1.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/10 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping
2013/C 60/05
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri tal-antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għall-issuktar jew ir-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw, aktar 'il quddiem, l-opportunità li jelaboraw, jirribattu l-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni, jew jikkummentaw dwarhom.
3. Limitu ta' żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 8/20, 1049 Brussell, il-Belġju (The European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 8/20, 1049 Brussels, Belgium) (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
Glutamat tal-monosodju |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Dazju antidumping |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1187/2008 (ĠU L 322, 2.12.2008, p. 1) |
3.12.2013 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Faks +32 22956505.
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-ġurnata msemmija f’din il-kolonna.