26.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 244/3 |
OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-8 ta’ Jannar 2014
dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
(CON/2014/1)
2014/C 244/03
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-8 ta’ Jannar 2014, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Jannar 2014 (1) dwar il-ħatra ta’ membru ta’ Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew, u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda illi s-Sinjura Sabine LAUTENSCHLÄGER tinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin. |
2. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni illi l-kandidata proposta hija persuna ta’ statura rikonoxxuta u b’esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat. |
3. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu l-ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lis-Sinjura Sabine LAUTENSCHLÄGER bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Jannar 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.