13.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 365/190 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija
2013/C 365/27
INTRODUZZJONI
1. |
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem "l-Aġenzija", magħrufa wkoll bħala l-“ERCEA”), li tinsab fi Brussell, inħolqot bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE (1). L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017 bl-għan li ġġesti l-programm speċifiku “Ideat” taħt is-7 Programm Kwadru għar-Riċerka (2). |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:
|
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
4. |
Skont l-Artikoli 33 u 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (5), il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi:
|
Ir-responsabbiltà tal-awditur
5. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (7) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari. |
6. |
L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. |
7. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha. |
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
8. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2012 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adotatti mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. |
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
9. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2012 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha. |
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI
11. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi meħuda b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-17 ta’ Settembru 2013.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
ANNESS I
Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A) |
2011 |
L-Aġenzija ma eżerċitatx kontroll suffiċjenti matul l-iżvilupp ta’ assi intern tal-IT imsejjaħ e-Stream, li l-iskop tiegħu kien li jawtomatizza l-proċessi tal-approvazzjoni tal-fluss tax-xogħol tad-dipartiment tal-Ġestjoni Xjentifika. L-argument kummerċjali għal dan il-proġett ma ġiex definit adegwatament, ir-riskji ma ġewx identifikati u indirizzati adegwatement u l-maniġment naqas milli jimmonitorja l-progress tal-proġett. Dawn id-dgħufijiet ikkontribwixxew għall-falliment tal-proġett tal-IT, li rriżulta f’imposta ta’ deprezzament ta’ EUR 258 967. |
Ikkompletata |
2011 |
Id-Direttur ad interim tal-Aġenzija nħatar fl-1 ta’ Jannar 2011 b’deċiżjoni tal-Kummissjoni. Fi Frar 2012, fiż-żmien tal-awditu, it-tul ta’ żmien ta’ dan il-post qabeż b’xahar il-massimu ta’ sena previst fir-Regolament tal-Persunal. Peress li Kap ta’ Unità ħa f’idejh b’mod temporanju l-funzjoni oriġinali tad-Direttur bħala Kap ta’ Dipartiment, l-istess nuqqas ta’ konformità mar-Regolamenti tal-Persunal japplika hawnhekk ukoll. Kap ta’ Unità ieħor kien Aġent Kap ta’ Dipartiment bejn Ġunju 2009 u Frar 2011 u d-durata tal-post kienet irregolari f’dan il-każ ukoll. |
Ikkompletata |
ANNESS II
Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (Brussell)
Kompetenzi u attivitajiet
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 182 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
|
||||||||||||||
Kompetenzi tal-Aġenzija (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE) |
Objettivi L-Aġenzija ġiet stabbilita f’Diċembru 2007 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE, għall-ġestjoni tal-Programm speċifiku Komunitarju "Ideat" fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003. "Ideat" huwa implimentat mill-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC), li jikkonsisti minn Kunsill Xjentifiku indipendenti li jistabbilixxi l-istrateġija xjentifika tal-ERC u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħha mill-Aġenzija li timmaniġġja l-ġestjoni operazzjonali. L-Aġenzija saret awtonoma mid-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-15 ta’ Lulju 2009. Kompiti Il-kompiti tal-Aġenzija huma deskritti fl-Att ta’ Delegazzjoni (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5694), partikolarment fl-Artikoli 5-7 tiegħu. Fost dawn il-kompiti, l-Aġenzija ġiet fdata b’kompiti li jkopru:
|
||||||||||||||
Tmexxija (Id-Deċizjonijiet tal-Kummissjoni C(2008) 5132 u C(2011) 4877) (Id-Deċizjonijiet tal-Kummissjoni 2007/134/KE u 2011/12/UE) (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE) (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003) |
Kumitat ta’ Ġestjoni Il-Kumitat ta' Ġestjoni huwa l-korp li jissorvelja l-operazzjonijiet tal-Aġenzija u jinħatar mill-Kummissjoni (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5132). Huwa jadotta l-programm ta’ ħidma annwali (wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni), il-baġit amministrattiv u r-rapporti annwali tal-Aġenzija. Huwa kompost minn ħames membri u osservatur wieħed. Kunsill Xjentifiku tal-ERC Il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC huwa fdat bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/134/KE li jistabbilixxi strateġija xjentifika għall-Programm Speċifiku Ideat, jiddeċiedi dwar it-tip ta’ riċerka li għandu jkun iffinanzjat skont l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE u jiggarantixxi l-kwalità tal-attivitajiet mill-perspettiva xjentifika. Il-kompiti tiegħu jkopru, b’mod partikolari, it-tfassil tal-programm annwali ta’ ħidma annwali għall-Programm Speċifiku Ideat, u tal-proċess tar-reviżjoni bejn il-pari, kif ukoll il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kwalità tal-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku "Ideat", mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Huwa kompost minn 22 membru maħtura mill-Kummissjoni. Direttur tal-Aġenzija Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea għal erba’ snin. Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awtorità ta' kwittanza Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||
Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2012 (2011) |
Baġit EUR 37,8 (35,6) miljun Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2012 Il-baġit operazzjonali 2012 jipprovdi għal tabella tal-persunal ta’ 100 (100) Persunal temporanju (PT) u baġit għal 289 (260) Persunal kuntrattwali (PK) u esperti nazzjonali sekondati (SNE), jiġifieri persunal totali ta’ 389 (360). Minn dawn il-postijiet, 380 (350) ġew okkupati fit-tmiem l-2012:
Allokati lil:
|
||||||||||||||
Prodotti u servizzi 2012 (2011) |
|
||||||||||||||
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA
1. |
L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti. |