5.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/2


Aġġornament tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 17; ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 21; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 15; ĠU C 87, 1.4.2010, p. 15; ĠU C 180, 21.6.2012, p. 2)

2013/C 98/02

Il-pubblikazzjoni tal-Lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Barra mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

MALTA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247 tat-13.10.2006

Is-servizz nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntiera: il-Korp tal-Pulizija ta' Malta, il-Forzi Armati ta' Malta (AFM) u d-Dipartiment tad-Dwana ta' Malta.