16.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/69


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE dwar ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni żooteknika”

COM(2014) 4 final – 2014/0033 COD

2014/C 226/14

Fil-25 ta' Frar 2014, u fid-19 ta' Marzu 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE dwar ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni żooteknika

COM(2014) 4 final – 2014/0033 COD.

Billi l-Kumitat diġà ta fehmtu dwar il-kontenut ta’ din il-proposta fl-Opinjoni tiegħu CES4014-2013_00_00_TRA_AC, adottata fis-16 ta’ Ottubru 2013 (1), u CES 1331/88, adottata fl-14 ta' Diċembru 1988 (2) iddeċieda, matul l-497 sessjoni plenarja tiegħu tal-25 u s-26 ta’ Marzu 2014 (seduta tal-25 ta’ Marzu), b’135 vot favur, 3 voti kontra u 17-il astensjoni, li ma jfassalx opinjoni ġdida dwar il-kwistjoni, iżda li jirreferi għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti imsemmija.

Brussell, 25 ta' Marzu2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Opinjoni NAT/611 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 1829/2003, (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 1/2005, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 834/2007, (KE) Nru 1099/2009, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru […]/2013, u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE (Ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali)”COM(2013) 265 final – 2013/0140 (COD), u dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tal-infiq relatat mal-katina alimentari, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005, id-Direttiva 2009/128/KE u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KE, 76/894/KEE u 2009/470/KE”, ĠU 2014/C 67/34, paġna 166 tas-6 ta' Marzu 2014.

(2)  ESC opinion AGR/326 on the Proposal for a Council Regulation (EEC) concerning veterinary checks in intra-Community trade with a view to the completion of the internal market, on the Proposal for a Council Regulation (EEC) on intensifying controls on the application of the veterinary rules, and on the Proposal for a Council Regulation (EEC) amending Regulation (EEC) No 1468/81 on mutual assistance between the administrative authorities of the Member States and cooperation between the latter and the Commission to ensure the correct application of the law on customs or agricultural matters, OJ 1989/C 56, page 20 of 6 March 1989 (mhux disponibbli bil-Malti)