22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/9


Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2013/C 83/05

Skont l-Artikolu 9(1)(a), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

It-test li ġej għandu jiddaħħal f'paġna 379:

9004

Nuċċalijiet, nuċċalijiet speċjali u oġġetti simili, korrettivi, protettivi, jew mod ieħor:

Spag, ktajjen u oġġetti simili (pereżempju, ‘spag tan-nuċċalijiet’ jew ‘ktajjen tan-nuċċalijiet’) għal prodotti f'din l-intestatura, anki b'ingassa fit-tarf, għandhom jiġu kkunsidrati la bħala partijiet u lanqas bħala aċċessorji, għaliex la huma komponenti integrali u lanqas ma jżidu jew itejbu l-funzjonalità ta' dawn il-prodotti. Għalhekk, dawn għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal kostituttiv (pereżempju, l-intestatura 5609, 6307, 7117, 7315 jew 7616).”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.