|
30.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/31 |
Miżuri ta' Riorganizzazzjoni
Deċiżjoni dwar miżura ta' riorganizzazzjoni għal “International Union Insurances SA”
(Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)
2013/C 216/08
|
Impriża tal-assigurazzjoni |
International Union Insurances SA, ibbażata f'Ilia Iliou 66 11764 Ateni, Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija 12836/Β/05/1986, Numru tat-Taxxa 094058455, u rrappreżentata legalment minn Andreas Valiraki, President tal-Bord ta' Ġestjoni tal-kumpanija. |
||||
|
Data, dħul fis-seħħ u tip ta' deċiżjoni |
Id-Deċiżjoni Nru 80/3/28.6.2013 tal-Kumitat għall-Kwistjonijiet tal-Kreditu u tal-Assigurazzjoni tal-Bank tal-Greċja dwar il-projbizzjoni tad-disponiment ħieles (iffriżar) tal-assi marbuta u ħielsa eżistenti kollha miżmuma minn International Union Insurances SA fiż-żmien meta tiġi adottata d-Deċiżjoni u r-riżorsi finanzjarji marbuta u ħielsa kollha miżmuma mill-kumpanija kemm jekk fil-Greċja kif ukoll barra mill-Greċja. Barra minn hekk, in-negozju ta' assigurazzjoni kollu tal-kumpanija, li jkopri l-attivitajiet kollha tagħha fis-setturi kollha tal-assigurazzjoni, huwa sospiż. Dħul fis-seħħ: 28.6.2013 Data ta' skadenza: 15.7.2013 |
||||
|
Awtorità kompetenti |
|
||||
|
Awtorità superviżorja |
|
||||
|
Amministratur maħtur |
|
||||
|
Il-liġi applikabbli |
Il-liġi Griega skont l-Artikoli 9 u 17c tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 400/1970 |