14.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/121


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropej dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda (Kodifikazzjoni)”

COM(2014) 308 final – 2014/0160 (COD)

(2015/C 230/22)

Nhar il-15 ta' Settembru 2014, il-Parlament Ewropew iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda (Kodifikazzjoni)

COM(2014) 308 final – 2014/0160 (COD).

Billi l-Kumitat jikkunsidra l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m'hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-503 sessjoni plenarja tiegħu tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2014 (seduta tal-10 ta' Diċembru 2014), b'157 vot favur, vot 1 kontra u 3 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, l-10 ta' Diċembru 2014.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE