27.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/4 |
Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
COMP/39.230 – Réel/Alcan
2013/C 89/05
(1) |
Dan il-proċediment jikkonċerna rabta kuntrattwali bejn it-teknoloġija tat-tidwib tal-aluminju ma’ tagħmir għall-maniġġ fil-funderiji tal-aluminju. |
(2) |
Il-każ joriġina minn ilment mibgħut fl-2005 mill-Group Réel, manifattur Franko-Ġermaniż ta’ krejnijiet speċjalizzati għall-impjanti ta’ riduzzjoni tal-aluminju. Wara investigazzjoni, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet li minnha dehrilha li Alcan (2) kienet kisret l-Artikolu 82 tat-Trattat (3) u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE mill-1 ta’ Jannar 1990. Saret seduta verbali fl-2008. Sussegwentement il-Kummissjoni investigat aktar u ppreparat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet Supplimentari. |
(3) |
Fil-11 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (4) li jikkonċerna l-ksur allegat tal-produttur internazzjonali tal-aluminju Rio Tinto Alcan (“Alcan”). |
(4) |
Skont il-valutazzjoni preliminari, il-prattika ta’ Alcan li jorbot b’kuntratt il-liċenzji tat-teknoloġija tat-tidwib tal-aluminju (riduzzjoni) tiegħu max-xiri ta’ ċerti krejnijiet speċjalizzati għall-impjanti ta’ riduzzjoni tal-aluminju, l-hekk imsejħa il-pot tending assemblies (PTAs), fornuti mis-sussidjarja ta’ Alcan, l-ECL, tista’ tirriżulta fi ksur tal-Artikolu 101 u 102 tat-TFUE u l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont il-valutazzjoni preliminari, Alcan għandha pożizzjoni dominanti fis-suq rilevanti għal-liċenzjar tat-teknoloġija tat-tidwib tal-aluminju. Il-valutazzjoni preliminari esprimiet it-tħassib li l-prattika kuntrattawli ta’ Alcan tista’ tipproduċi effetti negattivi fuq l-innovazzjoni u l-prezzijiet, u twassal għal esklużjoni antikompetittiva fis-suq tal-PTAs rilevanti. |
(5) |
Sabiex twieġeb għat-tħassib muri mill-Kummissjoni, Alcan offriet l-impenji (5). Fl-10 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni ppubblikat notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jagħti taqsira tal-każ, tal-impenji u tistieden lil partijiet terzi sabiex iressqu l-kummenti dwar il-proposta (6). L-eżami tas-suq indika li l-abbozz ta’ impenji jkun siewi sabiex jindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni, iżda ġew imqajmin diversi kwistjonijiet. F’Novembru tal-2012, Alcan offriet verżjoni riveduta tal-impenji, filwaqt li indirizzat dawn il-kwistjonijiet. |
(6) |
Fid-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tagħmel vinkolanti l-impenji li jidħlu għalihom l-impriżi u tikkonkludi li fid-dawl tal-impenji offruti, ma għadx hemm raġunijiet għall-azzjoni min-naħa tagħha, u għalhekk il-proċedimenti dwar dan il-każ għandhom jintemmu. |
(7) |
Jien ma rċivejt ebda talba jew ilment mingħand l-ebda parti fil-proċedimenti tal-każ preżenti (7). Fid-dawl ta’ dan, jien nikkunsidra li l-eżerċiżżju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha f’dan il-każ ġie rispettat. |
Brussell, id-29 ta’ Novembru 2012.
Michael ALBERS
(1) Skont l-Artikolu 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u dwar it-termini ta’ referenza ta’ uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) Alcan Inc., Alcan France SAS, Aluminium Pechiney SAS and Electrification Charpente Levage SASU (ECL).
(3) Issa l-Artikolu 102 tat-TFUE
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(5) L-impenji offruti minn Alcan huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/dec_docs/39230/39230_1873_5.pdf
(6) Notifika ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolaament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.230 – Réel/Alcan (notifikata bid-dokument C(2012) 5758) (ĠU C 240, 10.8.2012, p. 23).
(7) Skont l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti li joffru impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura sabiex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom.