|
24.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/259 |
P7_TA(2014)0078
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward koperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward kooperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni 12418/2012 – C7-0146/2013 – 2012/0127(NLE))
(Approvazzjoni)
(2017/C 093/48)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (12418/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward kooperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni (12513/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 103 u 352, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0146/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0060/2014), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Ifakkar lill-Kunsill li, jekk għandu jemenda l-abbozz ta' deċiżjoni tiegħu, ikun meħtieġ li l-approvazzjoni tal-Parlament tintalab mill-ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u l-Konfederazzjoni Svizzera. |