DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Mehmuż ma' dan id-dokument Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail /* SWD/2013/0534 final */
WERREJ 1........... Introduzzjoni................................................................................................................ 2 2........... Definizzjoni tal-problema............................................................................................. 3 2.1........ Sfidi ewlenin tal-UE fis-settur
ferrovjarju.................................................................... 3 2.2........ Il-problemi ewlenin li
jeħtieġu azzjoni.......................................................................... 3 2.3........ Il-kaġuni ewlenin tal-problemi...................................................................................... 3 2.3.1..... Il-frammentazzjoni tal-isforzi
tar-R&I.......................................................................... 3 2.3.2..... Ingranaġġ baxx
tal-investiment fir-R&Ż tal-UE.......................................................... 4 2.3.3..... Il-parteċipazzjoni limitata u
mhux koordinata tal-partijiet interessati tul il-katina tal-valur ferrovjarja 4 2.3.4..... Il-Kostijiet għoljin, ir-riskji
u ż-żmien ta’ investimenti tar-R&I................................... 4 2.4........ L-aktar partijiet interessati
affettwati u valutazzjoni tal-ħtiġijiet................................. 4 2.5........ Sussidjarjetà.................................................................................................................. 4 2.5.1..... Bażi legali..................................................................................................................... 4 2.5.2..... Il-ħtieġa u l-valur
miżjud tal-UE................................................................................... 5 3........... Għanijiet....................................................................................................................... 5 4........... Alternattivi ta’ politika................................................................................................. 5 5........... Valutazzjoni tal-impatti................................................................................................ 6 5.1........ Approċċ ġenerali
tal-valutazzjoni tal-impatti................................................................ 6 5.2........ Sommarju tal-impatti.................................................................................................... 6 6........... Tqabbil tal-alternattivi................................................................................................... 7 6.1.1..... Struttura governattiva................................................................................................... 8 6.1.2..... Baġit............................................................................................................................. 8 7........... Il-monitoraġġ u
l-evalwazzjoni..................................................................................... 8 DOKUMENT TA’
ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI
TAL-IMPATT Mehmuż ma' dan id-dokument Proposta għal Regolament
tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail 1. Introduzzjoni Dan is-sommarju eżekuttiv jiddeskrivi
s-sejbiet ewlenin u l-konklużjonijiet tar-rapport tal-valutazzjoni
tal-impatt li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament
tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail skont
Orizzont 2020 (H2020) għal approċċ koordinat tal-UE
għar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur ferrovjarju
b’appoġġ għat-tlestija ta’ Żona Ferrovjarja Unika Ewropea
(SERA). Il-proposta ssegwi l-White Paper dwar il-Pjan
Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport[1], li jenfasizza
l-bżonn li tinħoloq SERA biex tinkiseb sistema Ewropea tat-trasport
kompetittiva u b’użu effiċjenti tar-riżorsi u li tindirizza
l-isfidi prinċipali tas-soċjetà marbuta mad-domanda li qed
tiżdied tat-traffiku, il-konġestjoni, il-provvista tal-enerġija
u t-tibdil fil-klima. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Is-Sħubija
fir-Riċerka u l-Innovazzjoni” tenfasizza wkoll li s-sħubijiet
pubbliċi-privati (PPPs) jistgħu jgħinu biex jiġu
indirizzati dawn l-isfidi u tissaħħaħ il-pożizzjoni
kompetittiva tal-Ewropa. 2. Definizzjoni
tal-problema 2.1. Sfidi
ewlenin tal-UE fis-settur ferrovjarju Il-miri ambizzjużi tal-UE dwar it-tibdil
fil-klima, l-użu tal-enerġija u l-protezzjoni ambjentali jfissru li
s-settur ferrovjarju ser ikun meħtieġ jieħu sehem akbar
mid-domanda għat-trasport fid-deċennji li jmiss. Madankollu, in-netwerk ferrovjarju Ewropew
għadu qed isibha diffiċli li jisfida d-dominanza tat-trasport
bit-triq. Minkejja s-sussidji pubbliċi kbar u investimenti sinifikanti
fl-infrastruttura u prodotti ta’ teknoloġija għolja, is-sehem modali
tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija naqas f’dawn l-aħħar
għaxar snin, filwaqt li s-sehem modali baqa’ kostanti fir-rigward tal-passiġġieri
bil-ferrovija. Barra dan, għalkemm l-industrija
tal-provvista ferrovjarja Ewropea għadha minn ta' quddiem nett fuq livell
dinji, din qiegħda kull ma jmur tħabbat wiċċha ma' sfidi
minn fornituri barranin, l-aktar fl-Asja, li qed jinvestu bil-kbir fir-R&I.
Is-suċċess fit-tul
fil-kompetittività ferrovjarja Ewropea, kemm kontra modi oħra tat-trasport
u fil-konfront tal-kompetituri barranin, għaldaqstant, tiddependi fuq
innovazzjoni kontinwa tal-prodott, is-servizz u l-proċess, li, min-naħa
tagħha, teħtieġ investimenti koordinati fir-R&I fuq skala
kbira. 2.2. Il-problemi
ewlenin li jeħtieġu azzjoni L-innovazzjoni tul il-katina tal-valur
ferrovjarja tgħin b'mod strateġiku biex tiġi kompluta s-SERA u
tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur ferrovjarju. Madankollu,
fil-passat l-isforzi tar-R&I fis-settur ferrovjarju fil-livell tal-UE ma
ġewx immirati b’mod suffiċjenti lejn politika usa’ bil-għan li
tiġi kompluta s-SERA u l-adozzjoni mis-suq u l-impatt tal-proġetti
tar-R&I ferrovjarji tal-UE kienu baxx u bil-mod. 2.3. Il-kaġunijiet
ewlenin tal-problema Ġew identifikati erba’ muturi importanti
li jikkontribwixxu għal dawn il-problemi. 2.3.1. Il-frammentazzjoni
tal-isforzi tar-R&I Apparti l-frammentazzjoni tal-baġits
tar-R&I fl-Istati Membri, il-koordinazzjoni ta’ sforzi tar-R&I
fis-settur ferrovjarju huwa ristrett iżjed minħabba dawn il-forom ta’
frammentazzjoni: Il-frammentazzjoni bejn l-ekosistemi
ferrovjarji differenti, bi ta’ sistemi nazzjonali u
reġjonali, netwerks u standards operattivi tekniċi frammentati.
L-industrija kellha għalhekk tiżviluppa vetturi ddisinjati sabiex
jissodisfaw il-limitazzjonijiet uniċi tas-swieq nazzjonali relattivament
żgħar. Dan il-livell għoli ta’ kustomizzazzjoni tal-prodott u
n-nuqqas ta’ standardizzazzjoni Ewropea mhux biss jikkostitwixxi ostaklu
għas-SERA, iżda jirriżulta wkoll f'żieda fl-ispejjeż
ta’ produzzjoni u marġini operattivi baxxi li ma jippermettux investimenti
sinifikanti f’riċerka spekulattiva orjentata lejn it-teknoloġija u
jillimitaw l-użu tal-innovazzjonijiet mis-suq. Il-frammentazzjoni bejn is-sottosistemi
tas-settur ferrovjarju. Interazzjonijiet kumplessi
bejn is-sottosistemi (l-infrastruttura, il-vetturi ferrovjarji u l-manifattura
tat-tagħmir tas-sinjali, l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers
tal-infrastruttura) jillimitaw il-potenzjal tat-titjib ta' xi parti
speċifika tas-sistema jew tal-possibbiltà li jiġu proposti
soluzzjonijiet rivoluzzjonarji li jkollhom impatt fuq is-sistema kollha u li
jistgħu jintużaw biex tiġi kompletata s-SERA. Il-frammentazzjoni tul iċ-ċiklu
tal-ħajja tal-innovazzjoni. L-isforzi
tar-riċerka tal-UE jiffokaw primarjament fuq l-innovazzjoni
prekompetittiva f'Livelli ta' Preparazzjoni Teknoloġika baxxi biex b'hekk
hemm ftit proġetti ta’ dimostrazzjoni fuq skala kbira u parti sinifikanti tal-għarfien
iġġenerat minn proġetti tar-R&I Ewropea qatt ma
jispiċċaw fis-suq. 2.3.2. Ingranaġġ
baxx tal-investiment fir-R&Ż ferrovjarju tal-UE L-istruttura attwali ta’ R&I ferrovjarji
tal-UE tillimita li jkun hemm vantaġġ dirett massimu
mill-finanzajment tal-UE. Fil-proġetti ferrovjarji, is-sehem medju ta’
finanzjament privat kien biss ta' 34%. Ir-rati ta' parteċipazzjoni
relattivament baxxi tal-kumpaniji privati fi proġetti jfissru wkoll li
ħafna proġetti jindirizzaw livelli teknoloġiċi
relattivament baxxi, u b’hekk jillimitaw l-effetti ta’ lieva indiretti marbuta
ma’ investimenti privati addizzjonali wara t-tlestija tal-proġett. 2.3.3. Parteċipazzjoni
limitata u mhux koordinata tal-partijiet interessati tul il-katina tal-valur
ferrovjarja L-approċċ ta' tnedija
tal-proġett tar-R&I attwali "minn isfel għal fuq” ma
jippermettix approċċ programmatiku komprensiva u jfisser li
l-proġetti individwali ma jkunux neċessarjament allinjati flimkien u
mal-għanijiet ta’ politika ġenerali tal-UE. Il-formazzjoni ta’ konsorzji
ad hoc tfisser li l-katina tal-valur kollha mhux neċessarjament tkun
tirrappreżenta u xxekkel il-kollaborazzjoni kontinwa tal-imsieħba lil
hinn minn proġetti uniċi, li tirriżulta fi tnaqqis
tal-fiduċja fost l-imsieħba. 2.3.4. Kostijiet
għoljin, riskji u ż-żmien ta’ investimenti tar-R&I Ir-riskji ġeneriċi tal-innovazzjoni
huma akbar fis-settur ferrovjarju minħabba: ·
Interazzjonijiet kumplessi bejn segmenti
ferrovjarji differenti u l-ħtieġa għal sinkroniċità bejn
l-innovazzjonijiet. ·
Ċikli tal-ħajja ta’ prodott twal, li
jfixklu l-iskjerament rapidu ta’ teknoloġiji ferrovjarji ġodda. ·
Benefiċċji ta' distribuzzjoni
tal-innovazzjoni mhux ugwali bejn il-partijiet interessati, li jnaqqsu
l-inċentivi sabiex isir investiment f’teknoloġiji ġodda. ·
In-nuqqas ta’ sinerġiji ma’ setturi
industrijali oħra, speċjalment f’teknoloġiji emerġenti. 2.4. L-aktar
partijiet interessati affettwati u valutazzjoni tal-ħtiġijiet L-inizjattiva proposta se taffettwa l-atturi
kollha fis-settur ferrovjarju, u tgħin biex iżżid
il-vantaġġ kompetittiv tagħhom u jitnaqqsu l-kostijiet. Setturi
industrijali oħra, inklużi fornituri f’saffi u atturi ekonomiċi
subsettorjali li jagħmlu użu mill-merkanzija u s-servizzi fornuti
mis-settur ferrovjarju, jistgħu jiġu affettwati wkoll. Billi tikkontribwixxi biex tnaqqas
il-kostijiet infrastrutturali u operattivi, din l-inizjattiva se tgħin
biex tnaqqas l-ammont ta’ sussidji mħallsa mill-gvernijiet nazzjonali.
Billi tinżammu l-pożizzjoni Ewropea minn ta' quddiem nett fis-settur
ferrovjarju, dan kollu għandu jgħin ukoll biex jinħolqu impjiegi
Ewropej ta’ kwalità għolja. L-utenti ta’ servizzi tal-merkanzija u
l-passiġġieri ser ikunu affettwati indirettament billi l-affidabilità
u l-kwalità tas-servizzi se jiġu mtejba. Kompetittività mtejba fis-settur
ferrovjarju, flimkien ma’ żieda fil-kapaċità, se jgħinu biex
jittieħed sehem akbar tad-domanda għat-trasport, u b’hekk
jikkontribwixxu biex inaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku u l-emissjonijiet
tad-CO2 Is-saħħa u l-benessri taċ-ċittadini
wkoll se jintlaqtu tajjeb minħabba t-tnaqqis fit-tniġġis
akustiku mill-ferroviji. 2.5. Sussidjarjetà 2.5.1. Bażi
legali Id-dritt tal-UE li taġixxi f’dan il-qasam
huwa stipulat fl-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea, li jippermetti t-twaqqif ta’ impriżi konġunti jew kull
struttura oħra neċessarja għall-eżekuzzjoni effiċjenti
tal-programmi tar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni
tal-Unjoni. 2.5.2. Il-ħtieġa
u l-valur miżjud tal-UE Il-livelli ta’ finanzjament għar-R&I
ferrovjarji kienu storikament baxxi, bl-investimenti jieħdu daqqa ta'
ħarta bil-frammentazzjoni u n-nuqqas ta’ effiċjenza, minħabba
d-differenzi fil-programmi nazzjonali. Il-ġbir flimkien u l-koordinazzjoni
tal-isforzi tar-riċerka u l-iżvilupp fil-livell tal-UE għandhom
iktar probabbiltà ta’ suċċess, minħabba n-natura transnazzjonali
tal-infrastruttura u t-teknoloġiji li jridu jiġu żviluppati
b'appoġġ għas-SERA u għall-ħtieġa li tinkiseb
massa suffiċjenti ta’ riżorsi. L-azzjoni fil-livell tal-UE tgħin
biex tirrazzjonalizza l-programmi tar-riċerka u tiżgura
l-interoperabbiltà tas-sistemi żviluppati. Din l-istandardizzazzjoni se
tiftaħ suq usa’ u tippromwovi l-kompetizzjoni. 3. Għanijiet L-għan ġenerali huwa li jiġu
allinjati aħjar l-isforzi tar-R&I ferrovjarji tal-UE
b'appoġġ għat-tlestija tas-SERA, filwaqt li titħaffef
l-adozzjoni mis-suq ta’ soluzzjonijiet innovattivi, u b’hekk tiżdied
il-kompetittività tal-UE fis-settur ferrovjarju, kemm fil-konfront ta' modi
oħra tat-trasport kif ukoll fil-konfront tal-kompetituri barranin. B’mod aktar speċifiku, l-inizjattiva se
tfittex li: ·
Trawwem investiment iffukat, ikkoordinat u fit-tul
fir-R&I ferrovjarji tal-UE; ·
Iżżid l-effett ta’ ingranaġġ
tal-finanzjament tal-UE għar-R&I ferrovjarji; ·
Tistabbilixxi netwerks sostenibbli u l-iskambju
tal-konoxxenza bejn partijiet interessati differenti; ·
Tnaqqas ir-riskji marbutin mal-innovazzjoni; ·
Iżżid il-prestazzjoni operattiva u
l-effikaċja tal-infiq tar-R&I ferrovjarji. 4. Alternattivi
ta’ politika Billi l-attivitajiet ta’ R&I ta’
appoġġ għas-settur ferrovjarju huma previsti taħt H2020,
l-għażliet ikkunsidrati għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet
tar-R&I ferrovjarji jinkludu: · il-kontinwazzjoni tal-mudell tar-Riċerka Kollaborattiva (CR)
applikabbli taħt is-7 Programm ta' Qafas waqt li jiġi integrat it-titjib
skont l-H2020, bħal arranġamenti ta’ monitoraġġ simplifikat
u aktar enfasi fuq dimostrazzjoni (l-għażla bażika); · l-istabbiliment ta’ PPP kuntrattwali (cPPP), li jwassal
għal ftehim kuntrattwali flessibbli bejn il-Kummissjoni u l-imsieħba
privati biex jaħdmu lejn programm komuni bbażat fuq pjan direzzjonali
stabbilit minn dawn tal-aħħar, bl-użu ta’ kodiċi standard
għar-riċerka kollaborattiva u l-proġetti ta’ innovazzjoni. · it-twaqqif ta’ PPP istituzzjonali (iPPP), li jimplika
l-ħolqien ta’ struttura amministrattiva ddedikata
għall-koordinazzjoni tar-R&I ferrovjarji, f’forma ta’ korp tal-Unjoni
skont l-Artikolu 187 tat-TFUE, biex b’hekk jiġi pprovdut qafas
għal atturi pubbliċi u privati biex jaħdmu flimkien u
jieħdu deċiżjonijiet konġunti. · Il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ R&I mill-Aġenzija
Ferrovjarja Ewropea (ERA), li jinvolvu modifika tar-Regolament tat-twaqqif
tal-Aġenzija biex din tkun tista’ twettaq l-attivitajiet ta’ R&I
biswit ir-rwol tagħha bħala awtorità regolatorja. 5. Valutazzjoni
tal-impatt 5.1. Approċċ
ġenerali tal-valutazzjoni tal-impatti L-analiżi tkopri esklussivament l-impatt
tat-tip ta’ struttura stabbilita sabiex jiġu implimentati attivitajiet ta’
R&I ferrovjarji u għalhekk tiffoka primarjament fuq l-impatti
tad-dħul li ġejjin: · Iffukar u koordinament tal-isforzi tar-riċerka · Effett ta' ingranaġġ ta’ finanzjament tar-R&I ferrovjarji
tal-UE · Netwerks sostnuti u parteċipazzjoni wiesgħa tal-partijiet
interessati · Mitigazzjoni tar-riskji ta’ innovazzjoni · Prestazzjoni operattiva u effiċjenza ekonomika 5.2. Sommarju
tal-impatti Skont is-CR, il-bidliet previsti
taħt H2020 se jwasslu għal aktar regoli ta’ parteċipazzjoni
aktar sempliċi u koerenti, iżidu l-aċċessibilità u
l-attrazzjoni ta’ programmi, l-iffaċilitar ta’ aċċess għal
għarfien espert speċifiku, u jippermettu lill-applikanti li jiksbu
suċċess biex jaħdmu aktar malajr. Se jkun hemm aktar enfasi fuq
l-innovazzjoni u l-attivitajiet qrib is-suq u bidla lejn programmi ta’
ħidma bijennali li se jippermettu kontinwità mtejba. Madankollu, il-proġetti
ffinanzjati probabilment jibqgħu f’livelli aktar baxxi ta’ preparazzjoni
teknoloġika u sinkroniċità u l-koerenza tal-proġetti se
tiġi mfixkla minn sejħiet individwali. Parteċipazzjoni ad hoc
fil-livell tal-proġetti se tillimita l-possibbiltà li tiġi involuta
katina tal-valur sħiħ tal-partijiet interessati u tal-bini ta’
netwerks sostenibbli ta’ kooperazzjoni. In-nuqqas ta’ qafas ċar
tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għal diversi proġetti u
n-nuqqas ta’ impenn industrijali sod ifissru li l-effett ta' lieva tal-fondi
tal-UE ser jibqa' simili għal-livelli attwali. cPPP
jiffaċilita l-istabbiliment ta’ għanijiet ċari,
il-konċentrazzjoni fuq numru limitat ta’ setturi ta’ riċerka u
l-koordinament fost bosta temi ta’ riċerka. Il-programm ta’ ħidma se
jkun allinjat mal-ħtiġijiet tal-industrija b'kontenut dettaljat ta'
regoli dwar il-proprjetà intellettwali, u l-inklużjoni ta' attivitajiet
ta’ dimostrazzjoni favorevoli għal adozzjoni qawwija mis-suq. Madankollu,
minħabba l-approċċ minn isfel għal fuq u n-nuqqas ta’
arranġamenti ta' kotmexxija mal-Kummissjoni, il-prijoritajiet
tar-riċerka u l-innovazzjoni se jkunu inqas mmirati lejn l-għanijiet
tal-politika tal-UE. L-industrija determinata minn qabel tista' tiżgura
lieva akbar, iżda dan mhuwiex garantit peress li l-impenji legali huma
limitati għal proġetti uniċi. Is-sistema ta’ sejħa
individwali taf tfixkel is-sinkroniċità tal-proġetti u l-involviment
ta’ atturi mill-katina ta’ valur ferrovjarju kollha kemm hi. Permezz ta’ iPPP, il-koordinazzjoni, l-ipprogrammar
u t-twettiq ta’ attivitajiet tar-R&I ferrovjarji jkunu r-responsabbiltà ta’
struttura amministrattiva, dedikata u unika, li tiżgura aktar kontinwità u
inqas frammentazzjoni tal-isforzi tar-R&I. L-iżvilupp ta’
strateġija fit-tul, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ dawk kollha li
jieħdu sehem fis-suq, se tiżgura li l-proġetti tar-R&I
jappoġġjaw il-kompetittività fis-settur ferrovjarju, filwaqt li
r-rwol ewlieni tal-Kummissjoni se jiżgura l-allinjament tal-aġenda
tar-R&I mal-għanijiet tas-SERA. In-natura stabbli tal-iPPP,
id-definizzjoni ċara tar-regoli dwar il-proprjetà intellettwali, u
l-impenn sħiħ tal-UE se jagħti fiduċja lill-imsieħba
pubbliċi u privati, u b’hekk jiġi stimulat investiment f'livelli ogħla.
Impenji legalment vinkolanti mill-industrija li jlaħħqu mal-fondi
tal-UE se jiżguraw effett ta’ lieva dirett ta' mill-inqas 30% ogħla
minn għażliet oħra. Billi l-kundizzjonijiet
għall-parteċipazzjoni jistgħu jiġu ġestiti b’mod
flessibbli u trasparenti, l-iPPP se jkun f’qagħda li jiżgura
l-parteċipazzjoni mifruxa tal-partijiet interessati u approċċ
immirat lejn l-SMEs. It-tqegħid tal-ERA
fil-pożizzjoni tal-entità responsabbli mill-koordinazzjoni tar-R&I
għandu jiżgura li l-istrateġija fit-tul tkun skont
l-għanijiet tal-politika tal-UE, għalkemm taf tirrestrinġiha
għal wisq kwistjonijiet ta' standardizzazzjoni u interoperabbiltà
b'riflessjoni tal-mandat ewlieni tal-ERA u minħabba n-nuqqas ta’
għarfien espert kummerċjali. L-eżistenza ta’ struttura dedikata,
b'kompetenza teknika b’saħħitha u netwerks stabbiliti, tiżgura
tmexxija u koordinazzjoni b'saħħithom. Madankollu, minħabba
n-nuqqas ta’ impenji formali, l-effett ta’ ingranaġġ dirett
mill-industrija x’aktarx li jkun relattivament baxx. Aktar importanti minn
hekk, il-kombinazzjoni tar-rwol tal-ERA bħala awtorità regolatorja b’rwol
ta’ koordinazzjoni u ġestjoni tar-R&I jaf iwassal għal kunflitt
ta’ interess gravi. Barra dan, mhuwiex ċert jekk l-ERA għanhiex
riżorsi suffiċjenti biex timmaniġġja l-baġit sostanzjali
għall-attivitajiet tar-R&I ferrovjarji. F’termini ta’ kosteffettività, minkejja li
iPPP jiswa marġinalment aktar minn għażliet oħra b’mod
ġenerali, il-fatt li l-industrija timpenja ruħha li tkopri nofs
l-ispejjeż amministrattivi, ifisser li l-operat ta' iPPP fil-fatt ikun 17%
sa 35% irħas għall-Kummissjoni minn għażliet oħra. 6. Inqabblu
l-alternattivi It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor
il-valutazzjoni tal-għażliet ta’ politika differenti. Parametri || Linja bażi || cPPP || iPPP || ERA Iffukar u koordinament || Strateġija ta' terminu fit-tul || = || + || + || + Relevanza għall-UE || = || = || + || = Koordinazzjoni || = || + || ++ || ++ Effett ta' lieva ta’ finanzjament tar-R&I ferrovjarji tal-UE || Effett ta' lieva dirett (kofinanzjament privat) || 1.5 || =/+ 1.5 sa 2 || ++ mill-inqas 2 || 1.5 Impenn fis-sod || = || + || ++ || = Netwerks sostnuti u parteċipazzjoni wiesgħa || Rappreżentazzjoni tal-katina tal-valur kollha kemm hi || = || = || + || = Sħubijiet sostenibbli || = || + || ++ || = Mitigazzjoni tar-riskji ta’ innovazzjoni || Rilevanza lill-industrija u l-livelli ta' preparazzjoni Teknoloġika || = || ++ || + || - Protezzjoni tal-proprjetà intellettwali || = || + || ++ || - Il-prestazzjoni operattiva || Żmien ta’ stabbiliment || L-ebda dewmien tal-bidu tal-istabbiliment || - 9-12-il xahar || -- Sentejn (2) inkluża l-proċedura leġiżlattiva || -- Sentejn (3) inkluża l-proċedura leġiżlattiva Rata ta’ suċċess || 20% || + 20-30% || ++ 30-40 % || = 20% Tal-medja taż-żmien sal-għotja || 250 || + 210 || + 160-240 || = 250 Il-kost-effettività || Kost annwalment ekwivalenti għall-Kummissjoni || EUR 4.7 miljuni || + EUR 4.9 miljuni || ++ EUR 3.2 miljuni || ++/-- EUR 3.8 miljuni Eżiti ekonomiċi, soċjali u ambjentali || = || + || ++ || = Tifsira: = : punt ta’
referenza jew ekwivalenti għall-punt ta’ referenza + sa ++ : sitwazzjoni ftit aħjar jew ħafna
aħjar meta mqabbla mal-punt ta’ referenza - sa - - : sitwazzjoni ftit agħar jew ħafna
agħar meta mqabbla mal-punt ta’ referenza Abbażi tal-valutazzjoni u
r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika, l-għażla iPPP
toħroġ bħala l-iktar għażla xierqa biex jinkisbu
l-għanijiet dikjarati, minkejja aktar dewmien meħtieġa biex tiġi
stabbilita l-istruttura tagħha. 6.1.1. Struttura
governattiva Il-prinċipji li ġejjin għandhom
ikunu kkunsidrati meta tkun żviluppata struttura ta’ governanza tal-iPPP
futuri: ·
Rabta qawwija mal-politika tal-UE: L-UE għandha żżomm rwol importanti fl-iPPP biex
tiżgura li l-attivitajiet tar-R&I jkunu allinjati mal-għanijiet
tal-politika tal-UE. ·
Parteċipazzjoni wiesgħa tal-partijiet
interessati: Is-sħubija għandha tkun
miftuħa għall-atturi kollha fis-settur ferrovjarju sabiex dawn
jiżguraw approċċ sistematiku għall-innovazzjoni, u
jintegraw il-komponenti kollha tal-katina tal-valur ferrovjarju. ·
Għarfien espert:
Għandhom jiġu stabbiliti korpi konsultattivi u xjentifiċi sabiex
jagħtu għarfien espert tekniku rilevanti lill-iPPP. Barra dan, meta
wieħed iqis l-għarfien espert estenziv tal-ERA dwar kwistjonijiet ta’
interoperabbiltà u integrazzjoni tas-sistema ferrovjarja, din għandha tkun
involuta f'ħidmet l-iPPP. 6.1.2. Baġit L-istimi attwali tal-industrija tar-R&I
jeħtieġ li jvarjaw minn EUR 800 miljun għal EUR 1 biljun. L-UE
se tkopri 50% ta’ din l-ispiża, biex il-kontribut tagħha ikun ta'
madwar EUR 450 miljun, li ġejjin mill-baġit tal-H2020. L-imsieħba industrijali se
jikkontribwixxu l-50% li jifdal, permezz ta’ kontribuzzjonijiet fi flus
kontanti u in natura. Dawn se jikkontribwixxu wkoll fuq bażi ta’
50/50 għall-kost amministrattiv kollu. Huwa stmat li l-istruttura futura tkun
teħtieġ madwar 20 impjegat full-time u li l-ispejjeż
amministrattivi jistgħu jammontaw għal madwar 3% tan-nefqa
operattiva. 7. Il-monitoraġġ
u l-evalwazzjoni Is-sistema futura ta’ monitoraġġ u
evalwazzjoni se tkopri l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet
imwettqa mill-istruttura l-ġdida, kif ukoll it-twettiq ta’ attivitajiet
ta’ R&I biex jiġi żgurat li dawn jikkontribwixxu
għall-programm ta’ ħidma strateġika. Dan jinkludi: ·
Il-monitoraġġ tal-pakkett ta'
ħidma u fil-livell tal-proġett u r-rappurtar fuq bażi ta’ kull tliet xhur, abbażi ta’ sett ta’ indikaturi
konċiżi affidabbli ewlenin tar-rendiment iddefiniti mid-Direttur
Eżekuttiv u vvalidati mill-Bord Amministrattiv. ·
Il-monitoraġġ u r-rappurtar fil-livell
ta’ programm, ibbażati fuq id-dejta ta'
proġett u l-pakkett ta’ ħidma, u inkluż il-monitoraġġ
tal-kwalità tar-riżultati tanġibbli fil-konfront ta' sett ta’
kriterji dwar is-sodisfazzjon; il-monitoraġġ tal-ġestjoni
tal-proġett biex tiġi vverifikata l-kwalità ġenerali tiegħu
u l-konformità mal-programm ta’ ħidma strateġika. Evalwazzjonijiet tal-implimentazzjoni
tar-Regolament, li għandhom jitwettqu
mill-Kummissjoni kull tliet snin mill-bidu tal-attivitajiet tal-iPPP u
mill-inqas sena qabel l-iskadenza tat-terminu tal-iPPP, immirati biex
jivvalutaw jekk is-sħubija fl-istruttura attwali tagħha kienetx
effiċjenti u effettiva. [1] COM/2011/0144 finali