24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/23


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

E-BOOKS (Kotba Elettroniċi)(Penguin)

(COMP/39.847)

2013/C 378/13

(1)

Dan il-proċediment jikkonċerna ċerti prattiki miftiehma b’rabta mal-bejgħ ta’ kotba elettroniċi lill-konsumaturi.

(2)

Fit-12 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) indirizzata lill-erba’ pubblikaturi (Hachette, Harper Collins, Holtzbrinck/Macmillan, Simon & Schuster) (3) kif ukoll Apple, b’rabta mal-bejgħ ta' kotba elettroniċi lill-konsumaturi. Id-deċiżjoni għamlet vinkolanti l-impenji offruti mill-Erba' Pubblikaturi u minn Apple, u għalqet il-proċedimenti safejn kienu kkonċernati (4).

(3)

Minħabba li Pearson, il-kumpanija azzjonarja tal-grupp Penguin (5) ma offriet l-ebda impenn, il-Kummissjoni għadha qed tinvestiga l-kondotta ta' Pearson u l-kompatibilità tagħha mal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

(4)

Fis-16 ta' April 2013 Penguin, il-bejjiegħ tal-kotba elettroniċi kummerċjali fil-grupp Pearson, ressqet kummenti lill-Kummissjoni bi tweġiba għat-tħassib espress fil-valutazzjoni preliminari tal-1 ta' Marzu 2013 (6).

(5)

Fid-19 ta’ April 2013, ġie ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jagħti ġabra fil-qosor tal-każ u tal-Impenji u li jistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni (7). Sa issa ma wasal l-ebda kumment. Il-Kummissjoni qieset għalhekk, li mill-ewwel parti ta' dawn il-proċedimenti kontra l-erba' pubblikaturi u Apple, li l-impenji kienu xierqa biex jindirizzaw it-tħassib tal-kompetizzjoni.

(6)

Fid-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tagħmel vinkolanti l-impenji li offruti minn Penguin u tikkonkludi li fid-dawl tal-impenji offruti, ma għadx hemm raġunijiet għall-azzjoni min-naħa tagħha, u għalhekk il-proċedimenti dwar dan il-każ għandhom jintemmu.

(7)

Jien ma rċevejt ebda talba jew ilment mingħand l-ebda parti fil-proċedimenti f'dan il-każ (8). Fid-dawl ta’ dan, jien nikkunsidra li l-eżerċiżżju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha f’dan il-każ ġie rispettat.

Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2013.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikolu 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u dwar it-termini ta’ referenza ta’ uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(3)  Hachette Livre SA, HarperCollins Publishers, L.L.C. u HarperCollins Publishers Limited, Georg von Holtzbrinck GmbH & Co. KG u Verlagsgruppe Georg von Holtzbrinck GmbH, Simon & Schuster, Inc. Simon & Schuster (UK) Ltd u Simon & Schuster Digital Sales, Inc.

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2012 ppubblikata fid-dokument C(2012) 9288 li jinsab fuq http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/dec_docs/39847/39847_26804_4.pdf Ara wkoll ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta, ĠU C 73, 13.3.2013, p. 15, li jinsab fuq http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52013XX0313(02):EN:NOT

(5)  Penguin Publishing Company Limited, The Penguin Group, Penguin Group (USA) Inc. u Dorling Kindersley Holdings Limited, is-suċċessuri u l-partijiet tagħhom u kull sussidjarji, taqsimiet, gruppi u sħubijiet rispettivi tagħhom, minn issa 'l quddiem “Penguin”.

(6)  L-impenji offruti minn Penguin jinsabu fuq http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/dec_docs/39847/39847_27098_5.pdf

(7)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każ COMP/39.847/E-BOOKS, ĠU C 112, 19.4.2013, p. 9.

(8)  B’konformità mal-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti li joffru impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura sabiex ikun żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom.