|
14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/128 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (Kodifikazzjoni)
COM(2014) 374 final – 2014/0190 (COD)
(2015/C 230/29)
Nhar l-20 ta’ Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (Kodifikazzjoni)”
COM(2014) 374 final – 2014/0190 (COD).
Billi l-Kumitat iqis li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m’hemm bżonn tal-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-503 sessjoni plenarja tiegħu tad-10 u l-11 ta’ Diċembru 2014 (seduta tal-10 ta’ Diċembru 2014), b’152 vot favur, vot 1 kontra u 6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE