|
24.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/366 |
P7_TA(2014)0093
Proċedimenti ta' falliment ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (COM(2012)0744 – C7-0413/2012 – 2012/0360(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 093/61)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0744), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0413/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7–0481/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 55.
P7_TC1-COD(2012)0360
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 81 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (3),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 (4) stabbilixxa qafas Ewropew għal proċedimenti ta' falliment transfruntieri. Huwa jiddetermina liema Stat Membru jkollu ġuriżdizzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment, jistabbilixxi regoli uniformi dwar il-liġi applikabbli u jistipula r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet relatati mal-falliment kif ukoll il-koordinament ta' proċedimenti ta' falliment prinċipali u sekondarji. |
|
(2) |
Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 tat-12 ta' Diċembru 2012 (5) ikkonkluda li r-Regolament b'mod ġenerali qed jaħdem sew imma li hemm ix-xewqa li tittejjeb l-applikazzjoni ta' xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha sabiex tissaħħaħ l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti ta' falliment transfruntieri. |
|
(3) |
Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandu jiġi estiż għall-proċedimenti li jippromwovu s-salvataġġ ta' debitur ekonomikament vijabbli bi problemi finanzjarji gravi sabiex il-kumpaniji tajbin jingħataw għajnuna biex isalvaw u l-intraprendituri jingħataw ċans ieħor. Dan għandu jestendi, b'mod partikolari, l-iktar għall-proċedimenti li jipprovdu r-ristrutturazzjoni ta' debitur fl-istadju ta' qabel l-insolvenza jew li jħallu t-tmexxija eżistenti fejn hi. Ir-Regolament għandu jkopri wkoll dawk il-proċedimenti li jipprovdu l-għeluq tad-dejn tal-konsumaturi u l-persuni impjegati għal rashom li ma jissodisfawx il-kriterji tal-istrument attwali. [Em. 1] |
|
(4) |
Ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni għall-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment għandhom jiġu kjarifikati u l-qafas proċedurali għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni għandu jittejjeb. Għandu jkun hemm ukoll regola espliċita dwar il-ġuriżdizzjoni għall-azzjonijiet li ġejjin direttament mill-proċedimenti ta' falliment jew u li huma marbuta magħhom mill-qrib. [Em. 2] |
|
(5) |
Sabiex ittejjeb l-effettività tal-proċedimenti ta' falliment f'każijiet fejn id-debitur ikollu stabbiliment fi Stat Membru ieħor, ir-rekwiżit li proċedimenti sekondarji jridu jkunu proċedimenti ta' stralċ għandu jiġi abolit. Barra minn hekk, qorti għandha tkun tista' tirrifjuta l-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji jekk dan ma jkunx neċessarju biex iħares l-interessi ta' kredituri lokali. Il-koordinament bejn proċedimenti prinċipali u sekondarji għandu jitjieb, b'mod partikolari billi l-qrati involuti jkunu mitluba jikkooperaw. |
|
(6) |
Sabiex tittejjeb l-informazzjoni disponibbli għall-kredituri u l-qrati involuti u biex jipprevjenu l-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment paralleli, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jippubblikaw id-deċiżjonijiet rilevanti f'kawżi ta' falliment transfruntieri f'reġistru elettroniku aċċessibbli pubblikament. Għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza. Għandhom jiġu introdotti formoli standard għat-tressiq ta' pretensjonijiet biex jiffaċilitaw il-kompiti tal-kredituri barranin u jnaqqsu l-ispejjeż ta' traduzzjoni. |
|
(7) |
Għandu jkun hemm regoli speċifiċi li jittrattaw il-koordinament tal-proċedimenti li jinvolvu membri differenti tal-istess grupp ta' kumpaniji. Ir-rappreżentanti tal-insolvenza u l-qrati involuti fid-diversi proċedimenti ta' falliment għandhom ikunu obbligati jikkooperaw u jikkomunikaw ma' xulxin. Barra minn hekk, kull wieħed mir-rappreżentanti tal-insolvenza nvoluti għandu jkollhom l-għodod proċedurali li jipproponu pjan ta' salvataġġ għall-kumpaniji fil-grupp suġġetti għall-proċedimenti ta' falliment u biex jitolbu, fejn ikun hemm bżonn, għal sospensjoni tal-proċedimenti ta' falliment li jikkonċernaw kumpanija li mhix dik li nħatru għaliha. Id-definizzjoni tat-terminu “grupp ta' kumpaniji” għandha tinftiehem li tkun limitata għall-kuntest ta' insolvenza u ma għandu jkollha l-ebda influwenza fuq l-aspetti tal-kumpanija fir-rigward tal-gruppi. [Em. 3. Din l-emenda tapplika fit-test kollu] |
|
(8) |
Sabiex r-Regolament ikun jista' jiġi adattat malajr għall-emendi rilevanti tal-liġi tal-insolvenza domestika li l-Istati Membri nnotifikaw, is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandu jkun iddelegat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-Annessi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(9) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
L-emenda ta' dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr ħsara għar-regoli tal-irkupru tal-għajnuna Statali minn kumpaniji insolventi kif interpretati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (C-454/09 Il-Kummissjoni vs L-Italja – “New Interline”). Meta l-irkupru totali tal-ammont tal-għajnuna tal-Istat ma jkunx possibbli minħabba li l-ordni ta' rkupru jikkonċerna kumpanija fi proċedimenti ta' falliment, dawk il-proċedimenti għandhom dejjem ikunu proċedimenti ta' stralċ u jwasslu għaċ-ċessjoni definittiva tal-attivitajiet tal-benefiċjarju u l-likwidazzjoni ta' dawn l-assi. |
|
(12) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, [ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]/[mingħajr ħsara għall-Artikolu 4 tal-Protokoll, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhumiex marbutin bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu]. |
|
(13) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u għalhekk la hi marbuta bih u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-premessa 2, ir-referenza għall-Artikolu 65 tinbidel b'referenza għall-Artikolu 81 |
|
(2) |
Fil-premessi 3, 5, 8, 11, 12, 14 u 21, it-terminu “Komunità” jinbidel bit-terminu “Unjoni”. |
|
(3) |
Il-premessa 4 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(4) |
Il-premessa 6 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(5) |
Il-premessa 7 tinbidel b'dan li ġej:
(*1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1).”" |
|
(6) |
Il-premessa 9 tinbidel b'dan li ġej:
(*2) Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15).”" |
|
(7) |
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:
|
|
(8) |
Il-premessa 10 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(8a) |
Il-premessa 11 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(9) |
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:
|
|
(10) |
Il-premessa 13 titħassar. |
|
(11) |
Jiddaħħlu l-premessi li ġejjin:
|
|
(12) |
Jiddaħħlu l-premessi li ġejjin:
|
|
(13) |
Il-premessa 20 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(14) |
Jiddaħħlu l-premessi 20a u 20b li ġejjin: [Em. 9]
|
|
(15) |
Tiddaħħal premessa li ġejja:
|
|
(16) |
Il-premessa 29 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(17) |
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:
|
|
(18) |
Il-premessa 31 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(19) |
Jiddaħħlu l-premessi li ġejjin:
(*4) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u prinċipji ġenerali li jikkonċernaw mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)." (*5) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31)." (*6) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).”" |
|
(20) |
Fil-premessi 32 u 33, il-kliem “Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea” jinbidel bil-kliem “Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea”. |
|
(21) |
L-Artikoli 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej: “Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament japplika għall-proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji, inklużi proċedimenti interim, li huma bbażati fuq liġi relatata marbuta mal-insolvenza jew aġġustament tad-dejn u fejn, għall-fini ta' salvataġġ evitar tal-likidazzjoni , aġġustament tad-dejn, riorganizzazzjoni jew likwidazzjoni,
Meta tali proċedimenti jistgħu jinbdew qabel l-insolvenza, l-iskop tagħhom irid ikun l-evitar tal-likwidazzjoni. Il-proċedimenti msemmija f'dan il-paragrafu jiġu elenkati fl-Anness A. [Em. 13] 1a. Meta, skont il-liġi tal-Istat Membru fejn jinfetħu l-proċedimenti ta' falliment, il-proċedimenti msemmija fil-paragrafu 1 ikunu kunfidenzjali, dan ir-Regolament għandu japplika għal tali proċedimenti mill-mument biss meta dawn isiru pubbliċi f'konformità mal-liġi ta' dak l-Istat Membru u sakemm dawn ma jaffettwawx il-pretiżi ta' dawk il-kredituri li ma jkunux involuti fihom. [Em. 14] 2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-proċedimenti ta' falliment li jikkonċernaw
Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
(*7) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338). " (*8) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1). " (*9) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjari annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).” " |
|
(22) |
Artikolu 3 huwa emendat kif ġej,
|
|
(23) |
Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 3a Ġuriżdizzjoni għal azzjonijiet relatati 1. Il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu nfetħu proċedimenti ta' falliment skont l-Artikolu 3 ikollu ġuriżdizzjoni għal kull azzjoni li tkun ġejja direttament mill-proċedimenti ta' falliment u li tkun marbuta magħhom. 2. Meta azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun relatata ma' azzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali kontra l-istess konvenut, il-likwidatur ir-rappreżentant tal-insolvenza jista' jressaq iż-żewġ azzjonijiet fil-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab domiċiljat il-konvenut, jew, fejn l-azzjoni tkun kontra bosta konvenuti, fil-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kwalunkwe wieħed minnhom ikun domiċiljat, iżda li dik il-qorti jkollha ġuriżdizzjoni skont ir-regoli tar-Regolament (KE UE ) Nru 44/2001 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10). [Em. 29] 3. Għall- finijiet ta' dan l-Artikolu, azzjonijiet tal-paragrafu 2 , l-azzjonijiet jitqiesu li jkunu relatati meta jkunu konnessi hekk mill-qrib illi jkun aktar konvenjenti illi jinstemgħu u jiġu determinati flimkien sabiex ikun evitat ir-riskju ta' sentenzi irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati. [Em. 30] Artikolu 3b Eżami tal-ġuriżdizzjoni; dritt ta' reviżjoni ġudizzjarja 1. Il-qorti ppreżentata b'talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment teżamina ex officio jekk għandhiex ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 3. Is-sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta' falliment tispeċifika fuq xiex tkun ibbażata l-ġuriżdizzjoni tal-qorti, u, b'mod partikolari, jekk il-ġuriżdizzjoni tkunx ibbażata fuq l-Artikolu 3(1) jew (2). 2. Meta jinfetħu proċedimenti ta' falliment skont il-liġi nazzjonali mingħajr deċiżjoni ta' qorti, il-likwidatur maħtur f'dawk il-proċedimenti għandu jeżamina jekk l-Istat Membru fejn il-proċedimenti huma pendenti għandux il-ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 3. Fejn dan ikun il-każ, il-likwidatur jispeċifika fuq xiex tkun ibbażata l-ġuriżdizzjoni, u, b'mod partikolari, jekk il-ġuriżdizzjoni tkunx ibbażata fuq l-Artikolu 3(1) jew (2). [Em. 31] 3. Kull kreditur jew parti interessata li jkollha r-residenza abitwali, id-domiċilju jew l-uffiċċju tagħha rreġistrat fi Stat Membru li mhux l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti, ikollha d-dritt li tikkontesta d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali -qorti li tiftaħ il-proċedimenti prinċipali jew il-likwidatur jinforma lill-kredituri, sakemm ikunu magħrufa, bid-deċiżjoni abbażi ta' ġurisdizzjoni internazzjonali fi żmien propizju biex jingħataw l-opportunità li jikkontestawha. tliet ġimgħat wara li l-informazzjoni dwar id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment tkun saret disponibbli pubblikament f'konformità mal-punt(a) tal-Artikolu 20a ." [Em. 32] (*10) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).” " |
|
(24) |
Fl-Artikolu 4(2), il-punt (m) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(25) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 6a Ftehimiet ta' kumpens Dispożizzjonijiet dwar il-kumpens b'eżiġibilità antiċipata Ftehimiet ta' kumpens Meta parti għal kuntratt li jkun fih dispożizzjoni dwar il-kumpens b'eżiġibilità antiċipata tkun istituzzjoni li tidħol fl-ambitu tad-Direttiva 2001/24/KE, tali dispożizzjoni dwar il-kumpens b'eżiġibilità antiċipata għandha tkun irregolata ikunu rregolati biss mil-liġi tal-kuntratt li jirregola dawn il-ftehimiet.”[Em. 33] |
|
(26) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 10a Rekwiżiti ta' approvazzjoni skont il-liġi lokali Fejn il-liġi tal-Istat Membru tirregola l-effetti tal-proċedimenti ta' falliment fuq il-kuntratti msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tistipula li kuntratt jista' biss jintemm jew jiġi mmodifikat bl-approvazzjoni tal-qorti li tiftaħ il-proċedimenti ta' falliment imma ma jkunu nfetħu l-ebda proċedimenti ta' falliment f'dak l-Istat Membru, il-qorti li tkun fetħet il-proċedimenti ta' falliment għandu jkollha l-kompetenza li tapprova t-tmiem jew il-modifika ta' dawk il-kuntratti.” |
|
(26a) |
L-Artikolu 12 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 12 Patenti tal-Komunità u trade marks Privattivi Ewropej b'effett unitarju u marki kummerċjali Komunitarji Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, patenti tal-Komunità, trade mark tal-Komunità jew xi privattiva Ewropea b'effett unitarju, marka kummerċjali Komunitarja jew kwalunkwe dritt ieħor simili stabbilit b'liġi tal-Komunità mid-dritt Komunitarju jista jkun inkluż biss fil-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1).”[Em. 34] |
|
(27) |
L-Artikolu 15 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 15 L-effetti ta' proċedimenti ta' falliment fuq kawżi jew proċedimenti arbitrali pendenti L-effetti ta' proċedimenti ta' falliment fuq kawża jew proċediment arbitrali pendenti li jikkonċerna ass jew dritt d-debitur ikun ġie pprivat minnu għandu jkun irregolat biss mil-liġi tal-Istat Membru fejn il-kawża tkun pendenti jew fejn hemm is-sede tal-proċedimenti arbitrali.” |
|
(28) |
L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
|
(29) |
Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 20a It-twaqqif ta' reġistri ta' insolvenza L-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu fit-territorju tagħhom reġistru jew iktar fejn l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli għall-pubbliku fuq l-internet bla ħlas (‘ir-reġistri tal-insolvenza’):
Artikolu 20b Interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza 1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, sistema deċentralizzata għall-interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dik is-sistema tkun magħmula mir-reġistri ta' insolvenza u l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika li jservu bħala l-punt ta' aċċess elettroniku pubbliku ċentrali għall-informazzjoni mis-sistema. Is-sistema tipprovdi servizz ta' tfittxija fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni sabiex l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20a tkun disponibbli. 2. Permezz ta' att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 45b(3), il-Kummissjoni tadotta dawn li ġejjin sa … (*11):
Artikolu 20c L-ispejjeż għat-twaqqif u l-interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza 1. It-twaqqif u l-iżvilupp futur tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza tkun iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. 2. Kull Stat Membru jkun responsabbli tal-ispejjeż għall-aġġustament tar-reġistri ta' insolvenza domestiċi tiegħu biex jagħmilhom interoperabbli mal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, flimkien mal-ispejjeż ta' amministrazzjoni, operazzjoni u żamma ta' dak ir-reġistru. Artikolu 20d Reġistrazzjoni ta' proċedimenti ta' falliment Meta jinfetħu proċedimenti prinċipali u sekondarji jinfetħu fir-rigward ta' kumpanija jew persuna ġuridika jew individwu li jeżerċita negozju indipendenti jew attività professjonali, il-qorti li tiftaħ proċedimenti ta' falliment tiżgura li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20a tkun ippubblikata immedjatament fir-reġistru ta' insolvenza tal-Istat fejn sar il-ftuħ. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċedimenti għat-tneħħija ta' entrati mir-reġistru tal-insolvenza. ”[Em. 37] |
|
(30) |
L-Artikolu 21 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 21 Pubblikazzjoni fi Stat Membru ieħor 1. Sakemm is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza msemmija fl-Artikolu 20b tkun stabbilita, il-likwidatur ir-rappreżentant tal-insolvenza jitlob li avviż tas-sentenza li tiftaħ proċedimenti ta' falliment u, fejn xieraq, id-deċiżjoni li taħtru, ikunu ppubblikati f'kull Stat Membru ieħor fejn hemm stabbiliment tad-debitur b'konformità mal-pubblikazzjoni stipulata f'dak l-Istat. Dik il-pubblikazzjoni tispeċifika wkoll il-likwidatur maħtur u jekk ir-regola tal-ġuriżdizzjoni applikata tkunx dik skont l-Artikolu 3(1) jew (2). l-informazzjoni l-oħra kollha prevista fl-Artikolu 20a. [Em. 38] 2. Il-likwidatur Ir-rappreżentant tal-insolvenza jista' jitlob li l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu tkun ippubblikata f'kull Stat Membru ieħor fejn jinsabu assi, jewkredituri jew debituri tad-debitur skont il-proċedura stipulata f'dak l-Istat.”[Em. 39] |
|
(31) |
L-Artikolu 22 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 22 Reġistrazzjoni fir-reġistri pubbliċi ta' Stat Membru ieħor Sakemm is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza msemmija fl-Artikolu 20b tiġi stabbilita, il-likwidatur ir-rappreżentant tal-insolvenza jitlob li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21 ikunu ppubblikati fir-reġistru tal-artijiet, ir-reġistru kummerċjali jew kwalunkwe reġistru ieħor ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor fejn ikun hemm stabbiliment tad-debitur u jkun iddaħħal f'reġistru pubbliku ta' dak l-Istat Membru. Il-likwidatur Ir-rappreżentant tal-insolvenza jista' jitlob pubblikazzjoni ta' dan it-tip fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.” |
|
(31a) |
Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Meta obbligu bħal dan jiġi onorat qabel ma l-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 20a jew 21 tkun saret, il-persuna li tonora l-obbligu għandha tiġi meqjusa, fin-nuqqas ta' prova għal kuntrarju, li ma kienetx taf bil-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment; meta l-obbligu jiġi onorat wara li tkun saret dik il-pubblikazzjoni, il-persuna li tonora l-obbligu għandha tiġi meqjusa, fin-nuqqas ta' prova għal kuntrarju, li kienet taf bil-ftuħ tal-proċedimenti.”[Em. 40] |
|
(32) |
L-Artikolu 25 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 25 Għarfien u eżegwibilità ta' sentenzi oħrajn 1. Sentenzi mogħtija minn qorti li s-sentenza tagħha dwar il-ftuħ ta' proċedimenti tkun rikonoxxuta skont l-Artikolu 16 u li jikkonċernaw l-andament u l-għeluq ta' proċedimenti ta' falliment, u kompożizzjonijiet approvati minn dik il-qorti wkoll ikunu rikonoxxuti mingħajr ebda formalitajiet ulterjuri. Dawn Dawk is-sentenzi ikunu eżegwiti skont l-Artikoli 32 39 sa 56, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 34(2) 46 tar- Regolament (KE UE) Nru 1215/2012 44/2001. [Em. 41] L-ewwel subparagrafu japplika wkoll għal sentenzi li jirriżultaw direttament mill-proċedimenti ta' falliment u li jkunu marbuta mill-qrib magħhom, anke jekk ikunu ngħataw minn qorti oħra. L-ewwel subparagrafu japplika wkoll għal sentenzi relatati ma' miżuri ta' preservazzjoni meħuda fuq talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment jew b'konnessjoni magħha. 2. L-għarfien u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu regolati mir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 sakemm dak ir-Regolament ikun applikabbli.” |
|
(33) |
L-Artikolu 27 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 27 Ftuħ ta' proċedimenti Meta jkunu nfetħu proċedimenti prinċipali f'qorti ta' Stat Membru u jkunu ġew rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor, qorti ta' Stat Membru ieħor li jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 3(2) tista' tiftaħ proċedimenti sekondarji ta' falliment skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu. L-effetti ta' proċedimenti sekondarji jkunu ristretti għall-assi tad-debitur li jkunu fit-territorju tal-Istat Membru l-ieħor fejn ikunu nfetħu dawk il-proċedimenti.” |
|
(34) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 29a Deċiżjoni ta' ftuħ ta' proċedimenti sekondarji 1. Il-qorti ppreżentata b'talba għall-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji tavża minnufih lil-likwidatur lir-rappreżentant tal-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali u tagħtih l-opportunità li jinstema' dwar it-talba. [Em. 42] 2. Fuq talba tal-likwidatur tar-rappreżentant tal-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali, il-qorti msemmija fil-paragrafu 1 tipposponi d-deċiżjoni tal-ftuħ jew tirrifjuta l-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji jekk ir-rappreżentant tal-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali jforni provi biżżejjed li l-ftuħ ta' dawn il-proċedimenti ma tkunx neċessarja biex tħares l-interessi tal-kredituri lokali, b'mod partikolari, meta l-likwidatur r-rappreżentant tal-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ikun ta l-impenn imsemmi fl-Artikolu 18(1) u jimxi mat-termini tiegħu. [Em. 43] 2a. Il-kredituri lokali jkollhom il-jedd jikkontestaw id-deċiżjoni li jiġi pospost jew irrifjutat il-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji fi żmien tliet ġimgħat wara li dik id-deċiżjoni tkun saret disponibbli għall-pubbliku skont il-punt (a) tal-Artikolu 20a. [Em. 44] 2b. Il-kredituri lokali jkollhom il-jedd jitolbu lill-qorti li tkun qed tmexxi l-proċedimenti prinċipali biex jeżiġu li r-rappreżentant tal-insovlenza fil-proċedimenti prinċipali jieħu miżuri xierqa neċessarji biex jipproteġi l-interessi tal-kredituri lokali. Tali eżiġenza tista' tinkludi projbizzjoni kontra t-tneħħija tal-beni mill-Istat Membru li fih ikun ġie pospost jew irrifjutat il-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji, posponiment tad-distribuzzjoni tal-introtji fil-proċedimenti prinċipali jew obbligu fuq ir-rappreżentant tal-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali li jipprovdi sigurtà għall-prestazzjoni tal-impenji. [Em. 45] 2c. Il-qorti msemmija fil-paragrafu 1 tista' taħtar fiduċjarju li s-setgħat tiegħu jkunu ristrestti. Il-fiduċjarju jiżgura li l-impenn jitwettaq b'mod dovut u jipparteċipa fl-implimentazzjoni tiegħu jekk dan ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi tal-kredituri lokali. Il-fiduċjarju għandu d-dritt li jagħmel petizzjoni f'konformità mal-paragrafu 2b. [Em. 46] 3. Meta tiddeċiedi jekk għandhiex tiftaħ proċedimenti sekondarji, il-qorti msemmija fil-paragrafu 1 tiftaħ it-tip ta' proċedimenti skont il-liġi nazzjonali l-iktar xierqa filwaqt li tqis l-interessi tal-kredituri lokali, irrispettivament minn jekk tkunx ġiet sodisfatta kwalunkwe kundizzjonijiet tas-solvenza tad-debitur. 4. Il-likwidatur Ir-rappreżentant tal-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali jiġi avżat immedjatament bid-deċiżjoni tal-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji u għandu jkollu d-dritt li jikkontesta dik id-deċiżjoni fi żmien tliet ġimgħat minn meta jirċievi dik in-notifika . F'każijiet ġustifikati l-qorti li tiftaħ proċedimenti sekondarji tista' tqassar dak il-perjodu sa mhux inqas minn ġimgħa mir-riċevuta tan-notifika .”[Em. 47] |
|
(35) |
L-Artikolu 31 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 31 Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-likwidaturi ir-rappreżentanti tal-insolvenza 1. Il-likwidatur Ir-rappreżentanti tal-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali u l-likwidaturi fil-proċedimenti sekondarji tal-insolvenza li jikkonċernaw l-istesss debitur jikkooperaw ma' xulxin sakemm din il-kooperazzjoni tkun xierqa biex tiffaċilita l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti, ma tkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli għal kull wieħed mill-proċedimenti u ma tinvolvi ebda kunflitt ta' interessi . Din il-kooperazzjoni tista' tkun f'forma ta' ftehimiet jew protokolli. [Em. 48] 2. B'mod partikolari, il-likwidaturi ir-rappreżentanti tal-insolvenza għandhom:
|
|
(36) |
Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 31a Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-qrati 1. Sabiex ikun iffaċilitat il-koordinament ta' proċedimenti ta' falliment prinċipali u sekondarji li jikkonċernaw lill-istess debitur, il-qorti li jkollha talba pendenti quddiemha għall-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti tikkoopera ma' kull qorti oħra li jkollha proċedimenti ta' falliment pendenti quddiemha jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti sakemm dik il-kooperazzjoni tali kooperazzjoni tkun xierqa biex tiffaċilita l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti u ma tkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli ta' kull wieħed mill-proċedimenti. Għal din il-fini, il-qrati jistgħu, fejn xieraq, jaħtru persuna jew korp li biex jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tagħha , sakemm dan ma jkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli għall-proċedimenti . [Em. 49] 2. Il-qrati msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkomunikaw direttament ma' xulxin, jew jitolbu informazzjoni u assistenza direttament lil xulxin sakemm dik il-komunikazzjoni tkun bla ħlas u tkun tirrispetta d-drittijiet proċedurali tal-partijiet tal-proċedimenti u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni. 3. Il-kooperazzjoni tista' tiġi implimentata b'kull mezz xieraq, inkluż permezz ta'
Artikolu 31b Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-likwidaturi ir-rappreżentanti tal-insolvenza u l-qrati 1. Sabiex ikun iffaċilitat il-koordinament tal-proċedimenti ta' falliment prinċipali u sekondarji miftuħa fir-rigward tal-istess debitur,
f'kull każ sal-punt li tali kooperazzjoni u komunikazzjoni jkunu xierqa sabiex jiġi ffaċilitat il-koordinament tal-proċedimenti, ma jkunux inkompatibbli mar-regoli applikabbli għal kull wieħed mill-proċedimenti u ma jinvolvu ebda kunflitt ta' interessi. [Em. 51] 2. Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun implimentata b'kull mezz xieraq inklużi l-mezzi stabbiliti fl-Artikolu 31a(3), sakemm dawn ma jkunux inkompatibbli mar-regoli applikabbli ta' kull wieħed mill-proċedimenti.” |
|
(37) |
L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:
|
|
(38) |
L-Artikolu 34 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 34 Għeluq ta' proċedimenti ta' falliment prinċipali u sekondarji 1. L-għeluq ta' proċedimenti prinċipali jipprevjenu t-tkomplija ta' proċedimenti sekondarji li jkunu għadhom miftuħa f'dak il-mument. 2. Meta jinfetħu proċedimenti sekondarji li jikkonċernaw persuna ġuridika fl-Istat Membru tal-uffiċċju rreġistrat ta' dik il-persuna u l-għeluq ta' dawk il-proċedimenti jġib miegħu x-xoljiment tal-persuna ġuridika, dak ix-xoljiment ma jipprevjenix it-tkomplija tal-proċedimenti prinċipali li jkunu nfetħu fi Stat Membru ieħor. il-persuna legali kkonċernata ma titħassarx mir-reġistru tal-kumpanija sakemm jingħalqu l-proċedimenti .”[Em. 52] |
|
(39) |
Fl-Artikolu 35, it-terminu “bil-likwidazzjoni” tinbidel bit-terminu “realizzazzjoni”. |
|
(40) |
L-Artikolu 37 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 37 Konverżjoni ta' proċedimenti preċedenti Il-likwidatur Ir-rappreżentant tal-insolvenza tal-proċedimenti prinċipali jista' jitlob lill-qorti tal-Istat Membru fejn ikunu nfetħu proċedimenti sekondarji biex jordna l-konverżjoni tal-proċedimenti sekondarji f'tip ieħor ta' proċedimenti ta' falliment disponibbli skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru.” |
|
(41) |
L-Artikolu 39 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 39 Dritt li jitressqu pretensjonijiet Kull kreditur li jkollu r-residenza abitwali, id-domiċilju jew l-uffiċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru ħlief l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti, inklużi l-awtoritajiet tat-taxxa u l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri (‘kredituri barranin’), għandu jkollu d-dritt li jressaq pretensjonijiet fil-proċedimenti ta' falliment b'kull mezz ta' komunikazzjoni, inklużi mezzi elettroniċi, li jkunu aċċettati mil-liġi tal-Istat tal-ftuħ. Ir-rappreżentanza minn avukat jew professjonist ġuridiku ieħor mhix obbligatorja għat-tressiq ta' pretensjonijiet.” |
|
(42) |
L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:
|
|
(43) |
L-Artikolu 41 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 41 Proċedura għat-tressiq tal-pretensjonijiet 1. Kull kreditur barrani magħruf iressaq il-pretensjoni tiegħu billi juża l-formola standard għall-pretensjonijiet skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 45b(4) u li trid tiġi ppubblikata fil-portal Ewropew tal-ġustizzja elettronika sa… (*13). Il-formola jkollha l-intestatura ‘Tressiq ta' pretensjonijiet’ fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. 2. Fil-formola standard għall-pretensjonijiet, il-kreditur imsemmi fil-paragrafu 1 jindika
Il-formola standard tal-pretensjonijiet tkun akkumpanjata minn kopji ta' dokumenti ta' sostenn, jekk ikun hemm. 3. Il-pretensjonijiet jistgħu jitressqu fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni. Il-kreditur jista' jiġi mitlub jipprovdi traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat li jiftaħ il-proċedimenti jew f'lingwa oħra li dak l-Istat Membru jkun aċċetta. Kull Stat Membru jindika tal-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni ħlief dik tiegħu li jilqa' għall-finijiet tat-tressiq tal-pretensjonijiet. 4. Il-pretensjonijiet jitressqu fil-perjodu stipulat mil-liġi tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment. Fil-każ ta' kreditur barrani, il-perjodu ma jkunx ta' inqas minn 45 jum wara l-pubblikazzjoni tal-ftuħ tal-proċedimenti fir-reġistru ta' insolvenza tal-Istat tal-ftuħ. 5. Meta l-likwidatur r-rappreżentant tal-insolvenza jikkontesta pretensjoni mressqa skont dan l-Artikolu, huwa jagħti lill-kreditur l-opportunità li jipprovdi evidenza addizzjonali dwar l-eżistenza u l-ammont tal-pretensjoni.” |
|
(44) |
L-Artikolu 42 jitħassar. |
|
(45) |
jiddaħħal il-kapitolu li ġej: “KAPITOLU IVA INSOLVENZA TA' MEMBRI TA' GRUPP TA' KUMPANIJI Artikolu 42a Dmir ta' kooperazzjoni u komunikazzjoni ta' informazzjoni bejn il-likwidaturi ir-rappreżentanti tal-insolvenza 1. Meta proċedimenti ta' falliment ikunu relatati ma' żewġ membri jew iktar ta' grupp ta' kumpaniji, likwidatur rappreżentant tal-insolvenza maħtur fil-proċedimenti li jikkonċernaw membru tal-grupp jikkoopera ma' kull likwidatur rappreżentant tal-insolvenza maħtur fi proċedimenti li jikkonċernaw membru ieħor tal-istess grupp sakemm dik il-kooperazzjoni tkun xierqa biex tiffaċilita l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti, ma tkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli għal dawk il-proċedimenti u ma twassalx għal kunflitt ta' interessi. Dik il-kooperazzjoni tista' tkun f'forma ta' ftehimiet jew protokolli. 2. Fl-eżerċizzju tal-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-likwidaturi ir-rappreżentanti tal-insolvenza għandhom
Il-likwidaturi likwidaturi Ir-rappreżentanti tal-insolvenza jistgħu jaqblu li jagħtu setgħat addizzjonali lil-likwidatur likwidaturil ir-rappreżentant tal-insolvenza maħtur f'wieħed mill-proċedimenti fejn ftehim ta' dak it-tip ikun permess mir-regoli applikabbli għal kull wieħed mill-proċedimenti. Artikolu 42b Komunikazzjoni u kooperazzjoni bejn il-qrati 1. Meta proċedimenti ta' falliment ikunu relatati ma' żewġ membri jew iktar ta' grupp ta' kumpaniji, qorti li jkollha pendenti quddiemha talba għall-ftuħ ta' proċedimenti li jikkonċernaw membru tal-grupp jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti tikkoopera ma' kull qorti oħra li jkollha pendenti quddiemha talba għall-ftuħ ta' proċedimenti li jikkonċernaw membru ieħor tal-istess grupp jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti sakemm dik il-kooperazzjoni tkun xierqa biex tiffaċilita l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti u ma tkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli għalihom Għal din il-fini, il-qrati jistgħu, fejn xieraq, jaħtru persuna jew korp li jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tagħha , sakemm dan ma jkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli għall-proċedimenti . [Em. 54] 2. Il-qrati msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkomunikaw direttament ma' xulxin, jew jitolbu informazzjoni jew assistenza direttament lil xulxin. 3. Il-kooperazzjoni sseħħ b'kull mezz xieraq, inkluż permezz ta'
Artikolu 42c Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-likwidaturi rappreżentanti tal-insolvenza u l-qrati Likwidatur Ir-rappreżentant tal-insolvenza maħtur fi proċedimenti ta' falliment jikkonċernaw membru ta' grupp ta' kumpaniji jikkoopera u jikkomunika ma' kull qorti li jkollha pendenti quddiemha talba għall-ftuħ ta' proċedimenti fir-rigward ta' membru ieħor tal-istess grupp ta' kumpaniji jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti sakemm dik il-kooperazzjoni tkun xierqa biex tiffaċilita l-koordinament tal-proċedimenti u ma tkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli għalihom. B'mod partikolari, il-likwidatur ir-rappreżentant tal-insolvenza jista' jitlob lil dik il-qorti informazzjoni li tikkonċerna l-proċedimenti li jirrigwardaw membru ieħor tal-grupp jew jitlob assistenza li tikkonċerna l-proċedimenti fejn ġie maħtur. [Em. 55] Artikolu 42d Setgħat tal-likwidaturi tar-rappreżentanti tal-insolvenza u sospensjoni tal-proċedimenti 1. Likwidatur Rappreżentant tal-insolvenza maħtur fi proċedimenti ta' falliment miftuħa fir-rigward ta' membru ta' grupp ta' kumpaniji jkollu d-dritt
2. Il-qorti li tkun fetħer fetħet proċedimenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tissospendi dawk il-proċedimenti kompletament jew parzjalment jekk jintwera li dik is-sospensjoni tkun għall-benefiċċju tal-kredituri f'dawk il-proċedimenti. Tali sospensjoni tista' tiġi ordnata għal sa xahrejn. tliet xhur u tista' titkompla jew tiġġedded għall-istess perjodu. Il-qorti li tordna s-sospensjoni titlob lil-likwidatur lir-rappreżentant tal-insolvenza jieħu kull miżura xierqa għall-garanzija tal-interessi tal-kredituri fil-proċedimenti." [Em. 59] Artikolu 42da Ftuħ ta' proċedimenti ta' koordinament tal-gruppi 1. Il-proċedimenti ta' koordinament tal-grupp jistgħu jinfetħu minn rappreżentant tal-insolvenza fi kwalunkwe qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni fuq il-proċedimenti tal-falliment ta' membru tal-grupp, sakemm:
2. Meta jsir riferiment għal iktar minn qorti waħda biex jiftħu l-proċedimenti ta' koordinament tal-grupp, il-proċedimenti ta' koordinament tal-grupp jinfetħu fl-Istat Membru fejn jitwettqu l-funzjonijiet l-iktar kruċjali tal-grupp. F'dak il-każ, il-qrati li jsir riferiment għalihom jikkomunikaw u jikkooperaw ma' xulxin f'konformità mal-Artikolu 42b. Meta ma jkunux jistgħu jiġu determinatai l-funzjonijiet l-iktar kruċjali, l-ewwe qorti li jkun sar riferiment għaliha tista' tiftaħ proċedimenti ta' koordinament tal-grupp sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' tali proċedimenti. 3. Meta l-proċedimenti ta' koordinament tal-grupp ikunu nfetħu, id-dritt tar-rappreżentanti tal-insolvenza li jitolbu sospensjoni tal-proċedimenti f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 42d(1) ikun suġġett għall-approvazzjoni tal-koordinatur. Is-sospensjonijiet eżistenti jibqgħu fis-seħħ u effettivi, suġġetti għas-setgħa tal-koordinatur li jitlob it-tmiem ta' kwalunkwe sospensjoni bħal din. [Em. 60] Artikolu 42db Kompiti u drittijiet tal-koordinatur 1. Il-qorti li tiftaħ il-proċedimenti ta' koordinament tal-grupp taħtar koordinatur. Il-koordinatur ikun indipendenti mill-membri tal-grupp u l-kredituri tagħhom u jkollu l-kompitu li:.
2. Il-koordinatur ikollu d-dritt li:
Artikolu 42dc Approvazzjoni tal-qorti tal-pjanijiet ta' koordinament tal-grupp 1. Ir-rappreżentanti tal-insolvenza maħtura għall-proċedimenti ta' falliment li jistgħu jiġu affettwati mill-implimentazzjoni ta' pjan ta' koordinament tal-grupp jistgħu jikkummentaw dwar l-abbozz tal-pjan ta' koordinament tal-grupp f'perjodu ta' mhux iktar minn xahar stabbilit mill-koordinatur meta jissottometti l-pjan. 2. L-abbozz ta' pjan sottomess għall-approvazzjoni tal-qorti jkun akkumpanjat minn:
3. Il-qorti tapprova l-pjan jekk tkun sodisfatta li l-koordinatur mexa mar-rekwiżiti formali tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tal-punt (c) tal-Artikolu 42db(1). [Em. 62] Artikolu 42dd Relazzjoni bejn il-proċedimenti ta' koordinament tal-grupp u l-proċedimenti ta' insolvenza 1. Fit-twettiq tal-proċedimenti tagħhom ta' falliment ir-rappreżentanti tal-insolvenza jkollhom dmir li jqisu r-rakkomandazzjonijet tal-koordinatur u l-pjan ta' koordinament tal-grupp. Meta rappreżentant tal-insolvenza jkollu l-intenzjoni li jiddevja mill-miżuri jew l-azzjonijiet prposti fil-pjan ta' koordinament tal-grupp, dan għandu jispjega r-raġunijiet għal tali devjazzjoni fil-laqgħa tal-kredituri jew lil kwalunkwe korp ieħor li jkun responsabilizzat quddiemu skont il-liġijiet tal-Istat Membru relevanti. 2. In-nonosservanza tal-paragrafu 1 għandha titqies bħala ksur tad-dmirijiet tar-rappreżentant tal-insolvenza skont il-liġijiet tal-Istat Membru relevanti. [Em. 63] Artikolu 42de Responsabilizzazzjoni tal-koordinatur Il-koordinatur jaqdi dmirijietu bl-attenzjoni dovuta. Dan ikun responsabbli fir-rigward tal-beni tal-proċedimenti ta' falliment koperti mill-proċedimenti ta' koordinament tal-grupp għad-dannu li jista' jiġi attribwit b'mod raġonevoli għal ksur ta' dawk id- dmirijiet. Ir-responsabilizzazzjoni tkun stabbilita f'konformità mal-liġi tal-Istat Membri fejn ikunu nfetħu l-proċedimenti ta' koordinament. [Em. 64] Artikolu 42df Spejjeż 1. Il-liġijiet tal-Istati Membri jagħmlu dispożizzjoni għat-tariffi tal-qorti u r-rimunerazzjoni tal-koordinatur. 2. L-ispejjeż fil-proċedimenti ta' koordinament tal-grupp għandhom jiġu sostnuti pro rata mill-membri tal-grupp li fir-rigward tagħhom kienu nfetħu proċedimenti ta' insolvenza fil-mument tal-ftuħ tal-proċedimenti ta' koordinament. Is-sehem li għandu jiġi sostnut kull membru tal-grupp għandu jkun ikkalkulat b'referenza għas-sehem tal-valur tal-assi ta' tali membru fil-beni konsolidati tal-membri kollha tal-grupp li fir-rigward tagħhom kienu nfetħu proċedimenti ta' insolvenza.” [Em. 65] |
|
(46) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 44a Informazzjoni dwar il-liġi nazzjonali tal-insolvenza 1. L-Istati Membri jipprovdu, fi ħdan il-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE (*14), bil-ħsieb li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku, deskrizzjoni tal-liġi u l-proċeduri nazzjonali tal-insolvenza tagħhom, b'mod partikolari rigward il-materji elenkati fl-Artikolu 4(2). 2. L-Istati Membri jaġġornaw dik l-l-informazzjoni b'mod regolari. (*14) Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25).”" |
|
(47) |
L-Artikolu 45 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 45 Emenda tal-Annessi 1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati biex temenda l-Annessi A u C f'konformità mal-proċedura stipulata f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 45a. 2. Sabiex tinbeda emenda fl-Anness A L -Istati Membri javżaw lill-Kummissjoni bir-regoli nazzjonali tagħhom dwar il-proċedimenti ta' falliment li jridu li jkunu inklużi fl-Anness A jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1 , flimkien ma' deskrizzjoni qasira. Il-Kummissjoni teżamina jekk ir-regoli nnotifikati jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u, fejn ikun meta jkun il-każ, temenda l-Anness A permezz ta' atti iddelegati. [Em. 66] 2a. L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil sostanzjali li jaffettwa r-regoli nazzjonali tagħhom dwar il-proċedimenti ta' falliment. Il-Kummissjoni teżamina jekk ir-regoli emendati jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 u, meta jkunu jissodisfawhom, temenda l-Anness A permezz ta' atti ddelegati.” [Em. 67] |
|
(48) |
Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 45a Eżerċitar tad-delega 1. Is-setgħa li jkunu adottati atti ddelegati qed tiġi kkonferita lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 45 għandha tingħata għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. 3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 45 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minn data suċċessiva speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 45 jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu ta' żmien jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 45b Setgħa ta' adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni 1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni hija kkonferita lill-Kummissjoni għall-finijiet li ġejjin:
2. Waqt li tadotta u temenda l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tkun megħjuna minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.” |
|
(49) |
Fl-Artikolu 46, id-data tal-“1 ta' Ġunju 2012” tinbidel bi “…..[10 snin wara d-dħul fl-applikazzjoni]”. |
|
(50) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 46a Protezzjoni tad-dejta 1. L-Istati Membri -Direttiva 95/46/KE Ir-regoli nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE għandhom japplikaw għall-ipproċessar tad-dejta tad-data personali li jsir fl-Istati Membri skont dan ir-Regolament sakemm l-operazzjonijiet tal-ipproċessar imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46/KE ma jiġux affettwati . [Em. 68] 2. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mwettqa mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.” |
|
(51) |
L-Anness B jitħassar. |
|
(51a) |
Fl-Anness C, it-taqsima ntitolata “DEUTSCHLAND” hija mibdula b'li ġej: “DEUTSCHLAND
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika minn … (*15), bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 44a, li għandu japplika minn … (*16) [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] .
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 55.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2014.
(3) ĠU C 358, 7.12.2013, p. 15.
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1.).
(5) ĠU C , , p.
(6) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.).
(*3) Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79).”
(*11) 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(*13) 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(*15) 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(*16) 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.