalment qed jiżviluppaw strateġiji u riformi biex jindirizzaw
il-korruzzjoni fil-kura tas-saħħa. Madankollu, riżultati tanġibbli huma skarsi
s’issa. Pagamenti informali, u l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku u fis-settur
farmaċewtiku jibqgħu kwistjonijiet ta’ tħassib. Il-korruzzjoni
fl-amministrazzjoni tat-taxxa, li ġiet enfasizzata bħala problema serja
f’Stat Membru wieħed, teħtieġ risposta strateġika mmirata. B’mod
ġenerali, fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-Istati Membri msemmija hawn fuq għandhom
nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni tar-riskji koerenti jew ta' strateġiji
speċifiċi għas-settur biex jindirizzaw il-korruzzjoni f’setturi vulnerabbli. L-integrità u t-trasparenza tas-settur
finanzjarju Il-bżonn
ta' standardsta’ integrità u ta' trasparenza imtejba fis-settur finanzjarju ta’
spiss tqajjem wara l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja. Dan ir-rapport qajjem
dawn il-kwistjonijiet fir-rigward ta' għadd ta’ Stati Membri. Rapport
mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa jorbot "każijiet kbar
ta' korruzzjoni" mal-evażjoni tat-taxxa permezz ta' kumpaniji offshore u
rifuġji fiskali.[16]
Ir-rapport jirreferi għall-Inizjattiva tal-Irkupru tal-Assi Misruqa (Stolen
Asset Recovery) tal-Bank Dinji[17] u
l-UNODC li analizza 150 każ ta' korruzzjoni u sab rabta diretta bejn
korruzzjoni fuq skala kbira minn uffiċjali pubbliċi ta' livell għoli u l-ħabi
ta' assi misruqa permezz ta' kumpaniji, fondazzjonijiet u trusts inattivi
opaki. Barra minn hekk, hu jindika l-ostakoli għall-investigazzjoni u
l-lokalizzazzjoni ta’ assi misruqa minħabba nuqqas ta’ aċċess għal
informazzjoni dwar il-proprjetà benefiċjarja u l-użu ta’ strutturi korporattivi
multi-ġurisdizzjonali sofistikati. L-istess
rapport mill-Assemblea Parlamentari elenka Stat Membru wieħed fost il-membri
tal-Kunsill tal-Ewropa li “jagħti kenn jew jittollera bejn wieħed u ieħor
arranġamenti dubjużi finanzjarji u legali tas-sistema offshore”. Aktar riċenti,
l-Istat Membru inkwistjoni ħabbar pjanijiet biex jirrivedi l-qafas legali
tiegħu dwar l-aċċess għal informazzjoni bankarja. Fi
Stat Membru ieħor, kontroversji riċenti li jinvolvu s-settur finanzjarju,
inklużi banek kbar, fuq kwistjonijiet bħall-iffissar tar-rati ta’ interess,
self irresponsabbli u spekulattiv, u nuqqas ta' eżerċitar ta' diliġenza xierqa,
qajmu tħassib dwar ir-regolament u l-infurzar tar-regoli eżistenti. Ir-rwol
tal-banek li jiffaċilitaw jew jippermettu l-ħasil tal-flus ġie wkoll diskuss
b’mod wiesa’. Pjanijiet għal reġistru pubblikament aċċessibbli tas-sidien ta’
kumpaniji rreġistrati għandhom l-għan li jtejbu t-trasparenza. Stat
Membru ieħor impenja ruħu li jsaħħaħ is-superviżjoni bankarja u l-qafas
regolatorju tiegħu, kif ukoll salvagwardji kontra l-ħasil tal-flus. Tixħim barrani L-Istati
Membri li jindirizzaw effettivament il-korruzzjoni fi ħdan il-fruntieri tagħhom
stess ta’ spiss jiffaċċjaw sfidi fir-rigward tal-imġiba ta’ impriżi barranin,
speċjalment f’pajjiżi fejn huma mifruxa prattiki korrotti. L-OECD tagħmel
monitoraġġ strett f’dan il-qasam, waqt li tagħmel enfasi fl-evalwazzjonijiet
regolari tagħha kemm fuq ir-riżultati ta' infurzar tajbin kif ukoll fuq dawk li
huma inqas sodisfaċenti. Teżisti prassi tajba f’għadd ta’ Stati Membri, kemm
fir-rigward ta’ numru sinifikanti ta’ prosekuzzjonijiet b’suċċess u livell
għoli ta’ sanzjonijiet, fil-prijoritizzazzjoni ta' każijiet barranin ta’ tixħim
kif ukoll fl-adozzjoni riċenti ta’ att komprensiv dwar it-tixħim li jsaħħaħ
l-għodod legali u proċedurali għall-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni ta’
korruzzjoni, speċjalment ta' tixħim barrani. Qafas leġiżlattiv sod biex jiġi
indirizzat tixħim domestiku u barrani — l-Att dwar it-Tixħim tar-Renju Unit L-Att dwar it-Tixħim tal-2010, li daħal
fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2011, ipoġġi r-Renju Unit fost
il-pajjiżi b’regoli kontra t-tixħim l-iktar b’saħħithom fid-dinja. Mhux biss
jikkriminalizza l-ħlas u l-aċċettazzjoni ta’ tixħim u wkoll il-każ ta’ tixħim
ta’ uffiċjali barranin iżda jestendi wkoll ir-responsabbiltà kriminali għal
organizzazzjonijiet kummerċjali li jonqsu milli jipprevjenu t-tixħim imwettaq
f’isimhom. Dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni extra-territorjali
jippermettu l-Uffiċċju ta’ Frodi Serji (SFO) biex iħarrek kwalunkwe kumpanija,
jew persuna assoċjata, bi preżenza tar-Renju Unit, anki jekk il-kumpanija hija
bbażata 'barra l-pajjiż. Organizzazzjonijiet kummerċjali huma eżonerati
mir-responsabilità kriminali jekk kellhom proċeduri adegwati biex jipprevjenu
t-tixħim. Il-Gwida ta’ akkumpanjament għal
Organizzazzjonijiet Kummerċjali (GCO) mill-SFO tippromwovi għarfien dwar
il-qafas leġiżlattiv il-ġdid u tiggwida n-negozji b’mod prattiku (inklużi studji
ta' każiijet) dwar l-obbligi tagħhom skont l-Att sabiex jiġi evitat jew skopert
it-tixħim. Skont ir-rakkomandazzjoni tal-OECD preċedenti, GCO tagħmilha ċara li
l-iffaċilitar ta' pagamenti huwa kkunsidrat bħala tixħim illegali u tipprovdi
lin-negozji b'kriterji li jiddifferenzjaw l-ospitalità minn forom ta’ tixħim
moħbija. L-SFO għandha poteri wiesgħa biex
tinvestiga u tressaq frodi serja u kumplessa, inkluża l-korruzzjoni. F’ċerti
ċirkostanzi, l-SFO tista’ tikkunsidra ordnijiet ta’ rkupru ċivili u saldu skont
il-linji gwida preċedenti. L-OECD
kkritikat Stati Membri oħra għal prosekuzzjoni insuffiċjenti jew ineżistenti
ta’ tixħim barrani, meta jitqiesu r-riskji ta’ korruzzjoni li jiffaċċjaw
il-kumpaniji tagħhom barra minn pajjiżhom. Kumpaniji tal-Istat F'xi
Stati Membri, jeżistu xi nuqqasijiet rigward is-superviżjoni ta’ kumpaniji
tal-Istat, pereżempju fejn il-leġiżlazzjoni mhijiex ċara u l-politiċizzazzjoni
iċċaħħad ħatriet ibbażati fuq il-mertu u t-tiftix tal-interess pubbliku. Barra
minn hekk, m’hemmx biżżejjed salvagwardji kontra l-korruzzjoni jew mekkaniżmi
biex jevitaw u jissanzjonaw il-kunflitti ta’ interess. Hemm ftit trasparenza
dwar l-allokazzjoni ta’ fondi u, f’xi każijiet, xiri ta’ servizzi minn dawn
il-kumpaniji. Investigazzjonijiet riċenti f’użu allegatament ħażin ta’ fondi,
prattiki ta’ korruzzjoni u ħasil tal-flus marbuta ma’ kumpaniji tal-Istat
jindikaw il-livell għoli ta’ riskji f’dan il-qasam, kif ukoll id-dgħufija ta’
kontroll u ta’ prevenzjoni. Għal
ftit mill-Istati Membri, ir-rapport jenfasizza l-ħtieġa għal aktar trasparenza
u kontrolli effiċjenti fuq proċessi aċċelerati ta’ privatizzazzjoni li jistgħu
jqajmu r-riskji tal-korruzzjoni. Rabtiet bejn il-korruzzjoni u l-kriminalità
organizzata Fl-Istati
Membri fejn il-kriminalità organizzata twassal għal problemi konsiderevoli,
il-korruzzjoni ta' spiss tintuża bħala faċilitatur. Fi Stat Membru wieħed,
bosta każijiet ta’ finanzjament allegat illegali ta' partiti f’livell ċentrali
jew reġjonali kienu wkoll marbuta ma’ gruppi tal-kriminalità organizzata.
Rabtiet bejn gruppi tal-kriminalità organizzata, in-negozji u l-politiċi
jibqgħu ta’ tħassib għal dawk l-Istati Membri, b'mod partikolari fil-livelli
reġjonali u lokali, u fl-akkwist pubbliku, il-kostruzzjoni, is-servizzi ta’
manutenzjoni, il-ġestjoni tal-iskart u setturi oħra. Ir-riċerka wriet li fi
Stat Membru ieħor il-kriminalità organizzata teżerċita influwenza fil-livelli
kollha, inkluż fil-politika. Il-korruzzjoni politika hemmhekk ta' spiss titqies
bħala għodda għall-ksib ta' aċċess dirett jew indirett ta' poter; dak il-pajjiż
kien ikkunsidrat bħala wieħed li jkollu l-ogħla livell ta’ ekonomija illegali
fost l-Istati Membri tal-UE. Il-korruzzjoni ġenerali għadha theddida serja
bħala mezz għal gruppi tal-kriminalità organizzata li tinfiltra fis-setturi
pubbliċi u privati, kif iddikjarat mill-Valutazzjoni tal-UE tat-Theddid
mill-Kriminalità Organizzata u l-Kriminalità Serja mwettqa fl-2013 minn
Europol. E. Kwistjonijiet
ta’ sfond Hemm numru ta’ kwistjonijiet ta’ sfond li —
għalkemm mhux fihom infushom neċessarjament marbuta mal-korruzzjoni — jista’
jkollhom impatt fuq ambjent li jista' jiftaħ il-bieb għall-korruzzjoni.
Politiki effettivi f’dawn l-oqsma għandhom l-effett li jnaqqsu
l-opportunitajiet għall-korruzzjoni. Politiki ta’ trasparenza u l-libertà
tal-informazzjoni Il-ftuħ u
t-trasparenza jistgħu jaġixxu bħala diżinċentiv għall-korruzzjoni, u jistgħu
jgħinu biex jiżvelaw trasgressjonijiet li jistgħu jseħħu. Filwaqt li l-biċċa
l-kbira tal-Istati Membri għandhom leġiżlazzjoni adegwata f’dan il-qasam, u xi
ftit qegħdin fit-triq it-tajba biex jadottaw liġijiet, l-implimentazzjoni ta’
standards ta’ trasparenza hija irregolari. Stat Membru wieħed żviluppa
applikazzjoni onlajn li tagħti ħarsa lejn in-nefqa tas-settur pubbliku kollha
fuq oġġetti u servizzi (ara wkoll is-sezzjoni għall-akkwist pubbliku).
Tipprovdi wkoll dettalji dwar il-ġestjoni u l-bordijiet superviżorji
f’kumpaniji kkontrollati mill-Istat u li huma proprjetà tal-Istat u dwar
ir-rapporti annwali kollha tagħhom. Politiki
effettivi kontra l-korruzzjoni f’xi Stati Membri joħorġu parzjalment minn
tradizzjoni ta’ ftuħ, trasparenza u żvelar ta’ dokumenti. Passi lejn it-trasparenza tat-teħid
tad-deċiżjonijiet fl-amministrazzjoni pubblika — il-Greċja Liġi adottata
fl-2010[18]
tobbliga lill-istituzzjonijiet pubbliċi kollha biex jippubblikaw onlajn
id-deċiżjonijiet tagħhom, inkluż fir-rigward tal-akkwist pubbliku. Mill-1 ta’ Ottubru 2010,
l-istituzzjonijiet pubbliċi kollha, l-awtoritajiet regolatorji u l-gvernijiet
lokali huma obbligati li jtellgħu onlajn id-deċiżjonijiet tagħhom permezz
tal-programm "Clarity" (diavgeia — διαύγεια).[19] Id-deċiżjonijiet ta’ entitajiet
pubbliċi ma jistgħux jiġu implimentati jekk ma jkunux imtellgħin fuq
il-websajts ta' Clarity. Huma biss id-deċiżjonijiet li jkun fihom dejta
personali u/jew informazzjoni sensittiva dwar is-sigurtà nazzjonali li huma
eżentati minn dan l-obbligu. Kull dokument huwa ffirmat b’mod diġitali u
awtomatikament assenjat numru uniku. Jekk
ikun hemm diskrepanza bejn it-test ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern u
fil-websajts ta' Clarity, huwa dan tal-aħħar li jipprevali. Kuntratti pubbliċi
konklużi huma ppubblikati wkoll. Protezzjoni
tal-informatur Mekkaniżmi
adegwati ta’ żvelar li jikkodifikaw proċessi fl-amministrazzjonijiet pubbliċi
biex jippermettu kanali uffiċjali li jirrappurtaw dak li jistgħu jqisu bħala
irregolaritajiet jew anki atti illegali jistgħu jgħinu biex jingħelbu
l-problemi inerenti ta’ skoperta ta' korruzzjoni (u wkoll fl-oqsma l-oħra). Madankollu,
l-iżvelar jiffaċċja diffikultajiet minħabba nuqqas ta' rieda ġenerali li jiġu
rrapportati atti bħal dawn fl-organizzazzjoni proprja, u l-biża’ ta'
ritaljazzjoni. F’dan ir-rigward, il-bini ta’ kultura ta’ integrità f'kull
organizzazzjoni, is-sensibilizzazzjoni, u l-ħolqien ta’ mekkaniżmi ta’
protezzjoni effettiva li jagħtu kunfidenza lil informaturi potenzjali huma ta’
importanza ċentrali.[20] Trasparenza ta’ lobbying Fid-dinja
kumplessa ta’ tfassil ta' politika pubblika, huwa mixtieq għal amministrazzjonijiet
pubbliċi biex jinvolvu ruħhom fi djalogu kontinwu ma’ partijiet interessati
esterni. Il-partijiet kollha interessati għandhom ikunu jistgħu jagħtu
l-opinjoni tagħhom, iżda dan għandu jsir b’mod trasparenti. Hekk kif
attivitajiet ta’ lobbying jistgħu jżidu r-riskji ta' korruzzjoni u qbid
regolatorju, huwa mixtieq li jkun hemm mekkaniżmi fis-seħħ biex jinkwadraw dawn
l-attivitajiet, kemm permezz ta’ leġiżlazzjoni kif ukoll permezz ta’
reġistrazzjoni volontarja ta’ lobbyists. Mekkaniżmi
bħal dawn jistgħu jgħinu biex joħolqu kemm ċarezza kif ukoll trasparenza
fir-relazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati esterni.
Bħala tali, dawn jistgħu jgħinu biex inaqqsu r-riskju ta’ korruzzjoni. S’issa,
dan il-qasam ġie żviluppat f’relattivament ftit Stati Membri, għalkemm xi Stati
Membri oħra qed ilestu leġiżlazzjoni jew regoli jew qed jaraw il-possibbiltà li
jiġu introdotti mekkaniżmi ġodda. IV. Akkwist
Pubbliku A.
Ħarsa
ġenerali lejn il-qafas tal-UE Id-daqs
tas-suq tal-akkwist pubbliku fl-UE L-akkwist
pubbliku huwa element sinifikanti tal-ekonomiji nazzjonali fl-UE. Madwar
20 % tal-PDG tal-UE jintefaq kull sena mill-awtoritajiet pubbliċi u minn
entitajiet regolati mil-liġi pubblika għall-akkwist ta' oġġetti, servizzi u
xogħlijiet.[21] Madwar
20 % ta' dan it-total jikkonċerna akkwist pubbliku li jaqbeż il-limiti li
'l fuq minnhom japplikaw ir-regoli ta' akkwist tal-UE. Il-Kummissjoni stmat li
l-valur totali ta’ sejħiet għal offerti ogħla minn dawk il-limiti tal-UE kien
ta’ madwar EUR 425 biljun fl-2011.[22] Rilevanza ta’ akkwist
pubbliku tal-linji politiċi kontra l-korruzzjoni Minħabba
l-livell ta’ flussi finanzjarji ġġenerat, u numru ta’ fatturi oħra, l-akkwist
pubbliku huwa qasam suxxettibbli għal prattiki ta’ korruzzjoni. Skont riċerka
tal-2008 dwar l-akkwist pubbliku u l-korruzzjoni, l-ispejjeż miżjuda ma’
kuntratt b’riżultat ta’ prattiki ta’ korruzzjoni jistgħu jammontaw għal bejn
20 % sa 25 %, u f’xi każijiet anki 50 % tal-ispiża totali
tal-kuntratt.[23] Kif
indikat mill-OECD fil-Prinċipji għall-Integrità fl-Akkwist Pubbliku, "governanza
dgħajfa tfixxkel il-kompetizzjoni tas-suq u żżid il-prezz imħallas
mill-amministrazzjoni għal oġġetti u servizzi, b'impatt dirett fuq nefqiet
pubbliċi u għalhekk fuq ir-riżorsi ta' dawk li jħallsu t-taxxi. L-interessi finanzjarji
involuti u l-interazzjoni mill-qrib bejn is-setturi pubbliċi u dak privati,
ipoġġu l-akkwist pubbliku f’qasam ta’ riskju kbir. […]"[24] Studju
tal-2013 dwar l-identifikazzjoni u t-tnaqqis tal-korruzzjoni fl-akkwist
pubbliku fl-UE kkonkluda li fl-2010 l-ispejjeż diretti totali tal-korruzzjoni
fl-akkwist pubbliku għal ħames setturi biss (jiġifieri bit-triq u
bil-ferrovija; l-ilma u l-iskart; il-kostruzzjoni urbana/ta' utilità;
it-taħriġ; ir-riċerka u l-iżvilupp) fi tmien Stati Membri[25] kienu bejn EUR 1,4 biljun sa
EUR 2,2 biljun.[26] Il-valutazzjonijiet
tal-pajjiżi individwali ta’ dan ir-rapport jindikaw l-akkwist pubbliku bħala
wieħed mill-oqsma l-aktar vulnerabbli għal korruzzjoni, kif juru wkoll għadd
ta’ każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli li jinvolvu pajjiż wieħed jew
aktar. Minħabba li livell ta' riskju ta' korruzzjoni fil-proċess tal-akkwist
pubbliku huwa pjuttost għoli, is-salvagwardji kontra l-frodi u kontra
l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku huma kwistjoni ta’ prijorità kemm
għall-Istati Membri tal-UE kif ukoll għall-istituzzjonijiet tal-UE.[27] Dgħufijiet
fil-prevenzjoni u t-trażżin tal-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku jaffettwaw
l-immaniġġjar ħażin ta’ fondi nazzjonali u tal-UE. Il-qafas
legali attwali tal-UE L-objettiv ewlieni tal-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist
pubbliku (jiġifieri d-Direttiva tal-"Akkwist Pubbliku", id-Direttiva
tal-"Utilitajiet", id-Direttiva li tkopri l-akkwist pubbliku
fis-setturi tad-difiża u tas-sigurtà u d-Direttiva tar-"Rimedji")[28] huwa li jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipji
tat-Trattat fuq il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari
l-prinċipji tal-moviment ħieles ta' oġġetti, il-libertà tal-istabbiliment u
l-libertà li tipprovdi servizzi, kif ukoll prinċipji oħrajn derivanti minnha.
Il-liġi tal-akkwisti pubbliċi għandha l-għan li tiżgura li s-swieq pubbliċi ta’
akkwist għandhom jinżammu miftuħin madwar l-Unjoni kollha sabiex
jikkontribwixxu għall-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi, u b’hekk tiġi
promossa pjattaforma ġusta, uniformi u trasparenti għall-infiq pubbliku. Din
tista’ tinfluwenza b’mod pożittiv politiki globali kontra l-korruzzjoni tal-UE
fejn it-trasparenza u l-kompetizzjoni ġusta għandhom rwol importanti
fil-prevenzjoni ta' prattiki ta’ korruzzjoni. Il-leġiżlazzjoni
tal-akkwisti pubbliċi tinkludi wkoll dispożizzjonijiet li huma aktar
direttament rilevanti għal politiki kontra l-korruzzjoni bħall-esklużjoni
mill-proċess tas-sejħiet għall-offerti ta’ entità kontra deċiżjoni finali
tal-qorti dwar akkużi ta’ korruzzjoni li tkun ġiet mogħtija, dispożizzjonijiet
dettaljati dwar pubbliċità u trasparenza ta’ diversi stadji taċ-ċiklu
tal-akkwist, l-istandards minimi għal rimedji, id-dispożizzjonijiet speċifiċi
dwar offerti baxxi b’mod anormali, kif ukoll id-dispożizzjonijiet li
jistabbilixxu ċerti rekwiżiti għall-modifika ta’ kuntratti. L-għoti
ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet attwalment huwa soġġett għal għadd limitat
ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi sekondarja[29] filwaqt
li l-konċessjonijiet ta’ servizzi huma koperti biss mill-prinċipji ġenerali
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Xi
Stati Membri għandhom dispożizzjonijiet legali speċifiċi li jittrattaw
il-korruzzjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew japplikaw miżuri speċifiċi
mmirati li jnaqqsu r-riskju ta’ korruzzjoni kif dettaljat aktar ’l isfel. Ħafna
mill-Istati Membri madankollu jindirizzaw il-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku
permezz tal-leġiżlazzjoni ġenerali tagħhom dwar il-korruzzjoni. Bażi
ta' dejta Elettronika ta' Kuljum tal-Offerti (TED), il-verżjoni onlajn
tas-"Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea", hija
aġġornata regolarment b’offerti minn madwar l-Ewropa. Avviżi ta’ kuntratti u
avviżi ta’ għoti ta’ kuntratti 'l fuq mil-limiti tad-Direttivi dwar l-Akkwist
Pubbliku huma ppubblikati fil-ĠU/TED. Ir-Rieżami Annwali tal-Implimentazzjoni
tal-Akkwisti Pubbliċi tal-2012 innota li n-numru ta’ avviżi ta’ kuntratti u
avviżi ta’ għoti ta’ kuntratti reklamati kompla jikber b’mod stabbli matul dawn
l-aħħar snin.[30] Dan
juri li d-direttivi u t-TED ikkontribwixxew biex tiżdied il-pubbliċità
tal-offerti u tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta
tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku Fit-twettiq
tar-rwol tagħha bħala gwardjana tat-Trattati, f’każijiet ta’ vjolazzjoni
potenzjali tar-regoli Ewropej dwar l-akkwist pubbliku, il-Kummissjoni taġixxi
fuq ilmenti jew fuq inizjattiva tagħha stess. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni
timpenja ruħa biex tiżgura konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku jkunu
x'ikunu r-raġunijiet għal ksur tagħhom, irrispettivament minn jekk il-ksur
ikunx twettaq konxjament jew hu r-riżultat ta’ nuqqas ta’ għarfien jew żbalji. Bħala
regola ġenerali, il-Kummissjoni ma tinvestigax jekk ksur tar-regoli tal-UE dwar
l-akkwist pubbliku jistax ikun minħabba korruzzjoni. Din taqa’ fi ħdan
il-kompetenza tal-Istati Membri. Madankollu, il-proċeduri ta’ ksur[31] ta’ spiss jirreferu għal ċerti
irregolaritajiet li jindikaw vulnerabbiltajiet fl-applikazzjoni tar-regoli
tal-akkwist pubbliku li huma wkoll rilevanti ħafna għall-valutazzjoni tal-effettività
tal-prevenzjoni ta' korruzzjoni u tal-mekkaniżmi ta' kontroll. Ir-Rieżami
Annwali tal-Implimentazzjoni tal-Akkwisti Pubbliċi tal-2012 tal-Kummissjoni
jiġbed l-attenzjoni għal 97 każ ta’ ksur pendenti ta’ applikazzjoni mhux
korretta tar-regoli tal-akkwist pubbliku, fejn aktar minn nofshom huma rigward
tliet Stati Membri biss. Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-każijiet huma relatati
ma' allegazzjonijiet ta': użu mhux ġustifikat tal-proċedura negozjata mingħajr
pubblikazzjoni minn qabel, diskriminazzjoni, għotjiet diretti, nuqqas ta'
trasparenza, emenda mhux ġustifikata tal-kuntratt, applikazzjoni mhux korretta
tar-regoli interni jew ksur tal-prinċipji ġenerali tat-Trattat.[32] Meta jitqiesu t-tipi ta’ każijiet fejn
il-Kummissjoni tiftaħ proċeduri ta’ ksur għal ksur allegat tar-regoli tal-UE
dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet
pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi
il-proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni hija t-tip ta’ proċedura
l-aktar milquta mill-irregolaritajiet. Ħafna każijiet ta’ applikazzjoni ħażina
jikkonċernaw is-settur tal-infrastruttura, segwit mid-drenaġġ/skart, l-akkwist
ta’ servizzi tal-IT, il-ferroviji, is-settur tas-saħħa u l-enerġija. Riformi leġiżlattivi tal-UE li għaddejjin
bħalissa Evalwazzjoni
ekonomika komprensiva uriet li d-Direttivi dwar l-Akkwisti Pubbliċi laħqu
l-għanijiet tagħhom b’mod konsiderevoli.[33]
Dawn wasslu għal aktar trasparenza, livelli ogħla ta’ kompetizzjoni u ffrankar
sostanzjali permezz ta' prezzijiet aktar baxxi. Madankollu, aktar titjib huwa
kkunsidrat meħtieġ għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri, u għat-tisħiħ
tal-garanziji kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni
f’Diċembru 2011 pproponiet reviżjoni tad-Direttivi dwar l-Akkwist
Pubbliku. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida proposta tkopri l-akkwist fis-setturi ta'
servizzi tal-ilma, tal-enerġija, tas-servizzi postali,[34] kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi, ta'
provvisti u ta' servizzi,[35] kif
ukoll konċessjonijiet, regolati fil-livell tal-UE. Il-Kummissjoni pproponiet
dispożizzjonijiet dwar il-konflitti ta’ interess (għall-ewwel darba ddefiniti
fil-leġiżlazzjoni tal-UE), dejta ċentralizzata dwar korruzzjoni, frodi u
kunflitti ta’ interess, regoli aktar stretti dwar il-modifika tal-kuntratti u
kriterji usa' ta’ esklużjoni, u l-monitoraġġ ta’ kuntratti konklużi.
Il-proposta tal-Kummissjoni attwalment qed tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew
u fil-Kunsill. Il-proposta inkludiet ukoll it-twaqqif ta’ monitoraġġ ta'
sorveljanza tal-implimentazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku, immarkar
aħmar u sistemi ta’ allarm għall-iskoperta tal-frodi u l-korruzzjoni.
Madankollu, Stati Membri qajmu oġġezzjonijiet fundamentali għal dawn il-miżuri
li kienu kkunsidrati bħala wisq ingombranti għall-amministrazzjonijiet tagħhom. Il-proposta
dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni[36]
għandha l-għan li tnaqqas l-inċertezza fl-għoti ta’ kuntratti bħal dawn u
tfittex li trawwem investiment pubbliku u privat f’infrastrutturi u servizzi
strateġiċi li jagħtu l-aħjar valur għall-flus. Id-Direttiva proposta dwar
il-konċessjonijiet fiha wkoll dispożizzjonijiet li jeħtieġu li l-Istati Membri
jadottaw ir-regoli li jiġġieldu n-nepotiżmu jew il-korruzzjoni u li jevitaw
il-konflitti ta’ interess, immirati li jiżguraw it-trasparenza tal-proċedura
tal-għoti u t-trattament ugwali lill-offerenti kollha. Il-pakkett
il-ġdid tal-akkwist pubbliku huwa mistenni li jiġi adottat kmieni fl-2014. Riżultati tal-istħarriġiet tal-Ewrobarometru dwar
il-korruzzjoni Skont
l-istħarriġ tal-Ewrobarometru Flash tal-2013 dwar il-korruzzjoni rilevanti għal
negozji[37], aktar
minn tlieta minn għaxar (32 %)kumpaniji fl-Istati Membri li ħadu sehem
fl-akkwist pubbliku jgħidu li l-korruzzjoni żammithom milli jirbħu kuntratt.
Din l-opinjoni hi l-aktar popolari fost kumpaniji fis-setturi tal-kostruzzjoni
(35 %) u tal-inġinerija (33 %). Aktar minn nofs ir-rappreżentanti
tal-kumpaniji mill-Bulgarija (58 %), is-Slovakkja (57 %), Ċipru
(55 %) u r-Repubblika Ċeka (51 %) jgħidu li dan kien il-każ. Skont
l-istess stħarriġ, burokrazija żejda (21 %) u l-kriterji li jidhru li
jkunu mfassla speċifikament għal ċerti parteċipanti (16 %) huma
r-raġunijiet ewlenin għalfejn kumpaniji ma ħadux sehem f’offerta
pubblika/proċess ta’ akkwist f’dawn l-aħħar tliet snin. Iktar minn erba' minn
kull għaxar kumpaniji jgħidu li l-prattiki illegali f'proċeduri ta' akkwist
pubbliku huma mifruxa ma' kullimkien, b'mod partikolari speċifikazzjonijiet
magħmula apposta għal kumpaniji speċifiċi (57 %), il-kunflitt ta' interess
fl-evalwazzjoni tal-offerti (54%), offerti kollużivi (52 %), kriterji ta'
għażla u ta' evalwazzjoni mhux ċari (51 %), l-involviment ta' offerenti
fit-tfassil ta' speċifikazzjonijiet (48 %), l-abbuż ta' proċeduri
negozjati (47 %), l-abbuż ta' raġunijiet ta' emerġenza
għall-ġustifikazzjoni ta' użu mhux kompetittiv jew proċedura rapida
(46 %), emendi fit-termini tal-kuntratt wara l-konklużjoni tal-kuntratt
(44 %). Kumpaniji tal-inġinerija u tal-kostruzzjoni huma ġeneralment
l-iktar probabbli li jistqarru li dawn il-prattiki kollha huma mifruxa. Aktar
minn nofs il-kumpaniji kollha jgħidu li l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku
ġestita minn awtoritajiet nazzjonali (56 %) jew minn awtoritajiet
reġjonali/lokali (60 %) hija mifruxa ma' kullimkien. Skont
l-istħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru tal-2013 dwar il-korruzzjoni,
(45 %) tal-Ewropej intervistati jemmnu li t-tixħim u l-abbuż ta’
pożizzjonijiet tal-poter għal vantaġġ personali huma mifruxa fost l-uffiċjali
li jagħtu l-offerti pubbliċi. Il-pajjiżi fejn dawk li wieġbu x'aktarx jaħsbu li
hemm korruzzjoni mifruxa fost uffiċjali fl-għoti ta' offerti pubbliċi jinkludu
r-Repubblika Ċeka (69 %), il-Pajjiżi l-Baxxi (64 %), il-Greċja
(55 %), is-Slovenja (60 %), il-Kroazja (58 %) u l-Italja
(55 %). Pajjiżi bil-perċezzjonijiet positivi l-aktar konsistenti ta'
uffiċjali f'dan il-qasam jinkludu d-Danimarka (22 %), flimkien
mal-Finlandja (31 %), l-Irlanda (32 %), il-Lussemburgu (32 %) u
r-Renju Unit (33 %). B.
Prattiki
pożittivi u negattivi fl-indirizzar tar-riskji tal-korruzzjoni fl-akkwist
pubbliku Kummenti ġenerali Dan il-kapitolu janalizza r-riskji ta' korruzzjoni
assoċjati ma’ akkwist pubbliku bbażat fuq is-sejbiet ta’ valutazzjonijiet
speċifiċi għall-pajjiż ta’ dan ir-Rapport tal-UE Kontra l-Korruzzjoni, kif
ukoll fuq l-istudji u d-dejta oħra tal-Kummissjoni. L-istadji kollha taċ-ċiklu
tal-akkwist pubbliku huma kkunsidrati għall-għan tal-analiżi attwali: jiġifieri
t-tfigħ tal-offerti minn qabel (inkluża l-ħtieġa għal valutazzjoni u
speċifikazzjonijiet), it-tfigħ ta' offerti (inkluż l-proċess kuntrattwali:
l-għażla, l-evalwazzjoni u l-għoti ta' kuntratt) u l-għoti ta' wara. Il-fażi
tal-implimentazzjoni tal-kuntratti titqies ukoll. Dan huwa skont l-analiżi
tal-OECD datata fl-2009 li enfasizzat il-ħtieġa li tieħu aktar miżuri sabiex
timpedixxi r-riskji ta’ korruzzjoni li jseħħu matul iċ-ċiklu tal-akkwist
pubbliku kollu, li jibda b’fażi ta’ valutazzjoni ta’ ħtiġijiet sal-ġestjoni ta’
kuntratti u pagamenti, inklużi wkoll l-użu ta’ sigurtà nazzjonali u l-akkwist
ta’ emerġenza.[38] Filwaqt li din it-taqsima ġeneralment tagħti ħarsa
lejn prattiki pożittivi u negattivi madwar l-UE, l-aspetti tal-akkwist pubbliku
ġew ukoll analizzati aktar fil-fond f’xi kapitoli speċifiċi għall-pajjiżi.
L-għażla ta’ Stati Membri li għalihom saret tali analiżi profonda speċifika
għall-pajjiż dwar ir-riskji ta' korruzzjoni fl-akkwist pubbliku kienet ibbażata
fuq valutazzjoni tal-firxa tal-problema u/jew is-serjetà tal-isfidi li qamu
f’dawk il-pajjiżi partikolari. Dan ma jfissirx li kwistjonijiet ta’ akkwist
pubbliku ma jeħtiġux iktar attenzjoni fl-Istati Membri l-oħrajn, iżda li
l-Kummissjoni ddeċidiet li tingħata aktar prominenza lil kwistjonijiet oħrajn
marbutin mal-korruzzjoni li jidher li kienu aktar importanti mill-akkwist
pubbliku. Każijiet suspettati tal-korruzzjoni u l-kunflitt ta’
interess fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE, skont ir-regolamenti applikabbli tal-UE
fis-seħħ, jistgħu jwasslu għall-interruzzjoni u/jew is-sospensjoni ta’
pagamenti sakemm ikunu ttieħdu miżuri korrettivi xierqa mill-Istat Membru,
inkluż it-tisħiħ tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. La l-analiżi ġenerali u lanqas l-analiżi speċifika
għall-pajjiż ma jimmiraw li jistabbilixxu l-limiti universali f’dan il-qasam,
iżda minflok għandhom ifittxu li jippreżentaw vulnerabbiltajiet u
soluzzjonijiet korrispondenti (kemm fuq in-naħa tal-prevenzjoni kif ukoll fuq
in-naħa tat-trażżin) li jkunu rnexxew jew ma rnexxewx fil-prattika. Sejbiet
speċifiċi L-oqsma ta' riskju u x-xejriet tal-korruzzjoni Meta
jiġu kkunsidrati l-każijiet ipproċessati ta' korruzzjoni fl-akkwisti pubbliċi
fi Stati Membri, il-problemi l-aktar frekwenti jikkonċernaw: it-tfassil ta'
speċifikazzjoni magħmulin apposta favur ċerti offerenti, it-tqassim ta' offerti
pubbliċi f'offerti iżgħar biex jiġu evitati proċeduri kompetittivi, kunflitti
ta' interess li jaffettwaw l-istadji varji ta' proċeduri u li jikkonċernaw mhux
biss uffiċjali ta' akkwist, iżda wkoll livell ogħla ta' awtoritajiet
kontraenti, kriterji tal-għażla mhux proporzjonati u mhux ġustifikati, l-użu
mhux ġustifikat ta' proċeduri ta' emerġenza, analiżi mhux adegwata ta'
sitwazzjonijiet fejn il-prezzijiet offruti huma ferm baxxi, dipendenza
eċċessiva fuq l-orħos prezz bħala l-kriterju l-aktar importanti għad-detriment
ta' kriterji fir-rigward tal-kwalità ta' riżultati tanġibbli u l-kapaċità li
tagħti riżultati tanġibbli, eċċezzjonijiet mhux ġustifikati mill-pubblikazzjoni
ta' offerti. Minbarra l-proċedura ta’ akkwist pubbliku, verifiki f’ħafna
każijiet identifikaw ir-riskji relatati mal-fażi ta' wara l-għoti, meta
tanġenti jistgħu wkoll iseħħu, u pereżempju l-kwalità tar-riżultati tanġibbli
hija intenzjonalment kompromessa. Xejriet oħrajn ta' wara l-għoti identifikati
f'każijiet ta' korruzzjoni jinkludu: ġustifikazzjoni mhux suffiċjenti għal
emendi għal kuntratti pubbliċi, emendar sussegwenti ta' kuntratti li
jimmodifika t-termini ta' speċifikazzjoni u li jżid il-baġit. Studju tal-2013
dwar l-identifikazzjoni u t-tnaqqis tal-korruzzjoni fl-akkwisti pubbliċi fl-UE[39] identifika erba’ tipi ewlenin ta' prattiki
irregolari li jikkonċernaw 96 każ fejn l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni
finali diġà ġew ikkonfermati permezz ta’ deċiżjonijiet tal-qorti, jew fejn hemm
indikazzjonijiet qawwija ta’ prattiki ta’ korruzzjoni. Dawn il-prattiki
jikkonċernaw: (1) Immanuvrar tal-offerti (fil-forma ta' trażżin tal-offerti,
offerti komplementari, rotazzjoni tal-offerti u sotto-kuntrattar) fejn
il-kuntratt hu "imwiegħed" lil kuntrattur wieħed jew mingħajr
il-kunsens ta' uffiċjali pubbliċi; (2) flus illeċti, fejn l-uffiċjal pubbliku
jitlob jew jaċċetta tixħim li se jkun ikkunsidrat fil-proċess tal-offerti,
inklużi l-proċessi amministrattivi; (3) kunflitt ta’ interess (4)
irregolaritajiet oħrajn inkluż immaniġġjar ħażin/nuqqas ta' għarfien meta
uffiċjali pubbliċi ma jwettqux kontrolli xierqa jew ma jsegwux il-proċeduri
meħtieġa u/jew jittolleraw jew jinjoraw immaniġġjar ħażin li jsir apposta u mhux
bil-moħbi minn kuntratturi. Filwaqt li l-użu
ta’ proċeduri negozjati u ta' għotja diretta hu ġġustifikat f’ċerti
ċirkostanzi, hemm każijiet fejn dan isir bl-għan li jkunu evitati obbligi ta'
proċedura kompetittiva. F’xi Stati Membri, l-użu ta’ proċeduri mhux
kompetittivi huwa konsiderevolment ogħla mill-medja tal-UE. L-użu mhux
ġustifikat ta’ proċeduri negozjati iżid ukoll ir-riskju ta’ prattiki ta’
korruzzjoni. Bl-għan li jiġi indirizzat ir-riskju ta’ użu abbużiv ta’ proċeduri
negozjati jew ta' għotja diretta, xi Stati Membri jipprevedu l-obbligu legali
ta’ avviż ex-ante ta’ proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni
ta’ avviż għas-superviżjoni tal-akkwist pubbliku jew il-korpi ta’ reviżjoni. Il-kostruzzjoni,
l-enerġija, it-trasport, id-difiża u l-kura tas-saħħa jidhru li huma l-aktar
vulnerabbli għall-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku. F’bosta Stati
Membri fejn hemm allegazzjonijiet ta’ finanzjament illegali ta’ partiti, kien
hemm sitwazzjonijiet fejn dan il-finanzjament kien allegatament mogħti bi skambju
għal deċiżjonijiet favorevoli fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.
F’xi każijiet oħra, l-allegazzjonijiet ikkonċernaw rabtiet wisq mill-qrib bejn
in-negozji u l-politiċi f’livell ċentrali jew lokali li ħeġġew prattiki
allegatament korrotti marbuta mal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Riskji dwar l-akkwist
pubbliku fil-livelli reġjonali u lokali L-akkwist
pubbliku fil-livelli reġjonali u lokali jqajjem kwistjonijiet partikolari fejn
l-awtoritajiet lokali għandhom setgħat ta' diskrezzjoni wiesgħa li ma
jsirulhomx biżżejjed verifiki u bilanċi, perċentwali sinifikanti ta’ fondi
pubbliċi huma allokati f’dan il-livell, u fl-istess ħin l-mekkaniżmi ta’
kontroll interni u esterni huma dgħajfa. F'pajjiżi ta’ konverġenza fejn parti
sostanzjali ħafna tal-investiment pubbliku hija kofinanzjata mill-Fondi
Strutturali, dawn ir-riskji jittaffew minħabba r-rekwiżiti ta’ ġestjoni u
kontroll tal-fondi. Madankollu, l-implimentazzjoni effettiva tagħhom toħloq
sfida reali. Fi ftit Stati Membri, mekkaniżmi ta’ kontroll żvelaw każijiet fejn
uffiċjali użaw assi tal-gvern lokali biex jikkonkludu transazzjonijiet ma’
kumpaniji relatati magħhom. F’xi muniċipalitajiet u reġjuni, ġiet żviluppata
konsolidazzjoni qawwija ta’ netwerks ta' “klijenti” madwar gruppi żgħar ta’
interess. Ħafna mill-każijiet kienu jirrigwardaw pagamenti jew allegazzjonijiet
ta’ finanzjament illegali ta' partiti, ġid illeċitu personali, devjazzjoni ta’
fondi nazzjonali jew tal-UE, favoritiżmu u kunflitti ta’ interess. Fi ftit
Stati Membri, kien hemm każijiet fejn xi mexxejja tal-kriminalità organizzata
fuq livell muniċipali stabbilixxew il-partiti politiċi tagħhom stess jew
infiltraw kunsilli muniċipali biex jeżerċitaw influwenza fuq l-infurzar
tal-liġi jew fuq il-ġudikatura, u biex jimmanuvraw offerti pubbliċi. Sabiex
jiġi indirizzat dan ir-riskju, xi muniċipalitajiet implimentaw miżuri kontra
l-korruzzjoni bħall-istabbiliment ta' sistemi għall-ġestjoni u l-kontroll
finanzjarju intern. Kostruzzjoni
marbuta ma’ żvilupp urban, kif ukoll il-ġestjoni tal-iskart huma fost
is-setturi li l-aktar għandhom tendenza li jkollhom korruzzjoni fil-livell
lokali. Każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli li jinvolvu uffiċjali reġjonali
u lokali f’xi Stati Membri żvelaw li xi drabi deċiżjonijiet dwar art
ikklassifikata mill-ġdid[40]
ittieħdu taħt pressjoni minn żviluppaturi lokali b'rabta ma' kuntratti ta’
kostruzzjoni ta' proprjetà fil-futur. F’xi Stati Membri
amministrazzjonijiet lokali żviluppaw jew huma mitluba li jiżviluppaw
l-integrità tagħhom stess jew pjanijiet ta’ azzjoni għal kontra l-korruzzjoni.
Waqt li wħud minnhom huma formalistiċi jew infurzati b’mod mhux ugwali, u
l-impatt attwali huwa diffiċli biex jitkejjel, oħrajn kienu pijunieri
tat-tfassil tal-mudelli li jaħdmu fil-prattika. F’xi Stati Membri,
l-awtoritajiet kontraenti huma obbligati jiżviluppaw il-pjanijiet tagħhom stess
tal-integrità u jivvalutaw ir-riskji ta’ korruzzjoni. Fi ftit każijiet, inizjattivi tas-soċjetà
ċivili kellhom effett ta’ benefiċċju fuq ir-responsabbiltà
tal-amministrazzjonijiet lokali fir-rigward tat-trasparenza tal-infiq pubbliku. Inizjattiva tal-Gvern Lokali Miftuħ — is-Slovakkja Fil-qafas ta’
monitoraġġ estern tal-infiq pubbliku, l-inizjattiva tal-Gvern Lokali Miftuħ
tas-Slovakkja tikklassifika 100 belt Slovakka skont sett ta’ kriterji bbażati
fuq trasparenza fl-akkwist pubbliku, l-aċċess għall-informazzjoni,
id-disponibbiltà ta’ dejta ta’ interess pubbliku, il-parteċipazzjoni pubblika,
l-etika professjonali u l-kunflitti ta’ interessi. Il-proġett huwa mmexxi minn
Transparency International. Aktar dettalji jistgħu jinstabu fil-kapitolu
tal-pajjiż dwar is-Slovakkja. Linji gwida għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni fl-akkwist
pubbliku fil-livell lokali — Il-Ġermanja Fuljett dwar il-Prevenzjoni
tal-Korruzzjoni fl-Offerti Pubbliċi miftiehem mill-Assoċjazzjoni Ġermaniża
tal-Bliet u l-Muniċipalitajiet b’mod konġunt mal-Assoċjazzjoni Federali
tal-Kuntratturi tal-Bini ta' Daqs Żgħir u Medju jipprovdi ħarsa ġenerali lejn
il-miżuri preventivi kontra l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku fil-livell
tal-bliet u l-muniċipalitajiet.[41]
Dawn jinkludu: żieda fl-għarfien u kodiċijiet ta' kondotta; rotazzjoni ta'
persunal; il-prinċipju tal-kontroll doppju; regolamenti ċari dwar
l-isponsorizzar u l-projbizzjoni dwar l-aċċettazzjoni ta' rigali;
l-istabbiliment ta' awtoritajiet ċentralizzati għall-offerti/l-għoti;
deskrizzjoni preċiża tal-offerta u l-kontroll tal-estimi; l-organizzazzjoni
tal-proċeduri tat-tfigħ ta’ offerti, inkluż segretezza ta’ offerti u
l-prevenzjoni ta’ manipulazzjoni tard ta' offerti; użu akbar tal-akkwist
elettroniku; dokumentazzjoni ta’ aġġudikazzjoni, u kontroll bir-reqqa
mill-korpi regolatorji; l-esklużjoni ta’ intrapriżi li nstabu ħatja ta’ reati
ta’ korruzzjoni u l-istabbiliment ta' listi suwed/reġistri ta' korruzzjoni. Kunflitti
ta’ interess u l-iżvelar tal-assi Kunflitti
ta’ interess fl-Istati Membri huma koperti b’leġiżlazzjoni ġenerali dwar
il-prevenzjoni tal-korruzzjoni jew b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-akkwist
pubbliku. L-effikaċja tal-prevenzjoni u l-iskoperta ta’ kunflitti ta’ interess
fl-akkwist pubbliku tiddependi għalhekk fuq l-effikaċja ta’ mekkaniżmi ta’
kontroll globali f’dan il-qasam. Jistgħu jiġu nnutati vulnerabilitajiet
partikolari rigward kunflitti ta’ interess li jaffettwaw il-proċeduri
tal-akkwist pubbliku fil-livell lokali. Xi Stati Membri, permezz tal-aġenziji
tagħhom kontra l-korruzzjoni jew tal-integrità, wettqu kontrolli ffukalizzati
fuq kunflitti ta’ interess f’ċerti oqsma kkunsidrati bħala partikolarment
vulnerabbli. Dan wassal għal għadd akbar ta’ każijiet skoperti li jinvolvu
kunflitti ta’ interess u identifikaw kuntratti pubbliċi konklużi għal gwadann
privat għad-detriment tal-interess pubbliku. Fejn
ikun hemm regoli dwar l-iżvelar tal-assi applikabbli għal uffiċjali pubbliċi,
huma kważi dejjem japplikaw għal uffiċjali tal-kisba pubblika wkoll. Għal
aktar dettalji ara t-taqsima dwar “Is-Sejbiet Ewlenin”, kif ukoll
is-sotto-taqsimiet dwar il-kunflitti ta’ interess u l-iżvelar tal-assi. Politiki ta’ ġestjoni
tar-riskju tal-korruzzjoni[42] Bosta
Stati Membri dan l-aħħar għaddew jew għaddejjin minn riformi tal-akkwist
pubbliku li jimmiraw lejn żieda fit-trasparenza u iktar sostenn għal
kompetizzjoni ġusta. F’xi Stati Membri strateġiji nazzjonali kontra
l-korruzzjoni li jkopru l-prevenzjoni u t-trażżin tal-korruzzjoni fl-akkwist
pubbliku, huma fis-seħħ. Madankollu, bidliet leġiżlattivi frekwenti wasslu għal
inċertezza legali u dgħufijiet f’xi Stati Membri fil-proċess ta’
implimentazzjoni u l-mekkaniżmi ta’ kontroll korrispondenti. Il-kumplessità
tal-leġiżlazzjoni hija wkoll perċepita f’xi Stati Membri bħala ostakolu għal
implimentazzjoni bla xkiel. L-awtoritajiet
kontraenti huma mitluba jadottaw il-pjanijiet ta' integrità u jivvalutaw
ir-riskji ta’ korruzzjoni biss fi ftit Stati Membri. Fil-biċċa l-kbira
tal-każijiet dawn l-istimi tar-riskju jitwettqu bl-appoġġ jew tal-aġenziji
tal-infurzar tal-liġi jew tal-aġenziji ta’ kontra l-korruzzjoni. Hemm xi ftit
Stati Membri li ilhom jimplimentaw sistemi ta' allert ("red
flagging")[43] għal xi
żmien, b'żieda fl-għarfien kemm f'livell ċentrali kif ukoll f'dak lokali. Ftit
Stati Membri żviluppaw ukoll għodod speċifiċi ta’ mmaniġġjar ta’ riskju
magħmula apposta għal sfidi partikolari ffaċċjati fuq il-livelli nazzjonali jew
reġjonali rispettivi tagħhom. Għodod tal-ġestjoni tar-riskju u l-pjattaformi
ta' akkwist pubbliku fl-Italja Bosta netwerks u assoċjazzjonijiet ta'
amministrazzjonijiet reġjonali u lokali qed jimplimentaw b'mod attiv
azzjonijiet għall-prevenzjoni ta' infiltrazzjoni tal-mafja fi strutturi
pubbliċi u l-promozzjoni ta' trasparenza fl-akkwist pubbliku fil-livell
reġjonali (eż. Avviso Pubblico, ITACA[44]).
Ittieħdu bosta miżuri oħrajn fil-livell ta' awtoritajiet pubbliċi
għall-prevenzjoni ta' infiltrazzjoni kriminali f'kuntratti pubbliċi (eż. CAPACI
- il-Ħolqien ta' Proċeduri Awtomatizzati Kontra l-Infiltrazzjoni Kriminali
f'kuntratti pubbliċi - proġett u linji gwida maħruġa mill-Kumitat
għall-Koordinazzjoni ta' Sorveljanza Għolja ta' Xogħolijiet Pubbliċi Kbar għal
kontrolli kontra l-Mafja fuq proġetti kbar ta' infrastruttura). Aktar dettalji jistgħu jinstabu fil-kapitolu
tal-pajjiż dwar l-Italja. Dejta
dwar każijiet ta’ korruzzjoni jew ta' kunflitti ta’ interesss skoperti
fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku fuq livell nazzjonali u/jew livell
reġjonali/lokali huma rarament ċentralizzati jew miżmuma f’reġistru nazzjonali.
Ġbir ta’ dejta ċentralizzata bħal din hija ġeneralment meqjusa mill-Istati
Membri bħala piż amministrattiv bla bżonn. Madankollu, din id-dejta tista’
tintuża fl-iżvilupp ta’ valutazzjonijiet sodi tar-riskji u tista’ wkoll
tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-implimentazzjoni uniformi tal-politiki
kontra l-korruzzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Studji
tas-suq regolari u strutturati mhumiex prattika komuni qabel l-akkwist
pubbliku, bl-eċċezzjoni ta’ akkwisti kumplessi u ta’ valur għoli. Bazijiet ta'
dejta għal spejjeż għal kull unità qed jiġu żviluppati fi ftit Stati Membri
biss, f’livell ċentrali jew lokali jew huma speċifiċi għas-settur. Dawn
il-bażijiet ta’ dejta jistgħu jgħinu fit-twettiq ta' analiżi komparattiva bejn
tipi simili ta’ proġetti (eż. provvisti jew xogħlijiet) u r-riżultati tagħhom.
Dawn jistgħu jgħinu jidentifikaw ir-riskji jew is-suspetti ta' imġiba korrotta
jekk jiġi identifikat qbil serju, minkejja l-limitazzjonijiet ta’ approċċ bħal
dan minħabba l-kumplessità tal-prodotti u l-varjetà ta’ inputs li jwasslu għal
riżultat finali.[45] Trasparenza Parzjalment
bħala riżultat tal-proċess tat-traspożizzjoni u tal-implimentazzjoni
tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku, sar titjib notevoli fil-livell ta’
trasparenza tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku fil-maġġoranza tal-Istati
Membri. Xi wħud ħadu miżuri estensivi biex jiżguraw pubblikazzjoni f'ħin reali
ta’ kontijiet annwali u l-karti tal-bilanċ ta’ awtoritajiet pubbliċi f’formati
faċli għall-utent, inklużi dettalji dwar l-ispejjeż ta’ xogħlijiet u servizzi
pubbliċi. Traċċar ta' fondi pubbliċi —
l-applikazzjoni onlajn tal-Kummissjoni Slovena għall-Prevenzjoni
tal-Korruzzjoni L-applikazzjoni onlajn
"Supervizor" tipprovdi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ta'
negozju tal-fergħa leġiżlattiva, ġudizzjarja u eżekuttiva, korpi awtonomi
tal-Istat, komunitajiet lokali u l-fergħat tagħhom b'personalità legali, eċċ.
L-applikazzjoni tindika l-partijiet kontraenti, l-akbar riċevituri, entitajiet
legali relatati, dati, ammonti u l-għanijiet tat-tranżazzjonijiet. Toffri ħarsa
ġenerali lejn il-medja ta’ EUR 4,7 biljun li ta' kull sena jintefqu
mis-settur pubbliku fuq oġġetti u servizzi. Tipprovdi wkoll dettalji dwar
il-ġestjoni u l-bordijiet superviżorji f’kumpaniji kkontrollati mill-Istat u li
huma proprjetà tal-Istat u dwar ir-rapporti annwali kollha tagħhom. Din
is-sistema ta’ trasparenza tiffaċilita l-iskoperta ta’ irregolaritajiet
f’kuntratti pubbliċi u fin-nefqa. Il-portal web nazzjonali
għaċ-ċentralizzazzjoni tal-informazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi — BASE —
il-Portugall Mill-2008,
wara d-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi, il-Portugall
stabbilixxa portal tal-internet nazzjonali, BASE (www.base.gov.pt) li jiċċentralizza
l-informazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi. L-Istitut ta’ Kostruzzjoni u
Proprjetà Immobbli (InCI) hu responsabbli għall-ġestjoni ta’ dan il-portal.
Jirċievi dejta mill-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali Portugiż u
mill-pjattaformi elettroniċi ċertifikati li tikkonċerna l-proċeduri ristretti
ta' qabel l-għoti. L-awtoritajiet kontraenti pubbliċi kollha jużaw iż-żona
riżervata tal-portal biex jirreġistraw dejta kuntrattwali, ittellgħu
l-kuntratti u jirreġistraw informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
Mill-2008 sal-2011, il-BASE ppubblika biss kuntratti relatati ma’ għotjiet
diretti. Minn Jannar 2012, il-BASE jrid jippubblika l-kuntratti kollha li
jirriżultaw mit-tipi kollha ta’ proċeduri soġġetti għall-Kodiċi ta’ Kuntratti
Pubbliċi. Jippubblika wkoll informazzjoni dwar it-twettiq tal-kuntratt.
Il-pubblikazzjoni tal-kuntratti kemm fil-BASE kif ukoll fil-Gazzetta Uffiċjali
issa hija obbligatorja għal għotjiet diretti, b'żidiet ta’ 15 % fil-prezz
ta' kuntratti diġà konklużi u penali potenzjali. Il-bażi
tad-dejta elettronika għall-akkwist pubbliku — Il-Kroazja F’Marzu 2013,
tnedew portal tal-internet u bażi tad-dejta elettronika tal-akkwist pubbliku
permezz ta’ NGOs lokali bħala riżultat ta’ proġett iffinanzjat mill-UE. Il-bażi
tad-dejta tikkonsolida informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta’
proċeduri ta’ akkwist pubbliku u kumpaniji involuti fi proċeduri tal-akkwist
pubbliku, u hi disponibbli bla ħlas għall-pubbliku. Il-bażi tad-dejta
elettronika fiha wkoll informazzjoni dwar l-assi u l-interessi ta’ uffiċjali
pubbliċi, skont ir-regoli ta’ żvelar tal-assi. Tali dejta aggregata tippermetti
li jsiru kontro-verifiki (cross-checks). Fi
ftit Stati Membri aċċess għal dokumenti u informazzjoni rigward l-akkwist
pubbliku huwa limitat b’eċċezzjonijiet wiesgħa ż-żejjed u definizzjoni wiesgħa
ta’ kunfidenzjalità rigward id-dokumentazzjoni tal-akkwist pubbliku. F’xi
Stati Membri oħra, l-akkwist organizzat mill-intrapriżi li huma proprjetà
tal-Istat ma jsegwix l-istess standards ta' trasparenza, ta' kompetizzjoni jew
ta' superviżjoni bħall-proċeduri regolari ta’ akkwist pubbliku. Kien hemm
każijiet f’xi Stati Membri fejn impriżi tal-Istat ikkonkludew kuntratti ta'
xiri mhux kompetittiv bi prezzijiet ogħla minn tas-suq mal-imsieħba preferuti. Il-pubblikazzjoni
ta’ kuntratti konklużi għadha mhux mifruxa sew madwar l-UE. Hemm xi Stati
Membri fejn il-kuntratti huma ppubblikati fl-intier tagħhom u fi Stat Membru
wieħed il-pubblikazzjoni hija anki prerekwiżit għall-validazzjoni tal-kuntratt
(jiġifieri l-kuntratt għandu jkun ippubblikat fi żmien tliet xhur minn meta
jiġi ffirmat; jew inkella huwa null u bla effett). Patti tal-integrità u r-rwol tas-soċjetà ċivili Patti
tal-integrità huma ftehimiet bejn l-awtorità kontraenti għal proġett
partikolari u l-offerenti, li kollha jimpenjaw irwieħhom li jastjenu minn
kwalunkwe prattika ta’ korruzzjoni. Ċerta sorveljanza, trasparenza u
dispożizzjonijiet tas-sanzjonar huma wkoll inklużi f’dawn il-ftehimiet. Bl-għan
li jiġi żgurat li jkunu implimentati b’mod effettiv, patti tal-integrità ta’
spiss huma mmonitorjati permezz ta’ gruppi tas-soċjetà ċivili. F’xi Stati
Membri li japplikaw programm ambizzjuż ta’ politika ta’ trasparenza, is-soċjetà
ċivili saret attiva ħafna f’monitoraġġ kumpless tal-proċessi ta’ akkwist u ta'
kuntratti pubbliċi. F’xi Stati Membri, ta’ spiss fuq l-inizjattiva ta’ NGOs,
patti tal-integrità jiġu implimentati fir-rigward ta’ ċerti akkwisti pubbliċi,
b’mod partikolari fejn huma kkonċernati kuntratti pubbliċi kbar (eż. proġetti
ta’ infrastruttura fuq skala kbira). L-użu tal-akkwist elettroniku L-akkwist
elettroniku, apparti milli jtejjeb l-effiċjenza tal-proċeduri tal-akkwist
pubbliku, joffri salvagwardji addizzjonali f'termini tal-prevenzjoni u
l-iskoperta ta’ prattiki korrotti minħabba li jgħin biex tiżdied it-trasparenza
u jippermetti l-implimentazzjoni aħjar ta’ proċeduri standardizzati, kif ukoll
jiffaċilita l-mekkaniżmi tal-kontroll. Id-Direttivi attwali dwar l-Akkwist
Pubbliku għandhom dispożizzjonijiet li jeħtieġu lill-Istati Membri kollha
jintroduċu l-akkwist elettroniku, inkluż permezz ta’ pubblikazzjoni elettronika
ta’ avviżi ta’ akkwisti, tal-komunikazzjoni elettronika (inkluż
is-sottomissjoni ta’ offerti), u akkwisti ġodda kollha kemm huma elettroniċi,
bħal sistemi dinamiċi ta’ xiri u irkanti elettroniċi. Fi żmien l-adozzjoni,
fl-2004, id-Direttivi kienu akkumpanjati minn Pjan ta’ Azzjoni.[46] Kif muri mir-Rieżami tal-Implimentazzjoni
tal-Akkwist Pubbliku tal-2012, kien hemm xi progress fl-użu tal-akkwist
elettroniku, iżda b’mod ġenerali dan għadu jintuża biss f’5 % għal
10 % tal-proċeduri ta’ akkwist imwettqa madwar l-UE. Madanakollu, ftit
Stati Membri għamlu progress sinifikanti lejn l-implimentazzjoni sħiħa
tal-akkwist elettroniku fil-fażijiet ta' qabel l-għoti. Dan huwa partikolarment
il-każ fi Stati Membri li fihom l-akkwist elettroniku sar obbligatorju mil-liġi
nazzjonali u hu mistenni li jiġi implimentat b'mod gradwali. Il-pakkett leġiżlattiv tal-akkwist pubbliku
tal-Kummissjoni jipprovdi għal tranżizzjoni gradwali lejn komunikazzjoni
elettronika sħiħa. Prattiki tajba fl-implimentazzjoni
tal-akkwist-elettroniku Il-Litwanja għamlet progress
sinifikanti f’li tipprovdi aċċess onlajn ma’ dejta mqabbla dwar l-akkwist
pubbliku. Il-firxa ta’ informazzjoni ppubblikata taqbeż ir-rekwiżiti tal-liġi
tal-UE, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi abbozzati, kuntratti pubbliċi
konklużi u mwettqa. Ukoll, il-fornituri huma mitluba li jindikaw
is-sottokuntratturi fl-offerti tagħhom. Mill-2009, mill-inqas 50 %
tal-valur totali tal-offerti pubbliċi tagħhom jridu jsiru elettronikament.
Bħala riżultat, is-sehem tal-akkwist elettroniku żdied minn 7,7 % għal
63 % fl-2010, qrib il-mira ta' 70 % sal-2013. L-Estonja stabbilixxiet portal
tal-akkwist elettroniku u servizzi elettroniċi relatati (eż. portal għar-reġistrazzjoni
tal-kumpaniji u ġestjoni u ċentralizzazzjoni ta’ żamma tal-kotba tas-settur
pubbliku). Ir-Reġistru tal-Istat tal-Kuntratti Pubbliċi huwa portal tal-offerti
elettroniku fejn kull avviż ta’ akkwist pubbliku ilu jiġi ppubblikat
elettronikament mill-2003. L-Att dwar l-Akkwisti Pubbliċi jipprovdi għal aktar
żviluppi bħal irkanti elettroniċi, sistema għax-xiri elettroniku, u katalgu
elettroniku u jeħtieġ offerti elettroniċi għal 50 % tal-akkwisti pubbliċi
ġenerali mill-2013. Fl-2012, madwar 15 % tal-offerti pubbliċi saru permezz
tal-akkwist elettroniku, tliet darbiet aktar mill-2011. Il-Programm Portugiż ta' Akkwist
Elettroniku tnieda f’Ġunju 2003 bħala pjattaforma ċentralizzata u ta’ kwalità
għolja li jippromwovi l-effiċjenza u l-kompetizzjoni permezz ta’ trasparenza
akbar u ffrankar fil-proċess tal-akkwist pubbliku. Il-portal — http://www.ancp.gov.pt/EN/Pages/Home.aspx
— joffri l-possibbiltà li titniżżel id-dokumentazzjoni kollha tal-offerta u
l-ispeċifikazzjonijiet mingħajr ħlas. Ixerred ukoll sejħiet għall-offerti,
jirċievi mistoqsijiet ta' fornituri u jamministra l-aspetti kollha ta’ skambju
ta’ informazzjoni onlajn. Għodda tal-Ġestjoni tal-Kuntratt jiżgura d-dħul ta’
kuntratti pubbliċi, jippermetti l-monitoraġġ ta’ kuntratti konklużi u
jippermetti l-fatturazzjoni elettronika. Is-Sistema ta’ Ġestjoni
tal-Informazzjoni tgħin ukoll il-ġbir, il-ħażna u s-sistematizzazzjoni ta'
statistika dwar il-proċess tal-akkwist. Aktar dettalji dwar dawn il-prattiki
jistgħu jinstabu fil-kapitoli tal-pajjiż rispettivi. Mekkaniżmi ta’ kontroll Skont
il-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ, l-istabbiliment ta’ korp ċentrali ta’
akkwist hu fakultattiv. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandhom
madankollu jimplimentaw din l-għażla fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Kif
ġie nnotat fir-Rieżami Annwali tal-Implimentazzjoni tal-Akkwisti Pubbliċi
tal-2012, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jaħtru awtoritajiet speċifiċi li
jittrattaw il-biċċa l-kbira jew il-kompiti kollha marbuta ma’ akkwist, b’xi
eċċezzjonijiet meta l-istituzzjonijiet inkarigati mhumiex intiżi speċifikament
biex jittrattaw l-akkwist iżda huwa biss wieħed mill-kompiti tagħhom (eż.
l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni). Madankollu, f’xi Stati Membri fejn jeżisti
korp ċentrali, il-kapaċità tiegħu huwa limitat minn persunal u taħriġ
insuffiċjenti biex jittrattaw ma' numru dejjem ikbar ta' kompiti. Id-Direttivi
tar-Rimedji jħallu f’idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk ir-rieżamijiet
humiex immaniġġjati minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji. L-għażla
bejn iż-żewġ possibilitajiet hija maqsuma nofs u nofs fost l-Istati Membri. Fi
ftit Stati Membri, m’hemmx biżżejjed garanziji għall-indipendenza ta’ dawn
il-korpi ta' rieżami minn indħil politiku, inkluż fir-rigward tal-ħatra ta’
tmexxija tagħhom u fir-rigward tal-persunal. Fl-aħħar
snin, ġiet innotata tendenza lejn professjonalizzazzjoni tal-akkwist
pubbliku, fil-forma ta' ġbir ta' domanda u ċentralizzazzjoni permezz ta'
kuntratti oqfsa (responsabbli għal 17 % tal-valur totali tal-limiti ta'
hawn fuq ta' kuntratti mogħtija fil-perjodu 2006-2010[47]) u xiri konġunt (12 % tal-valur totali
rispettivament). Amministrazzjonijiet tal-gvern, fil-livelli kemm ċentrali kif
ukoll lokali, qegħdin dejjem aktar jużaw korpi speċjalizzati, bħal korpi ta’
akkwist ċentralizzati, filwaqt li iktar użu ta’ kuntratti oqfsa qed ibiddel
in-natura tal-akkwisti. Attwalment, il-prattika tvarja ħafna madwar l-Istati
Membri. B'rabta
mal-għarfien u t-taħriġ fuq politiki ta' kontra l-korruzzjoni, filwaqt
li dan tjieb fl-aħħar snin fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, uffiċjali ta'
akkwist pubbliku jaraw irwol pjuttost limitat għalihom infushom fl-iskoperta
ta' prattiki korrotti. Barra minn hekk, l-effikaċja tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
tal-akkwist pubbliku, tal-infurzar tal-liġi u tal-aġenziji ta’ kontra
l-korruzzjoni tvarja ħafna fost l-Istati Membri. F’ħafna każijiet,
il-kooperazzjoni hija formalistika u l-istatistika turi numru baxx ta’ avviżi
dwar suspetti ta’ korruzzjoni jew kunflitti ta’ interessi mressqa
mill-awtoritajiet tal-akkwist pubbliku għall-infurzar tal-liġi jew tal-aġenziji
ta' integrità. F'xi
Stati Membri, fejn mekkaniżmi ta' kontroll, b'mod partikolari fil-livell
lokali, huma pjuttost dgħajfa jew frammentati, każijiet ta' favoritiżmu
fl-allokazzjoni ta' fondi pubbliċi fl-awtoritajiet nazzjonali, lokali u
reġjonali involuti fl-akkwist pubbliku jidhru mifruxin sew. Filwaqt
li l-effiċjenza ta’ mekkaniżmi tal-kontroll dwar it-tfigħ tal-offerti
minn qabel u l-fażijiet tal-għoti tjiebet fl-Istati Membri, il-fażi
tal-implimentazzjoni (ta’ wara l-għoti) hija inqas sorveljata mill-qrib. Xi
Qrati nazzjonali ta’ Verifika jew uffiċċji nazzjonali tal-verifika ta’ spiss
jiġbdu l-attenzjoni li qed isiru xi rregolaritajiet fil-fażi ta’ twettiq.
F’ħafna Stati Membri l-qrati ta’ verifika saru atturi ewlenin sabiex
jidentifikaw lakuni u nuqqasijiet relatati mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku.
Ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom f’dan il-qasam ta’ spiss ma jiġux segwiti
biżżejjed. Is-sjieda
ta’ offerenti u sottokuntratturi huwa rari ħafna li jiġi ċċekkjat f'proċeduri
ta’ akkwist pubbliku. Mill-inqas leġiżlazzjoni waħda ta' Stat Membru
tippermetti li kuntratti pubbliċi jiġu konklużi ma’ kumpaniji li għandhom
azzjonisti anonimi, filwaqt li fl-istess ħin ma jiġux offruti salvagwardji
b’saħħithom biżżejjed kontra kunflitt ta’ interessi. Koordinazzjoni
ta’ sorveljanza, sovrapożizzjoni parzjali, id-diviżjoni tal-kompiti jew
mekkaniżmi ta’ kontroll frammentat fil-livelli ċentrali u lokali, inkluż
fil-fażi tal-implimentazzjoni, għadhom joħolqu problemi f’għadd ta’ Stati
Membri. Il-mekkaniżmi
ta’ kontroll għal akkwist pubbliku taħt il-limiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE huma
partikolarment dgħajfa fil-maġġoranza tal-Istati Membri. Dan iqajjem tħassib b’mod
partikolari fir-rigward tal-prattiki rrapportati, fejn il-kuntratti huma
maqsuma f’kuntratti iżgħar biex jiġu evitati r-rekwiżiti u l-kontrolli
tal-akkwist tal-UE. Esklużjoni Skont
il-leġiżlazzjoni tal-UE, hemm esklużjoni obbligatorja/regoli ta’ esklużjoni
stabbiliti fl-Istati Membri kollha li skonthom l-offerenti li jingħataw
kundanni finali tal-qorti minħabba korruzzjoni huma esklużi mill-offerta. Ħafna
liġijiet nazzjonali għandhom dispożizzjonijiet ta’ awtoregolazzjoni.[48] L-Istati Membri mhumiex meħtieġa li
jippubblikaw listi ta' esklużjoni,[49] u
ġeneralment ma jippubblikawx tali listi. F’ħafna Stati Membri l-awtoritajiet
kontraenti għandhom kontro-aċċess għall-bażijiet ta' dejta ta’ esklużjoni
interna tagħhom. Il-listi ta’ esklużjoni internazzjonali, bħala regola, ma
jitqisux bħala bażi għall-esklużjoni fl-Istati Membri tal-UE. Sanzjonijiet Fil-biċċa
l-kbira tal-Istati Membri l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku hi koperta minn
reati kriminali bħal tixħim u influwenza fl-innegozjar. Hemm Stati Membri fejn
reati speċifiċi relatati mal-korruzzjoni li jaffettwaw il-proċess tal-akkwist
pubbliku huma inkriminati b’mod distintiv. Bħala regola, proċeduri ta’ akkwisti
huma sospiżi, interrotti jew ikkanċellati meta tiġi skoperta mġiba korrotta jew
kunflitt ta’ interess. Madankollu, is-sitwazzjoni hija differenti fil-każ ta’
kuntratti konklużi li fir-rigward tagħhom imġiba korrotta jew kunflitt ta’
interess huma skoperti jew iseħħu wara l-għoti tal-kuntratt. F’ħafna każijiet,
minbarra l-approvazzjoni ta' imġiba korrotta jew kunflitti ta’ interess bħala
tali, hija meħtieġa azzjoni ċivili separata għall-annullament tal-kuntratt
pubbliku. Din spiss tinvolvi proċeduri twal u hemm ir-riskju li tipproduċi
effetti fuq stadju tard wisq meta huwa diffiċli jew saħansitra impossibbli li
tirkupra b’mod sħiħ mit-telf. F’xi Stati Membri oħra, kuntratti pubbliċi
jinkludu klawżola kontra l-korruzzjoni li tiggarantixxi segwitu aktar effettiv
f’każ li prattiki korrotti jkunu ppruvati fi żmien tal-kuntratt (eż. proċeduri
ċari għad-dikjarazzjoni ta' kuntratt nulli u bla effett jew għall-applikazzjoni
ta’ penali kuntrattwali oħra). F’xi
Stati Membri fejn il-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku tqajjem tħassib
partikolari, ir-rekord tal-proċessi ta’ prosekuzzjonijiet u deċiżjonijiet
finali mill-qorti hija dgħajfa, u ftit każijiet ta’ korruzzjoni tal-akkwist
pubbliku jiġu ffinalizzati b’sanzjonijiet dissważivi. Dawn il-każijiet ħafna
drabi jieħdu żmien twil u, ta’ spiss, kuntratti jew proġetti ikunu diġà twettqu
fiż-żmien meta jiġu skoperti prattiki korrotti. Każijiet ta’ korruzzjoni
fl-akkwist pubbliku ta’ spiss huma kumplessi u xi drabi dawn jistgħu jinvolvu
uffiċjali għolja. Għarfien tekniku speċifiku hu għalhekk meħtieġ sabiex jiġu
żgurati proċeduri ġudizzjarji effettivi u ġusti. F’xi Stati Membri, għad hemm
nuqqasijiet rigward it-taħriġ tal-prosekuturi u/jew l-imħallfin fuq
kwistjonijiet ta’ akkwisti pubbliċi. C. Konklużjonijiet
u rakkomandazzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku Is-sejbiet
imsemmija hawn fuq juru progress dwar l-implimentazzjoni tal-politiki kontra
l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku fl-Istati Membri, iżda din tibqa’ qasam ta’
riskju. Huma meħtieġa aktar sforzi mmirati lejn it-tisħiħ tal-istandards ta'
integrità. Ir-riforma tal-Akkwist Pubbliku u tad-Direttivi ta' Utilità, kif
ukoll id-Direttiva proposta dwar l-għoti ta’ konċessjonijiet, jinkludu
standards ta’ governanza tajba bħala parti importanti kontra l-korruzzjoni ta’
modernizzazzjoni b'mod ġenerali. L-istandards minimi dwar il-kunflitti ta’
interessi proposti f’dawn id-Direttivi, il-konsultazzjonijiet preliminari
tas-suq, il-kriterji obbligatorji u volontarji ta’ esklużjoni, ir-regoli ta'
awtoregolazzjoni, dispożizzjonijiet aktar stretti dwar il-modifika u t-tmiem
ta’ kuntratti, iċ-ċentralizzazzjoni tad-dejta dwar il-korruzzjoni u l-każijiet
ta' kunflitt ta’ interess, kif ukoll l-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rrappurtar,
jirrispondu f’miżura kbira għat-tħassib li fadal u li huwa espress hawn fuq. Rigward
il-possibbiltà ta’ azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed mill-Istati Membri,
is-17-il kapitolu dwar il-pajjiżi fejn il-kwistjonijiet ta’ akkwisti pubbliċi
huma enfasizzati, kif ukoll l-analiżi f’din it-taqsima, jiġbdu l-attenzjoni
lejn ir-rakkomandazzjonijiet ġenerali li ġejjin: 1. Il-ħtieġa
għal użu sistematiku ta’ valutazzjonijiet ta’ riskju ta' korruzzjoni fl-akkwist
pubbliku ·
Il-valutazzjonijiet
ta’ riskju għandhom ikunu żviluppati fil-livell ta’ sorveljanza ta’ akkwist
pubbliku, irrispettivament mill-isfond istituzzjonali tagħhom, bl-appoġġ ta’
infurzar tal-liġi jew permezz ta' aġenziji ta' kontra l-korruzzjoni/jew
tal-integrità. ·
Tiġi
żgurata ċ-ċentralizzazzjoni tad-dejta dwar l-iskoperta ta’ prattiki korrotti u
mudelli, inklużi kunflitti ta’ interessi u prattiki dejjem jinbidlu (revolving
door). Evalwazzjonijiet tar-riskji tal-bażi ta' din id-dejta ċentralizzata. ·
Jiġu
żviluppati, imsejsa fuq evalwazzjonijiet tar-riskju, miżuri mfassla apposta
għal setturi partikolarment vulnerabbli u għat-tipi l-aktar frekwenti ta’
irregolaritajiet misjuba matul jew wara ċ-ċiklu tal-akkwist. ·
L-implimentazzjoni
ta' politiki mmirati kontra l-korruzzjoni għal amministrazzjonijiet reġjonali u
lokali. Il-valutazzjonijiet ta’ riskju jistgħu wkoll ifittxu għal
vulnerabbiltajiet f'dan il-livell ta’ amministrazzjoni. ·
L-iżvilupp
u t-tixrid ta' linji gwida komuni għall-użu ta’ sistemi ta’ indikaturi ta'
allert (red-flagging indicator systems). Għajnuna lill-awtoritajiet kontraenti
u għall-korpi ta’ sorveljanza biex jiskopru mġiba korrotta, favoritiżmu u
kunflitti ta’ interess. 2. L-implimentazzjoni
ta’ standards għoljin ta’ trasparenza fiċ-ċiklu tal-akkwist kollu kif ukoll
matul l-implimentazzjoni tal-kuntratti ·
Jiġu
żgurati standards minimi komuni ta’ trasparenza fil-livell
tal-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali b’rabta mal-proċeduri ta’ akkwist
pubbliku u l-fażi tal-implimentazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi. ·
Tiġi
żgurata xi forma ta’ pubblikazzjoni jew li tiżgura aċċess għal konklużi
kuntratti pubbliċi, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet, l-obbligi u
klawżoli ta’ penali, bl-eċċezzjoni ta’ eċċezzjonijiet definiti sew, limitati u
ġustifikati ta’ kunfidenzjalità għal ċerti klawżoli kuntrattwali. ·
Titjib
fit-trasparenza fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku, ta’ qabel u ta’ wara
l-għoti permezz tal-pubblikazzjoni onlajn mill-istrutturi amministrattivi
kollha (il-livell ċentrali, reġjonali u lokali) tal-kontijiet annwali u l-karti
tal-bilanċ u l-ispejjeż pubbliċi maqsumin ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi.
Tiġi żgurata aktar trasparenza ta’ akkwist imwettqa minn intrapriżi li huma
proprjetà tal-Istat, kif ukoll fil-kuntest ta’ sħubijiet pubbliċi-privati. 3.
It-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' kontroll intern u
estern fiċ-ċiklu tal-akkwist kollu kif ukoll matul l-implimentazzjoni
tal-kuntratt ·
Tiġi
żgurata biżżejjed kapaċità tal-korpi ta’ rieżami tal-akkwist pubbliku, tal-organi
konsultattivi u tal-korpi ta’ sorveljanza, kif ukoll bħala qrati ta’ verifika,
skont il-każ, biex iwettqu l-kompiti ta’ verifika tagħhom. ·
It-tisħiħ
tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern għal skopijiet ta’ prevenzjoni u l-iskoperta
ta’ prattiki ta’ korruzzjoni u kunflitti ta’ interessi. Jiġu żgurati
metodoloġiji sodi u uniformi ta’ kontra l-korruzzjoni u kontrolli ta' kunflitt
ta’ interess matul iċ-ċiklu ta’ akkwist pubbliku. Dawn il-metodoloġiji għandhom
jikkunsidraw il-prijoritizzazzjoni tal-proċessi ta’ akkwist l-aktar vulnerabbli
jew il-livelli ta’ amministrazzjoni u l-kontrolli mhux imħabbra ad-hoc minn
korpi ta’ sorveljanza indipendenti. ·
It-titjib
tal-mekkaniżmi u l-għodod ta’ kontroll għall-fażi ta’ implimentazzjoni ta' wara
l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. ·
Jiġi
żgurat segwitu adegwat tar-rakkomandazzjonijiet tal-qrati ta’ verifika li
jidentifikaw irregolaritajiet fl-akkwist pubbliku. ·
It-twettiq
ta' kontrolli fuq is-sjieda ta’ offerenti u s-sottokuntratturi. ·
Jiġu
żgurati mekkaniżmi ta' kontroll adegwati ta’ akkwist imwettqa minn intrapriżi
li huma proprjetà tal-Istat, kif ukoll fil-kuntest ta’ sħubijiet
pubbliċi-privati. 4. Tiġi
żgurata ħarsa ġenerali koerenti u l-ħolqien ta' sensibilizzazzjoni dwar
il-ħtieġa u l-għarfien għall-prevenzjoni u l-iskoperta ta’ prattiki ta’
korruzzjoni fil-livelli kollha tal-akkwist pubbliku ·
Tiġi
żgurata koordinazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet inkarigati mis-sorveljanza
tal-akkwist pubbliku. ·
L-iżvilupp
u s-sensibilizzazzjoni rigward linji gwida dettaljati dwar il-prevenzjoni u
l-iskoperta ta’ prattiki korrotti u ta’ kunflitti ta’ interess fl-akkwist
pubbliku, b’mod partikolari fil-livell reġjonali u lokali. ·
Il-provvista
ta' taħriġ imfassal apposta għall-prosekuturi u l-ġudikatura dwar aspetti
tekniċi u legali tal-proċess tal-akkwist pubbliku. 5. It-tisħiħ
tas-sistemi tas-sanzjonijiet ·
Tiġi
żgurata l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet dissważivi f’rabta ma’ prattiki ta’
korruzzjoni, favoritiżmu jew kunflitti ta’ interess fl-akkwist pubbliku. ·
Jiġu
żgurati mekkaniżmi effettivi ta’ segwitu għar-revoka ta' deċiżjonijiet u/jew
l-annullament ta' kuntratti pubbliċi fil-ħin meta prattiki korrotti jkunu ġew
affettwati fil-proċess. ANNESS Metodoloġija L-Ambitu tar-Rapport Kif imsemmi
fl-introduzzjoni dan ir-rapport jiddefinixxi l-korruzzjoni, skont strumenti
legali internazzjonali bħala kwalunkwe “abbuż ta’ poter għal profitt privat”.
Għalkemm it-tifsira eżatta u l-ambitu tal-kunċett huma s-suġġett ta’ dibattitu
akkademika, dan jimplika li r-Rapport ikopri żewġ aspetti. L-ewwel nett, dan
tkopri atti speċifiċi ta’ korruzzjoni u dawk il-miżuri li l-Istati Membri
jieħdu speċifikament biex jipprevjenu jew jikkastigaw atti korrotti kif
definiti mil-liġi. It-tieni nett, huwa jkopri ċerti tipi ta’ kondotta u miżuri
li jkollhom impatt fuq ir-riskju ta’ korruzzjoni li jseħħu u fuq il-kapaċità
ta’ Stat li jikkontrollawhom. Konsegwentement, ir-Rapport jittratta dwar firxa
wiesgħa ta’ kwistjonijiet assoċjati mal-korruzzjoni, inklużi, minbarra
it-tixħim, l-eżerċitar tal-influwenza, l-abbuż mill-kariga, aspetti relatati
ma’ nepotiżmu, favoritiżmu, lobbying illegali u kunflitt ta’ interessi. L-għan
ta’ dan l-ewwel rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni huwa li jinżamm il-punt
fokali fuq għadd limitat ta’ kwistjonijiet ewlenin marbuta mal-korruzzjoni.
Aspetti usa’ kuntestwali huma msemmija għall-koerenza. L-arranġamenti
kostituzzjonali (il-grad ta’ devoluzzjoni tal-poter, il-pożizzjoni
tal-ġudikatura, il-prosekuturi vs il-fergħa eżekuttiva), l-organizzazzjoni u
l-kwalità tas-servizz ċivili, ir-rwol attiv tal-Istat fl-ekonomija,
il-privatizzazzjoni huma rilevanti mil-lat ta’ korruzzjoni. Ir-rapport ma
jagħmel ebda ġudizzju ta' valur ġenerali fuq l-arranġamenti kostituzzjonali,
jew fuq kif qed jinġibdu l-konfini bejn sjieda tal-Istat u privati. Għalhekk,
dan hu newtrali rigward id-deċentralizzazzjoni, iżda ma jeżaminax jekk
mekkaniżmi adegwati ta' kontroll għall-immaniġġjar tar-riskji ta’ korruzzjoni
humiex fis-seħħ. L-istess japplika għall-privatizzazzjoni: it-trasferiment ta'
assi tal-Istat f'idejn is-settur privat jimplika ċerti riskji ta' korruzzjoni,
imma jista' jnaqqas ir-riskji fuq żmien twil relatati mal-korruzzjoni,
in-nepotiżmu u l-klijenteliżmu. Ir-rapport iħares biss lejn jekk proċeduri
trasparenti u kompetittivi humiex fis-seħħ biex jitnaqqas ir-riskju ta’
korruzzjoni. Fl-aħħar nett, hemm diversi arranġamenti legali u kostituzzjonali
li jikkonċernaw ir-relazzjoni bejn is-servizzi tal-prosekuzzjoni u s-setgħa
eżekuttiva. Ir-rapport huwa newtrali rigward il-mudelli differenti, peress li
jeżamina biss jekk il-prosekuturi jkunux kapaċi jsegwu każijiet ta’ korruzzjoni
b’mod effettiv. Sorsi ta’ informazzjoni Il-Kummissjoni kienet determinata tevita duplikazzjoni ta’
mekkaniżmi eżistenti ta’ rappurtar u iżjed piż amministrattiv fuq l-Istati
Membri li huma soġġetti għal evalwazzjonijiet varji bejn il-pari intensivi fuq
ir-riżorsi varji (GRECO, OECD, l-UNCAC, FATF, Moneyval). Ir-rapport għalhekk
mhuwiex ibbażat fuq kwestjonarji dettaljati jew żjarat ta' esperti fil-pajjiż.
Huwa bbażat fuq l-abbundanza ta’ informazzjoni disponibbli minn mekkaniżmi ta’
monitoraġġ eżistenti, flimkien ma’ dejta minn sorsi oħra, inklużi
l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, ir-riċerka mwettqa minn istituzzjonijiet
akkademiċi, esperti indipendenti, gruppi ta’ esperti, organizzazzjonijiet tas-soċjetà
ċivili eċċ. Barra minn hekk, ir-rapport huwa bbażat fuq informazzjoni marbuta
mal-korruzzjoni dwar firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika (eż. l-akkwist
pubbliku, il-politika reġjonali,) li ġejjin minn varji dipartimenti
tal-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti tal-UE (l-Europol u l-Eurojust). Studji
u stħarriġiet kienu speċifikament ikkummissjonati għall-fini ta’ estensjoni
ulterjuri tal-bażi ta' għarfien f’oqsma rilevanti mar-rapport. Ġie
kkummissjonat mill-OLAF studju estensiv dwar il-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku
li jinvolvi l-Fondi tal-UE, imniedi fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew.
Is-sejbiet tiegħu ddaħħlu kemm fil-kapitolu tematiku kif ukoll fil-kapitoli
nazzjonali. Studju
ieħor ittratta l-korruzzjoni fil-kura tas-saħħa. Żewġ stħarriġ tal-Ewrobarometru
twettqu fl-2013: l-ewwel wieħed immira l-pubbliku ġenerali, it-tieni sar fuq
kampjun rappreżentattiv ta' kumpaniji f'kull Stat Membru. Id-dejta dwar
il-korruzzjoni fil-livell reġjonali ttieħdet mill-Istudju dwar il-Kwalità ta’
Gvern imwettaq mill-Quality of Government Institute ta’ Gothenburg. Fl-aħħar
nett, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni ġġenerata minn proġetti ta' riċerka
kofinanzjati mill-UE, bħas-Sistema Nazzjonali tal-Integrità mir-rapporti
mwettqa minn Transparency International. Ir-Rapport
tal-UE Kontra l-Korruzzjoni jibni wkoll fuq il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni u
Verifika (MKV), il-mekkaniżmu ta’ segwitu ta’ wara l-adeżjoni għar-Rumanija u
l-Bulgarija li hu ġestit mill-Kummissjoni Ewropea. Filwaqt li dawn iż-żewġ
mekkaniżmi jservu skopijiet differenti, ir-rapport attwali jiġbed fuq għarfien
estensiv u l-lezzjonijiet miksuba fil-proċess MKV u jagħmel referenzi fiż-żewġ
kapitoli dwar il-pajjiżi kif xieraq. Wara l-konklużjoni tal-proċedura MKV, dan
ir-rapport se jkompli jsegwi dawk il-kwistjonijiet li huma rilevanti
fil-kuntest tal-korruzzjoni. Fir-rigward
tal-Kroazja, ġiet miġbura informazzjoni estensiva bħala parti mill-proċess ta’
qabel l-adeżjoni u monitoraġġ relatat. B’mod aktar ġenerali, il-monitoraġġ
tal-isforzi kontra l-korruzzjoni li kien parti mill-proċess ta’ tkabbir ġab
ħafna lezzjonijiet utli li setgħu ġew applikati fil-kuntest, l-aktar fatturi li
jaffettwaw is-sostenibbiltà ta’ aġenda ta’ kontra l-korruzzjoni. Il-proċess ta’ tħejjija u għodod ta’ appoġġ F’Settembru 2011,
il-Kummissjoni adottat deċiżjoni biex jitwaqqaf grupp ta’ esperti dwar
il-korruzzjoni li jappoġġja x-xogħol fuq ir-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda
Kontra l-Korruzzjoni. Il-grupp ta’ esperti jagħti parir dwar il-metodoloġija
kollha u l-valutazzjonijiet li hemm fir-rapport. Sbatax-il espert ġew magħżula
wara sejħa pubblika fejn kważi 100 kandidat irreġistraw l-interess
tagħhom. L-esperti magħżula jiġu minn varjetà wiesgħa ta’ oqsma (awtoritajiet
pubbliċi, l-infurzar tal-liġi, il-ġudikatura, is-servizzi ta’ prevenzjoni,
is-settur privat, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet internazzjonali,
ir-riċerka, eċċ). L-esperti jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom u ma
jirrappreżentawx l-istituzzjonijiet li jiġu minnhom. Il-grupp beda x-xogħol
tiegħu f’Jannar 2012 u laħaq medja ta’ laqgħa kull tliet xhur.[50] Il-Kummissjoni
waqqfet ukoll netwerk ta’ korrispondenti lokali tar-riċerka, li ilu
jaħdem minn Awwissu 2012. In-netwerk jikkumplimenta l-ħidma tal-grupp ta’
esperti, bil-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni rilevanti minn kull Stat
Membru. Dan jikkonsisti minn esperti dwar il-korruzzjoni li ġejjin minn
istituzzjonijiet tar-riċerka u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Sabiex
jiġi żgurat approċċ imparzjali, 28 reviżur estern jissorveljaw
ir-riżultati prinċipali tal-korrispondenti u joħorġu opinjoni dwar id-dritt ta’
input tal-korrispondenti. Il-Kummissjoni
organizzat żewġ sessjonijiet ta’ ħidma bil-parteċipazzjoni
tal-awtoritajiet nazzjonali (l-aġenziji ta’ kontra l-korruzzjoni, is-servizzi
tal-prosekuzzjoni, il-ministeri ta' koordinazzjoni), riċerkaturi, NGOs,
ġurnalisti u rappreżentanti tan-negozju. L-ewwel sessjoni ta' ħidma saret
f’Sofia, fil-11 ta’ Diċembru 2012, li kopriet il-partijiet
interessati minn 14-il Stat Membru (AT, BG, CY, CZ, EL, ES, FR, HR, HU, IT, PT,
RO, SK, SI). It-tieni sessjoni ta’ ħidma saret fil-5 ta’ Marzu,
f’Gothenburg, l-Isvezja, li kopriet il-partijiet interessati mill-14-il Stat
Membru li fadal (BE, DE, DK, EE, IE, LU, MT, NL, LT, LV, PL, SE, FI, UK).
Is-sessjonijiet ta’ ħidma kienu maħsuba biex jinfurmaw dwar ix-xogħol
tal-Kummissjoni fuq ir-rapport u biex jinkisbu prattiki illustrattivi tajba u
negattivi speċifiċi għall-pajjiż dwar kwistjonijiet relatati mal-korruzzjoni
fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni
rċeviet ukoll input minn awtoritajiet nazzjonali ta' kontra l-korruzzjoni li
huma parti min-netwerk EPAC/EACN (l-Imsieħba Ewropej Kontra
l-Korruzzjoni/Netwerk ta' Punt ta' Kuntatt Ewropew Kontra l-Korruzzjoni). Il-Kummissjoni
tat ukoll l-opportunità lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jaraw minn
qabel l-abbozzi ta’ kapitoli dwar il-pajjiżi rispettivi (mingħajr
il-kwistjonijiet rakkomandati għal segwitu mill-Istati Membri) u biex jagħtu
l-kummenti tagħhom. Dawn il-kummenti ġew ikkunsidrati bir-reqqa waqt
it-tħejjija tar-rapport. Il-metodoloġija tal-valutazzjoni u l-użu ta’
indikaturi Dan ir-rapport
huwa bbażat fuq valutazzjoni kwalitattiva aktar milli kwantitattiva.
Il-valutazzjoni kwalitattiva kif indikat hawn fuq hija mmexxija
mill-valutazzjoni ta’ kull pajjiż fuq il-merti tagħha stess. Il-punt fokali hu
fuq x’jaħdem u x’ma jaħdimx f’dak li għandu x'jaqsam mat-trattament
tal-korruzzjoni f’pajjiż partikolari. Metodi kwantitattivi għandhom rwol inqas
importanti, prinċipalment minħabba li huwa diffiċli li tagħti ċifra dwar kemm
hija problema l-korruzzjoni, u saħansitra iktar diffiċli biex tikklassifika
l-pajjiżi skont ir-riżultati. L-ostaklu għall-użu ta' approċċ kwantitattiv huwa
relatat mal-fatt li stħarriġ magħruf għandu t-tendenza li jagħmel l-indiċijiet
tiegħu bl-użu ta' dejta ta' oħrajn. Dan joħloq effett kaskata: indiċijiet
komposti li jibnu fuq dan l-approċċ jistgħu jirriflettu dejta miġbura sena jew
sentejn qabel il-pubblikazzjoni tagħhom. Stħarriġ għandu tendenza li juża
pereżempju r-riżultati tal-Ewrobarometru; madankollu, sakemm l-indiċi kompost
jiġi ppubblikat, stħarriġ ieħor aktar riċenti tal-Ewrobarometru jista' jkun
disponibbli. Stħarriġ
ta' perċezzjoni, minħabba n-natura moħbija ta’ korruzzjoni, jipprovdi matul
iż-żmien indikatur importanti tal-firxa tal-problema. L-istħarriġ skont
id-definizzjoni hu limitat għall-kamp ta' applikazzjoni tal-mistoqsijiet
imwieġba u jiddependi ħafna fuq il-ftuħ ta’ dawk li jwieġbu. Ir-riżultati ta’
stħarriġ huma wkoll mingħajr dubju influwenzati minn avvenimenti li jseħħu waqt
l-intervisti. Fl-istess ħin, meta pajjiż jieħu miżuri aktar iebsa kontra
l-korruzzjoni li jwasslu biex aktar każijiet ikunu żvelati, aktar kopertura
mill-midja u aktar għarfien pubbliku, stħarriġ ta' perċezzjoni jista’ jwassal
għal dinamika negattiva — aktar persuni minn qabel se jirrapportaw livelli
għolja ta’ korruzzjoni perċepita. Ukoll, it-tweġibiet jistgħu jkunu
politikament preġudikati, li jassoċjaw il-popolarità ta’ ċertu gvern
mal-ineffettività fl-implimentazzjoni ta’ politiki. Madankollu, is-sempliċi
perċezzjoni ta’ korruzzjoni mifruxa tista’ titqies fiha nnifisha bħala
indikatur ta’ politiki ineffiċjenti. Lil
hinn mill-istħarriġ ta' perċezzjoni, hemm riċerka interessanti fuq
korrelazzjoni bejn uħud mill-indikaturi ekonomiċi u soċjali u l-korruzzjoni.
Pereżempju, il-korruzzjoni kienet eżaminata fid-dawl ta’ korrelazzjoni
potenzjali mar-rata ta’ tkabbir ekonomiku, l-allokazzjoni ta’ fondi pubbliċi,
il-penetrazzjoni tal-internet, il-baġit għal prosekuzzjoni, u l-infurzar
tar-regoli tal-kompetizzjoni. Madankollu, fil-prattika, kien hemm xi
diffikultajiet fir-rigward ta’ kapaċità biex tinġabar dejta kredibbli u
komparabbli ta’ kwalità għolja madwar l-Istati Membri kif ukoll biex jintwera
b’mod konvinċenti r-rabta bejn dawk il-fatturi u l-korruzzjoni. Fl-aħħar nett,
hemm diffikultà fit-tfassil tal-konklużjonijiet ċari orjentati lejn il-politika
minn dawn il-korrelazzjonijiet. Minkejja
dawn il-limitazzjonijiet, il-Kummissjoni hija deċiża li twieżen l-indikaturi
diġà eżistenti. Tfassal inventarju ta’ dawn l-indikaturi, b’mod komprensiv kemm
jista’ jkun, mingħajr ġudizzju sostantiv dwar l-affidabbiltà/ir-rilevanza
tad-dejta disponibbli. Il-lista inkisbet minn ġbir ta’ dejta minn stħarriġ diġà
eżistenti (imwettqa mill-OECD, il-Bank Dinji, il-Forum Ekonomiku Dinji,
Transparency International, minn akkademiċi, eċċ.), mill-istħarriġ
Ewrobarometru, u minn bosta sorsi oħra. L-inventarju ma kienx imfassal biex
ikun il-bażi ta’ indiċi ġdid dwar il-korruzzjoni, iżda biex jipprovdi elementi
ta’ analiżi li jissupplimentaw il-valutazzjoni kwalitattiva li tinsab fil-qalba
tar-rapport. Matul it-tħejjija tal-lista, il-Kummissjoni saret taf li jista’
jkun hemm diffikultà fundamentali li wieħed jistrieħ primarjament fuq
indikaturi u dejta statistika għat-twassil tal-problemi ewlenin ta’ korruzzjoni,
u l-iktar importanti għall-bini ta' rakkomandazzjonijiet azzjonabbli ta’
politika mfassla apposta. Madankollu, inġabru indikaturi diġà stabbiliti
rilevanti direttament għall-isforzi kontra l-korruzzjoni bl-appoġġ ta' dejta
soda sabiex jeżaminaw is-sitwazzjoni fl-Istati Membri u jiġu identifikati oqsma
għal analiżi aktar mill-qrib għal riċerka speċifika għal kull pajjiż. Din
id-dejta (1) kienet użata għall-isfond tax-xena (jiġifieri l-introduzzjoni
tal-kapitli tal-pajjiż), u (2) isservi bħala punt ta' tluq/kumplimentarju għal
aktar riċerka fuq kwistjonijiet/setturi partikolari fil-livell tal-pajjiż u
tal-UE b'indikazzjoni għall-indentifikazzjoni tal-problema u rispons
għall-valutazzjoni. (3) fl-aħħar nett, għenet biex tidentifika flussi jew
nuqqas ta' koerenza fis-sorsi differenti. L-interpretazzjoni
ta’ statistika dwar il-ġustizzja kriminali fil-kuntest tal-korruzzjoni
jistħoqqilha li tqanqal konsiderazzjoni. Fil-każ ta’ reati serji bħal serq
(theft,robbery), skassar jew attakk, wieħed jista’ jistenna b’mod leġittimu li
vittma se tirrapporta r-reat lill-pulizija. Għalhekk, l-istatistika
tal-kriminalità tista' tindika l-iskala tal-problema. Il-korruzzjoni,
b’differenza għal dawn ir-reati, hija moħbija, u f’ħafna każijiet ma hemm
l-ebda vittma diretta li tista' tirrapporta r-reat. Għalhekk il-perċentwali ta’
każijiet li ma nqabdux x’aktarx li jkun ħafna ogħla għall-korruzzjoni minn
reati oħrajn. Numru
għoli ta’ każijiet irrappurtati lill-korpi għall-infurzar tal-liġi, segwiti
permezz tal-qrati u li jirriżultaw f’kundanni jistgħu jagħtu indikazzjoni
tal-iskala tal-problema tal-korruzzjoni. Min-naħa l-oħra, dan juri wkoll stampa
pożittiva: jista' jkun hemm inqas tolleranza lejn il-korruzzjoni, u għalhekk
iktar rieda biex jiġi rrapportat ir-reat; il-korpi għall-infurzar tal-liġi u
l-ġudikatura huma mgħammra bil-mezzi meħtieġa biex jidentifikaw u jressqu
każijiet ta’ korruzzjoni. Il-kuntrarju huwa wkoll veru: numru baxx ta' każijiet
irrapportati u prosekuzzjoni mhux neċessarjament juru livelli baxxi ta' korruzzjoni.
Dan jista’ jirriżulta mill-fatt li m’hemm l-ebda rieda għal kontra
l-korruzzjoni, il-prosekuturi u l-imħallfin mhumiex motivati, u/jew ma
jkollhomx l-istrumenti u r-riżorsi meħtieġa sabiex jittrattaw każijiet ta’
korruzzjoni. Barra minn hekk, il-paragun tad-dejta dwar proċedimenti kriminali
huwa diffiċli ħafna għal dawn iż-żewġ raġunijiet: L-ewwel nett, m’hemm l-ebda
definizzjoni kriminali unifikata ta’ korruzzjoni fl-Istati Membri, b’hekk dan
iwassal għal reati marbuta mal-korruzzjoni biex jiġu rreġistrati b'modi
differenti. It-tieni nett, fid-dawl tad-differenzi fil-proċeduri kriminali,
pereżempju f’rekwiżiti li jikkonċernaw il-ġbir ta’ evidenza, il-korruzzjoni
tista' titressaq permezz ta' reati oħra (eż. permezz ta’ frodi, ħasil
tal-flus). L-ammont
ta’ informazzjoni disponibbli dwar il-korruzzjoni, anki lil hinn minn każijiet
kriminali, tvarja konsiderevolemt fost l-Istati Membri. Għal darb’ oħra,
l-interpretazzjoni tista’ tkun doppja kif indikat hawn fuq. Fuq naħa waħda,
tista' ssir korrelazzjoni bejn l-iskala tal-problema u l-kwantità
tal-informazzjoni disponibbli. Min-naħa l-oħra hemm każijiet fejn
il-korruzzjoni mhijiex prijorità u hemm relattivament ftit informazzjoni li
tippermetti li titkejjel l-iskala tagħha u tevalwa jekk il-miżuri ta’ politika
humiex biżżejjed u effettivi. Din l-isfida metodoloġika żżid id-diffikultà li
jsiru paraguni sinifikanti bejn l-Istati Membri. Miżuri sabiex tkun indirizzata l-korruzzjoni Ir-rapport
jimxi mas-suppożizzjoni li m’hemm l-ebda soluzzjoni "waħda tajba għal kulħadd"
għall-kwistjoni ta’ korruzzjoni. Ma jipproponix soluzzjonijiet standardizzati
għall-Istati Membri kollha: pereżempju, liema soluzzjonijiet (leġiżlattivi jew
oħrajn) huma meħtieġa biex jindirizzaw l-isfida relatata ma kunflitti ta'
interess tiddependi fuq varjetà ta' fatturi, inkluż il-punt sa fejn kunflitti
huma diġà perċepiti bħala kwistjoni fil-pajjiż, liema normi kulturali huma
fis-seħħ, u l-punt sa fejn normi ta' soċjetà rikonoxxuti jeħtieġu li jiġu
riflessi fil-leġiżlazzjoni. Ir-rapport għandu l-għan li jippreżenta
rakkomandazzjonijiet li jgħoddu għall-kuntest ta’ kull Stat Membru. L-istrateġiji
komprensivi kontra l-korruzzjoni tqiesu għaxar snin ilu bħala riċetta
universali għat-tqegħid tal-korruzzjoni fuq l-ogħla aġenda politika u biex
tintlaħaq rieda politika u r-riżorsi. Madankollu, ir-riżultati kienu varjati.
Filwaqt li f’xi każijiet, ix-xogħol dwar l-istrateġiji kien katalizzatur ta’
progress ġenwin, f’xi oħrajn, strateġiji impressjonanti kellhom ftit jew ma
kellhom l-ebda impatt fuq is-sitwazzjoni fuq il-post. Għalhekk, ir-rapport hu
kawt meta jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ strateġiji, u dan jagħmlu biss fejn
jidher li l-isforz tal-produzzjoni tal-istrateġija se jwassal għal attitudni
pożittiva u titjib sinifikanti f’kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet. B'mod
simili għall-istrateġiji, l-aġenziji ta’ kontra l-korruzzjoni saru popolari
ħafna. Għal darb’ oħra, segwew riżultati varjati. F’xi każijiet, fejn
l-aġenziji jkollhom mandat b’saħħtu, tmexxija indipendenti u impenjata wasslet
biex jintlaħaq żvilupp li jippermettulhom it-tressiq ta’ każijiet ta’
korruzzjoni f’livell għoli. F’każijiet oħra, l-istabbiliment ta’ aġenziji seta'
kellu influwenza negattiva fil-ħolqien tal-impressjoni li awtoritajiet oħra
m'għandhomx bżonn jagħmlu s-sehem tagħhom tax-xogħol. Għalhekk, ir-rapport
jivvaluta kull sitwazzjoni fuq il-merti tagħha u jikkunsidra ċ-ċirkostanzi
partikolari ta’ kull pajjiż, mingħajr ma jimponi soluzzjoni "waħda tajba
għal kulħadd". Ir-rapport
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ċerti awtoritajiet li jistgħu jaqdu rwol
ewlieni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni m’humiex adegwatament mgħammra
b’riżorsi umani u finanzjarji. Il-Kummissjoni hija ferm konxja li fil-klima
attwali ta’ awsterità, l-allokazzjoni ta’ aktar riżorsi għal ċerti
istituzzjonijiet u l-isforzi ta’ implimentazzjoni jistgħu jiffaċċjaw
diffikultajiet serji. Madankollu, din l-allokazzjoni tista’, f’ċerti
sitwazzjonijiet, toffri ffrankar sostanzjali maż-żmien billi jitnaqqsu
l-ispejjeż tal-korruzzjoni. Għalhekk ir-rapport, f’xi każijiet, jisħaq fuq
il-prijorità għall-allokazzjoni ta’ riżorsi għal korpi pubbliċi jew programmi
speċifiċi ta’ importanza ewlenija għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra
l-korruzzjoni. Sinerġija ma’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ eżistenti
u l-valur referenzjarju għal valutazzjoni Fil-livell internazzjonali, il-mekkaniżmi eżistenti
ewlenin għall-moniteraġġ u għall-evalwazzjoni huma l-Grupp ta' Stati
tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-Korruzzjoni (il-GRECO), il-Grupp ta' Ħidma
tal-OECD dwar it-Tixħim, u l-mekkaniżmu ta' valutazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU
kontra l-Korruzzjoni (l-UNCAC). Sabiex tħejji dan ir-rapport, il-Kummissjoni
ffokat b’mod estensiv fuq is-sejbiet ta’ dawn il-mekkaniżmi (b’mod partikolari
GRECO u l-OECD). Standards kontra l-korruzzjoni bħal dawk tal-UNCAC, jew dawk
stabbiliti mill-GRECO u l-OECD (pereżempju, il-Konvenzjoni tal-Liġi Kriminali
tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Korruzzjoni u l-Protokoll Addizzjonali tagħha,
il-Konvenzjoni tal-Liġi Ċivili dwar il-Korruzzjoni, l-Għoxrin prinċipju gwida
għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni adottati mill-Kumitat tal-Ministri
tal-Kunsill tal-Ewropa, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa dwar
il-finanzjament tal-partiti politiċi, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill
tal-Ewropa dwar kodiċijiet ta’ kondotta għal uffiċjali pubbliċi, u
l-Konvenzjoni tal-OECD Kontra t-Tixħim) għandhom rwol importanti f’termini ta’
referenza għall-evalwazzjoni. Ir-rapport ma joffrix analiżi oħra teknika u
dettaljata inkluża fir-rapporti tal-GRECO jew tal-OECD, minkejja li jibni fuq
ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom kull meta jkunu għadhom ma ġewx implimentati u
rilevanti għal kwistjonijiet ewlenin enfasizzati kif identifikati għal kapitolu
tal-pajjiż partikolari. Billi jġib fuq quddiem ir-rakkomandazzjonijiet magħżula
li ġew identifikati qabel f'mekkaniżmi oħra, ir-rapport għandu l-għan li
jippromwovi l-implimentazzjoni tagħhom. Is-sinerġija mal-GRECO hija ta’ importanza
partikolari minħabba li tkopri l-Istati Membri kollha tal-UE kif ukoll pajjiżi
Ewropej oħra ta’ rilevanza għal tkabbir futur u s-Sħubija tal-Lvant.
Il-Kummissjoni bħalissa qed tieħu miżuri li jgħinu bis-sħiħ l-adeżjoni tal-UE
fil-ġejjieni, li jippermettu wkoll kooperazzjoni aktar mill-qrib fid-dawl ta’
edizzjonijiet sussegwenti tar-Rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni. [1]
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0308:FIN:MT:PDF
. [2] L-aktar
il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni, kif ukoll l-istrumenti
legali kontra l-korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, inkluża r-Riżoluzzjoni (97) 24 dwar l-għoxrin
Prinċipju ta' Gwida għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u
r-rakkomandazzjonijiet Nru. R (2000) 10 dwar kodiċijiet ta' kondotta għal
uffiċjali pubbliċi u N o. R (2003)4 dwar regoli komuni kontra
l-korruzzjoni fil-finanzjament ta' partiti politiċi u kampanji elettorali. [3] Il-kost ekonomiku totali tal-korruzzjoni ma jistax jiġi kkalkulat
malajr. Iċ-ċifra ċċitata hija msejsa fuq stimi magħmulin minn istituzzjonijiet
u korpi speċjalizzati, bħall-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ, it-Transparency
International, il-Patt Globali tan-NU, il-Forum Ekonomiku Dinji, il-Clean
Business is Good Business, 2009, li jissuġġerixxu li l-korruzzjoni tammonta
għal 5 % tal-PDG fil-livell dinji. Ara wkoll il-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni dwar il-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni fl-UE
tas-6 ta' Ġunju 2011: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0308:FIN:MT:PDF
. [4] L-eċċellenza fl-Amministrazzjoni Pubblika għall-kompetittività
fl-Istati Membri tal-UE (2011-2012): http://ec.europa.eu/enterprise/policies/industrial-competitiveness/monitoring-member-states/improving-public-administration/ [5] COM(2014)14. [6]
Stħarriġ li jsir fost il-popolazzjoni ġenerali fl-Istati Membri kollha
kull sentejn, ibbażat fuq intervisti wiċċ imb' wiċċ b'kampjun ta’ 1000 jew
500 persuna li jwieġbu (skont id-daqs tal-popolazzjoni). Total ta’
27 786 persuna (kampjun rappreżentattiv) ipparteċipaw f’dan l-istħarriġ
lejn l-aħħar ta’ Frar u kmieni f’Marzu tal-2013. L-istħarriġ ittratta inter
alia il-perċezzjoni tal-korruzzjoni b'mod ġenerali, l-esperjenza personali
mal-korruzzjoni kif ukoll l-attitudnijiet lejn favuri u rigali. Filwaqt li
l-istħarriġiet tal-Ewrobarometru qed isiru kull sentejn mill-2007,
il-Kummissjoni ddeċidiet fl-2013 li tfassal il-mistoqsijiet għall-ħtiġijiet ta’
dan ir-rapport. Għalhekk, kwalunkwe tqabbil mas-snin ta’ qabel għandu jsir
b’kawtela. Ir-rapport sħiħ jinsab fuq is-sit
http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb_special_399_380_en.htm#397. [7]
Stħarriġ ibbażat fuq it-telefown, l-hekk imsejjaħ Stħarriġ Flash
tal-Ewrobarometru, kien mifrux fuq sitt setturi fl-UE28, u tnieda għall-ewwel
darba fl-2013, u sar bejn it-18 ta’ Frar u t-8 ta’ Marzu.
In-negozji mis-setturi tal-enerġija, tal-kura tas-saħħa, tal-kostruzzjoni,
tal-manifattura, tat-telekomunikazzjonijiet u tas-setturi finanzjarji
(kumpaniji ta' kull daqs) intalbu jipprovdu l-opinjoni tagħhom. Ir-rapport sħiħ
jinsab fuq is-sit
http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/flash_arch_374_361_en.htm#374 [8]
L-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni (CPI) hu ppubblikat kull sena
minn Transparency International: http://cpi.transparency.org/cpi2013/. [9]
COM(2012) 363. [10] Ara l-approċċ ġenerali tat-3 ta' Ġunju 2013,
id-Dokument tal-Kunsill 10232/13. [11] Ara l-opinjoni tal-Kumitat tal-Affarijiet Legali, A7-0000/2013. [12] L-iżvelar tal-assi ma jimplikax awtomatikament il-pubblikazzjoni,
li trid tiġi bbilanċjata bid-dritt għall-protezzjoni tad-dejta. Xi wħud
mill-Istati Membri li japplikaw sistemi għall-iżvelar tal-assi ma jippubblikawx
id-dikjarazzjonijiet kollha tal-assi. Madankollu huma jeħtieġu li uffiċjali
pubbliċi jissottomettu d-dikjarazzjonijiet tal-assi lill-awtoritajiet
rilevanti. [13] Il-Kunsill tal-Ewropa ddefinixxa l-kunflitt tal-interessi bħala
sitwazzjoni "fejn l-uffiċjal pubbliku għandu interess privat li huwa tali
li jinfluwenza jew jidher li qed jinfluwenza, il-prestazzjoni imparzjali u
objettiva tal-kompiti uffiċjali tiegħu jew tagħha", bl-interess privat
ikun mifhum li jfisser "kwalunkwe vantaġġ għalih jew għaliha,
għall-familja tiegħu jew tagħha, il-qraba, ħbieb u persuni jew organizzazzjoni
li magħhom hu jew hi għadu kif kellu/għadha kif kellha relazzjonijiet ta'
kummerċ jew ta' politika." Jinkludi wkoll kwalunkwe responsabbiltà, kemm
finanzjarja kif ukoll ċivili, relatata miegħu. Ara r-Rakkomandazzjoni
Nru R (2000) 10 tal-Kumitat tal-Ministri għall-Istati Membri
dwar il-kodiċijiet ta' kondotta għall-uffiċjali eletti: http://www.coe.int/t/dghl/monitoring/greco/documents/Rec(2000)10_EN.pdf. [14] COM(2011) 309 final, it-Tieni Rapport ta’ Implimentazzjoni ta’
FD 2003/568/JHA tas-6 ta’ Ġunju 2011: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0309:FIN:MT:PDF. [15] Sejbiet ta’ Kwalità tal-Government Institute, University of
Gothenburg, l-Isvezja. [16] http://assembly.coe.int/ASP/XRef/X2H-DW-XSL.asp?fileid=18151&lang=EN. [17] http://star.worldbank.org/star/. [18] Liġi 3861/2010. [19] http://diavgeia.gov.gr/en. [20] Transparency International wettqet, fi proġett kofinanzjat tal-UE,
analiżi komparattiva tal-qafas legali dwar il-protezzjoni tal-informanti madwar
l-UE, ara http://www.transparency.org/whatwedo/pub/whistleblowing_in_europe_legal_protections_for_whistleblowers_in_the_eu
. [21] http://ec.europa.eu/internal_market/publicprocurement/docs/modernising_rules/public-procurement-indicators-2011_en.pdf. [22] http://ec.europa.eu/internal_market/publicprocurement/docs/modernising_rules/public-procurement-indicators-2011_en.pdf. [23] http://www.nispa.org/files/conferences/2008/papers/200804200047500.Medina_exclusion.pdf. [24] Il-Prinċipji għall-Integrità fl-Akkwist Pubbliku tal-OECD, http://www.oecd.org/gov/ethics/48994520.pdf. [25] Franza, l-Italja, l-Ungerija, il-Litwanja, l-Olanda, il-Polonja,
ir-Rumanija u Spanja. [26] "L-Identifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Korruzzjoni fl-Akkwist
Pubbliku fl-UE — l-Iżvilupp ta’ metodoloġija biex jistmaw l-ispejjeż diretti
ta’ korruzzjoni u elementi oħra ta’ mekkaniżmu ta' evalwazzjoni tal-UE
fil-qasam ta’ kontra l-korruzzjoni", it-30 ta’ Ġunju 2013,
PriceWaterhouseCoopers u ECORYS. [27] Aktar eżempji speċifiċi huma mogħtija fit-taqsima dwar prattiki
pożittivi u negattivi. [28] Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri
għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti
pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, ĠU L 134, 30.4.2004,
p. 114; Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti
ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija,
t-trasport u postali, ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1; Id-Direttiva
2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri
għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn
awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li
temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE, ĠU L 216,
20.8.2009, p. 76. Id-Direttiva 89/665/KEE
tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet,
ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni
tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u
xogħlijiet pubbliċi, ĠU L 395, 30.12.1989, p. 33, kif emendata
mid-Direttiva 2007/66/KE u mid-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta' Frar 1992
li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi
li jirrelataw mal-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’
akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport
u t-telekomunikazzjoni, ĠU L 76, 23.3.1992, p. 14-20. [29] L-għoti ta’ konċessjonijiet ta' xogħlijiet huwa preżentament
soġġett għal regoli bażiċi tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti
ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u
kuntratti għal servizzi pubbliċi, filwaqt li l-għoti ta’ konċessjonijiet ta'
servizzi b’interess transfruntier huwa suġġett għall-prinċipji tat-Trattat, u
b'mod partikolari l-prinċipju tal-moviment liberu tal-prodotti, il-libertà ta’
stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll mal-prinċipji li
joħorġu minnhom bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni,
ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. [30] SWD(2012) 342 finali: http://ec.europa.eu/internal_market/publicprocurement/docs/implementation/20121011-staff-working-document_en.pdf. [31] Proċeduri ta’ ksur ifissru proċeduri mnedija mill-Kummissjoni
Ewropea kontra Stat Membru fil-każ ta’ allegat nuqqas ta’ konformità mal-liġi
tal-UE. Kull Stat Membru hu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE
(l-implimentazzjoni ta' miżuri qabel data ta' għeluq speċifika, il-konformità u
l-applikazzjoni korretta) fis-sistema legali tiegħu stess. Il-Kummissjoni hija
responsabbli mill-ħarsien tal-applikazzjoni xierqa tal-liġi tal-UE. B’hekk,
meta Stat Membru jonqos permezz ta’ att jew ommissjoni milli jikkonforma
mal-liġi tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea għandha s-setgħat tagħha stess biex
tipprova ttemm tali kontravvenzjoni (“ksur”) tal-liġi tal-UE u, fejn ikun
meħtieġ, tista’ tirreferi l-każ lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Il-Kummissjoni tista' tniedi tliet tipi ta' proċeduri ta' ksur: jiġifieri
fil-każ ta' nuqqas ta' avviż ta' miżuri ta' implimentazzjoni fi żmien tajjeb
tal-iskadenzi stabbiliti, meta t-traspożizzjoni mhijiex konformi mar-regoli
tal-UE u fejn hemm applikazzjoni mhux korretta (azzjoni jew ommissjoni
attribwibbli għall-Istati Membri). [32] Ksur ieħor kien jinkludi: konfużjoni tal-kriterji ta’ għażla u ta’
għoti, l-applikazzjoni mhux korretta tar-regoli dwar il-kooperazzjoni
pubblika-pubblika (ħlief intern), il-kalkolu tal-valur tal-kuntratt,
il-kriterji tal-għażla (problemi minbarra kriterji diskriminatorji),
l-esklużjoni mhux dovuta mill-proċedura, ftehimiet ta’ qafas u l-użu żejjed ta’
eżenzjoni tad-difiża u s-sigurtà. [33] Rapport ta' evalwazzjoni, (SEC(2011) 853 finali). [34] COM(2011) 895 finali: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0895:FIN:MT:PDF. [35] COM(2011) 896 finali: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0896:FIN:MT:PDF. [36] COM(2011) 897 finali:
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0897:FIN:MT:PDF [37] Ewrobarometru Flash 374 tal-2013. [38] http://www.oecd.org/gov/ethics/oecdprinciplesforintegrityinpublicprocurement.htm. [39] "L-Identifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Korruzzjoni fl-Akkwist
Pubbliku fl-UE — l-Iżvilupp ta’ metodoloġija biex tagħmel stima tal-ispejjeż
diretti ta’ korruzzjoni u elementi oħra ta’ mekkaniżmu għall-evalwazzjoni
tal-UE fil-qasam ta’ kontra l-korruzzjoni", it-30 ta’ Ġunju 2013,
PriceWaterhouseCoopers u ECORYS. [40] Deċiżjonijiet li jbiddlu l-art ikklassifikata ta’ proprjetà/art jew
tal-viċinat. Kull klassifikazzjoni tinvolvi restrizzjonijiet u obbligi
differenti. [41] Dan il-fuljett huwa speċjalment mfassal bħala linji gwida għal sejħiet
għall-offerti pubbliċi f’waħda mill-oqsma l-iktar vulnerabbli
għall-korruzzjoni, is-settur tal-kostruzzjoni, iżda fl-aħħar mill-aħħar hu
validu għall-akkwisti pubbliċi kollha ta' muniċipalitajiet. [42] Politiki ta' immaniġġjar ta' riskji jikkonċernaw l-identifikazzjoni,
il-valutazzjoni u l-prijoritizzazzjoni ta' riskji segwiti minn azzjonijiet konkreti
mmirati lejn il-mitigazzjoni u l-kontroll tal-impatt potenzjali ta' tali
riskji. [43] Mekkaniżmi ta' allert “red flagging” immirati biex jgħinu
l-awtoritajiet kontraenti jew il-korpi ċentrali tal-akkwist pubbliku biex
jiskopru prattiki ta’ korruzzjoni huma “sistemi ta’ twissija” li jinvolvu
l-identifikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ ċerti indikaturi li fl-okkorrenza
tagħhom, jistgħu jwasslu għal suspett ta’ mġiba korrotta (eż. l-akkumulazzjoni
ta’ ċertu numru ta’ indikaturi tista’ "tiskatta" twissija fis-sistema
li tkun teħtieġ aktar verifikazzjoni bir-reqqa jew kontrolli). [44] Istituto per l’innovazione e trasparenza degli appalti e la
compatibilità ambientale. [45] Pereżempju għall-bini ta’ awtostrada l-materjal jista' jvarja ħafna
minn post għal ieħor skont il-klima, il-karatteristiċi ġeografiċi tal-post fejn
tkun qed tiġi mibnija, eċċ. [46] http://ec.europa.eu/internal_market/publicprocurement/docs/eprocurement/actionplan/actionplan_mt.pdf. [47] "L-akkwist pubbliku fl-Ewropa — l-ispiża u l-effikaċja”, PwC
Ecorys London Economics, Marzu 2011. [48] L-awtoregolazzjoni tippermetti lill-kumpaniji biex jieħdu miżuri
biex jirranġaw sitwazzjonijiet li wasslu għall-inklużjoni tagħhom f'listi ta’
esklużjoni u għaldaqstant għat-tneħħija ta' esklużjoni bħal din għal offerti
pubbliċi. [49] Listi tal-kumpaniji esklużi minn sejħiet għall-offerti pubbliċi
minħabba, fost oħrajn, deċiżjonijiet ta' kundanna finali għal korruzzjoni jew
reati serji oħra. [50] L-ismijiet tal-membri tal-grupp u l-minuti tal-laqgħat huma disponibbli
fil-ħolqa li ġejja: http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/detailGroup.cfm?groupID=2725. MALTA 1. Daħla — il-karatteristiċi ewlenin u l-kuntest Il-qafas
kontra l-korruzzjoni Approċċ
Strateġiku. Fl-2008, Malta adottat Strateġija Nazzjonali
Kontra l-Frodi u l-Korruzzjoni, li timmira lejn l-istabbiliment ta' qafas
normattiv, istituzzjonali u operattiv, li jirrifletti r-rekwiżiti lokali u
l-obbligi internazzjonali. L-istrateġija ġiet abbozzata mill-Unità
ta' Monitoraġġ tal-Ġestjoni tal-Finanzi tal-Ministeru
tal-Finanzi u mid-Direttorat tal-Investigazzjonijiet tal-Awditajr Intern,
nominat bħala l-korp ta' implimentazzjoni għall-istrateġija.
Id-dokument kellu erba' għanijiet ewlenin: il-bini ta' kapaċità,
il-komunikazzjoni, il-kooperazzjoni nazzjonali u dik internazzjonali.
Il-Ministeru tal-Finanzi bħalissa qed jaġġorna
l-istrateġija. Madankollu, diversi oqsma politiċi ġibdu
l-attenzjoni minħabba l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni. Dehru wkoll xi
vulnerabbiltajiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġestjoni tal-fondi
pubbliċi mill-kunsilli lokali u l-ħruġ ta' permessi
għall-bini u l-iżvilupp tal-artijiet.[1]
Ir-riformi li diġà saru biex jindirizzaw dawn l-oqsma huwa żvilupp
inkoraġġanti iżda għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat
l-effikaċja tagħhom. Allegazzjoni ta' korruzzjoni wasslet
għar-riżenja tal-Kummissarju Ewropew ta' Malta fl-2012 kompliet
tintensifika d-dibattitu dwar il-korruzzjoni fil-politika Maltija. Il-qafas
ġuridiku. Id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali
dwar il-korruzzjoni, b'mod speċjali dawk introdotti aktar
reċentement, bħall-offiżi ta' tixħim internazzjonali,
tixħim fis-settur privat u l-eżerċitar tal-influwenza
għall-qligħ huma konformi mal-Konvenzjoni dwar il-Liġi Kriminali
tal-OECD dwar il-Korruzzjoni. Id-definizzjoni ta' uffiċjali pubbliċi
hija wiesgħa biżżejjed, li tinkludi l-ħaddiema
taċ-ċivil b'setgħat delegati.[2]
L-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika fih kodiċi ta' etika applikabbli
għall-impjegati pubbliċi.[3] L-Att
dwar il-Libertà tal-Informazzjoni jimmira lejn il-promozzjoni tat-trasparenza u
r-responsabbiltà fit-tmexxija.[4] Qafas
istituzzjonali. Il-Parlament stabbilixxa Kumitat Magħżul
dwar it-Tisħiħ tad-Demokrazija fl-2008 biex jikkunsidra t-trasparenza
u r-responsabbiltà, il-finanzjament pubbliku tal-partijiet politiċi, u
l-kunflitti ta' interessi tal-Membri tal-Parlament, tas-segretarji parlamentari
u tal-ministri.[5] L-Unità
kontra l-Kriminalità Finanzjarja tal-Forza tal-Pulizija ta' Malta stabbilita
fl-1987, tinvestiga r-reati ta' korruzzjoni u tipproduċi statistika
annwali dwar l-investigazzjonijiet tagħha. L-uffiċjali tal-pulizija
huma soġġetti għal regoli dixxiplinarji u kodiċi ta' etika
applikabbli għall-uffiċjali pubbliċi kollha. L-Unità ta' kontra
l-Frodi u l-Korruzzjoni fid-Dipertiment tal-Awditjar Intern u
l-Investigazzjonijiet (IAID) jeżamina l-attivitajiet tal-gvern u jipprovdi
servizzi finanzjarji investigattivi interni, separati mill-investigazzjonijiet
kriminali.[6]
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għandu mandat li
jippromwovi r-responsabbiltà tal-uffiċjali pubbliċi u li
jikkontribwixxi għal ġestjoni aħjar tar-riżorsi
pubbliċi. Għandu aċċess għad-dokumenti u r-rekords
kollha relatati mal-kontijiet tal-korpi awditjati.[7] Madankollu, l-istituzzjonijiet
investigattivi jiffaċċjaw ostakoli fil-ġbir ta' evidenza
bħax-xhieda tax-xhud, u ta' sikwit jistrieħu fuq il-pulizija biex
imexxu l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni. Il-Kummissjoni Permanenti kontra
l-Korruzzjoni (PCAC) u l-Ombudsman ukoll għandhom rwol, kif deskritt
fis-sezzjoni sussegwenti ta' dan il-kapitolu. L-Opinjoni
Pubblika Stħarriġiet
ta' perċezzjoni. Fl-Istħarriġ
tal-Ewrobarometru Speċjali tal-2013 dwar il-korruzzjoni, 83 % ta'
dawk li wieġbu jqisu l-korruzzjoni bħala problema mifruxa ma'
kullimkien f'Malta (il-medja tal-UE hija ta' 76 %) u 29 %
jħossuhom affettwati minnha fil-ħajja ta' kuljum (il-medja tal-UE
hija ta' 26 %) 53 % jgħidu li l-korruzzjoni hija l-aktar
mifruxa fost l-uffiċjali li joħorġu l-permessi għall-bini
(il-medja tal-UE hija ta' 43 %). L-Esperjenza
tal-korruzzjoni. Skont l-Ewrobarometru Speċjali tal-2013,
2 % ta' dawk li wieġbu ġew mitluba jew kienu mistennija
jħallsu tixħima fit-12-il xahar li għaddew (il-medja tal-UE hija
ta' 4 %). Stħarriġiet
kummerċjali. Fl-istħarriġ kummerċjali
tal-Ewrobarometru, 43 % tal-kumpaniji li kkompetew għal kuntratti
pubbliċi fl-aħħar tliet snin jgħidu li l-korruzzjoni
żammithom milli jirbħu (il-medja tal-UE hija ta' 32 %).[8] Il-Maltin li wieġbu mis-settur
kummerċjali jikkunsidraw il-prattiki li ġejjin bħala mifruxa ma'
kullimkien fl-akkwist pubbliku: l-involviment ta' offerenti fit-tfassil ta'
speċifikazzjonijiet (48 %), l-għażla jew il-valutazzjoni
ta' kriterji mhux ċari (48 %), il-kunflitti ta' interessi
fil-valutazzjoni tal-offerti (58 %), l-ispeċifikazzjonijiet imfassla
apposta għal kumpaniji partikolari (64 %), l-abbuż ta'
raġunijiet ta' emerġenza biex jiġġustifikaw l-użu ta'
proċeduri mhux kompetittivi jew rapidi (40 %) u l-offerti
kollużivi (48 %). 57 % jqisu li l-korruzzjoni hija mifruxa ma'
kullimkien fl-akkwist pubbliku ġestit mill-awtoritajiet nazzjonali
(il-medja tal-UE hija ta': 56 %) u 50 % fil-każ tal-awtoritajiet
lokali (il-medja tal-UE hija ta': 60 %). Dawn l-indikaturi, filwaqt li
mhux neċessarjament relatati direttament mal-korruzzjoni, juru fatturi ta'
riskju li jżidu l-vulnerabbiltajiet lejn il-korruzzjoni fil-proċeduri
tal-akkwist pubbliku. Kwistjonijiet
ta' sfond L-akkwist
pubbliku.
Ir-regolamenti tal-akkwist pubbliku jkopru kuntratti mogħtija
mill-awtoritajiet ċentrali jew lokali u l-korpi rregolati mil-liġi
pubblika.[9]
Id-Dipartiment tal-Kuntratti huwa responsabbli għall-amministrazzjoni
tal-proċeduri tal-akkwisti. Id-Direttur huwa megħjun mill-Kumitat
tal-Kuntratti Ġenerali u, fil-każijiet li jirrikjedu kompetenza
speċjalizzata, mill-Kumitati tal-Kuntratti Speċjali.
Iż-żewġ kumitati jridu jirrappurtaw kwalunkwe irregolarità
misjuba fil-proċess tal-offerti, u jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet rilevanti.
Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2013 tal-koordinazzjoni tal-politika
ekonomika, il-Kunsill irrakkomanda li Malta ttejjeb l-effiċjenza u tnaqqas
it-tul tal-proċedimenti ta' akkwist pubbliku.[10]
L-akkwist pubbliku fil-qasam tal-enerġija ġibed l-attenzjoni
minħabba kontroversja ta' korruzzjoni dan l-aħħar, u l-gvern
Malti għandu pjanijiet għal riformi f'dan il-qasam. Rapport ta'
Lulju 2013 mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika qajjem
tħassib dwar il-kuntratti taż-żejt estiżi
mill-korporazzjoni ta' utilità statali tal-Enemalta u żieda fir-rati
pagabbli lill-kuntrattur.[11]
B'konsegwenza ta' dan ir-rapport, il-Ministru tal-Enerġija talab
lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga l-akkwist ta' fjuwil tal-Enemalta
mill-2008 'l quddiem. Il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi ddiskuta
l-każ u l-gvern ħatar imħallef biex jinvestiga
l-allegazzjonijiet li l-fjuwil mixtri mill-Enemalta ma kienx jissodisfa
l-ispeċifikazzjonijiet ta' kuntratt. Is-settur
privat. Fl-istħarriġ
kummerċjali tal-Ewrobarometru 2013, 53 % jirrappurtaw
il-korruzzjoni bħala problema meta wieħed jinnegozja f'Malta
(il-medja tal-UE hija ta' 43 %). Fl-Indiċi ta' Kompetittività
Globali, Malta tokkupa l-41 post minn 148 pajjiż.[12]
Malta ttrasponiet parzjalment id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni
ta' Qafas 2003/568/ĠAI li tikkonċerna r-responsabbiltà ta' persuni
ġuridiċi, u kkonformat bis-sħiħ mar-rekwiżiti dwar
il-korruzzjoni passiva. Il-pożizzjoni tal-liġi Maltija rigward
l-inklużjoni ta' entitajiet mingħakr skop ta' qligħ għadha
mhijiex ċara.[13]
Id-daqs tal-ekonomija klandestina kienet stmata għal 25,3 % tal-PDG
fl-2012.[14] Il-kunflitti
tal-interessi u l-iżvelar tal-assi. L-Att dwar
l-Amministrazzjoni Pubblika fih dispożizzjonijiet dwar il-kunflitti
tal-interessi u l-aċċettazzjoni ta' rigali u ta' benefiċċji.[15] Fl-Lulju 2013, il-ministri u
s-segretarji parlamentari ressqu quddiem il-Parlament id-dikjarazzjoni dwar
l-assi tagħhom, wara l-kodiċi ta' etika li tapplika għalihom.[16]
Madankollu, ma hemmx mekkaniżmu ta' monitoraġġ li jiżgura
l-konformità mal-kodiċi ta' etika għall-ministri u s-segretarji
parlamentari, jew li jivverifika d-dikjarazzjonijiet. Tqajjem tħassib
ukoll dwar it-"tibdil ta' persunal" ("revolving door") bejn
is-setturi pubbliċi u privati, li wassal għal kunflitti potenzjali
ta' interess. Il-gvern wiegħed li jistabbilixxi Kummissarju Parlamentari
għall-Istandards li jkun maħtur mill-Parlament biex jimmonitorja
b'mod indipendenti l-imġiba u d-dikjarazzjonijiet tal-assi u tal-interessi
tal-MP (inkluż il-Kabinett), kif ukoll li jwettaq investigazzjonijiet fejn
xieraq.[17]
Miżuri bħal dawn għandhom l-għan li jindirizzaw
it-tħassib li l-kwistjoni tal-kunflitt ta' interessi ma ġietx
trattata b'mod suffiċjenti. Fl-Lulju 2013, il-Parlament adotta emendi
biex jippermettu lill-ministri, lis-segretarji parlamentari u lill-MPs biex
ikunu fuq il-bordijiet tal-gvern.[18] L-iżvelar
tal-irregolarità (Whistleblowing) Huwa reat kriminali li persuna
tiġi vvittimizzata minħabba li żvelat prattiki illegali jew
korrotti skont l-Att tal-Impjiegi u tar-Relazzjonijiet Industrijali.[19] L-Abbozz dwar il-Protezzjoni
tal-Whistleblower daħal fis-Seħħ f'Settembru 2013. Filwaqt
li japplika għas-settur pubbliku u għal kumpaniji privati kbar, dan
għandu l-għan li jagħti inċentiv lill-impjegati biex
jirrapportaw imġiba illeċta, inkluż min-naħa tagħhom
stess.[20] It-Trasparenza
tal-lobbying. Il-Lobbying mhuwiex regolat f'Malta. Ma hemm l-ebda
obbligu speċifiku għar-reġistrazzjoni tal-persuni/gruppi li
jippruvaw jeżerċitaw influwenza (lobbyists) jew għar-rappurtar
ta' kuntatti bejn l-uffiċjali pubbliċi u l-persuni/gruppi li
jippruvaw jeżerċitaw infuwenza (lobbyists). Etika ta' Kodiċi
tirrikjedi lill-Membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti li jiddikjaraw
il-konnessjonijiet tagħhom ma' persuni li għandhom interess dirett
fil-leġiżlazzjoni quddiem il-Kamra.[21] 2. Kwistjonijiet fokali Il-finanzjament
tal-partiti politiċi It-trasparenza
tal-finanzjament politiku hija kważi ineżistenti f'Malta.[22] Fl-istħarriġ kummerċjali
tal-Ewrobarometru 2013, Malta għandha t-tieni l-ogħla
perċentwal (44 %) ta' kumpaniji li huma tal-fehma li l-finanzjament
tal-partiti politiċi bi skambju għall-kuntratti pubbliċi jew
influwenza fuq it-tfassil ta' politika hija prattika mifruxa. Ma japplikaw
l-ebda regoli speċifiċi rigward il-finanzjament tal-partijiet politiċi.
Jistgħu jsiru donazzjonijiet anonimi lill-partijiet politiċi u
għall-kampanji elettorali, ikun xi jkun l-ammont, mingħajr
restrizzjoni. Kull partit rappreżentat fil-parlament jirċievi
EUR 100 000 fis-sena bħala għotja diretta biex
jiżviluppa r-relazzjonijiet internazzjonali. Dan hu l-uniku finanzjament
pubbliku għall-partiti politiċi minbarra l-appoġġ dirett
bħall-eżenzjoni mit-taxxa u l-aċċess għall-midja.
In-nefqa tal-partiti mhux limitat. Il-limiti fuq in-nefqa tal-kandidati huma
baxxi (EUR 1 400) u r-rapporti mill-kandidati ta' sikwit jitqiesu
bħala li ma jirriflettux ir-realtà, filwaqt li jiġġeneraw
il-kunfużjoni dwar jekk id-donazzjonijiet lill-kandidati humiex rapportati
u dwar x'jgħodd bħala donazzjoni għal dawn il-finijiet.[23]
Malta għandha nuqqas ta' rekwiżiti tal-kontabilità kif jixraq
għall-partiti politiċi u l-kampanji elettorali kif ukoll
rekwiżiti għall-pubblikazzjoni ta' kontijiet li jkunu jippermettu
skrutinju pubbliku. Il-Kummissjoni Elettorali hija magħmula minn membri
maħtura miż-żewġ partiti politiċi ewlenin u hija
għalhekk ikkunsidrata bħala nieqsa mill-indipendenza.[24]
In-nuqqas ta'
leġiżlazzjoni f'dan il-qasam ilu żmien ikun is-suġġett
ta' dibattiti f'Malta u l-Grupp
ta' Stati tal-Kunsill Ewropew kontra l-Korruzzjoni (il-GRECO) enfasizza
dan bħala nuqqas.[25]
Huwa rrakkomanda r-reviżjoni tal-limiti ta' infiq għall-kandidati
tal-elezzjoni u l-introduzzjoni ta' rekwiżit ġenerali
għall-partiti politiċi u l-kandidati tal-elezzjoni biex jiġu
żvelati d-donazzjonijiet individwali kollha (inklużi dawk ta' natura
mhux monetarja) 'il fuq minn ċertu limitu flimkien mal-identità
tad-donatur. Il-GRECO rrakkomanda wkoll il-projbizzjoni ta' donazzjonijiet
anonimi u l-ħtieġa li l-partijiet politiċi jżommu l-kotba u
l-kontijiet kif suppost, u li dawn għandhom jiġu rrappurtati f'intervalli
kif xieraq b'mod koordinat u vverifikati b'mod indipendenti. Irrakkomanda wkoll
il-monitoraġġ indipendenti tal-finanzjament tal-partiti politiċi
u l-kampanji elettorali, u l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet effettivi,
proporzjonati u dissważivi.[26] Abbozz
tal-Att għall-Partiti Politiċi indirizza parzjalment biss dawn
ir-rakkomandazzjonijiet, iżda l-Att ma kienx adottat.[27] Abbozz ta' liġi f'Jannar 2012 ta'
membru privat biex jirregola din il-formazzjoni, l-istrutturi ta' ġewwa,
il-funzjonament u l-finanzjament tal-partiti politiċi u s-sehem
tagħhom fl-elezzjonijiet skada awtomatikament bid-dissoluzzjoni
tal-Parlament f'Jannar 2013. Il-gvern bħalissa qed jagħmel
abbozz ta' verżjoni ġdida li l-għan tagħha hu li tindirizza
r-rakkomandazzjonijiet tal-GRECO. Il-prosekuzzjoni
tal-korruzzjoni Barra
mill-prosekuzzjoni b'suċċess ta' xi każijiet mill-pulizija,
organizzazzjonijiet oħra ffaċċaw sfidi fit-tmexxija ta'
investigazzjonijiet komprensivi minħabba li għandhom nuqqas ta'
mezzi, setgħat jew riżorsi. L-Ombudsman jirrapporta lill-Kamra
tar-Rappreżentanti iżda r-rakkomandazzjonijiet
tiegħu/tagħha mhumiex vinkolanti.[28]
Id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet u tal-Awditjar Intern iwettaq
investigazzjonijiet finanzjarji ta' suspetti ta' korruzzjoni ta' uffiċjali
pubbliċi iżda ma għandux is-setgħa jwettaq
investigazzjonijiet kriminali. Il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC),
kumitat parlamentari permanenti, jista' jistaqsi lill-Uffiċċju
Nazzjonali tal-Verifika biex jinvestiga u jirrapporta lura iżda dan
għandu nuqqas ta' persunal u jinsab affaċċat bl-isfida ta'
xiehda li mhux qed jikkooperaw. Il-Kumitat għandu sa seba' membri,
magħżula biex jirrappreżentaw b'mod ġust il-proporzjon
tal-membri tal-oppożizzjoni. Jekk il-Kumitat jissuspetta reat kriminali,
is-sejbiet huma rappurtati lill-Avukat Ġenerali u lill-Kummissarju
tal-Pulizija għal aktar investigazzjoni.[29]
Flimkien ma'
dan, in-nuqqas ta' proċeduri stabbiliti għall-iżgurar ta'
koordinazzjoni effiċjenti bħala tweġiba
għall-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni jirrendi l-istituzzjonijiet aktar
soġġetti għad-diskrezzjoni eżekuttiva, li tirriżulta
f'inkonsistenzi fit-trattament ta' każijiet simili. F'okkażjoni
partikolari, il-gvern talab lin-NAO jinvestiga l-irregolaritajiet possibbli
fl-għoti ta' kuntratt għall-estensjoni ta' impjant tal-enerġija
(power station). L-NAO ma għandux is-setgħat meħtieġa biex
imexxi investigazzjoni bħal din quddiem xiehda prinċipali
mingħajr ħeġġa.[30]
Il-gvern mhuwiex marbut li jsegwi l-konklużjonijiet tal-Awditur.
F'okkażjoni oħra, il-gvern talab lill-pulizija biex jinvestigaw
allegazzjonijiet ta' korruzzjoni ta' akkwist fi sptar, li rriżulta
f'sentenza ta' ħabs għat-tfassil tar-rapport li kien jindika
korruzzjoni.[31] L-Istrateġija
Nazzjonali Kontra l-Frodi u l-Korruzzjoni tal-2008 pprevediet l-istabbiliment
ta' Kumitat ta' Koordinazzjoni li jkun jikkonsisti minn rappreżentanti
mill-awtoritajiet involuti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jkun
jirrieżamina l-mekkaniżmi eżistenti biex jidentifika d-distakki
fil-koordinazzjoni.[32]
La l-Kumitat u lanqas l-IAID, li huwa l-korp implementattiv
għall-istrateġija, ma jidhru li għandhom rwol ta' koordinazzjoni
interna. Barra mill-każijiet fejn il-pulizija jew xi aġenzija nedew
l-investigazzjonijiet tagħhom stess, hija wkoll prattika komuni li
l-ministri jassenjaw aġenzija partikolari jew il-pulizija
b'investigazzjoni, mingħajr linji gwida standard għal din
id-deċiżjoni. Alternattivament, ministru jista' jaħtar
maġistrat jew kummissjoni ad hoc biex tmexxi inkjesta.[33]
Dawn l-għażliet jirrikjedu wkoll diskrezzjoni ministerjali
fil-ħatra tal-membri tal-kummissjoni ad hoc u l-istabbiliment
tal-mandat tiegħu. Il-ġudikatura
Maltija gawdiet tradizzjonalment minn fiduċja u kreditu. Teżisti
kodiċi ta' etika għall-Ġudikatura u l-Kummissjoni
għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja għandha l-awtorità li
tinfurzaha.[34]
Madankollu, każ prominenti ta' tixħim fl-2002 ħassar din
l-istampa pożittiva. Eks Prim Imħallef u eks imħallef fl-istess
Qorti ta' Appell, instabu ħatja li aċċettaw tixħim
bħala ħlas għat-tnaqqis ta' sentenza ta' traffikant tad-droga
kkundannat. It-tnejn ingħataw piena ta' ħabs. Is-sistema
għall-iżgurar tal-integretà fil-ġudikatura tirrikjedi aktar
attenzjoni mill-qrib, kif indikat fil-każ ta' mħallef u
l-maġistrat li rrifjuta li jirriżenja mill-Kumitat Olimpiku ta' Malta
wara li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ordnatlu
li jagħmel dan.[35]
Il-kwistjoni qajmet dibattitu usa dwar l-integretà u l-kunflitti ta' interessi
fil-ġudikatura, u rieżami possibbli tal-mekkaniżmu ta'
ħatra preżenti li permezz tiegħu il-President, filwaqt li
jaġixxi skont il-parir tal-Prim Ministru, jaħtar persuni f'konformità
ma' ċerti kriterji bażiċi bl-għażla li jikkonsultaw
il-Kummissjoni għall-Amminsitrazzjoni tal-Ġustizzja. F'Mejju 2013,
il-Kummissjoni għar-Riforma Ħolistika tas-Sistema Ġudizzjarja
("il-Kummissjoni tar-Riforma") issuġġeriet l-istabbiliment
ta' Kummissjoni għall-Ħatriet Ġudizzjarji (li jridu
jinħatru mill-President) biex tirrakkomanda lill-gvern il-ħatra jew
il-promozzjoni tal-membri tal-ġudikatura, fuq il-bażi ta' kriterji
kwalitattivi inkluża l-integrità, soġġetta għal sejħa
għall-applikazzjonijiet, segwita minn kompetizzjoni li tikkonsisti minn
eżamijiet bil-miktub u orali li għandhom isiru fil-pubbliku.[36]
Kummissjoni Dixxiplinarja Ġudizzjarja separata (li trid tinħatar
ukoll mill-President) teżamina l-każijiet ta' pieni jew ta'
tneħħija ta' membri tal-ġudikatura. Il-ġudikatura topponi
dawn il-proposti billi jmorru lil hinn mit-termini ta' referenza
tal-Kummissjoni ta' Riforma. Skont il-ġudikatura, dawn il-proposti jkunu
jiksru l-indipendenza ġudizzjarja. Minflok, il-ġudikatura
tħeġġeġ l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni
għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex tieħu l-inizjattiva,
aktar milli l-istennija għat-tressiq ta' mozzjoni ta' tneħħija
quddiem il-Parlament.[37]
Il-Kummissjoni tar-Riforma ppubblikat ir-rapport finali tagħha
f'Novembru 2013.[38] Il-GRECO
rrakkomanda t-tneħħija ta' ċerti diskrepanzi fil-liġi
Maltija bħal pereżempju pieni aktar ħorox għal attentat ta'
tixħim aktar milli għat-tixħim attwali.[39] Huwa rrakkomanda wkoll iż-żieda
fil-penali għall-eżerċitar tal-influwenza (waħda
mill-akkużi kontra l-eks Prim Imħallef) u emendi riċenti
tal-Kodiċi Kriminali żiedu l-penali kif xieraq għall-eżerċitar
tal-influwenza b'mod sostanzjali.[40]
Il-pieni għall-imħallfin żdiedu wkoll.[41] Barra minn hekk, l-emendi neħħew
il-preskrizzjonijiet ta' żmien għall-abbuż mill-kariga minn
ministri, segretarji parlamentari, MP, sindki, kunsilliera lokali u dawk
kompliċi magħhom.[42] Il-Kummissjoni
Permanenti kontra l-Korruzzjoni (PCAC), entità speċjalizzata li tittratta
esklussivament l-investigazzjoni ta' allegazzjoni jew suspett ta' prattiki ta'
korruzzjoni fl-amministrazzjoni pubblika, ġiet stabbilita fl-1988[43] u tikkonsisti minn President u minn
żewġ membri maħtura mill-President ta' Malta, fuq il-parir
tal-Prim Ministru, mogħti wara konsultazzjoni mal-mexxej
tal-oppożizzjoni. Skont il-liġi, fl-eżerċitar
tal-funzjonijet tagħha, il-PCAC mhijiex soġġetta
għad-direzzjoni jew għall-kontrol ta' kwalunkwe persuna jew awtorità
oħra.[44]
Il-President tal-PCAC jrid ikun maġistrat jew avukat kurrenti jew
preċedenti u l-membri ma jistgħux iservu bħala membri
parlamentari jew ministri. Il-President u l-membri jinħatru għal
ħames snin u ma jistgħux jitneħħew mill-kariga tagħhom
għajr meta ma jkunux jistgħu jaqdu dmirijiethom minħabba nuqqas
ta' saħħa. Il-PCAC tista' tinvestiga l-kondotta ta' kwalunkwe
uffiċjal pubbliku, inklużi l-ministri, s-segretarji parlamentari, kif
ukoll il-prattiki u l-proċeduri tad-dipartimenti tal-gvernijiet,
l-awtoritajiet lokali, il-korpi statutorji jew korpi oħra li fihom
il-gvern għandu interest ta' kontroll jew kontroll effettiv. Il-PCAC
tagħti wkoll struzzjonijiet, pariri u tgħin lill-ministri u lil
uffiċjali oħra fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni. Il-PCAC tmexxi
investigazzjonijiet fuq l-inizjattiva tagħha stess jew wara rapporti li
jaslulha minn persuni oħra u li jkunu kkonfermati b'ġurament.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li ttella' x-xhieda, li titlob fajls
jew evidenza dokumentarja u li tfittex l-għajnuna tal-pulizija.[45] L-istruttura
istituzzjonali tal-PCAC ġiet ikkritikata. Minbarra li hija nieqsa
mir-riżorsi (b'baġit ta' EUR 84 000), il-PCAC ma tistax
taħtar speċjalisti fil-kapaċità proprja tagħha matul
l-investigazzjonijiet iżda trid titlob lill-Prim Ministru biex
jagħmel dan.[46]
Dibattitu dwar riformi possibbli għat-tisħiħ tar-rwol
tagħha f'li tiġġieled il-korruzzjoni ilu għaddej snin.
Fl-2007, il-GRECO diġà nnota li "kważi ħames snin wara
l-adozzjoni tal-[Ewwel] Rapport ta' Evalwazzjoni, ma ttieħdet l-ebda
deċiżjoni biex tagħti aktar setgħa lill-PCAC."[47] F'Lulju 2013,
il-Kummissjoni ta' Riforma pproponiet li l-PCAC titneħħa.[48]
Skont il-Kummissjoni ta' Riforma, l-ebda waħda
mill-425 investigazzjoni li twettqu mill-PCAC sa mill-ħolqien
tagħha fl-1988 ma rriżultat fi proċedimenti kriminali fil-qorti.
Bħala parti minn separazzjoni proposta tal-funzjonijiet tal-Avukat
Ġenerali, il-Kummissjoni ta' Riforma ssuġġeriet li tafda
l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni f'idejn Prosekutur
Ġenerali, biex igawdi minn salvagwardja kostituzzjonali tal-indipendenza u
biex ikun mogħni b'diviżjoni tal-investigazzjonijiet li l-PCAC
m'għandhiex.[49]
Jidher li l-Prosekutur Ġenerali, kif propost mill-Kummissjoni ta' Riforma,
ma jkunx speċjalizzat esklużivament f'każijiet ta' korruzzjoni.
Il-ġudikatura rreaġixxiet bi ftehim kawt dwar xi bidliet
proċedurali u amministrattivi proposti mill-Kummissjoni ta' Riforma.
Madankollu, il-ġudikatura wriet tħassib serju dwar ir-riformi
istituzzjonali proposti, b'mod partikolari dwar dawk li jkunu jillimitaw
il-funzjonijiet u s-setgħat tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni
tal-Ġustizzja.[50]
L-Ippjanar
ambjentali L-għoti ta'
permessi ta' ppjanar, partikolarment għall-iżviluppaturi ta'
proġetti fuq skala kbira wassal għal oġġeżżjoni u
kontroversja. Fl-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2013, 53 %
tal-Maltin li wieġbu jaħsbu li l-korruzzjoni hija mifruxa fost
l-uffiċjali li joħorġu l-permessi għall-bini, l-ogħla
perċentwal fost l-istituzzjonijiet pubbliċi ta' Malta.[51]
In-nuqqas ta'
liġi dwar il-finanzjament tal-partiti jagħmel possibbli li
d-donazzjonijiet jibqgħu mhux dikjarati, u dan jappoġġja
perċezzjoni pubblika li l-permessi fuq skala kbira ma jingħatawx fuq
kriterji oġġettivi.[52] Filwaqt
li l-fatturi mhux relatati mal-korruzzjoni jistgħu wkoll ikunu involuti
fl-iffurmar ta' perċezzjonijiet negattivi tal-Awtorità Maltija
għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), inkluża l-iskuntentizza meta
l-permessi jiġu rifjutati f'konformità mal-politika stabbilita, sejbiet
negattivi mill-awditur preċedenti tal-MEPA rigward ċerti
deċiżjonijiet jidhru li jappoġġjaw il-perċezzjoni
pubblika.[53] Aktar milli
tixħim dirett tal-uffiċjali tal-MEPA, l-allegazzjonijiet ta'
korruzzjoni għandhom tendenza li jikkonsistu minn irregolaritajiet
oħra fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.[54]
L-ebda każ attwali ta' interferenza politika diretta jew pressjoni ma
ġie ppruvat sa issa, għalkemm investigazzjoni tal-midja kkonfermata
mill-awditur preċedenti tal-MEPA żvelat li l-Kummissjoni tal-Kontroll
għall-Iżvilupp (DCC) tal-MEPA pproċessat għadd
suspettużament kbir ta' każijiet fl-aħħar ġimgħa
ta' qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2008 (tliet darbiet aktar milli fl-istess
perjodu s-sena ta' qabel) u f'49 mill-430 każ id-DCC ħarġet
permess għall-bini minkejja r-rakkomandazzjonijiet negattivi
tal-uffiċjali tal-każ. Prattika
tajba: riforma biex tindirizza l-vulnerabbiltà tal-korruzzjoni fl-ippjanar
tal-ambjent u l-għoti ta' permessi ta' żvilupp Wara
t-tnedija ta' konsultazzjoni pubblika ta' disa' xhur, ġie ppubblikat
dokument li jipproponi r-riforma tal-MEPA.[55] Il-pjan
kien imsejjes fuq erba' prinċipji ewlenin: il-konsistenza,
l-effiċjenza, ir-responsabbiltà u l-infurzar. Dan irriżulta
fl-adozzjoni tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Ambjent u l-Iżvilupp 2010,
li fih dispożizzjonijiet dwar l-iżvelar tal-kunflitti ta' interessi
mill-membri, il-persunal u l-konsulenti tal-MEPA. Nuqqas li jiġi żvelat
interess jista' jirriżulta fit-tneħħija mill-kariga jew
fix-xoljiment tal-kuntratt.[56]
Bħala salvagwardja addizzjonali, il-proċedimenti u s-seduti ta'
smigħ rilevanti jinstemgħu fil-pubbliku. Barra
minn hekk, l-Att dwar l-Ombudsman ġie emendat biex jippermetti
lill-Ombudsman jaħtar il-Kummissarji għall-Investigazzjonijiet
Amministrattivi li jitqiesu bħala Uffiċjali tal-Parlament.
Inħatar Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar biex jinvestiga
l-ilmenti relatati mal-MEPA u dan ħa post l-uffiċċju tal-Awditur
tal-MEPA.[57]
Din il-bidla strutturali hija sinifikanti billi l-Kummissarju għandu
l-istess setgħat bħall-Ombudsman u jista', pereżempju,
jirrikjedi l-produzzjoni ta' dokumenti u jtella' x-xhieda kif ukoll jirrappurta
lill-Parlament fejn meħtieġ.[58]
Għandu aktar riżorsi disponibbli u huwa dipendenti mill-MEPA. Meta
tinvestiga każ, il-MEPA tkun infurmata u tingħata żmien
raġonevoli biex tagħmel is-sottomissjonijiet. Ir-rapport annwali
tal-Ombudsman se jinkludi taqsima dwar il-ħidma tal-Kummissarju
għall-Ambjent u l-Ippjanar. Il-Kummissarju se jippubblika wkoll notamenti
regolari dwar il-każ, simili għal dawk ippubblikati mill-Ombudsman,
kif ukoll pubblikazzjonijiet ad hoc dwar prinċipji importanti.[59] L-għadd
ta' lmenti allegatament naqas mir-riforma tal-MEPA 'l hawn. Ir-riforma bdiet
bl-indirizzar ta' dewmien twil fl-ipproċessar iżda saħħet
ukoll il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u
għamlitu aktar trasparenti bl-aċċessibbiltà onlajn tal-fajls
tal-MEPA.[60]
Waħda mill-bidliet l-aktar importanti fil-liġi hija li l-partijiet
terzi li joġġezzjonaw ingħataw aktar setgħa biex jisfidaw
id-deċiżjonijiet. Aktar infurzar u l-possibbiltà li jiġu rtirati
l-permessi żiedu d-deterrenza, filwaqt li applikazzjoni aktar stretta ta'
politiki stabbiliti ġabet magħha aktar konsistenza fil-proċess
tat-teħid tad-deċizjonijiet. It-Tribunal tal-Appelli l-ġdid huwa
wkoll full-time u awtonomu mill-MEPA, filwaqt li s-sistema preċedenti
tal-appelli kienet waħda ta' rikonsiderazzjoni mill-istess Bord. Il-Bord
tal-MEPA u l-Kummissjonijiet għall-Kontroll tal-Iżvilupp jieħdu
deċiżjonijiet miftuħin lill-pubbliku. L-applikazzjonijiet huma
ppubblikati f'reġistru, imqiegħda fil-post, imniżżla
fil-midja, u huma disponibbli fil-kunsilli lokali. Id-deċiżjonijiet
fuq kull applikazzjoni huma mniżżla dak il-ħin stess fil-websajt
tal-MEPA.[61] F'Mejju 2013,
il-gvern u l-MEPA nedew konsultazzjoni pubblika bl-isem Semma' Leħnek
dwar kif tissimplifika s-sistema ta' ppjanar u l-proċeduri oħrajn
fil-MEPA.[62]
Il-proposti għal riforma tal-gvern jinkludu diviżjoni tal-mandati
tal-ippjanar u ambjentali tal-MEPA f'żewġ aġenziji separati, li
għadha ma seħħietx. F'Ottubru 2013, il-MEPA ddeċidiet
li ttejjeb it-trasparenza bil-pubblikazzjoni tal-ismijiet ta' dawk li
jissottomettew rappreżentazzjonijiet jew proposti għar-reviżjoni
tal-pjanijiet lokali. 3.
Il-passi għall-ġejjieni Il-prevenzjoni
u l-indirizzar tal-korruzzjoni huma prijorità f'Malta, u dawn iwasslu għal
riformi li jimmiraw għal trasparenza akbar. Madankollu, il-finanzjament
tal-partiti politiċi jibqa' fil-parti kbira tiegħu mhux regolat. Jeħtieġ
li l-koordinazzjoni titjieb fost l-istituzzjonijiet li jinvestigaw
il-korruzzjoni biex ikun żgurat approċċ simplifikat u ġbir
effettiv tal-evidenza. L-isforzi kontinwi huma wkoll meħtieġa biex
itejbu t-trasparenza tal-ħatriet ġudizzjarji u tat-teħid
tad-deċiżjonijiet fl-ippjanar tal-ambjent. Il-punti li ġejjin
jeħtieġu aktar attenzjoni: ·
L-introduzzjoni tal-obbligi ta' żvelar u
l-limiti fuq id-donazzjonijiet politiċi, il-projbizzjoni fuq
id-donazzjonijiet anonimi li jaqbżu l-limitu raġonevoli,
il-pubblikazzjoni tal-kontijiet tal-partiti awditjati b'mod indipendenti, u
l-monitoraġġ mill-Kummissjoni Elettorali tal-konformità
mar-rekwiżiti ta' trasparenza. ·
Id-definizzjoni ta' proċeduri standard
ċari u regoli dwar it-tqassim tal-każijiet ta' korruzzjoni allegata
fost l-istituzzjoni kompetenti kontra l-korruzzjoni. It-titjib tal-koordinazzjoni
fost dawn l-istituzzjonijiet biex ikun ottimizzat il-ġbir tal-evidenza.
Il-prijoritizzazzjoni tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi
tal-korruzzjoni, u jekk tinżamm il-Kummissjoni Permanenti kontra
l-Korruzzjoni (PCAC), it-twessigħ tal-mandat tagħha u l-għoti
ta' setgħa li taħtar l-ispeċjalisti tagħha b'mod
indipendenti. ·
It-tisħiħ fl-abbiltà
tal-ġudikatura fil-ġestjoni ta' każijiet ta' korruzzjoni
bir-reviżjoni tal-proċedura tal-ħatra tal-imħallfin
biex tkun żgurata għażla trasparenti u msejsa fuq il-merti, u
l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni
għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li jiskopru ksur tal-Kodiċi
ta' Etika għall-Ġudikatura. ·
Riformi li għadhom għadejjin fl-Awtorità
Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex tibni l-fiduċja
pubblika fl-integrità u l-imparzjalità tagħha. [1] Fl-2012,
eks-sindku instab ħati li aċċetta tixħima u ġie
kkundannat għal sena ħabż. [2] http://www.coe.int/t/dghl/monitoring/greco/evaluations/round3/GrecoEval3(2009)2_Malta_One_EN.pdf. [3] Il-Kapitolu 497,
l-Ewwel Skeda. http://www.justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lom&itemid=8963. [4] Il-Kapitolu 496,
http://www.justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lom&itemid=8962 [5] http://www.parlament.mt/selectcommittee. [6] Id-Direttorat
tal-Investigazzjonijiet u tal-Awditjar Intern iwettaq l-awditjar intern u
d-Direttur tiegħu jipprovdi rapport lis-Segretarju Permanenti li taħt
is-superviżjoni tiegħu taqa' l-entità li qed tiġi vverifikata.
Fi żmien xahar mill-wasla ta' rapport bħal dan, is-Segretarju
Permanenti jrid jagħti l-istruzzjonijiet lill min tkun qed issirlu l-verifika
biex jirrimedja kwalunkwe nuqqas u jinforma lid-Direttur kif xieraq.
Id-Direttur jagħmel ir-rapporti ta' segwitu. Kwalunkwe suspett ta'
rregolarità jew frodi jrid jiġi referut lid-Direttur u jekk id-Direttur
ikun tal-opinjoni li l-irregolarità tikkostitwixxi reat kriminali, huwa
obbligat jinforma lill-Avukat Ġenerali. Jekk min-naħa l-oħra,
l-irregolarità tkun ta' natura amminstrattiva, id-Direttur irid jinforma
lis-Segretarju Permanenti dwar min tkun qed issirlu l-verifika. Fil-qadi tal-funzjonijiet
tagħhom, id-Direttur u l-uffiċjali tad-Direttorat ma jkunux
soġġetti għall-ebda influwenza diretta jew indiretta jew
kontroll minn min tkun qed issirlu l-verifika u dawn ma jistgħux
jinfluwenzaw jew jinkontrollaw lil dan tal-aħħar. L-Awditjar Intern u
l-Bord tal-Investigazzjonijiet jissorveljaw il-ħidma tad-Direttorat u
jissalvagwardjaw l-indipendenza tagħha. Il-Kapitolu 461
tal-Liġijiet ta' Malta. Leġiżlazzjoni Sussidjarja 461.02. [7] L-Uffiċċju
Nazzjonali tal-Verifika jitmexxa mill-Awditur Ġenerali maħtur mill-President
li jaġixxi skont reżoluzzjoni tal-Kamra tar-Rappreżentanti
appoġġjat mill-voti ta' mhux anqas minn żewġ terzi
tal-membri kollha tal-Kamra. Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu,
l-Awditur Ġenerali mhu soġġett għall-awtorità u
għall-kontroll tal-ebda persuna. Il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 108(12) [8] Ewrobarometru
Flash 374, 2013. [9] Leġiżlazzjoni
Sussidjarja 174.04. [10] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2013/c 217/15 tad-9 ta'
Lulju 2013. [11] L-Uffiċċju
Nazzjonali tal-Verifika, ir-Rapport dwar il-Verifika ta' Prestazzjoni:
Analiżi tal-Effikaċja tal-Akkwist ta' Fjuwil mill-Korporazzjoni
Enemalta. Is-16 ta' Lulju 2013. http://www.nao.gov.mt/loadfile.ashx?id=e5b06974-1496-4414-8304-cc66f270aaed
[12] http://www3.weforum.org/docs/GCR2013-14/GCR_Rankings_2013-14.pdf. [13] COM(2011)
309 final, Brussell, 6.6.2011; http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/organized-crime-and-human-trafficking/corruption/docs/report_corruption_private_sector_en.pdf. [14] http://ec.europa.eu/europe2020/pdf/themes/07_shadow_economy.pdf. [15] Il-Kapitolu 497,
l-Ewwel Skeda. http://www.justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lom&itemid=8963. [16] Xi
ministri emendaw sussegwentement id-dikjarazzjonijiet tagħhom.
Il-Parlament ta’ Malta, il-Kodiċi ta' Etika għall-Ministri u
s-Segretarji Parlamentari http://www.parlament.mt/codeofethics-ministers?l=1
Paper Laid No: 982 - Dikjarazzjoni ta' assi għall-2012
magħmula skont il-paragrafi 48 u 49 tal-Kodiċi ta' Etika
għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari tal-Gvernijiet tal-Ħdax u
t-Tnax-il Leġiżlaturi, is-17 ta' Lulju 2013 http://www.parlament.mt/file.aspx?f=42424. [17] F'Ottubru 2013,
il-Parlament (il-Mozzjoni Nru 77) ħatar kumitat magħżul
biex jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Parlament għat-twaqqif ta'
Kummissarju għall-istandards, l-etika u l-imġiba tajba fil-ħajja
pubblika. Fis-16 ta' Diċembru 2013, il-kumitat magħżul
ippreżenta abbozz ta' liġi. http://www.parlament.mt/file.aspx?f=45245. [18] L-Abbozz 9
tal-2013, l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Funzjonijiet tal-Membri tal-Parlament
(Bosta Liġijiet)
http://www.parlament.mt/billdetails?bid=431&l=1&legcat=13. [19] Il-Kapitolu 452.
L-Artikolu 28. http://www.justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lom&itemid=8918&l=1. [20] L-Att
dwar il-Protezzjoni tal-Whistleblower http://www.justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lp&itemid=25151&l=1. [21] Il-Kodiċi
ta' Etika tal-Membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti. http://www.parlament.mt/codeofethics-mp?l=1. [22] http://www.coe.int/t/dghl/monitoring/greco/evaluations/round3/GrecoEval3%282009%292_Malta_Two_EN.pdf
il-punt 65. [23] Il-paragrafu 61.
http://www.coe.int/t/dghl/monitoring/greco/evaluations/round3/GrecoEval3%282009%292_Malta_Two_EN.pdf. [24] Skont
l-Artikolu 60 tal-Kostituzzjoni, il-membri tal-Kummissjoni Elettorali
jinħatru mill-President, li jaġġixxi f'konformità mal-parir
tal-Prim Minitru, mogħti wara li jkun ikkonsulta l-Kap
tal-Oppożizzjoni. "Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha skont din
il-Kostituzzjoni, il-Kummissjoni Elettorali m'hijiex suġġetta
għad-direzzjoni jew għall-kontroll ta' persuna jew ta' awtorità
oħra". http://justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lom&itemid=8566. [25] Il-Grupp
ta' Stati tal-Kunsill Ewropew kontra l-korruzzjoni (2011) Niġġieldu
l-Korruzzjoni: Il-Finanzjament Politiku: Reviżjoni tematika tat-Tielet
Rawnd ta' Evalwazzjoni tal-GRECO. Strasburgu: GRECO, 57212, pp. 9-10,
il-paragrafu 14. http://www.coe.int/t/dghl/monitoring/greco/general/DOUBLET_EN.pdf. [26] http://www.coe.int/t/dghl/monitoring/greco/evaluations/round3/GrecoEval3%282009%292_Malta_Two_EN.pdf. [27] http://www.coe.int/t/dghl/monitoring/greco/evaluations/round3/GrecoRC3%282011%2911_Malta_EN.pdf. [28] L-Ombudsman jinvestiga u jsib soluzzjoni għall-ilmenti
taċ-ċittadini dwar il-korpi pubbliċi, u jikkontribwixxi
għal titjib fil-kwalità tal-amministrazzjoni pubblika. http://www.ombudsman.org.mt/index.asp?pg=missionstatement. [29] L-Artikolu 120E
tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tar-Rappreżentanti. [30] Il-Manifest
Elettorali tal-gvern il-ġdid li tela' f'Marzu 2013 iwiegħed li
jżid is-setgħat investigattivi tal-Awditur Ġenerali
speċjalment fir-rigward ta' xiehda mhux kooperattivi u li possibbilment
jintużaw tali setgħat ukoll biex jinfetħu mill-ġdid
każijiet tal-imgħoddi li ma setgħux ikunu aktar investigati
minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tax-xhieda. [31] L-investigazzjonijiet
min-NAO jew minn oħrajn ma jipprekludux il-pulizija milli jwettqu
l-investigazzjoni tagħhom jew milli jħarrku persuni supettati. [32] L-Istrateġija
Nazzjonali kontra l-Frodi u l-Korruzzjoni (National strategy against fraud and
corruption), pp. 39-41. [33] L-Att
dwar l-Inkjesti (Inquiries Act), il-Kaptiolu 273. http://justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lom&itemid=8763. [34] Meta mitluba
mill-Prim Ministru, il-Kummissjoni għall-Ammistrazzjoni tal-Ġustizzja
tagħti pariri dwar il-ħatra tal-imħallfin u l-maġistrati.
Il-Kummissjoni tiddeċiedi wkoll jekk hemmx każ prima facie li
jiġi denunzjat imħallef jew maġistrat meta titressaq mozzjoni
għal denunzja fil-Parlament. [35] Madankollu, l-imħallef
iddeċieda li ma jerġax jikkontesta għall-president tal-kumitat
Olimpiku meta jiskadi l-mandat tiegħu. Il-maġistrat inkwistjoni
ħa l-ġurament tal-ħatra bħala mħallef
f'Ġunju 2013. [36] Il-Kummissjoni
għar-Riforma Ħolistika tas-Sistema Ġudizzjarja, l-Ewwel Dokument
għall-Konsultazzjoni Pubblika. Mejju 2013. http://mhas.gov.mt/en/MHAS-Information/KRHG/Documents/Document%20for%20Public%20Consultation%20by%20the%20Commission%20for%20the%20Holistic%20Reform%20of%20the%20Justice%20System.pdf. [37] Il-Ġudikatura
ta' Malta, l-imħallfin u l-Maġistrati jippreżentaw il-fehmiet
tagħhom. Awwissu 2013 http://www.judiciarymalta.gov.mt/newsdetails?id=90. [38] https://opm.gov.mt/en/krhg/Documents/Rapport%20Finali.pdf. [39] L-Artikolu 120
tal-Kodiċi Kriminali. [40] L-Att IV
tal-2013, fis-seħħ minn Ġunju 2013. Il-piena
għall-eżerċitar tal-influwenza għall-qligħ
żdiedet minn 3-18 il xahar għal 3-6 snin. [41] L-Artikolu 117
tal-Kodiċi Kriminali. [42] L-Artikolu 115
tal-Kodiċi Kriminali. [43] L-Att XXII
tal-1988. [44] L-Att dwar il-Kummissjoni
Permanenti kontra l-Korruzzjoni, il-Kapitolu 326. [45] http://mhas.gov.mt/en/MHAS-Departments/Justice/Pages/Permanent-Commission-Against-Corruption.aspx. [46] Flimkien
mal-PCAC, il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, il-Pulizija,
l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ġudikatura llimitaw
ir-riżorsi u l-persunal tagħhom. [47] Addendum
għar-Rapport ta' Konformità dwar Malta (L-Ewwel Rawnd ta' Evalwazzjoni),
adottat mill-GRECO fl-34 Laqgħa Plenarja tiegħu (Strasburgu,
is-16-19 ta' Ottubru 2007), Greco RC-I (2005) 3E. [48] Kummissjoni dwar
Riforma Ħolistika fil Qasam tal-Gustizzja, It-Tieni Dokument
għall-Konsultazzjoni Pubblika. Lulju 2013. http://mhas.gov.mt/en/MHAS-Information/KRHG/Documents/00%20Consultation%20Document%2029%2007%2013%20Final%20Versionx.pdf
Ir-rapport finali tal-Kummissjoni ta' Riforma kien ippubblikat
f'Novembru 2013. https://opm.gov.mt/en/krhg/Documents/Rapport%20Finali.pdf. [49] Kummissjoni dwar
Riforma Ħolistika fil Qasam tal-Gustizzja, It-Tieni Dokument
għall-Konsultazzjoni Pubblika. Lulju 2013. http://mhas.gov.mt/en/MHAS-Information/KRHG/Documents/00%20Consultation%20Document%2029%2007%2013%20Final%20Versionx.pdf,
pp. 89-90. [50]
Il-Ġudikatura ta' Malta (2013) Il-Ġudikatura tirreaġixxi
għat-tieni rapport http://www.judiciarymalta.gov.mt/newsdetails?id=93. [51] L-Ewrobarometru
Speċjali 397, 2013. [52] Fl-2010,
stħarriġ dwar is-sensibilizzazzjoni pubblika kkummissjonata mill-MEPA
żvelat li 63 % tal-Maltin jemmnu li l-għażla tal-perit
magħmula mill-applikant stess għandha konnessjoni diretta fuq
id-deċiżjonijiet tal-MEPA. [53] Il-każijiet
kienu prinċipalment jinvolvu nuqqas ta' ġustifikazzjoni għall-għoti
ta' permessi u t-twarrib tal-politika stabbilita. Fost dawk l-aktar
magħrufa huma l-Permessi Irregolari ta' Supermarkits (żewġ
każijiet li jinvolvu l-istess żviluppatur f'postijiet differenti) li
wassal għar-riżenja en masse tal-Kummissjoni għall-Kontroll
tal-Iżvilupp tal-MEPA wara l-opinjoni negattiva tal-Awditur tal-MEPA;
il-każ tal-Villa ta' Baħrija (l-2009) fejn l-Awditur tal-MEPA
reġa' sab li d-DCC kienet injorat il-politiki u l-parir mill-korpi
kostitwiti b'mod xieraq tal-MEPA. [54] Hemm biss każ
wieħed, li għadu għaddej, fejn uffiċjal tal-MEPA
allegatament talab tixħima bħala kumpens għall-ħruġ
ta' ċertifikat ta' konformità. [55] "Pjan
għar-riforma tal-MEPA, id-9 ta' Lulju 2009. https://opm.gov.mt/file.aspx?f=1224. [56] Il-Kapitolu 504,
l-Artikolu 16. [57]
Ir-Regola 20(1) tar-Regoli dwar
il-Kummissarji għall-Investigazzjonijiet Amministrattivi (Funzjonijiet),
2012. [58] Ara
wkoll l-Artikolu 19 tal-Att dwar l-Ombudsman. [59] Ibid. [60] http://www.mepa.org.mt/permitting. [61] http://www.mepa.org.mt/topics-planning [62] L-Awtorità
Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, Semma' Leħnek http://www.mepa.org.mt/semma-lehnek.