29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/623


P7_TA(2014)0158

L-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku (COM(2012)0721 – C7-0394/2012 – 2012/0340(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 285/63)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0721),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0394/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0460/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 271, 19.9.2013, p. 116.


P7_TC1-COD(2012)0340

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku u s-siti elettroniċi operati minn entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi [Em. 1]

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ix-xejra lejn soċjetà diġitali tagħti lill-utenti mezzi ġodda biex jaċċessaw l-informazzjoni u s-servizzi. Il-fornituri ta’ informazzjoni u ta’ servizzi, bħall-entitajiet tas-settur pubbliku, jiddependu dejjem iktar mill-internet sabiex jipproduċu, jiġbru u jipprovdu firxa wiesgħa ta’ informazzjoni u servizzi fuq l-internet, li huma essenzjali għall-pubbliku. F'dak ir-rigward, is-sigurtà tat-trażmissjoni tal-informazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta personali huma ta' importanza kbira. [Em. 2]

(2)

L-“aċċessibbiltà tal-internet” tirreferi għall-prinċipji u t-tekniki li għandhom jiġu osservati fil-bini ta’ siti elettroniċi, bil-għan li l-kontenut ta’ tali siti elettroniċi isir aċċessibbli għall-utenti kollha, b'mod partikulari l-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabbiltà. Il-kontenut tas-siti elettroniċi jinkludi informazzjoni testwali kif ukoll mhux testwali, minbarra t-tniżżil ta’ formoli u l-interazzjoni f'żewġ direzzjonijiet, ngħidu aħna, l-ipproċessar ta’ formoli diġitali, l-awtentikazzjoni, u tranżazzjonijiet bħall-ġestjoni ta’ kazijiet u ħlasijiet. [Em. 3]

(2a)

L-aċċessibbiltà tal-internet, speċifikament impenn biex is-siti elettroniċi pubbliċi kollha jsiru aċċessibbli sal-2010, ġiet inkluża fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Riga tal-11 ta' Ġunju 2006 dwar l-Inklużjoni elettronika; [Em. 4]

(2b)

Minkejja li din id-Direttiva ma tapplikax għas-siti elettroniċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, dawk l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti inklużi f'din id-Direttiva u jagħtu eżempju ta' prassi tajba. [Em. 5]

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-15 ta' Diċembru 2010 bit-titolu “ Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropew għall-Gvern Elettroniku 2011-2015  (3) isejjaħ għal - L-użu tal-ICT għall-promozzjoni ta' gvern intelliġenti, sostenibbli u innovattiv” il-Kummissjoni talbet li jkun hemm azzjoni biex jiġu żviluppati servizzi ta’ gvern elettroniku li jiżguraw l-inklużività u l-aċċessibbiltà. Fl-istess waqt, jinħtieġu aktar sforzi għall-implimentazzjoni effettiva tal-politika dwar l-Inklużjoni elettronika, immirata biex tnaqqas id-distakk fl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u tippromwovi l-użu tal-ICT biex tingħeleb l-esklużjoni, u biex jitjiebu l-prestazzjoni ekonomika, l-opportunitajiet ta' impjieg, il-kwalità tal-ħajja, il-parteċipazzjoni soċjali u l-koeżjoni, inklużi l-konsultazzjonijiet demokratiċi. [Em. 6]

(4)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Mejju 2010 bit-titolu “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”  (4) , Inizjattiva tal-istrateġija Ewropa 2020, il-Kummissjoni ħabbret li, sal-2015, is-siti elettroniċi tas-settur pubbliku (u s-siti elettroniċi li jipprovdu servizzi bażiċi liċ-ċittadini) għandhom ikunu aċċessibbli bis-sħiħ. [Em. 7]

(4a)

Hemm ir-riskju li l-esklużjoni diġitali tolqot lill-persuni anzjani, minħabba fatturi bħan-nuqqas ta’ ħiliet tal-ICT u nuqqas ta' aċċess għall-Internet. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2011 intitolata 'L-inizjattiva Ewropea i2010 dwar l-Inklużjoni elettronika “Biex inkunu parti mis-soċjetà tal-informazzjoni”' għandha l-għan li tiżgura li l-gruppi kollha ta’ utenti jkollhom l-aqwa opportunitajiet possibbli biex jużaw l-Internet u jiffamiljarizzaw ruħhom mal-ICTs. L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tipproponi serje ta’ miżuri għall-promozzjoni tal-użu tal-ICTs il-ġodda minn gruppi żvantaġġati ta’ utenti bħall-persuni anzjani. [Em. 8]

(5)

Il-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Horizon 2020) (5), u l-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-imprizi zgħar u ta' daqs medju (COSME) (6), jappoġġaw ir-riċerka u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-problemi tal-aċċessibbiltà.

(6)

Bir-ratifikazzjoni tagħhom tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Jeddijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (“il-Konvenzjoni tan-NU”), il-maġġoranza tal-Istati Membri, flimkien mal-Unjoni, intrabru li “jiżguraw li l-persuni b'diżabbiltà jkunu jistgħu jaċċessaw, b'kundizzjonijiet indaqs ma' ħaddieħor, teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, fost l-oħrajn”, kif ukoll li “jieħdu l-miżuri meħtieġa […] biex jippromwovu l-aċċess tal-persuni b'diżabbiltà għal teknoloġiji u sistemi ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, inkluż l-internet.”

(6a)

Skont il-Konvenzjoni tan-NU, l-approċċ ta' disinn universali għandu jservi bħala l-bażi għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda. [Em. 9]

(7)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2010 bit-titolu “ L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà 2010-2020  (7) Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli”, li għandha l-għan li tkisser l-ostakoli li jżommu lil persuni b'diżabbiltà milli jipparteċipaw fis-soċjali fuq bażi ugwali, tibni fuq il-Konvenzjoni tan-UN, u tinkludi azzjonijiet f'għadd ta' oqsma prijoritarji, inkluża l-aċċessibbiltà tal-internet, bil-għan li “tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi, inklużi s-servizzi pubbliċi u t-tagħmir ta’ assistenza għall-persuni b'diżabbiltà.”[Em. 10]

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jinkludi ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-aċċessibbiltà tal-ICTs. Madankollu, ma jindirizzax l-ispeċifiċitajiet tal-aċċessibbiltà tal-internet.

(8a)

Fir-riżoluzzjoni tagħha tal-25 ta' Ottubru 2011  (9) , il-Parlament Ewropew enfasizza li ekonomiji innovattivi u bbażati fuq l-għarfien ma jistgħux jiżviluppaw mingħajr kontenut u forom aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà regolati permezz ta' leġiżlazzjoni vinkolanti, bħalma huma paġni tal-Internet li jkunu aċċessibbli għall-għomja u kontenut bis-sottotitoli għal dawk li jbatu biex jisimgħu, inklużi s-servizzi tal-midja tal-massa, servizzi onlajn għall-persuni li jużaw il-lingwa tas-sinjali, applikazzjonijiet tal-ismart phone u għajnuniet tattili u vokali fil-midja pubblika; [Em. 11]

(8b)

L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tenfasizza l-importanza tal-azzjonijiet pożittivi li jgħinu lill-persuni b’diżabbiltà biex jaċċedu għal kontenut kulturali bħala element fundamentali tat-tgawdija sħiħa taċ-ċittadinanza Ewropea u jitlob li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa tal-Memorandum ta’ Qbil dwar l-Aċċess Diġitali għall-persuni d’diżabbiltà. Il-produzzjoni ta’ dokumenti bħal rapporti, kotba u testi leġiżlattivi disponibbli f'siti pubbliċi b'mod li jkunu għal kollox aċċessibbli, flimkien mal-appoġġ għas-settur privat li ntalab bil-ħsieb li jiġu inċentivati l-investimenti f’dan il-qasam, tista’ tagħti kontribut importanti biex jintlaħaq dak l-objettiv u jkun promoss l-iżvilupp tal-ħiliet u opportunitajiet għall-fornituri tas-servizzi fi ħdan l-Unjoni. [Em. 12]

(9)

Is-suq tal-aċċessibbiltà tal-internet, li qed jikber b'ritmu mgħaġġel, jinkludi firxa ta' operaturi ekonomiċi, bħal dawk li jiżviluppaw websajts siti elettroniċi jew għodda tas-software biex joħolqu, jiġġestixxu u jittestjaw paġni elettroniċi, jiżviluppaw aġenti għall-utenti bħal browsers tal-internet u teknoloġiji relatati ta' assistenza, jimplimentaw servizzi ta' ċertifikazzjoni, u jipprovdu taħriġ u l-feeds tal-midja soċjali integrati fis-siti elettroniċi . F'dak ir-rigward huma ta' importanza kbira l-isforzi magħmula fil-qafas tal-Gran Koalizzjoni għal Impjiegi Diġitali, li hija segwitu għall-Pakkett tal-Impjieg u li tindirizza l-ispeċjalisti tal-ICT u għandha l-għan li tittratta n-nuqqasijiet fil-ħiliet, inklużi l-litteriżmu u l-ħiliet tax-xogħol fis-settur tal-ICT . [Em. 13]

(10)

Għadd ta’ Stati Membri adottaw miżuri msejsa fuq linjigwida użati internazzjonalment għad-disinn ta’ siti elettroniċis aċċessibbli, iżda l-gwida pprovduta tirreferi ta’ sikwit għal verżjonijiet differenti jew għal livelli differenti ta’ konformità ma' dawk l-istess linjigwida, jew inkella ġew introdotti varjazzjonijiet teknoloġiċi fuq il-livell nazzjonali.

(11)

Il-fornituri tal-aċċessibbiltà tal-internet jinkludu għadd kbir ta' intrapriżi żgħar u medji (SMEs). Il-fornituri, u l-SMEs b'mod partikulari, huma skoraġġuti milli jidħlu fi proġetti ta’ negozji 'l barra mis-swieq nazzjonali tagħhom. Minħabba d-differenzi fl-ispeċifikazzjonijiet u r-regolamenti tal-aċċessibbiltà tal-internet, il-kompetittività u t-tkabbir tagħhom jixxekklu mill-kostijiet addizzjonali li jkunu jġarrbu fl-iżvilupp u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u servizzi marbutin mal-aċċessibbiltà ta’ siti elettroniċi transfruntieri.

(11a)

Il-garanzija ta’ newtralità tan-netwerk hija essenzjali biex is-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku jibqgħu aċċessibbli issa u fil-ġejjieni, u biex l-internet ikun miftuħ. [Em. 14]

(12)

Ix-xerrejja tas-siti elettroniċi u ta' prodotti u servizzi relatati jħabbtu wiċċhom ma' prezzijiet għaljin fl-għoti ta' servizz, jew ma' dipendenza minn fornitur wieħed, minħabba kompetizzjoni limitata. Il-fornituri spiss jiffavorixxu varjazzjonijiet ta’ “standards” proprjetarji, fatt li jfixkel il-possibbiltà ta' firxa usa' fil-futur għall-interoperabbiltà ta' aġenti għall-utenti, kif ukoll l-aċċess mal-Unjoni kollha għall-kontenut ta' siti elettroniċi. Il-frammentazzjoni fost ir-regolamenti nazzjonali tnaqqas il-benefiċċji li jistgħu jirriżultaw mill-kondiviżjoni ta' esperjenzi ma' pari nazzjonali u internazzjonali fir-risposta tagħhom għall-iżviluppi soċjetali u teknoloġiċi.

(13)

Biex tisparixxi tali frammentazzjoni, jeħtieġ li jitqarrbu l-miżuri nazzjonali fuq il-livell tal-Unjoni, abbażi ta' ftehim dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-websajts għas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku u għas-siti elettroniċi operati minn entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi . Dan għandu jnaqqas l-inċertezza għall-iżviluppaturi ta’ websajts siti elettroniċi , u għandu jrawwem l-interoperabbiltà. Bl-użu L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-internet adegwati u interoperabbli meta jinħarġu l-offerti għall-kontenuti tas-siti. Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-internet li jkunu teknoloġikament newtrali, mhijiex ser tkun imfixkla mhumiex ser ifixklu l-innovazzjoni, anzi għandha għandhom mnejn tiġi stimulata jistimulawha . [Em. 15]

(14)

Approċċ armonizzat għandu jippermetti wkoll lill-entitajiet tas-settur pubbliku u lill-intrapriżi tal-UE jiksbu benefiċċji soċjali u ekonomiċi mit-twessigħ tal-għoti ta' servizzi onlajn biex jinkludi lil iktar ċittadini u konsumaturi. Dan għandu jżid il-potenzjal tas-suq intern għal prodotti u servizzi ta’ aċċessibbiltà tal-internet u jkompli t-twettiq tas-suq uniku diġitali . It-tkabbir tas-suq li jirriżulta minn dan għandu jippermetti lill-impriżi jikkontribwixxu lejn il-ħolqien tal-impjieg u t-tkabbir ekonomiku fi ħdan l-Unjoni. Billi jissaħħaħ is-suq intern, l-investiment fl-Unjoni jsir aktar attraenti. Il-gvernijiet jistgħu jibbenefikaw minn forniment orħos tal-aċċessibbiltà tal-internet. [Em. 16]

(15)

Iċ-ċittadini għandhom igawdu minn aċċess usa' għal servizzi pubbliċi onlajn tas-settur pubbliku, għandhom ikunu jistgħu jaċċedu għal kontenut kulturali u ta' divertiment li jippermettilhom jintegraw b’mod sħiħ fil-livell soċjali u professjonali, u għandhom jirċievu servizzi u informazzjoni li jiffaċilitaw l-eżerċizzju il-ħajja ta' kuljum tagħhom u t-tgawdija ta' jeddijiethom mal-Unjoni kollha, b'mod partikolari l-jedd li jiċċaqalqu u jgħixu bil-libertà kollha fit-territorju tal-Unjoni, id-dritt tagħhom ta' aċċess għall-informazzjoni kif ukoll il-libertà ta' stabbiliment u tal-forniment ta' servizzi. [Em. 17]

(15a)

Is-servizzi onlajn għandhom importanza dejjem akbar fis-soċjetà tagħna. L-internet huwa għodda essenzjali li joffri aċċess għall-informazzjoni, it-taħriġ u l-parteċipazzjoni soċjali. Għaldaqstant, fl-interess tal-inklużjoni soċjali, il-persuni kollha għandu jkollhom aċċess bla xkiel għas-siti elettroniċi ta' entitajiet tas-settur pubbliku, kif ukoll għal siti elettroniċi li jipprovdu servizzi bażiċi lill-pubbliku, pereżempju paġni ta' aħbarijiet ewlenin u libreriji multimedjali, servizzi bankarji (“online banking”), informazzjoni u servizzi ta' gruppi ta' interess, eċċ. [Em. 18]

(16)

Ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-internet iddefiniti f'din id-Direttiva huma teknoloġikament newtrali. Jindikaw biss liema funzjonalitajiet bażiċi għandhom jiġu sodisfati biex l-utent ikunu jista' b'mod awtonomu jipperċipixxi, jinnaviga, jopera, interaġixxi, jaqra jew jifhem sit elettroniku u l-kontenut tiegħu. Ma jispeċifikawx kif dan għandu jinkiseb, jew liema teknoloġija għandha tintgħażel għal sit elettroniku partikulari, informazzjoni partikulari, jew applikazzjoni partikulari. Minnhom infushom dawn ma jfixklux l-innovazzjoni.

(17)

L-interoperabbiltà marbuta mal-aċċessibbiltà tal-internet għandha tissejjes fuq speċifikazzjonijiet adottati u użati b'mod komuni, li jkattru kemm jista' jkun il-kompatibbiltà tal-kontenut ta' siti elettroniċi ma' aġenti għall-utenti attwali u tal-futur, kif ukoll ma' teknoloġiji ta' assistenza. B'mod aktar speċifiku, il-kontenut ta’ sit elettroniku għandu jipprovdi lill-aġenti għall-utenti b'kodifikazzjoni interna komuni ta’ lingwaġġ naturali, strutturi, relazzjonijiet u sekwenzi, kif ukoll bid-dejta ta' kwalunkwe komponent integrat ta' interfaċċa għall-utenti. Għaldaqstant, l-interoperabbiltà tibbenefika lill-utenti, billi tippermettilhom iħaddmu l-aġenti għall-utenti tagħhom b'mod ubikwu biex jaċċessaw siti elettroniċi: jistgħu jgawdu wkoll minn għażla usa' u minn prezzijiet imnaqqsa mal-Unjoni kollha. L-interoperabbiltà tkun tibbenefika wkoll lill-fornituri u lix-xerrejja tal-prodotti u s-servizzi relatati mal-aċċessibbiltà tal-internet.

(18)

Kif inhu ssottolinjat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropea, l-awtoritajiet pubbliċu għandhom jaqdu r-rwol tagħhom fil-promozzjoni tas-swieq għall-kontenut onlajn. Il-gvernijiet jistgħu jistimulaw is-swieq tal-kontenut billi jrendu l-informazzjoni tas-settur pubbliku disponibbli f’termini ta’ trasparenza, effikaċja u nondiskriminazzjoni. Din hija għajn importanti ta’ tkabbir potenzjali ta' servizzi onlajn innovattivi.

(18a)

Għandu jkun possibbli għall-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri li jeżiġu li ċerti siti elettroniċi jiġu trasferiti fuq servers fl-Unjoni sabiex jiġi evitat spjunaġġ minn partijiet barra l-Unjoni jew kxif ta’ informazzjoni u biex jiġi żgurat li l-partijiet barra l-Unjoni ma jkunux jistgħu jagħlqu s-servizzi li huma importanti għal raġunijiet ta’ sigurtà. [Em. 19]

(19)

Din id-Direttiva għandha timmira li tiżgura li ċerti tipi ta’ siti s-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku kollha u s-siti elettroniċi operati mill-entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi li huma essenzjali għall-pubbliku jsiru aċċessibbli għalih, skont rekwiżiti komuni. Tali tipi għal kollox għal persuni b’diżabbiltà biex jiġu ffaċilitati l-għajxien tagħhom b’mod indipendenti u l-parteċipazzjoni tagħhom b’mod sħiħ fl-aspetti kollha tal-ħajja kif iddikjarat fil-Konvenzjoni tan-NU. It-tipi ta’ siti elettroniċi ġew identifikati fl-eżerċizzju operati minn entitajeit li jipprovdu servizzi bażiċi li għandhom ikunu koperti permezz ta’ valutazzjoni komparattiva tal-gvern elettroniku fl-2001  (10) , u ġew użati bħala bażi għal-lista mogħtija din id-Direttiva għandhom jiġu elenkati fl-Anness. L-iskadenzi għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom ikunu mifruxa sabiex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni biex jinkludi s-siti elettroniċi kollha tal-entitajiet pubbliċi li jagħtu servizzi direttament lill-pubbliku. [Em. 20]

(20)

Din id-Direttiva tistipula rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-internet għal ċerti tipi ta' siti għas-siti elettroniċi kollha ta' entitajiet tas-settur pubbliku u dawk operati minn entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi . Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tas-siti elettroniċi kkonċernati ma’ dawk ir-rekwiżiti, jeħtieġ li tkun ipprovduta l-preżunzjoni tal-konformità għas-siti elettroniċi kkonċernati li jilħqu standards armonizzati li jiġu adottati u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Deċiżjoni 87/95/KEE u d-Deċiżjoni 1673/2006/KE, bil-għan li jiġu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi ddettaljati għal dawk ir-rekwiżiti. Skont dan dak ir-Regolament, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew għandu jkollhom il-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-istandards armonizzati li jqisu li ma jilħqux bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet stipulati f'din id-Direttiva. [Em. 21]

(21)

Il-Kummissjoni diġà ħarġet il-Mandat M/376 (12) lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, biex jiżviluppaw standard armonizzat li jispeċifika r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà funzjonali għall-prodotti u s-servizzi tal-ICT, inkluż il-kontenut ta' siti elettroniċi, li jistgħu jintużaw fl-akkwist pubbliku, kif ukoll għal finijiet oħra bħall-akkwist fis-settur privat. Għal dak il-għan, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni huma mitluba jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib ma' fora u konsorzji rilevanti ta’ standards industrijali, inkluż il-World Wide Web Consortium (W3C/WAI). Standard armonizzat li jkun jipprovdi l-preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet stipulati f'din id-Direttiva għandu jissejjes fuq ir-riżultat ta' dik il-ħidma.

(21a)

Fil-preparazzjoni u r-reviżjonijiet futuri potenzjali tal-istandards Ewropej u armonizzati rilevanti, l-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej għandhom jiġu mħeġġa bis-saħħa biex jiżguraw il-koerenza mal-istandards internazzjonali rilevanti (attwalment l-ISO/IEC 40500), sabiex jevitaw kwalunkwe frammentazzjoni jew inċertezza legali. [Em. 22]

(22)

Sakemm ir-referenzi ta’ tali standard armonizzat jew partijiet minnu ma jiġux ippubblikati, is-siti elettroniċi kkonċernati li jilħqu l-istandards Ewropej jew partijiet minnhom, li jkunu ġew determinati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ddelegati għandhom jiġu preżunti li jkunu f'konformita' mar-rekwiżiti ta' aċċessibilita' tal-internet koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom. Kandidat għal tali standard armonizzat jista' jkun l-istandard Ewropew li għandu jiġi adottat abbażi tal-mandat M/376.

(23)

Fin-nuqqas ta’ tali standard Ewropew, il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet għandha tingħata għas-siti elettroniċi kkonċernati li jilħqu dawk il-partijiet tal-istandard internazzjonali ISO/IEC 40500:2012 li jkopru l-Kriterji ta’ Suċċess u r-Rekwiżiti tal-Konformità għall-konformità tal-livell AA. L-istandard ISO/IEC 40500:2012 huwa eżattament identiku għall-Web Content Accessibility Guidelines (WCAG) 2.0 oriġinali. Is-Success Criteria and Requirements for Level AA conformance, speċifikati għall-paġni elettroniċi fil-verżjoni 2.0 tal-Linjigwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut fuq l-Internet (WCAG 2.0) mid-W3C, huma rikonoxxuti b'mod wiesa' minn partijiet interessati, kemm fuq il-livell Ewropew kif ukoll fuq dak internazzjonali, li jipprovdu l-bażi għal speċifikazzjonijiet xierqa ta' aċċessibbiltà tal-internet. Dan saħqu fuqu l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar aoċjetà ta' informazzjoni aċċessibbli tal-31 ta' Marzu 2009.

(24)

Il-konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet għandha tiġi mmonitorjata b'mod kontinwu sa mill-bini inizjali tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku, tas-sit elettroniku konċernat u tul l-aġġornamenti kollha sussegwenti tal-kontenut tagħhom tiegħu . Il-ħatra ta' awtorità kompetenti f'kull Stat Membru bħala l-entità tal-infurzar, tkun mezz adegwat biex ikun żgurat li l-konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet tkun monitorjata u infurzata rigorożament, bl-involviment mill-qrib tal-partijiet konċernati permezz tal-istabbiliment ta' mekkaniżmu f'każijiet identifikati ta' nuqqas ta' konformità. Metodoloġija armonizzata ta’ monitoraġġ tista' tkopri mod ta’ verifika, fuq bażi uniformi fl-Istati Membri kollha, tal-grad ta’ konformità tas-sit elettroniku konċernat mir-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet, il-ġbir ta' kampjuni rappreżentattivi, u l-perjodiċità tal-monitoraġġ. L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport kull sena sentejn dwar ir-riżultat tal-monitoraġġ, u b'mod aktar ġenerali dwar il-lista ta’ miżuri li jkunu ttieħdu fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. [Em. 23]

(24a)

L-ewwel metodoloġija użata fil-monitoraġġ tal-konformità tas-siti elettroniċi kkonċernati mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet fuq bażi kontinwa għandha tkun adottata permezz ta' atti ta' implimentazzjoni mhux iktar minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. [Em. 24]

(25)

F'qafas armonizzat, l-industrija tal-ħolqien u l-iżvilupp ta' websajts siti elettroniċi għandha taffaċċja inqas xkiel biex topera fis-suq intern, filwaqt li għandhom jitnaqqsu l-kostijiet għall-gvernijiet u għal oħrajn biex jitolbu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ta' aċċessibbiltà tal-internet li jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-impjieg . [Em. 25]

(26)

Sabiex jiġi żgurat li s-siti elettroniċi kkonċernati jsiru aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet stipulati b'din id-Direttiva, u sabiex ikun żgurat li dawk ir-rekwiżiti huma ċari u jinftiehmu għall-partijiet konċernati involuti fl-implimentazzjoni tagħhom , inklużi żviluppaturi esterni tas-siti u l-persunal tal-entitajiet tas-settur pubbliku u entitajiet oħra li jwettqu kompiti pubbliċi, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex tkun tista' tkompli tispeċifika, tipprovdi aktar dettalji , fejn meħtieġ, dawn ir-rekwiżi, xieraq , dwar dawk ir-rekwiżiti, mingħajr ma timmodifikahom, biex tiddetermina l-istandard Ewropew, l-istandards Ewropej jew il-partijiet minnu minnhom , li fin-nuqqas ta’ standards armonizzati jkunu jipprovdu l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet għas-siti elettroniċi kkonċernati li jilħqu tali standards jew partijiet minnhom. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 26]

(27)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandu tingħatalha setgħat ta’ implimentazzjoni. Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-istabbiliment tal-metodoloġija li l-Istati Membri għandhom jużaw għall-monitoraġġ tal-konformità tas-siti elettroniċi kkonċernati ma' dawk ir-rekwiżiti. Għandha tintuża l-proċedura konsultattiva għall-istabbiliment ta' mudell ta' dikjarazzjoni dwar l-aċċessibilita' u l-arranġamenti għar-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(28)

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri, l-istabbiliment ta' suq uniku għall-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku kif ukoll dawk operati minn entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi , ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, għaliex jirrikjedi l-armonizzazzjoni ta’ għadd kbir ta’ regoli differenti li bħalissa jeżistu fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, u għaldaqstant jistgħu jintlaħqu iżda mill-banda l-oħra jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TFUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan imsemmi. L-adozzjoni ta' approċċ armonizzat għall-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi fl-Unjoni tnaqqas l-ispejjeż tal-impriżi li jiżviluppaw is-siti elettroniċi u, konsegwentement anke tal-entitajiet pubbliċi li jużaw is-servizzi tagħhom. Fil-futur, l-aċċess għall-informazzjoni u għas-servizzi pprovduti permezz ta' siti elettroniċi se jkun dejjem aktar importanti għall-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali tal-pubbliku, inkluż l-aċċess għall-impjieg, [Em. 27]

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva timmira li tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-utenti kollha tal-kontenut tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku għall-utenti kollha, u tas-siti elettroniċi operati minn entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi , b'mod partikulari l-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabbiltà u l-persuni anzjani . [Em. 28]

1a.     Skont il-Konvenzjoni tan-NU, il-persuni b’diżabbiltà jinkludu dawk li għandhom limitazzjonijiet fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorjali fit-tul li jistgħu, flimkien ma’ ostakoli varji, jxekklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. [Em. 29]

2.   Din id-Direttiva tistipula r-regoli li skonthom l-Istati Membri għandhom irendu aċċessibbli il-funzjonalità u l-kontenut ta', li t-tipi tagħhom huma speċifikati fl-Anness.:

(a)

siti elettroniċi ta' entitajiet tas-settur pubbliku; u

(b)

siti elettroniċi operati minn entitajiet oħra li jwettqu t-tipi ta' kompiti pubbliċi speċifikati fl-Anness Ia.

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għal tipi oħra kompiti pubbliċi, apparti dawk imsemmija fl-Anness Ia. [Em. 30]

3.   L-Istati Membri jistgħu għandhom jiġu mħeġġa jwessgħu l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għal tipi oħra ta' siti elettroniċi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2. [Em. 31]

3a.     L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva għall-mikrointrapriżi kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE  (14) jekk dawn iwettqu t-tipi ta' kompiti pubbliċi speċifikati fl-Anness Ia ta' din id-Direttiva. [Em. 32]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(-1a)

“Entità tas-settur pubbliku” tfisser l-awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali, il-korpi regolati permezz tad-dritt pubbliku kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (15) , u l-assoċjazzjonijiet magħmulin minn awtorità waħda jew iktar ta’ dan it-tip, jew minn korp wieħed jew iktar ta’ dan it-tip, irregolati permezz tad-dritt pubbliku. [Em. 33]

(-1b)

“Siti elettroniċi li jappartjenu lil entitajiet tas-settur pubbliku” tfisser siti elettroniċi żviluppati, akkwistati, miżmuma jew kofinanzjati mill-entitajiet tas-settur pubbliku jew kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. [Em. 34]

(-1c)

“Siti elettroniċi operati minn entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi” tfisser siti elettroniċi operati minn entitajiet li jwettqu t-tipi ta' kompiti pubbliċi speċifikati fl-Anness Ia. [Em. 35]

(1)

“Siti elettroniċi kkonċernati” tfisser dawk imsemmija il-verżjonijiet kollha tas-siti elettroniċi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Direttiva fosthom dawk imfassla biex jiġu aċċessati permezz ta’ apparat mobbli jew kwalunkwe mezz ieħor . Jekk applikazzjoni ddisinjata mis-sidien ta' sit elettroniku toffri servizzi konnessi mas-sit elettroniku, din id-definizzjoni tapplika wkoll għal applikazzjoni ta' dan it-tip . [Em. 36]

(2)

“Kontenut ta’ siti elettroniċi” tfisser l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata l-komponenti tal-interfaċċa mal-utenti li għandhom jiġu kkomunikati lill-utent permezz ta' aġent għall-utenti, inkluż kodiċi jew mark-up li jiddefinixxu l-istruttura, il-preżentazzjoni u l-interazzjonijiet tal-kontenut. Il-kontenut tas-siti elettroniċi jinkludi informazzjoni testwali u mhux testwali, il-possibilità ta' tniżżil (downloading) ta’ dokumenti u formoli kif ukoll interazzjoni f'żewġ direzzjonijiet, bħall-ipproċessar ta' formoli diġitali u t-twettiq ta' proċessi ta’ awtentikazzjoni, identifikazzjoni u ħlas. Jinkludi wkoll funzjonijiet provduti permezz ta’ siti elettroniċi, li huma esterni għas-sit elettroniku konċernat, pereżempju, permezz tal-użu ta’ ħoloq elettroniċi (web-links), bil-kundizzjoni li s-sit elettroniku estern ikun l-uniku mezz li bih jiġu provduti l-informazzjoni u s-servizz lill-utent . Il-kontenut tas-siti elettroniċi jinkludi wkoll il-kontenut iġġenerat mill-utent u fejn hu teknikament possibbli, il-midja soċjali, meta din tkun integrata f'sit elettroniku. Jinkludi mhux biss il-partijiet tas-sit elettroniku konċernat li joffri servizz speċifiku, iżda s-sit elettroniku kollu relatat miegħu. [Em. 37]

2a.

“Għodda ta' authoring” tfisser kwalunkwe applikazzjoni bbażata fuq l-internet jew mhux ibbażata fuq l-internet li tista' tintuża mill-awturi (weħidhom jew b'mod kollaborattiv) biex toħloq jew timmodifika l-kontenut tal-internet għall-użu minn awturi jew utenti finali oħra. [Em. 38]

(3)

“Aġent għall-utenti” tfisser kwalunkwe software li jiġbor u jippreżenta l-kontenut ta’ sit elettroniku għall-utenti, inklużi brawżers, riprodutturi ta' midja, plug-ins, u programmi oħra li jgħinu fil-ġbir, fil-preżentazzjoni u fl-interazzjoni mal-kontenut fuq sit elettroniku, indipendentement mit-tip ta' tagħmir użat għall-interazzjoni mal-kontenut, inkluż tagħmir mobbli . [Em. 39]

(3a)

“Aċċessibbiltà tal-internet” tfisser il-prinċipji u t-tekniki li għandhom jiġu osservati meta jinbnew is-siti elettroniċi konċernati, sabiex jagħmlu l-kontenut ta' dawn is-siti aċċessibbli għall-utenti kollha, b'mod partikolari għal persuni b'diżabbiltà u persuni anzjani. L-aċċessibbiltà għall-internet tirreferi b’mod partikolari għall-prinċipji u t-tekniki li jtejbu l-perċezzjoni, in-navigazzjoni, l-operat, l-interazzjoni, il-qari u l-fehim tal-utenti, u jinkludi l-użu ta’ teknoloġija assistiva jew awmentattiva u l-komunikazzjoni alternattiva. [Em. 40]

(3b)

“Teknoloġija assistiva” tfisser kwalunkwe hardware jew software li jaġixxi bħala aġent għall-utenti jew flimkien ma' aġent għall-utenti mainstream biex jipprovdi l-funzjonalità biex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tal-utenti b'diżabbiltà li jmorru lil hinn minn dawk offruti minn aġenti għall-utenti mainstream. Dan jinkludi preżentazzjonijiet alternattivi, metodi ta' input alternattivi, mekkaniżmi addizzjonali ta' navigazzjoni jew orjentazzjoni, u trasformazzjonijiet tal-kontenut. [Em. 41]

(3c)

“Disinn universali” tfisser id-disinn ta' prodotti, ambjenti, programmi u servizzi li għandhom jintużaw mill-persuni kollha, fuq firxa kemm jista' jkun wiesgħa, mingħajr il-ħtieġa ta' adattament jew disinn speċjalizzat, kif definit fil-Konvenzjoni tan-NU. M'għandux jeskludi apparat ta' għajnuna għal gruppi partikolari ta' persuni b'diżabbiltà meta dan ikun meħtieġ. [Em. 42]

(4)

“Standard” tfisser standard kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

(5)

“Standard internazzjonali” tfisser standard internazzjonali kif iddefinit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

(6)

“Standard Ewropew” tfisser standard Ewropew kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

(7)

“Standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

(8)

“Entità tas-settur pubbliku” tfisser l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, il-korpi regolati b'liġi pubblika, kif iddefinit fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE, u assoċjazzjonijiet magħmulin minn awtorità waħda jew iktar ta’ dan it-tip, jew minn korp wieħed jew iktar ta’ dan it-tip, irregolati b'liġi pubblika. [Em. 43]

Artikolu 3

Rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-siti elettroniċi kkonċernati jsiru aċċessibbli:

(a)

b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, in-navigazzjoni , l-operat l-interazzjoni, il-ħila li jaqra u l-fehim awtonomi tal-utenti, inkluż bl-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; [Em. 44]

(b)

b'mod li jiffaċilita jiżgura l-interoperabbiltà ma' varjetà wiesgħa ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza fuq il-livell tal-Unjoni u internazzjonali; [Em. 45]

(ba)

permezz ta' approċċ ta' disinn universali. [Em. 46]

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015. [Em. 47]

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 8, biex tkompli tispeċifika, biex tipprovdi aktar dettalji , fejn xieraq, dwar ir-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet imsemmijin fl-paragrafu 1, mingħajr ma timmodifika dawk ir-rekwiżiti . [Em. 48]

Artikolu 4

Preżunzjoni ta' konformità mal-istandards armonizzati

Is-siti elettroniċi kkonċernati li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, imfassla u ppubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-internet koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, kif stabbilit fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 5

Preżunzjoni ta' konformità mal-istandards Ewropej jew internazzjonali

1.   Sakemm ir-referenzi tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 4 ma jkunux ġew ippubblikati, is-siti elettroniċi kkonċernati li jilħqu l-istandards Ewropej jew il-partijiet minnhom li jkunu ġew iddeterminat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet koperti minn dawk l-istess standards jew partijiet minnhom, kif inhu stipulat fl-Artikolu 3(1).

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 8, biex tiddetermina l-istandards Ewropej jew partijiet minnhom imsemmijin fl-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   Sakemm ir-referenzi tal-istandards Ewropej imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkunu għadhom ma ġewx iddeterminati, is-siti elettroniċi kkonċernati li jilħqu l-partijiet tal-istandard ISO/IEC 40500:2012 l-istandard tekniku internazzjonali WCAG 2.0. li jkopru l-Kriterji ta’ Suċċess u r-Rekwiżiti ta’ Konformità għall-konformità tal-Livell AA, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet stipulati fl-Artikolu 3 (1) . [Em. 49]

Artikolu 6

Miżuri addizzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom iħeġġu jiżguraw li s-siti elettroniċi ikkonċernati jipprovdu dikjarazzjoni ċara u konċiża dwar l-aċċessibbiltà tagħhom, b'mod partikulari dwar il-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva, inkluża informazzjoni dwar il-livell ta' konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet relatati mal-kontenut awdjo dirett, u x'aktarx b'informazzjoni addizzjonali dwar l-aċċessibbiltà b'appoġġ lill-utenti biex tappoġġa lill-utenti fil-valutazzjoni tal-livell ta' aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi konċernati . Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f'format aċċessibbli . [Em. 50]

1a.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dikjarazzjoni mudell dwar l-aċċessibbiltà permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9(2). [Em. 50]

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet, kif iddefinit stipulati fl-Artikolu 3 (1) , għas-siti elettroniċi kollha tal-entitajiet tas-settur pubbliku lil hinn minn dawk ikkonċernati, b'mod partikulari, għas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku koperti minn liġijiet nazzjonali jew miżuri relevanti dwar l-aċċessibbiltà tal-internet. [Em. 51]

2a.     L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jappoġġjaw programmi ta' taħriġ fl-aċċessibbiltà tal-internet għall-partijiet konċernati relevanti, inkluż il-persunal tal-entitajiet tas-settur pubbliku u l-entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi, biex joħolqu, jamministraw u jaġġornaw il-paġni tal-internet inkluż il-kontenut tagħhom. [Em. 52]

2b.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iqajmu l-kuxjenza dwar ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-benefiċċji tagħhom għall-utenti u s-sidien tas-siti elettroniċi u dwar il-possibilità li jsiru lmenti f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, kif stabbiliti fl-Artikolu 7a. [Em. 53]

2c.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippromwovu l-użu ta' għodod ta' authoring li jappoġġaw l-ilħuq tal-objettivi ta' din id-Direttiva. [Em. 54]

3.   L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw mekkaniżmi xierqa għal konsultazzjonijiet dwar l-aċċessibbiltà tal-internet ma' partijiet interessati relevanti u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ persuni b’diżabbiltà u tal-anzjani , u għandhom jippubblikaw kull żvilupp fil-politika tal-aċċessibbiltà tal-internet, flimkien mal-esperjenzi u s-sejbiet mill-implimentazzjoni tal-konformità tar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet. [Em. 55]

4.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw fuq il-livell nazzjonali u tal-Unjoni, mal-imsieħba soċjali relevanti, u ma' partijiet interessati tal-industrija u tas-soċjetà ċivili, b'faċilitazzjoni mill-Kummissjoni, bil-għan li jiġu rriveduti, f'rapport annwali kif imsemmi fl-Artikolu 7(4) fl-Artikolu 7b , l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, kif ukoll il-progress li jkun sar fl-aċċessibbiltà tal-internet, u bil-għan ta' skambju tal-aqwa prassi. [Em. 56]

4a.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-imsieħba soċjali relevanti jipparteċipaw fl-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-programmi ta' taħriġ u skemi ta' qawmien ta' kuxjenza, imsemmija fil-paragrafi 2a u 2b rispettivament. [Em. 57]

Artikolu 7

Monitoraġġ u rappurtar [Em. 58]

1.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konformità tas-siti elettroniċi kkonċernati mar-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet b'mod kontinwu, bl-użu tal-metodoloġija pprovduta fil-paragrafu 4.

1a.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta' esperti li jiltaqa' tal-inqas darba kull sentejn, fuq stedina tal-Kummissjoni, biex jiddiskuti r-riżultati tal-monitoraġġ, jiskambja l-aħjar prassi rigward l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u jivvaluta l-ħtieġa għal kwlaunkwe speċifikazzjoni addizzjonali tar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet kif definiti fl-Artikolu 3(1). Dak il-grupp ta' esperti għandu jikkonsisti minn esperti governattivi u privati, u l-partijiet konċernati relevanti, l-anzjani, persuni b'diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom. [Em. 59]

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport kull sena dwar ir-riżultat tal-monitoraġġ li jkun sar skont il-paragrafu 4, inkluża d-dejta ta’ kejl, u fejn xieraq, il-lista tas-siti elettroniċi msemmija fl-Artikolu 1(3). [Em. 60]

3.   Dan ir-rapport għandu jkopri wkoll l-azzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 6. [Em. 61]

4.   Il-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni, għandha tistabblixxi l-metodoloġiji għall-monitoraġġ tal-konformità tas-siti elettroniċi kkonċernati mar-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet kif stipulati fl-Artikolu 3 (1) . Dik il-metodoloġija għandha tkun trasparenti, trasferibbli, kumparabbli u riproduċibbli, u għandha titħejja b’konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet konċernati relevanti tal-industrija u tas-soċjetà ċivili, fosthom b’mod partikolari, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b’diżabbiltà . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3). L-ewwel metodoloġija għandha tiġi adottata sa …  (*1). Dik il-metodoloġija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Il-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi: [Em. 62]

(a)

ir-regolarità tal-monitoraġġ u tat-teħid ta’ kampjuni tas-siti elettroniċi kkonċernati li għandhom ikunu soġġetti għall-monitoraġġ;

(b)

fuq il-livell tas-sit elettroniku, id-deskrizzjoni ta’ kif għandha tiġi ddemostrata l-konformità mar-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet imniżżlafl-Artikolu 3(1), b'referenzi diretti – fejn disponibbli – għad-deskrizzjonijiet rilevanti fl-istandard armonizzat, jew fin-nuqqas tagħhom, fl-istandards Ewropej jew internazzjonali msemmija fl-Artikoli 4 u 5 rispettivament; u

(ba)

skont il-metodoloġija tar-riċerka li tgħaqqad l-analiżi tal-esperti mal-esperjenza tal-utenti, inklużi l-utenti b'diżabbiltà. [Em. 63]

6.   L-arranġamenti għar-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9(2). [Em. 64]

Artikolu 7a

Entità tal-infurzar

1.     L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti (entità tal-infurzar) responsabbli għall-infurzar tal-konformità tas-siti elettroniċi konċernati mar-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet stabbiliti fl-Artikolu 3(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn hu possibbli, l-entita' tal-infurzar tikkoopera mill-qrib ma' partijiet konċernati relevanti, inklużi l-anzjani, il-persuni b'diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom.

2.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entita tal-infurzar kompetenti maħtura għandha r-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa biex twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

timmonitorja l-konformità tas-siti elettroniċi konċernati mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet, kif stabbilit fl-Artikolu 7;

(b)

toħloq mekkaniżmu tal-ilmenti biex kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tkun tista' tinnotifika kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet tas-siti elettroniċi konċernati; kif ukoll

(c)

teżamina l-ilmenti li jitressqu.

3.     L-Istati Membri jistgħu jikkonferixxu r-responsabilità għall-implimentazzjoni ta' miżuri addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 6 fuq l-entità tal-infurzar.

4.     L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-entità tal-infurzar maħtura sa …  (*2) . [Em. 65]

Artikolu 7b

Rapportar

1.     L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport kull sentejn lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 7, fosthom fir-rigward tad-dejta tal-kejl, u fejn xieraq, il-lista tas-siti elettroniċi msemmija fl-Artikolu 1(3).

2.     Dak ir-rapport għandu jkopri wkoll il-miżuri adottati skont l-Artikolu 6 inklużi konklużjonijiet ġenerali possibbli magħmula mill-entitajiet tal-infurzar relevanti abbażi tal-monitoraġġ.

3.     Dak ir-rapport għandu jkun magħmul pubbliku f'formati aċċessibbli faċilment.

4.     L-arranġamenti għar-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9(2). [Em. 66]

Artikolu 7c

Emenda għall-Anness Ia

Biex jitqies il-progress teknoloġiku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 8, biex temenda l-Anness Ia. [Em. 67]

Artikolu 7d

Penali

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-penali jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli sa …  (*3) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. [Em. 74]

Artikolu 8

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni għandhom jingħatawlha s-setgħat li tadotta l-atti delegati, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa għall-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(3), l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7c għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-… (*4).

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(3), l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7c tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha tolqot il-validità tal-ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat skont l-Artikoli 3(3), l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7c għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu ta' żmien għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 9

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Tali kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 10

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-30 ta' Ġunju 2014. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza simili fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.

1a.     L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(1) għall-kontenut ġdid kollu tas-siti elettroniċi konċernati sa …  (*5) u għall-kontenut eżistenti kollu tas-siti elettroniċi konċernati sa …  (*6) . [Em. 75]

1b.     L-iskadenzi għall-applikazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1a għandhom jiġu estiżi b'sentejn fir-rigward tar-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet relatati mal-kontenut awdjo dirett. [Em. 70]

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 11

Reviżjoni

Abbażi tar-rapporti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 7b, Il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva,, b'mod partikolari l-Anness Ia tagħha, fi żmien … (*7) tliet snin mid-dħul fis-seħħ tagħhab u għandha tippubblika s-sejbiet ta' dik l-analiżi . [Em. 71]

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi…,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 271, 19.9.2013, p. 116.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014.

(3)  COM(2010) 743 finali – Mhux ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  COM(2010) 245 finali/2.

(5)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.

(6)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33.

(7)  COM(2010) 636 final.

(8)  Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006. (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(9)   Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9).

(10)  http://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/egovernment-indicators-benchmarking-europe

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(12)  http://www.mandate376.eu

(13)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(14)   Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 136).

(15)   Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(*1)   Sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(*2)   Data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

(*3)   Sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(*4)  Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(*5)   Sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(*6)   Tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(*7)   Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

ANNESS

Tipi ta’ siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku

(kif imsemmi fl-Artikolu 1(2))

(1)

Taxxi fuq id-dħul: dikjarazzjoni, notifika tal-evalwazzjoni

(2)

Servizzi ta’ tiftix ta’ impjieg minn uffiċċji tal-impjieg

(3)

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali: benefiċċji tal-qgħad, benefiċċji għat-tfal, spejjeż mediċi (rimbors jew saldu dirett), stipendji jew għotjiet għall-istudenti

(4)

Dokumenti personali: passaporti jew liċenzji tas-sewqan

(5)

Reġistrazzjoni ta’ vetturi

(6)

Applikazzjoni għall-permess ta’ bini

(7)

Dikjarazzjoni lill-pulizija, eż. fil-każ ta’ serq

(8)

Libreriji pubbliċi, eż. katalgi u għodda għat-tiftix

(9)

Talba u twassil ta’ ċertifikati tat-twelid jew taż-żwieġ

(10)

Reġistrazzjoni f'edukazzjoni għolja jew f'università

(11)

Notifika ta' bidla fir-residenza

(12)

Servizzi marbutin mas-saħħa: tagħrif interattiv dwar id-disponibbiltà ta' servizzi, servizzi onlajn għall-pazjenti, appuntamenti. [Em. 72]

Anness Ia

Tipi ta’ kompiti pubbliċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2)

(1)

Servizzi ta' netwerk: gass, tisħin, elettriku u servizzi tal-ilma; servizzi postali; netwerk u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika;

(2)

Servizzi marbuta mat-trasport;

(3)

Servizzi bażiċi bankarji u tal-assigurazzjoni (fosthom tal-inqas dawn li ġejjin: kont tal-pagament bażiku, assigurazzjoni tal-kontenut tad-dar u tal-bini, assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni medika);

(4)

Edukazzjoni primarja, sekondarja, għolja u għall-adulti;

(5)

Skemi statutarji u komplimentari tal-ħarsien soċjali li jkopru r-riskji ewlenin tal-ħajja (inklużi tal-inqas dawk marbuta mas-saħħa, ix-xjuħija, l-inċidenti tax-xogħol, il-qgħad, l-irtirar u d-diżabbiltà);

(6)

Servizzi marbutin mas-saħħa;

(7)

Servizzi tal-kura tat-tfal;

(8)

Servizzi essenzjali oħra provduti direttament lill-pubbliku biex jiffaċilitaw l-inklużjoni soċjali u jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali;

(9)

Attivitajiet kulturali u informazzjoni għat-turisti.

[Em. 73]