23.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/66


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri li l-Unjoni tista’ tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping u kontra s-sussidji b’miżuri ta’ salvagwardjar (kodifikazzjoni)”

COM(2014) 318 final – 2014/0164 (COD)

(2015/C 242/12)

Nhar l-20 ta’ Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

“il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri li l-Unjoni tista’ tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping u kontra s-sussidji b’miżuri ta’ salvagwardjar (kodifikazzjoni)”

COM(2014) 318 final – 2014/0164 (COD)

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-504 sessjoni plenarja tiegħu tal-21 u t-22 ta’ Jannar 2015 (seduta tal-21 ta’ Jannar), b’219-il vot favur, vot wieħed (1) kontra u 10 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, il-21 ta’ Jannar 2015.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE