9.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/93


P8_TA(2014)0062

Il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (10896/2014 – C8-0090/2014 – 2014/0807(CNS))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 289/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (10896/2014 –BĊE/2014/19),

wara li kkunsidra l-Artikoli 129(4) u 132(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 34.3 u 41 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, skont liema Artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0090/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0028/2014),

1.

Japprova l-abbozz propost fir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew kif emendat;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz propost fir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew b' mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Abbozz ta' regolament

Premessa 6

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

(6)

Il-BĊE għandu jippubblika deċiżjonijiet li jimponu penali finanzjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, kemm fl-oqsma superviżorji kif ukoll mhux superviżorji , sakemm dik il-pubblikazzjoni ma tkunx sproporzjonata, meta jitqies il-grad ta’ severità tal-penali finanzjarja amministrattiva jew tas-sanzjoni imposta fuq impriża, jew tippreġudika l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji .

(6)

Il-BĊE għandu bħala regola ġenerali jippubblika mingħajr dewmien indebitu deċiżjonijiet li jimponu penali finanzjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, kemm fl-oqsma superviżorji kif ukoll mhux superviżorji . Fejn il-BĊE jqis li pubblikazzjoni immedjata ta' deċiżjoni tkun tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew tkun sproporzjonata, meta jitqies il-grad ta' severità tal-penali finanzarja amministrattiva jew tas-sanzjoni imposta fuq impriża, huwa għandu jkollu d-diskrezzjoni li jdewwem il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sa tliet snin wara d-data li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni, jew sakemm ikunu ġew eżawriti l-mezzi ġuridiċi kollha ta' appell. Jekk jintalab dan, il-BĊE għandu jkollu diskussjonijiet verbali kunfidenzjali bil-magħluq mal-President u l-Viċi Presidenti tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew rigward tali każijiet. Il-BĊE għandu jipprovdi ġustifikazzjoni għad-dewmien fl-anness tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni .

Emenda 2

Abbozz ta' regolament

Premessa 6a (ġdida)

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

 

(6a)

L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jgħid li l-BĊE għandu jaġixxi b’attenzjoni sħiħa u bid-diliġenza dovuta għall-unità u l-integrità tas-suq intern abbażi ta’ trattament ugwali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu bil-għan li jkun evitat arbitraġġ regolatorju u li l-ebda azzjoni, proposta jew politika tal-BĊE, direttament jew indirettament, ma tiddiskrimina kontra kwalunkwe Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri bħala ċentru għall-provvista ta' servizzi bankarji jew finanzjarji fi kwalunkwe munita. F'dan ir-rigward, il-BĊE għandu jaġixxi bil-għan li jiġi evitat vantaġġ komparattiv li jippromwovi kompetizzjoni inġusta.

Emenda 3

Abbozz ta' regolament

Premessa 9

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

(9)

L-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jistabbilixxi l-prinċipju ta’ separazzjoni, li permezz tiegħu l-BĊE jwettaq il-kompiti mogħtija lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 mingħajr preġudizzju għal u separatament mill-kompiti tal-politika monetarja u kwalunkwe kompitu ieħor. Sabiex jissaħħaħ dan il-prinċipju ta’ separazzjoni, ġie stabbilit Bord Superviżorju skont l-Artikolu 26 li, inter alia, huwa responsabbli għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fil-qasam superviżorju. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE huma, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 tiegħu, soġġetti għal reviżjoni mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami. Meta jitqies il-prinċipju ta’ separazzjoni u l-istabbiliment tal-Bord Superviżorju u tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami, għandom japplikaw żewġ proċeduri distinti: (a) meta l-BĊE jikkontempla l-impożizzjoni ta’ penali amministrattiva fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, għandhom jittieħdu deċiżjonijiet f’dan is-sens mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE fuq il-bażi ta’ abbozz sħiħ ta’ deċiżjoni mill-Bord Superviżorju u soġġett għal rieżami mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami; u (b) meta l-BĊE jikkontempla l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fl-eżerċitar tal-kompiti mhux superviżorji tiegħu, deċiżjonijiet f’dan is-sens jittieħdu mill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u soġġett għal rieżami mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE.

(9)

L-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jistabbilixxi l-prinċipju ta’ separazzjoni, li permezz tiegħu l-BĊE jwettaq il-kompiti mogħtija lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 mingħajr preġudizzju għal u separatament mill-kompiti tal-politika monetarja u kwalunkwe kompitu ieħor. Sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess, dan il-prinċipju għandu jiġi segwit mingħajr restrizzjoni fil-kompiti kollha mwettqa mill-BĊE. Sabiex jissaħħaħ dan il-prinċipju ta’ separazzjoni, ġie stabbilit Bord Superviżorju skont l-Artikolu 26 li, inter alia, huwa responsabbli għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fil-qasam superviżorju. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE huma, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 tiegħu, soġġetti għal rieżami mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami. Meta jitqies il-prinċipju ta’ separazzjoni u l-istabbiliment tal-Bord Superviżorju u tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami, għandhom japplikaw żewġ proċeduri distinti: (a) meta l-BĊE jikkontempla l-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, għandhom jittieħdu deċiżjonijiet f’dan is-sens mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE fuq il-bażi ta’ abbozz sħiħ ta’ deċiżjoni mill-Bord Superviżorju u soġġett għal rieżami mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami; u (b) meta l-BĊE jikkontempla l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fl-eżerċitar tal-kompiti mhux superviżorji tiegħu, deċiżjonijiet f’dan is-sens jittieħdu mill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u soġġett għal rieżami mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE.

Emenda 4

Abbozz ta' regolament

Premessa 10a (ġdida)

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

 

(10a)

Fid-dawl tal-globalizzazzjoni tas-servizzi bankarji u ż-żieda fl-importanza ta' standards internazzjonali, il-BĊE għandu, b'rabta mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti, jistabbilixxi djalogu regolari mas-superviżuri barra mill-Unjoni biex irawwem il-koordinazzjoni internazzjonali u jaqbel dwar prinċipji komuni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta' sanzjonijiet. Id-djalogu għandu jinkludi fehim komuni dwar l-implikazzjonijiet ta' politiki ta' sanzjonijiet diverġenti dwar l-aċċess għas-suq u l-kompetizzjoni, u għandu jimmira li jtejjeb il-kondizzjonijiet ta' parità fil-livell internazzjonali.

Emenda 5

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 2532/98

Artikolu 1 – punt 6

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

“ħlasijiet ta penali perjodiċi” tfisser ammonti ta’ flus li, fil-każ ta’ ksur kontinwat, impriża tkun obbligata li tħallas jew bħala kastig, jew bil-għan li ġġiegħel lill-persuni kkonċernati biex jikkonformaw mar-regolamenti u  deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE. Il-ħlasijiet ta’ penali perjodiċi għandhom jiġu kkalkulati għal kull jum ta’ ksur kontinwat (a) wara notifika lill-impriża ta’ deċiżjoni li teħtieġ it-terminazzjoni ta’ tali ksur skont il-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1); jew (b) meta l-ksur kontinwat jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18(7) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas- superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (*) skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4b ta’ dan ir-Regolament;

(6)

“ħlasijiet ta’ penali perjodiċi” tfisser ammonti ta’ flus li, fil-każ ta’ ksur kontinwat, impriża tkun obbligata li tħallas jew bħala kastig, jew bil-għan li ġġiegħel lill-persuni kkonċernati biex jikkonformaw mar-regolamenti u  d-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE. Il-ħlasijiet ta’ penali perjodiċi għandhom jiġu kkalkulati għal kull jum sħiħ ta’ ksur kontinwat (a) wara notifika lill-impriża ta’ deċiżjoni li teħtieġ it-terminazzjoni ta’ tali ksur skont il-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1); jew (b) meta l-ksur kontinwat jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18(7) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas- superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (**) skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4b ta’ dan ir-Regolament;

Emenda 6

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2532/98

Artikolu 1a – paragrafu 3

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

3.   Il-BĊE jista’ jippubblika kull deċiżjoni li timponi fuq impriża penali finanzjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, kemm fl-oqsma superviżorji u mhux superviżorji, kemm jekk tali deċiżjoni tkun ġiet appellata jew le . Il-BĊE għandu jwettaq tali pubblikazzjoni b’mod konformi mal-liġi tal-Unjoni relevanti, irrispettivament minn kwalunkwe liġi jew regolament nazzjonali u, fejn il-liġi tal-Unjoni relevanti tkun komposta minn Direttivi, minn kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-Direttivi.

3.    Wara li tkun notifikata l-impriża kkonċernata, il-BĊE għandu, skont proċedura trasparenti u regoli li għandu jagħmel pubbliċi, jippubblika kull deċiżjoni li timponi fuq impriża penali finanzjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, kemm fl-oqsma superviżorji u mhux superviżorji, sakemm ikunu ġew eżawriti l-mezzi ġuridiċi kollha ta' appell kontra tali deċiżjoni . Fejn il-BĊE jikkunsidra li pubblikazzjoni immedjata ta' deċiżjoni tkun tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew tkun sproporzjonata meta jiġi kkunsidrat il-grad ta' severità tal-penali jew sanzjoni finanzjarja amministrattiva imposta fuq impriża, huwa għandu jkollu d-diskrezzjoni li jdewwem il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sa tliet snin wara d-data li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni. Jekk jintalab dan, il-BĊE għandu jkollu diskussjonijiet verbali kunfidenzjali bil-magħluq mal-President u l-Viċi Presidenti tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew rigward tali każijiet. Il-BĊE għandu jipprovdi ġustifikazzjoni għad-dewmien fl-anness tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni. Il-BĊE għandu jippubblika fil-każijiet u b’mod konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni relevanti, irrispettivament minn kwalunkwe liġi jew regolament nazzjonali u, fejn il-liġi tal-Unjoni relevanti tkun komposta minn Direttivi, minn kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-Direttivi.

Emenda 7

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2532/98

Artikolu 1a – paragrafu 3a (ġdid)

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

 

3a.     Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi speċifiċi l-oħra tagħhom li jirriżultaw mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jibqgħu kompetenti biex jimponu penali amministrattivi, iżda għandhom jimponu tali penali fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu li jaqgħu taħt is-superviżjoni diretta tal-BĊE biss jekk dan tal-aħħar jesiġi li huma jibdew proċeduri għal dan l-iskop.

Emenda 15

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2532/98

Artikolu 3 – paragrafu 9

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 9 jinbidel b’dan li ġej:

9.   Id-dħul tal-flus mis-sanzjonijiet imposti mill-BĊE għandhom jappartjienu lill-BĊE.

 

“9.   Id-dħul tal-flus mis-sanzjonijiet imposti mill-BĊE għandhom jappartjienu lill-BĊE. Id-dħul minn sanzjonijiet imposti mill-BĊE fl-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tiegħu, inkluż il-ġbir ta' informazzjoni statistika, għandu jappartjieni lill-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni tal-Banek.”

Emenda 8

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 2532/98

Artikolu 3 – paragrafu 10

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

Jekk ksur ikollu x’jaqsam esklużivament ma’ kompitu fdat lis-SEBĊ jew il-BĊE taħt it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ, il-proċedura ta’ ksur għandha tinfetaħ biss fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament, irrispettivament mill-eżistenza ta’ xi liġi jew regolament nazzjonali li jistgħu jipprovdu għal proċedura separata. Jekk ksur ikollu x’jaqsam ukoll ma’ qasam wieħed jew iktar li mhumiex fil-kompetenza tas-SEBĊ jew tal-BĊE, id-dritt li tinfetaħ il-proċedura ta’ ksur fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament għandu jkun indipendenti minn kull dritt ta’ kull awtorità nazzjonali kompetenti li tiftaħ proċeduri separati dwar tali oqsma li mhumiex fil-kompetenza tas-SEBĊ jew il-BĊE. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali u tal-liġi nazzjonali li għandha x’taqsam ma’ kompetenzi superviżorji prudenzjali fi Stati Membri parteċipanti, skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

10.   Jekk ksur ikollu x’jaqsam esklużivament ma’ kompitu fdat lis-SEBĊ jew il-BĊE taħt it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ, il-proċedura ta’ ksur għandha tinfetaħ biss fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament, irrispettivament mill-eżistenza ta’ xi liġi jew regolament nazzjonali li jistgħu jipprovdu għal proċedura separata. Jekk ksur ikollu x’jaqsam ukoll ma’ qasam wieħed jew iktar li mhumiex fil-kompetenza tas-SEBĊ jew tal-BĊE, id-dritt li tinfetaħ il-proċedura ta’ ksur fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament għandu jkun indipendenti minn kull dritt ta’ kull awtorità nazzjonali kompetenti li tiftaħ proċeduri separati dwar tali oqsma li mhumiex fil-kompetenza tas-SEBĊ jew il-BĊE. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali u tal-liġi nazzjonali li għandha x’taqsam ma’ kompetenzi superviżorji prudenzjali fi Stati Membri parteċipanti, skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Barra minn dan, id-dħul li jirriżulta mis-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament għandu jibqa' għad-dispożizzjoni tal-BĊE sakemm huwa jispeċifika għan għal dak id-dħul barra minn dak tal-finanzjament tal-infiq attwali, u sakemm jirraporta dwar l-użu tiegħu lill-Parlament Ewropew u l-Qorti tal-Awdituri.

Emenda 9

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2532/98

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a.

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

1.   Id-dritt li tittieħed deċiżjoni biex tinfetaħ proċedura tal-ksur tal-liġi, kif stabbilita f'dan ir-Regolament, għandu jiskadi wara sena minn meta l-ksur isir magħruf għall-ewwel darba jew mill-BĊE jew mill-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jkun ġara l-ksur allegat u, f'kull każ, wara ħames snin wara li jkun ġara l-ksur jew, fil-każ tal-ksur kontinwu, ħames snin wara li l-ksur ikun waqaf.

 

“1.   Id-dritt li tittieħed deċiżjoni biex tinfetaħ proċedura tal-ksur tal-liġi, kif stabbilita f'dan ir-Regolament, għandu jiskadi wara sena minn meta l-ksur isir magħruf jew mill-BĊE jew mill-bank ċentrali nazzjonali tal-Istat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jkun ġara l-ksur allegat u, f'kull każ, wara tliet snin mid-data li fiha ttieħdet deċiżjoni dwar li tinbeda proċedura ta' ksur jew, fil-każ tal-ksur kontinwu, tliet snin wara li l-ksur ikun waqaf.”

Emenda 10

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 2532/98

Artikolu 4c – paragrafu 1

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

1.   B’deroga mill-Artikolu 4, id-dritt li tittieħed deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva, fir-rigward ta’ ksur relatat ma’ atti relevanti tal-liġi tal-Unjoni li jkunu applikabbli direttament kif ukoll deċiżjonijiet u regolamenti adottati mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, għandu jiskadi ħames snin wara li jkun seħħ il-ksur jew, fil-każ ta’ ksur kontinwat, ħames snin wara li jkun intemm il-ksur.

1.   B’deroga mill-Artikolu 4, id-dritt li tittieħed deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva, fir-rigward ta’ ksur relatat ma’ atti relevanti tal-liġi tal-Unjoni li jkunu applikabbli direttament kif ukoll deċiżjonijiet u regolamenti adottati mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, għandu jiskadi ħames snin wara d-data li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni biex tinbeda proċedura ta' ksur jew, fil-każ ta’ ksur kontinwat, ħames snin wara li jkun intemm il-ksur.

Emenda 11

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 2532/98

Artikolu 4c – paragrafu 2

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

2.   Kull azzjoni meħuda mill-BĊE għall-finijiet tal-investigazzjoni jew proċeduri fir-rigward ta’ ksur għandha tikkawża l-interruzzjoni tal-limitu ta’ żmien stipulat fil-paragrafu 1. L-interruzzjoni tal-perjodu ta’ preskrizzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta l-azzjoni tiġi nnotifikata lill-entità taħt superviżjoni kkonċernata. Kull interruzzjoni għandha tikkawża li l-limitu ta’ żmien jerġa’ jibda mill-ġdid. Madankollu, il-limitu ta’ żmien ma għandux jeċċedi perjodu ta’ għaxar snin wara li jkun seħħ il-ksur jew, fil-każ ta’ ksur kontinwat, għaxar snin wara li jkun waqaf il-ksur.

2.   Kull azzjoni meħuda mill-BĊE għall-finijiet tal-investigazzjoni jew proċeduri fir-rigward ta’ ksur għandha tikkawża l-interruzzjoni tal-limitu ta’ żmien stipulat fil-paragrafu 1. L-interruzzjoni tal-perjodu ta’ preskrizzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta l-azzjoni tiġi nnotifikata lill-entità taħt superviżjoni kkonċernata. Kull interruzzjoni għandha tikkawża li l-limitu ta’ żmien jerġa’ jibda mill-ġdid. Madankollu, il-limitu ta’ żmien ma għandux jeċċedi perjodu ta’ seba' snin wara d-data li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni li tinbeda proċedura ta' ksur jew, fil-każ ta’ ksur kontinwat, seba' snin wara li jkun waqaf il-ksur.

Emenda 12

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 2532/98

Artikolu 4c – paragrafu 4a (ġdid)

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

 

4a.     Azzjonijiet li jinterrompu l-perjodu ta' preskrizzjoni għandhom jinkludu b’mod partikolari dawn li ġejjin:

 

(a)

talba bil-miktub għal informazzjoni mill-BĊE jew minn awtorità nazzjonali kompetenti ta' Stat Membru;

 

(b)

awtorizzazzjonijiet bil-miktub biex jitwettqu spezzjonijiet maħruġa lil uffiċjali mill-BĊE jew minn awtorità nazzjonali kompetenti ta' Stat Membru.

 

(c)

il-bidu ta' proċedimenti ta' ksur minn awtorità nazzjonali kompetenti ta' Stat Membru.

Emenda 13

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2532/98

Artikolu 5

Test fis-seħħ

Emenda

 

5a.

L-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

Artikolu 5

 

‘Artikolu 5

Ir-reviżjoni ġudizzjarja

 

Ir-rieżami ġudizzjarju

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropew għandu jkollha ġurisdizzjoni mingħajr limiti fit-tifsira ta' l-Artikolu 172 tat-Trattat fuq ir-reviżjoni tad-deċiżjonijiet finali li bihom tiġi imposta sanzjoni.

 

Kif jingħad fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni mingħajr limiti fuq ir-rieżami tad-deċiżjonijiet finali li bihom tiġi imposta sanzjoni.

Emenda 14

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt 5b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2532/98

Artikolu 6a (ġdid)

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

 

5b.

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

 

 

“Artikolu 6a

 

 

Djalogu Internazzjonali

 

 

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE għandu jistabbilixxi djalogu regolari mal-awtoritajiet superviżorji barra mill-Unjoni għal kollaborazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni koerenti tas-sanzjonijiet u l-mekkaniżmi ta' sanzjoni fil-livell internazzjonali.”


(*)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(**)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.