9.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/297 |
P7_TA(2014)0182
L-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika KE-Stati Uniti ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (15854/2013 – C7-0462/2013 – 2013/0351(NLE))
(Approvazzjoni)
(2017/C 378/36)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (15854/2013), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika, |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0462/2013), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), subparagrafi 1 u 3, u l-Artikoli 81(2), 90(7) u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0126/2014), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-estensjoni tal-Ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika. |