9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/657


P7_TA(2014)0243

Il-Fond għas-Sigurtà Interna (Fruntieri esterni u viżi) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (COM(2011)0750 – C7-0441/2011 – 2011/0365(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 378/73)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0750),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0441/2011),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2012 (1),

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Lulju 2012 (2),

—

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat ta’ Negozjati Interistituzzjonali dwar il-proposta (3),

—

wara li kkunsidra l-impenn meħud tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits (A7-0025/2014),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 299, 4.10.2012, p. 108.

(2)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 23.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0019.


P7_TC1-COD(2011)0365

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 515/2014.)