12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/43


P8_TA(2014)0077

It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija mal-Ukraina ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina (11047/2014 – C8-0114/2014 – 2014/0154(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 294/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina (11047/2014),

wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0114/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafu, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0039/2014),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.


(1)  ĠU L 36, 12.2.2003, p. 32.