24.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/7


Pubblikazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riorganizzazzjoni u l-likwidazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

Bank of Credit and Commerce International SA Luxembourg (BCCI SA) f'likwidazzjoni obbligatorja – RCS Luxembourg No B 10370

u

BCCI Holdings (Luxembourg) SA (BCCI Holdings) f'likwidazzjoni obbligatorja – RCS Luxembourg No B 12610

L-uffiċċju rreġistrat taż-żewġ sociétés anonymes tal-liġi Lussemburgiża jinsab fi: 2, rue de la Chapelle, 1325 Luxembourg u PO Box 320, 2013 Luxembourg

AVVIŻ TAL-GĦELUQ

2013/C 210/06

B'sentenza tal-5 ta' Lulju 2013 il-Qorti Distrettwali ta' u fil-Lussemburgu, it-Taqsima Kummerċjali, ordnat l-għeluq tal-likwidazzjoni ta' BCCI SA u BCCI Holdings wara li ġie vverifikat li l-assi kollha li kien hemm tqassmu lill-benefiċjarji. Ir-rilaxx ingħata lil-likwidatur għall-operazzjonijiet ta' likwidazzjoni li saru sal-21 ta' Mejju 2013. Għal dawk il-benefiċjarji li d-dejta disponibbli ma ppermettietx il-likwidatur biex jibagħtilhom id-dividendi tal-likwidazzjoni jew parti minn dawn, l-assi li jikkorrispondu mad-dividendi li ma tqassmux ingħataw, għall-kont tagħhom, lil Caisse de Consignation fil-Lussemburgu, 3, rue de St Esprit, 1475 Luxembourg – email: BCCI@ts.etat.lu – Tel +352 24782777 – Faks +352 467262 – fejn dawn il-fondi se jinżammu għad-dispożizzjoni tagħhom matul il-perjodu taż-żamma legali.

Il-kredituri tal-fergħat fl-Emirati Għarab Magħquda ta' BCCI SA u BCCI Holdings li ma rċevewx il-ħlas tad-dividendi tal-likwidazzjoni tagħhom jew parti minn dawn jistgħu jikkuntattjaw ukoll lis-Central Bank PO Box 2255, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda – Tel +971 26663204 / +971 26915855 – Faks +971 26667327 – email: LiqUAE@cbuae.gov.ae

Il-kotba u l-fajls se jinżammu u jibqgħu maħżuna għall-perjodu ta’ żamma legali ta’ ħames snin rispettivament sitt snin f’dawn l-indirizzi:

(a)

Għal likwidazzjonijiet tal-Lussemburgu u l-friegħi żgħar f’ġurisdizzjonijiet varji: Team Relocations SA rreġistrata fil-Lussemburgu RCS B0024402, 112, Rue de Kiem, 8030 Strassen.

(b)

Għal-likwidazzjoni tal-fergħat fl-Emirati Għarab Magħquda: Central Bank PO Box 2255, Abu Dhabi, United Arab Emirates.

(c)

Għal-likwidazzjoni tal-fergħat fir-Renju Unit: Iron Mountain UK, Norman Road, Pickardy Manor Way, Belvedere, Kent, DA17 6JY, UK.

Il-Lussemburgu, il-11 ta’ Lulju 2013

Il-Likwidatur: Jacques DELVAUX