22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/906


P7_TA(2014)0401

Ftehim Qafas UE-Repubblika tal-Korea fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mar-riammissjoni ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' materji relatati mar-riammissjoni (05290/2014 – C7-0046/2014 – 2013/0267A(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 443/77)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05290/2014),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (06151/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0046/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0267/2014),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea.