14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/120 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007”
(COM(2014) 614 final – 2014/0285 COD)
(2015/C 230/21)
Nhar l-20 ta' Ottubru 2014 u nhar is-27 ta' Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007”
COM(2014) 614 final – 2014/0285 COD.
Billi l-Kumitat japprova bla riżervi l-kontenut tal-proposta u jaħseb li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-503 sessjoni plenarja tiegħu tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2014 (seduta tal-10 ta' Diċembru 2014), b’152 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 2 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, l-10 ta' Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE