15.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/117


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (kodifikazzjoni)”

(COM(2014) 466 final – 2014/0216 COD)

(2015/C 012/20)

Nhar it-8 ta' Settembru 2014, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi (kodifikazzjoni)

COM(2014) 466 final – 2014/0216 COD.

Billi l-Kumitat japprova bla riżervi l-kontenut tal-proposta u jaħseb li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-502 sessjoni plenarja tiegħu tal-15 u s-16 ta' Ottubru 2014 (seduta tal-15 ta' Ottubru 2014), b'150 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 2 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 15 ta' Ottubru 2014.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE