3.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/9


Noti Spjegattivi għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2013/C 353/04

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti Spjegattivi għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma b'dan emendati kif ġej:

Paġna 125

It-test li ġej jiżdied wara l-paragrafu 2711“Gassijet mill-petroleum u idrokarboni gassużi oħra”:

2711 19 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-gass likwifikat li jinkiseb mill-bijomassa.

Dan il-gass likwifikat jirriżulta mill-fermentazzjoni tal-parti bijodegradabbli tal-iskart u r-residwi industrijali, tad-dar jew muniċipali, tal-ħama mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, tal-parti bijodegradabbli tal-iskart u r-residwi tal-agrikoltura u l-forestrija, tal-iskart u r-residwi tal-industrija tal-ikel agrikolu u ta' materji primi oħrajn simili li ġejjin mill-annimali jew mill-ħxejjex li jinkisbu mill-bijomassa.

Dan il-gass huwa magħmul b'mod predominanti mill-metan, ġeneralment mid-diossidu tal-karbonju, u wkoll mis-sulfid tal-idroġenu, mill-idroġenu, min-nitroġenu u mill-ossiġenu, fuq skala iżgħar.

2711 29 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-gass (fi stat gassuż) li jinkiseb mill-bijomassa.

Dan il-gass jirriżulta mill-fermentazzjoni tal-parti bijodegradabbli tal-iskart u r-residwi industrijali, tad-dar jew muniċipali, tal-ħama mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, tal-parti bijodegradabbli tal-iskart u r-residwi tal-agrikoltura u l-forestrija, tal-iskart u r-residwi tal-industrija tal-ikel agrikolu u ta' materji primi oħrajn simili li ġejjin mill-annimali jew mill-ħxejjex li jinkisbu mill-bijomassa.

Dan il-gass huwa magħmul b'mod predominanti mill-metan, ġeneralment mid-diossidu tal-karbonju, u wkoll mis-sulfid tal-idroġenu, mill-idroġenu, min-nitroġenu u mill-ossiġenu, fuq skala iżgħar.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.