23.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/227


P7_TA(2014)0028

L-għasel ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel (COM(2012)0530 – C7-0304/2012 – 2012/0260(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 482/42)

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Ġaladarba ngħatat is-sentenza tas-6 ta' Settembru 2011 tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-442/09, it-trab tad-dakra fl-għasel għandu jitqies bħala ingredjent fit-tifsira tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel. Is-sentenza tal-Qorti kienet ibbażata fuq il-kunsidrazzjoni, skont il-fatti li ġew ippreżentati quddiemha, li t-trab tad-dakra fl-għasel huwa primarjament ir-riżultat taċ-ċentrifugazzjoni li jagħmel min irabbi n-naħal biex jiġbor l-għasel. Iżda t-trab tad-dakra jidħol fid-doqqajs minħabba l-attività tan-naħal u qiegħed fl-għasel b'mod naturali u ma għandux x'jaqsam jużax jew le ċ-ċentrifugazzjoni biex joħroġ l-għasel min irabbi n-naħal. Għalhekk jeħtieġ li jkun iċċarat, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, fuq it-trab tad-dakra mmodifikat ġenetikament li jkun fl-għasel, li t-trab tad-dakra huwa kostitwent tal-għasel, li huwa sustanza naturali mingħajr ingredjenti, u mhuwiex ingredjent fit-tifsira tad-Direttiva 2000/13/KE. Għalhekk, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel  (11) għandha tiġi emendata skont dan.

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE  (1) tiddefinixxi l-għasel bħala sustanza naturali u ħelwa prodotta min-naħal. L-għasel jikkonsisti essenzjalment minn zokkrijiet differenti, bi predominanza l-fruttożju u l-glukożju, kif ukoll sustanzi oħra bħal aċidi organiċi, enzimi u partikoli solidi derivati mill-ġbir tal-għasel. Id-Direttiva 2001/110/KE tippreserva l-karattru naturali tal-għasel billi tillimita l-intervent tal-bniedem li jista' jbiddel il-kompożizzjoni tal-għasel. B'mod partikolari, dik id-Direttiva tipprojbixxi ż-żieda ta' kwalunkwe ingredjent alimentari mal-għasel, inklużi addittivi tal-ikel, jew li jsirulu żidiet oħra għajr ta' għasel. Bl-istess mod, dik id-Direttiva tipprojbixxi t-tneħħija ta' kwalunkwe kostitwent partikolari għall-għasel, inkluż it-trab tad-dakra, sakemm dan ma jkunx inevitabbli fit-tneħħija ta' materjal barrani. Dawk ir-rekwiżiti huma konformi mal-istandard tal-Codex Alimentarius għall-għasel.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Sabiex tiġi kkunsidrata s-sensittività li qed tiżdied tal-konsumaturi dwar il-preżenza tal-organiżmi ġenetikament modifikati fl-ikel u d-drittijiet tagħhom li jkunu infurmati dwarhom, u bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE  (*1) għandha b'konsegwenza tkun emendata.

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

It-trab tad-dakra hu parti mill-kriterji tal-kompożizzjoni tal-għasel kif stabbilit bid-Direttiva 2001/110/KE. L-evidenza disponibbli, inkluża dejta empirika u xjentifika, tikkonferma li n-naħal tal-għasel huma l-oriġini tal-preżenza tat-trab tad-dakra fl-għasel. Frak tat-trab tad-dakra jispiċċa fin-nettaru li mbagħad jinġabar min-naħal tal-għasel. In-nettaru li jinġabar fid-doqqajs ikun fih frak tat-trab tad-dakra li jiġi midbdul f'għasel min-naħal. Skont dejta disponibbli, trab tad-dakra addizzjonali fl-għasel jista' jiġi mit-trab tad-dakra li jkun hemm fuq in-naħal, trab tad-dakra li jkun hemm fl-arja ġewwa d-doqqajs u mit-trab tad-dakra ppakkajat min-naħal f'ċelloli li inċidentalment jinfetħu waqt li qed jinġabar l-għasel mill-operaturi. Minn dan jirriżulta li t-trab tad-dakra jidħol fid-doqqajs minħabba l-attività tan-naħal u qiegħed fl-għasel b'mod naturali indipendentement minn jekk l-għasel jiġix estratt jew le mill-operaturi. Barra minn hekk, m'hemmx żieda intenzjonata ta' trab tad-dakra fl-għasel mill-operaturi, tali addizzjoni hi projbita mid-Direttiva 2001/110/KE.

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1) dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi jiddefinixxi 'ingredjent' bħala kwalunkwe sustanza użata fil-manifattura jew il-preparazzjoni tal-ikel u li tibqa' preżenti fil-prodott lest, anke jekk f'forma mibdula. Din id-definizzjoni timplika użu intenzjonat ta' sustanza fil-manifattura jew il-preparazzjoni tal-ikel. Meta jitqies il-karattru naturali tal-għasel, u b'mod partikolari l-oriġini naturali tal-preżenza ta' kostitwenti partikolari għall-għasel, inkluż it-trab tad-dakra, jeħtieġ li jkun iċċarat li t-trab tad-dakra u kwalunkwe kostitwent ieħor partikolari għall-għasel m'għandux jitqies bħala “ingredjent” tal-għasel fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 1d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d)

Billi l-għasel hu prodott naturali, dan għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit li jkollu lista ta' ingredjenti.

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Premessa 1e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1e)

Miżuri ta' koeżistenza fil-livell tal-Istat Membru stabbiliti bi qbil mal-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE għandhom jiżguraw li l-analiżi standard tal-għasel ma tkunx meħtieġa, inter alia billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta' distanza.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

L-Annessi tad-Direttiva 2001/110/KE fihom xi elementi tekniċi li għandu mnejn ikollhom jiġu addattati jew aġġornati biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti. Din id-Direttiva ma tikkonferixxix setgħat xierqa lill-Kummissjoni biex fil-pront taddatta jew taġġorna dawn l-Annessi biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali. Għalhekk, għall-implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2001/110/KE, is-setgħa li taddatta jew taġġorna l-Annessi ta' din id-Direttiva biex iqisu mhux biss il-progress tekniku, iżda wkoll l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali, għandha wkoll tiġi kkonferita lill-Kummissjoni.

imħassar

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Għalhekk, biex jitqies il-progress tekniku u, fejn ikun rilevanti, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandu jkun iddelegat lill-Kummissjoni biex taddatta jew taġġorna l-karatteristiċi tekniċi marbutin mad-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet tal-prodotti fl-Annessi tad-Direttiva 2001/110/KE.

imħassar

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/110/KE

Artikolu 2 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Billi t-trab tad-dakra huwa kostitwent naturali partikolari tal-għasel , ma għandux jitqies bħala ingredjent, fit-tifsira tal-Artikolu  6(4) tad-Direttiva 2000/13/KE , tal-prodotti ddefiniti fl-Anness 1 ta' din id-Direttiva.

5.   Billi t-trab tad-dakra huwa kostitwent naturali partikolari għall-għasel , ma għandux jitqies bħala ingredjent, fit-tifsira tal-Artikolu  2(2)(f) tar-Regolament (UE) 1169/2011 , tal-prodotti ddefiniti fl-Anness 1 ta' din id-Direttiva.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2001/110/KE

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 6a biex temenda l-karatteristiċi tekniċi marbuta mal-ismijiet, mad-deskrizzjonijiet u mad-definizzjonijiet tal-prodotti fl-Anness I u mal-kriterji tal-kompożizzjoni għall-għasel fl-Anness II, biex jitqiesu l-progress tekniku, u fejn ikun rilevanti, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti.

 

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2001/110/KE

Artikolu 6a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 4 u 6 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat li jibda minn (…). (Publications Office is to fill in the date of entry into force of this amending Act).

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin li jiddekorru minn …. (*2). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded taċitament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali tiġdid sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2001/110/KE

L-Artikolu 6a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4 u 6 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2001/110/KE

Artikolu 6a – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4 u 6 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-punt (1) tal-Artikolu 1 sa [ data ]. Huma jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-punt (1) tal-Artikolu 1 sa … (*3). Huma jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0440/2013).

(11)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.

(1)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.

(*1)   Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 Diċembru 2001 rigward l-għasel

(ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47).

(1)   Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(*2)   Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja.

(*3)   12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva emendatorja.