DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI TAQSIRA TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li jħassar id-Direttiva 2007/64/KE u Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard /* SWD/2013/0289 final */
1.
Introduzzjoni Ħlasijiet elettroniċi, sikuri,
kompetittivi u innovattivi huma kruċjali biex il-konsumaturi,
in-negozjanti u l-kumpaniji jkunu jistgħu jgawdu mill-benefiċċji
kollha tas-Suq Uniku u hekk kif id-dinja qed taqleb mill-kummerċ
tradizzjonali bil-ħwienet għall-kummerċ elettroniku. Permezz
tal-acquis leġiżlattiv attwali dwar il-ħlasijiet l-UE kisbet
progress u integrazzjoni sinifikanti tal-pagamenti żgħar. Madankollu,
oqsma importanti tas-suq tal-ħlasijiet - ħlasijiet bil-kard,
bl-internet u bil-mobajl - għadhom frammentati tul il-fruntieri
nazzjonali. L-aħħar żviluppi f'dawn is-swieq żvelaw ukoll
ċerti lakuni u inkonsistenzi regolatorji fil-qafas ġuridiku attwali
għall-ħlasijiet. 2.
Definizzjoni
tal-problema 2.1.
Problemi Il-qafsa ġuridiku stabbilit mid-Direttiva
2007/64/KE dwar is-Servizzi ta' Ħlas (PSD)[1] diġà rriżultat fi
progress sinifikanti rigward l-integrazzjoni kumplessiva tas-suq Ewropew
tal-pagamenti żgħar. Madankollu, għad hemm għadd ta'
problemi speċifiċi u definiti sew fil-qasam tal-ħlasijiet bil-kard,
bl-internet u bil-mowbajl. Ir-raġunijiet li joħolqu dawn il-problemi
jaqgħu f'żewġ kategoriji. L-ewwel, li f'għadd ta' oqsma
is-suq ma jiffunzjonax b'mod ottimali. It-tieni, li hemm għadd ta' lakuni
u nuqqasijiet relatati mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi
eżistenti. 2.1.1.
Il-frammentazzjoni tas-suq L-istandardizzazzjoni u
l-interoperabilità teknika huma kruċjali fl-ambjent ibbażat fuq
in-netwerk tal-ħlasijiet. Sabiex tiġi
massimizzata l-konnessjoni bejn min iħallas, min jitħallas u
l-fornituri tas-servizz tal-ħlas (PSPs) tagħhom, hemm bżonn ta'
interoperabilità bejn l-iskemi differenti fuq il-bażi ta' standards
komuni. Madankollu, ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl
kollha jbatu minn nuqqas ta' stadardizzazzjoni u interoperabilità bejn
soluzzjonijiet differenti, b'aspetti varji u fi gradi differenti,
speċjalment fil-livell transfruntieri. Dawn il-problemi, li jillimitaw
ukoll il-kompetizzjoni, huma mkabbra minn arranġamenti ta' governanza
dgħajfa għas-suq Ewropew tal-pagamenti żgħar. 2.1.2.
Kompetizzjoni ineffettiva Fil-qasam tal-kards tal-ħlas hemm
bosta regoli u prattiki tan-negozju restrittivi li jwasslu għal
kompetizzjoni distorta. L-ewwel nett, ftehimiet kollettivi bejn
il-banek li joħorġu l-kards u l-banek li jakkwistaw dwar sistemi ta'
kards tal-ħlas għal tariffi interbankarji, l-hekk imsejħa
Tariffi tal-Interkambju (IFs), joħolqu bosta problemi fir-relazzjoni
mal-kompetizzjoni u l-integrazzjoni tas-suq. L-IFs iwasslu għal
kompetizzjoni b'lura, li tirriżulta fi pressjoni 'l fuq minflok 'l isfel
għall-prezzijiet iċċarġjati lin-negozjanti u
lill-konsumaturi. Barra minn hekk, il-livelli tal-IFs, li jvarjaw bil-kbir minn
Stat Membru għall-ieħor u l-mod kif jiġu applikati l-IFs minn
pajjiż għall-ieħor jikkostitwixxu ostaklu
għall-integrazzjoni tas-suq billi n-negozjanti jiġu
diżinċentivati mill-użu ta' servizzi minn fornituri barra 'l
pajjiż. Barra minn hekk, ċerti regoli
tal-iskemi tal-kards jillimitaw l-għażla u l-possibilità li
n-negozjanti jirrifjutaw strumenti ta' ħlas għaljin jew li jiggwidaw
lill-konsumaturi lejn metodi ta' ħlas irħas. 2.1.3.
Prattiki differenti ta' ċċarġjar bejn l-Istati Membri Soprataxxi (tariffi għall-użu
ta' strument ta' ħlas speċifiku) oriġinalment kienu maħsuba
bħala mekkaniżmu ta' orjentament għan-negozjati biex
jidderieġu lill-konsumaturi lejn strumenti irħas u iktar
effiċenti. Madankolli, dan ma wassalx għar-riżultati mixtieqa.
Attwalment, nofs l-Istati Membri tal-UE jippermettu s-soprataxxa filwaqt li
n-nofs l-ieħor jipprojbihom. Dan iwassal għal konfużjoni
konsiderevoli għad-detriment tal-konsumatur fil-kuntest tal-kummerċ
elettroniku. 2.1.4.
Lakuna ġuridika għal ċerti fornituri ta' servizz ta'
ħlas bl-internet Sa mill-adozzjoni tal-PSD fl-2007,
feġġew servizzi ġodda fil-qasam tal-ħlasijiet bl-internet,
bħalma huma partijiet terzi fornituri (TPPs) li joffru inizjazzjoni ta'
ħlas ibbażat fuq l-ibbankjar onlajn. Dawn is-servizzi
jirrappreżentaw alternattiva vijabbli għall-kards tal-ħlas fuq
l-internet peress li normalment ikunu irħas għan-negozjanti u aċċessibbli
għall-ħafna konsumaturi li ma għandhomx karti ta' kreditu.
Madankollu, l-aċċess għall-kredenzjali għall-ibbankjar
onlajn tal-konsumatur minn partijiet terzi u l-fatt, li dawn is-servizzi
ġodda mhumiex koperti mill-qafas ġuridiku eżistenti, wassal
għal firxa wiesa' ta' tħassib. 2.1.5.
Lakuni fil-kamp ta' applikazzjoni u applikazzjoni inkorretta tal-PSD Ċerti eżenzjonijiet fil-PSD
iwasslu għal interpretazzjoni u applikazzjoni diverġenti ta' din
il-liġi fl-Istati Membri. Il-kriterji ta' eżenzjoni tal-PSD jidhru li
huma ġenerali wisq jew skaduti fir-rigward tal-iżviluppi tas-suq u
qed jiġu interpretati b'modi differenti fl-Istati Membri. Dan japplika
speċjalment għall-eżenzjonijiet tal-PSD għal aġenti
kummerċjali, netwerks limitati, tranżazzjonijiet ta' ħlas
inizjati minn apparat tat-telekomunikazzjoni u fornituri tal-ATM indipendenti.
Lakuni fil-kamp ta' applikazzjoni tal-PSD jinħolqu wkoll
għall-ħlasijiet b'parti waħda mit-tranżazzjoni
tal-ħlas barra miż-ŻEE u għall-ħlasijiet f'muniti mhux
tal-UE. 2.2.
Konsegwenzi Il-problemi identifikati jirriżultaw
f'konsegwenzi għall-konsumaturi, għan-negozjanti,
għall-fornituri tal-ħlas ġodda u għas-suq bħala entità
waħda. 2.2.1.
Kundizzjonijiet mhux ekwi bejn il-fornituri tas-servizz /
l-istituzzjonijiet ta' ħlas Min jinsab diġà fis-suq - b'mod
partikolari l-banek u l-iskemi tal-kards - għandhom interess personali li
jżidu, jew tal-inqas iħarsu, id-dħul mill-ħlasijiet
bil-kards, speċjalment mill-IFs. Għaldaqstant, il-fornituri
tas-servizzi li joffru soluzzjonijiet ta' ħlas b'IF iktar baxx jew
mingħajru jiltaqgħu ma' diffikultajiet serji biex jidħlu
fis-suq. Barra minn hekk, lakuni
fl-istandardizzazzjoni u l-interoperabilità jipprevjenu l-kompetizzjoni fost
min hu stabbilit u joħolqu ostaklu ieħor għad-dħul fis-suq
għal PSPs ġodda u innovattivi. 2.2.2.
Impatti negattivi fuq l-Utenti tas-Servizz ta' Ħlas (konsumaturi,
negozjanti) Il-banek jidderieġu
lill-konsumaturi lejn kards għaljin, bħall-premium cards. Meta
n-negozjanti ma jkunux jistgħu jirrifjutaw dawn il-kards jew
jiċċarġjaw lill-konsumaturi direttament għall-użu
tagħhom, dawn l-ispejjeż jingħaddew lill-konsumaturi kollha
permezz ta' prezzijiet ogħla għall-prodotti u s-servizzi offruti. Dan
hu ta' detriment għas-soċjetà. Mill-banda l-oħra, ħafna
negozji żgħar jista' jkollhom jirrifjutaw ħlasijiet bil-kard
minħabba t-tariffi għolja li jiġu ċċarġjati minn
akkwirenti tal-kards (u li l-komponent ewlieni tagħhom huwa l-IF). 2.2.3.
Attività transfruntiera baxxa Minħabba nuqqas ta'
interoperabilità, b'mod partikolari għal karti ta' debitu jew
ħlasijiet ibbażati fuq ibbankjar onlajn, il-konsumaturi huma l-iktar
ristretti għal karti ta' kreditu għaljin meta jixtru onlajn
f'pajjiż differenti. Dan probabbilment jikkontribwixxi għall-fatt li,
fl-2011, 34 % tal-konsumaturi fl-UE ordnaw prodotti u servizz fuq
l-internet domestikament, imma 10 % minnhom biss ordnaw prodotti fuq
bażi transfruntiera.[2] Għan-negozjanti, l-għażla
ta' fornitur ta' servizz akkwirenti spiss ikun limitat għal min ikun
stabbilit domestikament. Anke kumpaniji Ewropej kbar tal-bejgħ bl-imnut
isibuha iebsa biex jibbenefikaw mis-servizzi ta' akkwirent li jinsab fi Stat
Membru ieħor. Dan iwassal għal opportunitajiet mitlufa għal
ekonomiji ta' skala u s-semplifikazzjoni ta' operazzjonijiet
għan-negozjanti. 2.2.4.
Innovazzjoni mxerrda u mxekkla Minħabba differenzi
tekniċi bejn l-infrastrutturi u l-formati ta' ħlas nazzjonali, min
jipprova jidħol fis-suq, u fornituri li jixtiequ jibdew joffru servizzi
innovattivi jaraw in-negozju tagħhom ristrett għas-suq nazzjonali.
Dan jillimita l-potenzjal għal ekonomiji ta' skala, kemm f'termini ta'
tnaqqis tal-ispejjeż u kif ukoll fi dħul potenzjali u għalhekk
jiskoraġġixxi l-investimenti f'negozji ġodda. Fl-aħħar
nett, ambjent frammentat mal-fruntieri nazzjonali jista' jwassal biex
l-innovazzjoni taqa' lura fl-Ewropa meta mqabbla ma' reġjuni oħra,
bħall-Istati Uniti jew l-Ażja Paċifika. 3.
L-argumenti
favur azzjoni mill-UE Suq tal-UE integrat għas-suq
tal-ħlasijiet żgħar elettroniċi jikkontribwixxi
għall-għan tal-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li
jistipula suq intern. Il-benefiċċji ta' integrazzjoni tas-suq jinkudu
iktar kompetizzjoni bejn il-PSPs u iktar għażla, innovazzjoni u
sigurtà għall-utenti tas-servizzi ta' ħlas, speċjalment
il-konsumaturi. Fin-natura tiegħu,
suq tal-ħlasijiet integrat, ibbażat fuq netwerks li jlaħħqu
lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, jeħtieġ approċċ
mal-Komunità kollha peress li l-prinċipji, r-regoli, il-proċessi u
l-istandards applikabbli jridu jkunu konsistenti madwar l-Istati Membri kollha
sabiex tinkiseb iċ-ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi
għall-parteċipanti kollha fis-suq. Il-possibilità ta' intervent
fil-livell tal-UE għalhekk hija konformi mal-prinċipju ta'
sussidjarjetà. 4.
Għanijiet
politiċi Żewġ għanijiet
ġenerali jiġbru fihom l-oqsma problematiċi identifikati. L-ewwel
wieħed huwa li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-kategoriji ta'
fornituri ta' ħlas li min-naħa tiegħu jżid
l-għażla, l-effiċenza, it-trasparenza u s-sigurtà
tal-ħlasijiet iż-żgħar. It-tieni għan huwa li
jiġi ffaċilitat il-forniment ta' servizzi ta' ħlas innovattivi
transfruntieri bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl billi jiġi żgurat
Suq Uniku għall-ħlasijiet iż-żgħar kollha. Dan iwassal
għal sitt għanijiet speċifiċi: -
l-indirizzar
tal-lakuni fl-istandardizzazzjoni u l-interoperabilità
għall-ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl; -
l-eliminazzjoni
tal-ostakli għall-kompetizzjoni, b'mod partikolari
għall-ħlasijiet bil-kard u bl-internet; -
l-allinjament
tal-prattiki ta' ċċarġjar u ta' orjentament għas-servizzi
ta' ħlas madwar l-UE; -
l-iżgurar
li tipi emerġenti ta' servizzi ta' ħlas ikunu koperti minn qafas
regolatorju; -
l-iżgurar
ta' applikazzjoni konsistenti tal-qafas leġiżlattiv (PSD) fost
l-Istati Membri; -
il-ħarsien
tal-interess tal-konsumatur billi jiġi estiż il-ħarsien
regolatorju għal kanali ta' ħlas ġodda u servizzi ta' ħlas
innovattivi. 5.
L-alternattivi
politiċi Ġew identifikati
għadd ta’ alternattivi politiċi. It-tabella ta' hawn taħt
tiġbor fil-qosor dawn l-alternattivi (l-alternattivi magħżula
huma mmarkati). Miżuri possibbli oħrajn li jew jindirizzaw problemi
ta' prijorità iktar baxxa jew jiżguraw li l-alternattivi politiċi
ewlenin ikunu effettivi fis-sħiħ mingħajr ma jħallu impatt
sinifikanti per se (miżuri anċillari u ta' perfezzjonament)
huma deskritti f'iktar dettall fl-Istima tal-Impatt innifisha. Il-frammentazzjoni tas-suq Arranġamenti ta' governanza dgħajfa 1: Ebda bidla fil-politika 2: Korp awtoregolatorju mwaqqaf mill-parteċipanti fis-suq 3: Korp formali bbażat fuq att ġuridiku tal-koleġiżlaturi Lakuni ta’ standardizzazzjoni u interoperabbiltà 1: Ebda bidla fil-politika 2: Standardizzazzjoni permezz ta' qafas ta' governanza tal-ħlasijiet (ħlasijiet bil-kard) 3: Mandat għal Organizzazzjoni Ewropea tal-Istandardizzazzjoni (ħlasijiet bil-mowbajl) 4: Twaqqif ta' rekwiżiti tekniċi obbligatorji permezz ta' leġiżlazzjoni Kompetizzjoni ineffettiva f'ċerti oqsma tal-ħlasijiet bil-kard u bl-internet Tariffi tal-interkambju (IFs) 1: Ebda bidla fil-politika 2: Possibilità ta' akkwiżizzjoni transfruntiera u regolazzjoni tal-livell ta' tariffi tal-interkambju transfruntieri 3: Mandat lill-Istati Membri biex ifasslu l-IFs domestiċi fuq il-bażi ta' metodoloġija komuni 4: Tfassil ta' livell tal-IF komuni għall-UE kollha bbażata fuq ammont massimu 5: Eżenzjoni ta' kards kummerċjali u kards maħruġa minn skemi ta' partijiet terzi 6: Regolamentazzjoni tal-Ħlasijiet ta' Servizz lin-Negozjant Regoli tan-negozju restrittivi 1: Ebda bidla fil-politika 2: Tneħħija volontarja tar-Regola li trid Tonora l-Kards Kollha mill-iskemi tal-kards 3: Projbizzjoni tar-Regola li trid Tonora l-Kards Kollha jew parti minnha Prattiki differenti ta' ċċarġjar bejn l-Istati Membri 1: Ebda bidla fil-politika 2: Projbizzjoni ta' soprataxxi fl-Istati Membri kollha 3: Possibilità ta' soprataxxi fl-Istati Membri kollha 4: Obbligu fuq in-negozjanti biex dejjem joffru tal-inqas mezz ta' ħlas wieħed użat komunement mingħajr ebda soprataxxa 5: Projbizzjoni tas-soprataxxa għal strumenti ta' ħlas b'IF regolat Lakuna ġuridika għal ċerti fornituri ta' servizz ta' ħlas Aċċess għall-informazzjoni dwar id-disponibilità ta' fondi għal skemi ta' kards ġodda u partijiet terzi fornituri (TPPs) 1: Ebda bidla fil-politika 2: Definizzjoni tal-kundizzjonijiet ta' aċċess, definizzjoni tad-drittijiet u d-dmirijiet tat-TPPs, kjarifika tar-ripartizzjoni tar-responsabilità 3: Possibilità li TPPs ikollhom aċċess għall-informazzjoni bi ftehim kuntrattwali mal-bank li jagħti s-servizz tal-kont Lakuni fil-kamp ta' applikazzjoni u applikazzjoni inkorretta tal-PSD Kamp ta' Applikazzjoni Negattiv tal-PSD 1: Ebda bidla fil-politika 2: Aġġornament u kjarifika tal-kamp ta' applikazzjoni tal-esklużjonijiet tal-PSD (aġenti kummerċjali u netwerks limitati) 3: Tħassir tal-esklużjonijiet (ħlasijiet inizjati b'telekommunikazzjoni u ATMs indipendenti) 4: Obbligu tal-fornituri ta' servizz ta' ħlas li jużaw l-esklużjonijiet biex jitolbu l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti Tranżazzjonijiet b'parti waħda barra miż-ŻEE u ħlasijiet f'muniti mhux tal-UE 1: Ebda bidla fil-politika 2: Estensjoni sħiħa għat-tranżazzjonijiet kollha li jkollhom parti waħda u għall-muniti kollha 3: Estensjoni selettiva ta' ċerti regoli tal-PSD għal tranżazzjonijiet li jkollhom parti waħda u għall-muniti kollha Hemm kunsens fost
il-partijiet interessati dwar (1) il-benefiċċji li jkunu jistgħu
jiġu mill-ilħuq ta' livell xieraq ta' standardizzazzjoni teknika, u
b'hekk l-interoperabilità fil-qasam tal-ħlasijiet bil-kard, bl-internet u
bil-mowbajl; (2) il-bżonn li jkun hemm regoli ċari dwar l-MIFs u
regoli tan-negozju oħrajn bil-ħsieb li jkun hemm ċertezza legali
u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-kards[3]; (3) l-importanza li servizzi ta'
inizjazzjonijiet tal-ħlas offruti minn TPPs ikunu koperti fil-qafas
regolatorju; (4) il-bżonn għal armonizzazzjoni tal-prattiki ta'
orjentament, b'mod partikolari s-soprataxxi; (5) twessigħ u
ċċarar tal-kamp ta' applikazzjoni tal-PSD. 6.
Impatti L-alternattivi politiċi rakkomandati
għandhom l-għan li: -
inaqqsu
l-frammentazzjoni tas-suq permezz ta' sforzi ta' standardizzazzjoni u
arranġamenti ġodda ta' governanza, -
jindirizzaw
l-ostakli għall-kompetizzjoni fil-qasam tal-ħlasijiet partikolarment
billi jiġu regolati l-IFs, jiġu eliminati r-regoli tan-negozju
restrittivi u jitjieb l-aċċess għas-suq, -
jillimitaw
il-possibilitajiet għal soprataxxi min-negozjanti għall-istrumenti li
ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tal-IF, -
jipprovdu
qafas ġuridiku rigward aċċess għall-informazzjoni dwar
il-finanzi mit-TPPs, -
inaqqsu
b'mod sinifikanti l-lakuni regolatorji u l-inkonsistenzi fil-PSD. Problema identifikata || Alternattiva Rakkomandata || Impatt Ekonomiku fil-livell tal-UE Governanza u standardizzazzjoni Arranġamenti ta’ governanza || Permezz ta' korp formali (il-Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet iż-Żgħar) || Involviment aħjar tal-partijiet interessati. Spejjeż marġinali. Standardizzazzjoni tal-ħlasijiet bil-kard || Permezz ta' qafas ta' governanza tal-ħlasijiet (taħt il-Qafas Ewropew tal-Ħlasijiet iż-Żgħar || Kontributi għal suq tal-kards kompletament integrat. Benefiċċji stmati li jkunu 4 biljuni fis-sena l-iktar għan-negozji u l-konsumaturi Standardizzazzjoni tal-ħlasijiet bil-mowbajl || Permezz ta' Organizzazzjoni Ewropea tal-Istandardizzazzjoni || Żieda fil-volum tat-tranżazzjonijiet ta' ħlas bil-mowbajl. Stima: 68 % iktar tranżazzjonijiet jekk ikunu standardizzati Tariffi tal-interkambju (għall-ħlasijiet fuq bażi ta' kard) Regolamentazzjoni tal-IFs (Fażi 1) || Ammont massimu għall-IFs transfruntieri (debitu u kreditu) u possibilità ta' għażla ta' IF għal tranżazzjonijiet transfruntieri (permezz ta' akkwiżizzjoni transfruntieri, ara hawn taħt) || Iffrankar operattiv għal negozjanti kbar. Stmati għal EUR 3 biljun fis-sena. Regolamentazzjoni tal-IFs (Fażi 2) || Ammont massimu tal-IFs għall-karti ta' debitu u ta' kreditu b'massimu ta' 0,2 % u 0,3 % tal-valur ta' tranżazzjoni rispettivament || Iffrankar operattiv għan-negozjanti kollha li jaċċettaw il-kards. Stmati għal EUR 6 biljun fis-sena. Parti minn dawn tista' tingħadda lill-konsumaturi. Tariffi tal-interkambju – miżuri ewlenin ta' akkumpanjament Akkwiżizzjoni transfruntieri || Tneħħija tal-ostakli imposti mill-iskemi tal-kards u tal-liġijiet għal akkwiżizzjoni transfruntieri || Iffrankar operattiv għal negozjanti kbar stmat bħala parti minn EUR 3 biljun fis-sena (jekk ikun sostnut minn regolamentazzjoni transfruntieri dwar l-IF) Regoli tan-negozju restrittivi || Projbizzjoni tar-Regola li trid Tonora l-Kards Kollha jew parti minnha u r-Regola ta' Nondiskriminazzjoni || Iffrankar operattiv għan-negozjanti kollha li jaċċettaw il-kards. Stmat għal massimu ta' EUR 0,6 – 1,7 biljun fis-sena, sa EUR 0,5 biljun bl-ammonti massimi proposti. Parti minn dawn tista' tingħadda lill-konsumaturi. Prattiki ta' ċċarġjar diverġenti bejn l-Istati Membri || Projbizzjoni tas-soprataxxi għal strumenti ta' ħlas b'IF regolat || Iffrankar għall-konsumaturi: sa EUR 731 miljun fis-sena Lakuni fil-kamp ta' applikazzjoni u applikazzjoni inkorretta tal-PSD Aċċess għall-informazzjoni dwar id-disponibilità ta' fondi mit-TPPs || Definizzjoni tal-kundizzjonijiet ta' aċċess għall-informazzjoni dwar id-disponibilità tal-fondi, definizzjoni tad-drittijiet u d-dmirijiet tat-TPPs, kjarifika tar-ripartizzjoni tar-responsabilità || Iffrankar għan-negozjanti jekk is-servizzi ta' TPP jissostitwixxu l-karti ta' kreditu bi tranżazzjonijiet onlajn stmati għal EUR 0,9 – 3,5 biljun fis-sena. Tariffi ħafna iktar baxxi għal kull skema ta' kard ġdida (15-75 %). Soluzzjoni ġdida ta' ħlas onlajn għall-konsumaturi, inklużi dawk li ma għandhomx karta ta' kreditu. Esklużjoni mill-kamp ta' applikazzjoni (eżenzjonijiet) || Ridefinizzjoni ta' kamp ta' applikazzjoni għall-aġenti kummerċjali u netwerks limitati; Inklużjoni ta' tranżazzjonijiet inizjati bl-IT / mowbajl u ATMs indipendenti fil-kamp ta' applikazzjoni; Rekwiżit ta' approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi eżenti || Spiża għal PSPs rilevanti stmati għal EUR 128 – 193 miljun (ta' darba). Benefiċċji mhux kwantifikabbli jinkludu ħarsien aħjar tal-konsumatur, iżjed sigurtà fil-ħlas u kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni. Inklużjoni fil-kamp ta' applikazzjoni (tranżazzjonijiet b'parti waħda u f'muniti mhux tal-UE) || Estensjoni selettiva (Titolu III u IV) tal-kamp ta' applikazzjoni tal-PSD għal tranżazzjonijiet b'parti waħda u f'muniti mhux tal-UE || Spejjeż marġinali. Benefiċċji tal-PSD estiżi għal tranżazzjonijiet ta' ħlas b'valur totali stmat għal EUR 60 biljun fis-sena għal xi 32 miljun PSU. Impatti fuq il-partijiet
interessati Lil hinn mill-benefiċċji
ekonomiċi diretti diskussi hawn fuq: Il-konsumaturi jibbenefikaw l-iktar
permezz ta' għażla ikbar tal-mezzi ta' ħlas, b'mod partikolari
permezz ta' servizzi ta' TPPs u ħlasijiet bil-mowbajl; regoli
msaħħa tal-protezzjoni tal-konsumatur u involviment iktar
b'saħħtu fil-governanza tal-ħlasijiet iż-żgħar. In-negozjanti jerbħu l-libertà
rigward l-aċċettazzjoni tal-mezz ta' ħlas (billi jiksbu
l-kapaċità li jirrifjutaw kards għaljin); jibbenefikaw minn iktar
standardizzazzjoni (eż. permezz ta' razzjonalizzazzjoni ta' terminals li
jaqraw il-kards) u l-possibilità ta' akkwiżizzjoni transfruntieri /
ċentrali. Operaturi ġodda fuq
in-naħa tal-provvista: Jiksbu kundizzjonijiet ekwi u aċċess
għas-suq (eż. TPPs u skemi ta' kards ġodda); jibbenefikaw
mir-regolamentazzjoni tal-IF. PSPs u skemi ta' kards
eżistenti:
banek u skemi ta' kards affettwati mill-possibilità ta' tnaqqis permezz
tar-regolamentazzjoni tal-IF; jiffaċċaw kompetizzjoni iktar qawwija
minn operaturi ġodda. Madankollu, x'aktarx li jibbenefikaw fit-terminu
medju u twil permezz ta' iktar standardizzazzjoni u volum ferm ikbar ta'
ħlasijiet bil-kard milli fil-mument (peress li ħafna iktar negozjanti,
speċjalment l-iktar żgħar jibdew jaċċettaw il-kards). 7.
Strumenti
regolatorji oħrajn Ħafna mill-miżuri politiċi
proposti jistgħu jkunu indirizzati permezz ta' reviżjoni tal-PSD. Dan
japplika speċjalment għall-oqsma li llum huma diġà koperti
mill-PSD, eż. l-aċċess għas-suq għat-TPPs,
is-soprataxxi u r-regoli għall-istituzzjonijiet ta' ħlas. Miżuri
oħrajn, b'mod partikolari r-regolamentazzjoni tal-IFs u miżuri
anċillari, ikunu indirizzati b'Regolament iddedikat. Xi miżuri deskritti hawn fuq
jistgħu jkunu ffaċċati b'mezzi mhux leġiżlattivi,
pereżempju l-involviment ta' Organizzazzjonijiet Ewropej
tal-Istandardizzazzjoni. [1]
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2007:319:0001:0036:EN:PDF [2]
http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/information_society/data/main_tables [3]
B'mod partikolari fid-dawl ta' għadd kbir ta' proċedimenti
ta' kompetizzjoni.