30.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/12


Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri kompensatorji

2013/C 28/06

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma tinbediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri kompensatorji msemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

IL-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx jirriżultaw f'kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidju u l-ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jiġu pprovduti bl-opportunità li jamplifikaw, jopponu jew jikkummentaw fuq il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, biex tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 8/20, 1049 Brussell, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż preżenti iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż hu ppublikat skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009.

Prodott

Pajjiż(i) ta’ oriġini jew ta' esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Aċidu sulfaniliku

L-Indja

Dazju kompensatorju

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2008 (ĠU L 276, 17.10.2008, p. 3)

18.10.2013

 

 

Impriża

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/37/KE (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 52)

 


(1)  ĠU L 188,18.7.2009, p. 93.

(2)  Tel. +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-ġurnata msemmija f’din il-kolonna.