3.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/10 |
Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bnedmin, u li tirrevoka d-Direttiva 2001/20/KE
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit elettroniku tal-EDPS http://www.edps.europa.eu)
2013/C 253/05
1. Introduzzjoni
1.1. Konsultazzjoni tal-EDPS
1. |
Fis-17 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (“ir-Regolament propost”) (1), u li tirrevoka d-Direttiva 2001/20/KE. Din il-proposta ntbagħtet lill-EDPS għal konsultazzjoni fid-19 ta’ Lulju 2012. |
2. |
L-EDPS jilqa’ l-fatt li ġie kkonsultat mill-Kummissjoni u jirrakkomanda li tiġi inkluża referenza għall-konsultazzjoni fil-preamboli tar-Regolament propost. |
3. |
Qabel l-adozzjoni tar-Regolament propost, l-EDPS ingħata l-possibbiltà li jipprovdi kummenti informali lill-Kummissjoni. Uħud minn dawn il-kummenti ġew ikkunsidrati. Bħala riżultat, is-salvagwardji tal-protezzjonijiet tad-dejta fir-Regolament propost ġew imsaħħa. |
1.2. Għanijiet u intenzjonijiet tar-Regolament propost
4. |
Ir-Regolament propost għandu l-għan li jiffaċilita l-proċess ta’ applikazzjoni għall-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, speċjalment għall-provi multinazzjonali. Dan jinkludi qafas legali li jistabbilixxi bażi tad-dejta ċentrali għall-UE kollha (bażi tad-dejta tal-UE), ikkontrollata mill-Kummissjoni, bħala l-pjattaforma waħdanija għall-provi kliniċi fl-UE. Ir-Regolament propost jintroduċi wkoll bażi tad-dejta elettronika (bażi tad-dejta tal-EMA), ikkontrollata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), għar-rappurtar ta’ reazzjonijiet suspettati, mhux mistennija, serji u avversi. |
1.3. L-għan tal-Opinjoni tal-EDPS
5. |
Ir-Regolament propost jista’ jaffettwa d-drittijiet ta’ individwi relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. Fost kwistjonijiet oħra, jittratta l-ipproċessar ta’ dejta sensittiva (dejta dwar is-saħħa), bażijiet tad-dejta u ż-żamma ta’ rekords. |
6. |
Għalkemm l-EDPS jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni għamlet sforz biex tiggarantixxi l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-UE rigward il-protezzjoni tad-dejta personali fir-Regolament propost, l-EDPS jidentifika ċertu nuqqas ta’ ċarezzi u inkonsistenzi fil-mod li r-Regolament propost jittratta l-kwistjoni ta’ jekk u liema kategoriji ta’ dejta personali se jiġu pproċessati taħt ir-Regolament propost, b’mod partikolari fejn dejta sensittiva dwar is-saħħa tista’ tiġi pproċessata u maħżuna. L-EDPS għalhekk jemmen li hemm bżonn ta’ kjarifika fir-rigward ta’ din il-kategorija ta’ dejta personali, kemm dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fil-Portal tal-UE u l-bażi tad-dejta, kif ukoll fir-rappurtar ta’ effetti avversi fil-bażi tad-dejta tal-EMA. |
3. Konklużjonijiet
32. |
L-EDPS jilqa’ l-attenzjoni mogħtija b’mod speċifiku għall-protezzjoni tad-dejta fir-Regolament propost, iżda identifika lok għal aktar titjib. |
33. |
L-EDPS jirrakkomanda li:
|
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
(1) COM(2012) 369 finali.