|
20.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 206/6 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta’ Marzu 2012 għar-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.6266 – Johnson & Johnson/Synthes
Rapportatur: Ir-Repubblika Ċeka
2013/C 206/04
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
3. |
Il-Kumitat Kosultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodott u s-swieq ġeografiċi rilevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata mhux se twassal għal xi tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq ikkonċernati fl-oqsma ta': (1) Apparat għas-sinsla; (2) Apparat għall-ispalla; (3) Apparat karnju-maksillofaċjali; kif ukoll (4) Għodod bil-mutur. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata, kif proposta oriġinarjament miill-partijiet notifikanti, twassal għal tfixkil sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fis-swieq li ġejjin
|
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti mill-parti notifikanti fil-21 ta’ Frar 2012 u kif modifikati fit-13 ta’ Marzu 2012 jindirizzaw il-problemi relatati mal-kompetizzjoni identifikati mill-Kummissjoni u se jeliminaw it-tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li tirriżulta mit-tranżazzjoni notifikata. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata għandha tiġi għalhekk dikkjarata inkompatibbli mas-suq komuni u mat-tħaddim tal-ftehim taż-ŻEE. |