21.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/4


Notifika mill-Gvern Svediż skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (“id-Direttiva dwar l-Elettriku”) marbuta mal-ħatra tal-kumpanija “Affärsverket svenska kraftnät” bħala operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni fl-Isvezja – Operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku

2013/C 240/05

Wara d-deċiżjoni aħħarija tal-awtorità regolatorja Svediża, meħuda fit-13 ta’ Lulju 2012, dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-kumpanija “Affärsverket svenska kraftnät” bħala operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni b’separazzjoni tas-sjieda (l-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar l-Elettriku), fit-3 ta’ Settembru 2012, l-awtorità regolatorja nazzjonali (li hija l-Ispettorat tas-Suq tal-Enerġija) għarrfet lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni u l-ħatra uffiċjali ta’ din il-kumpanija bħala operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni li jopera fl-Isvezja skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar l-Elettriku.

Kull tagħrif addizzjonali jista’ jinkiseb mingħand:

Il-Ministeru tal-Intrapriżi, tal-Enerġija u tal-Komunikazzjonijiet

(Posta elettronika: iris.heldt@gov.se)