|
4.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 127/17 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
2013/C 127/07
Din il-pubblikazzjoni tagħti dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“RIZ DE CAMARGUE”
Nru tal-KE: FR-PGI-0105-0073-25.10.2011
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda
|
— |
|
Isem il-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
|
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu tal-produzzjoni |
|
— |
☒ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Rekwiżiti nazzjonali |
|
— |
☒ |
Oħrajn (emenda formali għall-fini tal-konformità mal-pjan definit u tal-iffaċilitar tal-qari, u emenda tal-korp ta’ ċertifikazzjoni) |
2. Tip ta' emenda
|
— |
☒ |
Emenda tad-Dokument Uniku jew is-Sinteżi (is-Sommarju) |
|
— |
|
Emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrati li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Sinteżi |
|
— |
|
Emenda fl-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
|
— |
|
Emenda temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri obbligatorji sanitarji jew fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Emenda/i
3.1. Deskrizzjoni tal-prodott
L-emendi fl-ispeċifikazzjoni huma kif ġej:
|
— |
Ir-ross “mgħolli minn qabel” tneħħa mill-grupp ta’ ross li jibbenefika mill-IĠP. Fil-fatt il-proċedura tat-tisjir minn qabel ma għadhiex użata fil-Camargue: ross “li jissajjar malajr” huwa mmanufatturat mingħajr it-trattatment tas-sħana, billi jinqata’ l-perikarpu. Għalhekk, huma l-kriterji tar-‘ross ismar tal-Camargue jew tal-ħabba sħiħa’ li jintużaw biex jiddeskrivu l-karatteristiċi ta’ dawn iż-żrieragħ. Din l-emenda taffettwa wkoll l-iskeda tas-Sommarju li kienet tispeċifika ross mgħolli minn qabel fil-parti 4.2 (Deskrizzjoni). |
|
— |
Il-livelli ta’ umdità għar-“ross abjad” u għar-“ross mogħti nofs tgħollija” żdiedu f'konformità mal-valur aċċettat għar-“ross” tal-ħabba sħiħa u r-“ross” ismar, li jkun inferjuri jew ugwali għal 15 %. Il-proċess tat-tnixxif jagħmel ir-ross ipproċessat aktar fraġli, li jirriżulta fi spejjeż ogħla tat-tqassim (tqassim mill-ġdid) u fir-riskju ta’ livelli aktar baxxi ta’ kwalità għall-konsumatur (possibbiltà ta’ tifrik wara l-ippakkjar). Għalhekk din l-emenda għandha l-għan li tillimita r-riskji ta’ tifrik u tikkontribwixxi wkoll għall-iżgurar tal-omoġeneità tal-prodott. Din l-emenda għandha impatt ukoll fuq l-iskeda tas-Sommarju fil-parti 4.2 (Deskrizzjoni). |
|
— |
Il-livell ta’ materja inerta: tneħħa l-livell globali ta’ impuritajiet inorganiċi filwaqt li nżammu żewġ komponenti: livell ta’ impuritajiet inorganiċi u livell ta’ materja organika flimkien ma’ żrieragħ oħrajn. Il-limitu għal-livell ta’ materja organika li ġiet stabbilita fil-livell ta’ “traċċi”, ġiet aġġustata mill-ġdid għal-livell aċċettat għal ross ta’ kwalità għolja, li jkun inferjuri jew ugwali għal 0,05 %. Dawn l-emendi mhumiex se jaffettwaw l-Iskeda tas-Sommarju. |
|
— |
Il-kwalità tal-produzzjoni: Il-livell tar-ross fil-ħliefa fir-ross abjad u fir-ross mogħti nofs tgħollija, li kien stabblit fil-livell tat-traċċi, ġie aġġustat mill-ġdid sa livell li huwa inferjuri jew ugwali għal 0,06 % għar-ross tal-ħabba sħiħa u għar-ross ismar, ir-ross abjad u r-ross mogħti nofs tgħollija. Saret l-istess emenda għal-livell ta’ ross fil-ħliefa fir-ross abjad u fir-ross mogħti nofs tgħollija: livell stabblit fil-grad ta’ “traċċi” ġie rreġistat għal 0,06 %. Min-naħa l-oħra, kien hemm fużjoni tal-kriterji għar-ross bl-istrixxi ħomor u għar-ross aħmar li jinxtered minnu nnifsu għal-livelli awtorizzati (il-livelli ta’ ross aħmar li jinxtered minnu nnifsu fir-ross abjad u fir-ross mogħti nofs tgħollija ġew stabbiliti fil-grad ta’ “traċċi” fl-IĠP rreġistrata). Din il-fużjoni seħħet minħabba l-fatt li l-kriterji huma simili ħafna u diffiċli biex jiġu individwati waqt il-kontrolli. Din il-fużjoni għalhekk tippermetti simplifikazzjoni tal-kontrolli. Il-livelli ta’ ross bl-istrixxi ħomor u ta’ ross aħmar li jinxtered minnu nnifsu huma inferjuri jew ugwali għal 2 % rispettivament fir-ross tal-ħabba sħiħa u tar-ross ismar, u inferjuri jew ugwali għal 1 % fir-ross abjad u fir-ross mogħti nofs tgħollija. Dawn l-emendi għandhom impatt ukoll fuq l-Iskeda tas-Sommarju fil-parti 4.2 (Deskrizzjoni). |
|
— |
Il-maturazzjoni: il-livell ta’ żrieragħ mhux immaturati li kien stabbilit fil-grad ta’ “traċċi” fir-ross abjad u fir-ross mogħti nofs tgħollija ġie aġġustat mill-ġdid għal livell inferjuri jew ugwali għal 0,5 %. Il-livell ta’ żrieragħ mhux immaturati ġie emendat ukoll għar-ross abjad u għar-ross mogħti nofs tgħollija u issa jinsab fil-livell li huwa ugwali jew inferjuri għal 3 %. Dawn l-emendi għandhom impatt ukoll fuq l-Iskeda tas-Sommarju fil-parti 4.2 (Deskrizzjoni). |
|
— |
Iż-żrieragħ li saritilhom il-ħsara u dawk mismutin: minn naħa tneħħa l-kriterju ġenerali ta’ żrieragħ “li saritilhom il-ħsara u żrieragħ mismutin”, sostitwit bil-komponenti tiegħu, flimkien mal-parametri ta' “żrieragħ bit-tbajja” u “bit-tikek”; min-naħa l-oħra, il-kriterju ta’ “żrieragħ sofor”, li kien stabbilit fil-grad ta’ traċċi, ingħaqad mal-kriterju ta’ “żrieragħ tal-kulur tal-ambra”. Dawn il-fużjonijiet għandhom l-għan li mill-ġdid jiġbru flimkien id-difetti bl-istess oriġini (mard u tismit) li kultant huwa diffiċli biex jiġu individwati waqt il-kontrolli. Din il-fużjoni għalhekk tippermetti simplifikazzjoni tal-kontrolli. Il-livell ta’ żrieragħ li saritilhom il-ħsara (tbajja u tikek) huwa, rispettivament, anqas minn 0,5 % fir-ross tal-ħabba sħiħa u fir-ross ismar, u inqas minn 0,3 % għar-ross abjad u għar-ross mogħti nofs tgħollija. Il-livell ta’ żrieragħ mismutin (sofor + tal-kulur ambra) huwa inqas minn 0,1 % għar-ross tal-ħabba sħiħa u tar-ross ismar, ir-ross abjad u r-ross mogħti nofs tgħollija. Dawn l-emendi jħallu wkoll impatt fuq l-Iskeda tas-Sommarju fil-parti 4.2 (Deskrizzjoni). Dawn l-emendi (livelli ta’ materja inerta, kwalità ta’ produzzjoni, maturazzjoni, żrieragħ li saritilhom ħsara u dawk mismutin) saru l-aktar sabiex l-analiżi tiġi ssimplifikata, ukoll jekk mhux neċessarjament se jtejbu l-kwalità. Għan ieħor ta’ dawn l-emendi huwa li jiġi stabbilit il-limitu għall-kwantifikazzjoni tal-livelli li kienu ddefiniti fil-grad ta’ “traċċi”, sabiex ikun hemm limitu minimu li jista’ jiġi mkejjel fuq kampjun partikolari. B’hekk jiġu ppreċiżati l-livelli definiti għall-grad ta’ traċċi, iżda fil-limiti raġonevoli (qatt ma jkunu superjuri għal dak li huwa ttollerat għar-ross ta' kwalità superjuri pereżempju) sabiex ma jikkompromettux l-omoġeneità tal-prodott. |
|
— |
Fl-ispeċifikazzjoni u fid-Dokument Uniku ġie ppreċiżat li għall-prodott pur u kif ukoll għal dak imħallat jintuża l-istess tip ta’ żerriegħa. |
3.2. Żona ġeografika
Iż-żieda tal-commune ta’ Fontvielle hija purament formali minħabba li l-konfini taż-żona ġeografika baqgħu kif kienu u minħabba li dak il-commune kien inkluż fiż-żona ġeografika tal-IĠP irreġistrata. Din iż-żieda ma taffettwax l-Iskeda tas-Sommarju għaliex il-muniċipalitajiet ma kinux elenkati fiha.
3.3. Prova tal-oriġini
Ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà huma definiti skont l-istadju tal-produzzjoni f’konformità mal-pjan stipulat fir-Regolament (KE) Nru 510/2006. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-elementi ġejjin mit-tabella fl-ispeċifikazzjoni taċ-Ċertifikat tal-Konformità tal-Prodott li qabel kien assoċjat mal-IĠP, u li kien marbut ukoll mal-produzzjoni tar-Riz de Camargue.
Żdiedu l-ismijiet ta’ varjetajiet, skont it-tifsira botanika tat-terminu matul l-istadji tal-kultivazzjoni, tal-ħsad u tal-ħżin.
3.4. Metodu ta’ produzzjoni
|
1. |
L-emendi fl-ispeċifikazzjoni huma kif ġej:
|
|
2. |
L-emendi fl-ispeċifikazzjoni huma kif ġej: Żieda ta’ stadju ġdid “għażla tal-ħbula art”: Ir-rekwiżit għall-ħbula art tar-ross tal-Camargue biex kull wieħed minnhom ikollu mogħdija indipendenti għad-dħul u għall-ħruġ tal-ilma billi jiġi evitat li l-ilma jiskula bejn il-ħbula art mhuwiex element ġdid, iżda dan huwa enfasizzat bħala karatteristika oriġinali fil-mod ta’ produzzjoni tar-Riz de Camargue. Din ir-restrizzjoni dehret qabel fl-ispeċifikazzjoni taċ-Ċertifikat tal-Konformità tal-Prodott mehmuża mal-applikazzjoni għar-rikonixximent tal-IĠP li saret fl-1998, iżda li ftit li xejn kienet viżibbli fl-Ispeċifikazzjoni tal-IĠP. Il-vantaġġ tal-viżibbiltà tagħha huwa li l-konsumatur ikun infurmat aħjar. |
3.5. Rabta
Ir-rabta mal-oriġini tfasslet mill-ġdid u hija maqsuma fi 3 partijiet: l-ispeċifiċità taż-żona tal-produzzjoni tar-Riz de Camargue, l-ispeċifiċità tar-Riz de Camargue, ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-ispeċifiċità tar-Riz de Camargue.
|
— |
L-ispeċifiċità taż-żona tal-produzzjoni tar-Riz de Camargue Żieda ta’ dan il-paragrafu li ma jidhirx fl-ispeċifikazzjoni tal-IĠP irreġistrata. |
|
— |
L-ispeċifiċità tar-Riz de Camargue Żieda ta’ dan il-kapitlu li ma deherx fl-ispeċifikazzjoni tal-IĠP irreġistrata, iżda li juża mill-ġdid l-elementi li kienu stabbiliti qabel. |
|
— |
Kwalità distintiva: Użu mill-ġdid tal-elementi korrispondenti li kienu ddefiniti oriġinarjament fil-kapitlu 6.3 Kwalità u Karatteristiċi marbuta mal-Oriġini, iżda dawn ġew ikkompletati u organizzati mill-ġdid f'ġabra koerenti u viżibbli għall-konsumatur: l-omoġeneità tar-ross, skont it-tabella ta’ Camargue dwar il-kwalità hija għodda ta’ traduzzjoni għall-operaturi u għall-finijiet ta’ kontroll. L-elementi fl-ispeċifikazzjoni ta’ qabel użati mill-ġdid f'dan il-format imqassar huma:
|
3.6. Tikkettar
Il-karatteristiċi speċjali marbuta maċ-Ċertifikat tal-Konformità tal-Prodott tneħħew u żdied il-logo tal-UE.
Il-vantaġġ taż-żieda tal-logo tal-UE huwa li jippermetti identifikazzjoni aħjar tal-prodott li jista’ jiġi kkumerċjalizzat fl-imballaġġ tal-marki kummerċjali differenti, fid-diversi forom u kuluri.
3.7. Rekwiżiti nazzjonali
Parti kompletament ġdida li tinkludi l-punti prinċipali għall-finijiet ta’ kontroll.
Ir-referenza għal-liġi Nr 94-2 tat-3 ta’ Jannar 1994 dwar ir-rikonoxximent ta’ prodotti agrikolu u tal-ikel tneħħiet.
3.8. Oħrajn
Saru emendi formali fl-ispeċifikazzjoni, notevolment għall-fini tal-konformità mal-pjan fis-seħħ bħalissa.
L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ kontroll ġew emendati. Dan issa huwa Certipaq.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3)
“RIZ DE CAMARGUE”
Nru tal-KE: FR-PGI-0105-0073-25.10.2011
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem
“Riz de Camargue”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. It-tip ta’ prodott
|
Klassi 1.6. |
Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Ir-“Riz de Camargue” jikkorrispondi għal formats differenti ta’ żrieragħ: żrieragħ tondi, żrieragħ medji, żrieragħ twal tat-tip A, żrieragħ twal tat-tip B.
Il-varjetajiet awtorizzati jappartjenu lill-varjetajiet Japonica u Indica.
Il-lista tal-varjetajiet awtorizzati hija stabbilita mill-organizzazzjoni li taġġornaha kull sena. Din il-lista hija stabbilita fuq il-bażi ta’ kriterji agronomiċi (is-saħħa taż-żerriegħa meta’ jinqata’ r-ross, il-prekoċità, l-għoli tal-pjanta, ir-reżistenza għat-tisqija u r-reazzjoni għall-mard) bil-għan li jiggarantixxu li l-varjetà tkun adattata għall-kuntest agroklimatiku tal-Camargue u li jkun żgurat li l-varjetajiet kollha miżrugħa jikkorrispondu għall-istess tip, u b’hekk produzzjoni ta’ żrieragħ b’karatteristiċi simili.
Ir-“Riz de Camargue” huwa ross għall-konsum, u huwa disponibbli fi stadji differenti tal-produzzjoni tiegħu: ross tal-ħabba sħiħa jew ross ismar (kannella jew ikkulurit), ross abjad (naturali jew b’aroma naturali) u ross mogħti nofs tgħollija. Ir-ross jista’ jiġi kkumerċjalizzat bħala prodott pur (l-istess format ta’ żerriegħa u l-istess stat ta’ tkabbir) jew bħala taħlita ta’ ross fi stadji differenti tal-produzzjoni, li kull wieħed minnhom jikkorrispondi għal format ta’ żerriegħa.
Ir-“Riz de Camargue” huwa ross ta’ “kwalità superjuri”, b’livell għoli ta’ omoġeneità: ma hu soġġett għall-ebda kwistjoni/deterjorament tas-saħħa (deterjorament, riħa, togħma), il-livell ta’ tifrik huwa biss ta' 5 % u l-perċentwal ta’ żrieragħ bl-istess format huwa ugwali jew superjuri għal 97 %.
Barra minn hekk ir-“Riz de Camargue” huwa ross:
|
— |
partikolarment nadif: b’livelli ta’ impuritajiet inorganiċi u organiċi li huma inferjuri jew ugwali (rispettivament) għal 0,01 % u 0,05 %; |
|
— |
produzzjoni ta’ kwalità għolja: il-perċentwal ta’ ross “barrani” huwa baxx ħafna: il-livell ta’ ross fil-ħliefa huwa ugwali jew inferjuri għal 0,06 %; b’livell ta’ ross aħmar u ta' ross bi strixxi ħomor li huwa ugwali jew inferjuri għal 1 % fir-ross abjad u fir-ross mogħti nofs tgħollija u ugwali jew inferjuri għal 2 % fir-ross tal-ħabba sħiħa u fir-ross ismar, livell ta’ ross “cargo” (fil-ħliefa) ugwali jew inferjuri għal 0,06 % fir-ross abjad jew ir-ross mogħti nofs tgħollija. Il-perċentwal taż-żrieragħ li saritilhom il-ħsara huwa inferjuri għal 0,5 % għar-ross tal-ħabba sħiħa u għar-ross ismar, u inferjuri għal 0,3 % għar-ross abjad u għar-ross mogħti nofs tgħollija. Il-livell ta’ żrierargħ mismutin huwa ta' anqas minn 0,1 %. |
|
— |
iż-żrieragħ huma regolari għall-aħħar, kemm fir-rigward ta' maturità kif ukoll ta' format: il-livell ta’ żrieragħ mhux immaturati ugwali jew inferjuri għal 5 % fir-ross tal-ħabba sħiħa jew fir-ross ismar u inqas minn 3 % fir-ross abjad u fir-ross mogħti nofs tgħollija; l-omoġeneità tal-formats hija żgurata mill-għażla tal-varjetajiet li jistgħu jiġu kkultivati għall-produzzjoni tar-“Riz de Camargue”. Kull sena, din l-għażla ssir mill-Entità għad-Difiża u l-Ġestjoni tal-IĠP. |
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Mhux applikabbli.
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
Mhux applikabbli.
3.5. Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika definita
L-operazzjonijiet kollha tal-kultivazzjoni tar-ross fil-ħliefa, tal-ħsad, tat-tnixxif u tal-ħżin tar-ross fil-ħliefa, u tal-produzzjoni tar-“Riz de Camargue” jitwettqu fiż-żona ġeografika. Il-fatt li d-diversi stadji tal-produzzjoni tar-ross jinsabu viċin xulxin jiżgura li, f’termini ta' kwalità tal-prodott komplut, ir-ross huwa omoġenju ħafna; it-tnaqqis korrispondenti fit-trasportazzjoni jillimita r-riskju li ż-żrieragħ jitħassru qabel ma jitnixxfu kompletament.
3.6. Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Mhux applikabbli.
3.7. Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Id-denominazzjoni “Riz de Camargue” għandha tidher fuq ir-ross ikkummerċjalizzat kollu, ikun xi jkun l-imballaġġ tiegħu.
Minbara l-informazzjoni legali kollha, il-logo Ewropew għandu jidher fuq it-tikkettar kollu tar-“Riz de Camargue”, qrib iż-żona tal-indikazzjoni ġeografika protetta.
4. Deskrizzjoni konċiża taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Riz de Camargue” tkopri t-territorju tal-communes li ġejjin:
|
— |
fid-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône: Arles, Les Saintes Maries de la Mer, Port St Louis du Rhône, Tarascon, Fontvieille; |
|
— |
fid-dipartiment ta' Gard: Saint Gilles, Vauvert, Aigues Mortes, Beaucaire, Fourques, Saint Laurent d’Aigouze, Le Cailar, Le Grau du Roi, Aimargues, Bellegarde. |
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. L-Ispeċifiċità taż-żona ġeografika
Il-Camargue hija kkaratterizzata minn ġabra ta’ fatturi naturali u umani, fil-biċċa l-kbira tagħhom interdipendenti, u li jagħmluha żona tal-produzzjoni tar-ross unika u identifikabbli.
(a)
It-territorju huwa kkaratterizzat kif ġej:
|
— |
in-nuqqas ta’ għoljiet jew muntanji flimkien ma' altitudni baxxa ħafna, dejjem anqas minn 5 metri, jippermettu li jiġu identifikati uċuħ ċatti, adattati għall-kultivazzjoni fl-ilma u għall-kontroll tal-livelli tal-ilma; |
|
— |
il-preżenza taħt il-ħamrija ta’ ilma bil-melħ taħt l-art, li f’ċerti postijiet fih konċentrazzjonijiet ta’ melħ li huma ogħla mill-ilma tal-baħar; |
|
— |
klima Mediterranja li l-karatteristiċi l-aktar importanti tagħha huma:
|
(b)
Ix-xmara Rhône, li tifforma parti mid-delta, hija sors “ineżawribbli” ta’ ilma ħelu, u b’hekk tipprovdi l-Camargue bil-ħtiġijiet idrawliċi kollha tagħha. L-ilma ħelu jinfirex u jkopri prattikament ir-reġjun/it-territorju kollu tal-Camargue bis-saħħa ta’ netwerk impressjonanti ta’ irrigazzjoni u ta’ kanali għall-iskular tal-ilma, li jinżammu mill-kultivaturi tar-ross. Dawn il-kanali huma mqassma bejn żewġ netwerks idrografiċi, isseparati minn xulxin bl-għelieqi tar-ross: wieħed li jfawwar l-għelieqi tar-ross bl-ilma fil-biċċa ta’ fuq, u l-ieħor li jiskula u jneħħi l-ilma fil-biċċa t’isfel.
(c)
Iż-żona tal-produzzjoni tar-“Riz de Camargue” tikkorrispondi għal territorju li fih l-ispeċjalizzazzjoni tal-kultivazzjoni tar-ross hija neċessità sabiex tiġi miġġielda l-isterilizzazzjoni tal-art mill-melħ. Billi jippermetti t-tindif tal-melħ u jgħin biex in-netwerk idrawliku jitjieb, it-tkabbir tar-ross huwa fattur deċisiv għat-titjib fl-iżvilupp agrikolu u soċjoekonomiku tal-Camargue.
Għalhekk, id-diversi operaturi involuti fil-produzzjoni tar-ross u fl-ipproċessar tiegħu ilhom organizzati għal żmien twil madwar industrija strutturata li tinsab l-aktar fit-territorju tad-delta tar-Rhône. B’mod partikolari, din l-industrija għandha istitut tekniku, is-Centre Français du Riz, iddedikat għall-kultivazzjoni fiż-żona tal-produzzjoni.
In-natura strutturata ta’ din l-industrija toħroġ ukoll mill-fatt li l-korpi kollha tal-ħsad tar-“Riz de Camargue” jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni, immedjatament maġenb il-ħbula art tal-kultivazzjoni.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott
(a)
Karatteristika tal-prodott komplut “Riz de Camargue”, hija l-omoġeneità kbira u l-għadd żgħir ta’ żrieragħ b’difetti: l-aktar iż-żrieragħ bit-tbajja' u ta' kulur ambra u żrieragħ ħodor.
Ir-“Riz de Camargue” huwa ross għall-konsum, u jinbiegħ fi stadji differenti ta’ produzzjoni tiegħu: ross tal-ħabba sħiħa jew ross ismar (kannella jew ikkulurit), ross abjad (naturali jew b’aroma naturali) u ross mogħti nofs tgħollija. Jista’ jiġi kkumerċjalizzat f'forma ta’ prodott pur jew bħala taħlita ta’ ross.
Ir-ross għandu kwalità ta' produzzjoni għolja ħafna, bi żrieragħ li juru regolarità kbira wkoll fil-format, b’livell imnaqqas ta’ tifrik ta’ 5 % u b’perċentwal ta’ żrieragħ tal-istess format ta' 97 % jew aktar.
(b)
Il-kultivazzjoni tar-“Riz de Camargue” tippreżenta partikolaritajiet distinti, l-aktar minħabba l-ambjent naturali u l-pożizzjoni tagħha fid-Delta.
It-teknika tal-produzzjoni, l-użu ta’ ħbula raba' żgħar li kull wieħed minnhom għandu minn fejn jidħol u joħroġ l-ilma, f'sistema kumplessa ta' kanali ta' irrigazzjoni u tal-iskular mill-ilma, teħtieġ għarfien speċifiku min-naħa tal-produtturi.
Il-ġestjoni tajba tal-livelli tal-ilma f’kull ħabel raba' hija fundamentali.
|
— |
Matul il-fażi tat-tħejjija tal-għelieqi tar-ross, jitneħħilhom l-ilma kollu, li jillimita t-tkabbir tal-faqqiegħ patoġeniku. |
|
— |
Waqt il-perjodu ta' kultivazzjoni, il-ġestjoni tal-ilma tippermetti l-ottimizzazzjoni tat-tkabbir tal-pjanti u kif ukoll l-użu ta’ pestiċidi, fejn xieraq. |
|
— |
Fi tmiem iċ-ċiklu, l-għalqa tar-ross titnixxef biex jiġi limitat il-kuntatt taż-żrieragħ mal-ilma fil-każ ta’ tixrib marbut ma’ kundizzjonijiet klimatiċi, li jikkawża ħsara lill-kwalità tal-ħsad, kif ukoll fil-livelli ta’ materja inerta fil-ħsad. |
(c)
L-istorja tar-ross ta’ Camargue tmur lura għas-seklu XIII. Pereżempju fid-digriet tat-23 ta’ Awwissu 1593 ir-re Henri IV kien ordna li fil-Camargue għandhom jiġu kkultivati l-kannamiela, il-pjanta madder u r-ross.
Il-kultivazzjoni fuq skala kbira nbdiet fis-seklu XIX, wara l-kostruzzjoni tad-diga tar-Rhône fl-1855 u ġiet żviluppata l-aktar wara l-1945, minħabba l-imblokk tal-kosta u n-nuqqas ta’ ikel. Il-kultivazzjoni kienet tokkupa sa 35 000 ettaru fil-Camargue u fil-kosta Meditarranja ta' Port-Saint-Louise du Rhône f’Perpignan, u ssodisfat il-ħtiġijiet interni kollha.
Fl-1965, il-kultivazzjoni bdiet tonqos iżda tkompliet fil-Camargue, u kopriet bosta eluf ta’ ettari, li kienu kkonċentrati fl-artijiet l-aktar baxxi fejn xejn iżjed ma jista’ jikber. Il-kultivazzjoni tar-ross reġgħet żviluppat wara l-1981, wara li ġie deċiż pjan ta’ rkupru.
Din il-kultivazzjoni antika tar-ross u l-persistenza tagħha fit-territorju kkontribwixxew għar-reputazzjoni tar-“Riz de Camargue”, li wara l-kisba ta’ medalja ta’ unur f’fiera internazzjonali fl-1856 u tal-IĠP “Riz de Camargue” fl-2000, ma għadx hemm bżonn li tiġi ppruvata. Illum, din ir-reputazzjoni hija sostnuta bis-saħħa ta’ avvenimenti kulturali popolari bħall-festa tal-Premices du Riz jew la Féria du riz.
Fl-2012 il-Camargue pproduċiet 100 000 tunnellata ta’ ross fil-ħliefa fuq superfiċje ta’ madwar 20 000 ettaru kkultivat, li jikkostitwixxi terz tal-konsum tal-Franċiżi. F’dik is-sena l-industrija kellha aktar minn 200 operatur.
5.3. Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP)
L-ekosistema partikolari tal-Camargue tikkontribwixxi b’mod qawwi għall-kwalità tar-“Riz de Camargue”:
|
— |
Il-preżenza qawwija tax-xemx, li kull sena tiggarantixxi l-1 750 siegħa ta' xemx li r-ross jeħtieġ, tikkontribwixxi għat-tkabbir tar-ross u tiżgura rendiment regolari. |
|
— |
Il-karattru magħluq tal-Camargue flimkien ma' livell għoli ta' evaporazzjoni jwasslu għall-introduzzjoni artifiċjali tal-ilma ħelu biex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' ilma naturali u biex tikkontrolla l-livelli tal-ilma fl-għelieqi tar-ross. Il-kontroll tal-livelli tal-ilma huwa żgurat minn infrastruttura idrawlika, magħmula minn stazzjonijiet tal-ippumpjar li jiffunzjonaw b’mod korrett u li jkopru 80 % tas-superfiċje agrikola, li tippermetti l-kultivazzjoni tat-tip "raisonnée" (metodu ta' kultivazzjoni bl-għan li jnaqqas l-effetti negattivi tal-kultivazzjoni fuq l-ambjent u jżid dawk pożittivi). Dan jikkostitwixxi wkoll mezz addizzjonali għall-kontroll tal-mard. Ir-ross li jinħasad b’hekk ikollu perċentwal naturalment baxx ta’ żrieragħ bit-tbajja'. |
|
— |
Il-qawwa u l-frekwenza tal-Majjistral, ir-riħ dominanti li jkopri ż-żona kollha, jippermettu purifikazzjoni fil-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni, li b’mod konsiderevoli tnaqqas l-attakki mill-mard mill-faqqiegħ u tevita, partikolarment, l-iżvilupp ta' tossiċi (mikotossina, aflatossina). |
Barra minn hekk, il-viċinanza tas-siti tal-ħsad, fejn iż-żerriegħa tittieħed biex titnixxef malli tinħasad, tippreserva l-kwalità taż-żerriegħa. Matul il-fażi tat-tnixxif, għadd kbir tar-riskji assoċjati mad-deterjorament tal-apparenza taż-żerriegħa jisparixxu. B’dan il-mod, iċ-ċirkuwitu qasir ħafna bejn l-għelieqi tal-produzzjoni u l-unitajiet tat-tnixxif inaqqas ir-riskji marbuta mat-tismit taż-żrieragħ, u hekk ukoll il-proporzjon taż-żrieragħ ta' kulur isfar jew ambra.
L-ispeċifiċità tar-“Riz de Camargue” hija l-livell għoli ta’ omoġeneità, li tirriżulta kemm mill-organizzazzjoni kkoordinata tal-industrija tal-produzzjoni, mill-prassi kif ukoll mill-varjetajiet li huma adattati għall-karatteristiċi agroklimatiċi taż-żona, u mill-fatt li l-kundizzjonijiet huma identiċi fiż-żona tal-produzzjoni kollha kemm hi.
Ir-“Riz de Camargue” jibbenefika wkoll minn reputazzjoni tajba marbuta mal-kultivazzjoni antika tiegħu fit-territorju; hija waħda fost l-uniċi kultivazzjonijiet li ttejjeb it-territorju u li tippreservah billi tillimita t-tlugħ fil-wiċċ tal-melħ.
L-għarfien tekniku lokali, li nbena b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet partikolari tal-kultivazzjoni u bl-użu tal-fatturi ta' produzzjoni disponibbli, illum ġie kkonsolidat permezz tal-preżenza ta’ persuni tekniċi speċjalizzati u ta' istitut tekniku, is-Centre Français du Riz, li huwa ddedikat għal din il-kultivazzjoni u li joħroġ rakkomandazzjonijiet għall-kultivaturi tar-ross dwar iċ-ċiklu tal-kultivazzjoni.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))
https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCIGPRizDeCamargueV1.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.
(4) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.