2.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/9


Avviż tal-Gvern tad-Danimarka skont id-Direttiva 2009/119/KE tal-Kunsill li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi

2013/C 31/06

Skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2009/119/KE tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi, id-Danimarka permezz ta' dan l-avviż tinnotifika l-impenn tagħha li żżomm ħażniet speċifiċi.

1.

Il-livell ta' ħażniet speċifiċi li d-Danimarka timpenja ruħha li se żżomm huwa ekwivalenti għal 30 jum tal-konsum medju ta' kuljum.

2.

L-impenn japplika għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014.

3.

Ħażniet speċifiċi se jkunu magħmulin mill-kategoriji tal-prodotti li ġejjin:

Gażolina għall-muturi

Gażolju/żejt tad-diżil

Fuel oil (żejt kombustibbli)

4.

Il-ħażniet se jkunu proprjetà ta' Foreningen Danske Olieberedskabslagre (FDO), li nħatret bħala s-CSE Daniża, u se jinżammu minnha.