52013PC0896

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom /* COM/2013/0896 final - 2013/0439 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Il-kuntest tal-proposta

110 || Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża C-63/12, il-Kummissjoni trid tissottometti proposta ġdida fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal. Skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa li fuqhom il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu skont l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fil-31 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni sottomettiet rapport lill-Kunsill dwar il-klawżola tal-eċċezzjoni (l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal) (COM (2012) 476) u fil-5 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni sottomettiet lill-Kunsill Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-klawżola ta’ eċċezzjoni (SWD (2012) 428). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li meta l-valutazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni u mill-Kunsill jirriżultaw f’konklużjonijiet opposti, il-Kummissjoni trid tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposti xierqa fuq il-bażi ta’ dak l-Artikolu, sabiex tinvolvi lill-Parlament Ewropew u biex tippermetti lil-leġiżlaturi jiddeċiedu dwar il-miżuri xierqa li jittieħdu fir-rigward tas-sitwazzjoni soċjali u ekonomika eżistenti fl-Unjoni (il-paragrafu 76). Skont is-sentenza, il-Kummissjoni għandha marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-karattru xierqa tal-proposti, minħabba d-dejta ekonomika u soċjali, kif ukoll, fejn meħtieġ, fatturi oħra li għandhom ikunu kkunsidrati, bħal dawk li huma rilevanti għall-immaniġġjar tar-riżorsi umani u, b’mod partikolari, il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ (il-paragrafu 74). Ir-rapporti tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq jirreferu sistematikament għal staġnar u kriżi li għadha għadejja kif ukoll għal livell għoli ta’ rata tal-qgħad u livell għoli ta’ defiċit u dejn pubbliku fl-Unjoni Ewropea, għalkemm ma jikkonkludux li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal huma sodisfatti.  Kif il-Qorti ddeċidiet li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda marġni biex tiddeċiedi jekk għandhiex tiġi attivata jew le l-klawżola ta’ eċċezzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kriterji, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal tikkostitwixxi l-uniku mod kif jista’ jittieħed kont ta’ kriżi ekonomika fl-aġġustament tar-rimunerazzjoni u għalhekk li titneħħa l-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta’ dak l-Anness. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra din id-dejta ekonomika u soċjali sabiex tipproponi miżuri xierqa biex jidderogaw mill-applikazzjoni stretta tal-metodu. Fl-istess ħin, sa mill-2011, kien hemm għadd ta’ żviluppi rilevanti. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw riforma tar-Regolamenti tal-Persunal li tinkludi sospensjoni ta’ aġġustamenti tas-salarji, allowances u pensjonijiet fl-2013 u l-2014 li twassal għal iffriżar għal sentejn u ħafna bidliet sinifikanti tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE bħal miżuri fir-rigward tal-ħin tax-xogħol ta’ kull ġimgħa, il-karriera, il-pensjonijiet u l-jiem ta' liv li jwasslu għal iffrankar sinifikanti. Filwaqt li tqis ir-riżultat tal-metodu ta’ applikazzjoni normali fl-2012, is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika, ir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll is-sitwazzjoni fir-rigward tar-reklutaġġ u l-immaniġġjar tar-riżorsi umani osservati matul l-aħħar snin, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proposta preżenti kif ukoll il-proposta għall-aġġustament tal-2011 probabbli jkunu miżuri xierqa li għandhom jittieħdu mil-leġiżlatur ibbażati fuq l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.  Skont l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet jiġu aġġornati qabel tmiem kull sena. F’dan ir-rigward, l-implimentazzjoni urġenti tas-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-63/12, maħruġa fid-19 ta’ Novembru 2013, tikkostitwixxi raġuni dovuta għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament mingħajr dewmien. L-elementi tal-metodu l-ġdid li jiddeterminaw il-kontenut tal-Proposta Ir-rapport tal-Eurostat ġie sottomess lill-Kunsill fil-5 ta' Diċembru 2012 (SWD (2012) 427). Skont dan ir-rapport, il-bidla medja fil-kapaċità tal-akkwist tar-rimunerazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali għall-perjodu ta’ referenza, imkejla permezz tal-indikatur speċifiku, hija ekwivalenti għal -1,1 %. Il-bidla fl-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-perjodu ta’ referenza hija ugwali għal 2,8 %. L-ammont tal-aġġustament jinkiseb bil-multiplikazzjoni tal-indikatur speċifiku u tal-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell ikkalkulat mill-Eurostat. L-aġġustament propost għar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu huwa għalhekk ta’ 1,7 %. L-ammont tal-aġġustament għandu jiġi korrett sabiex iqis l-elementi messmija hawn fuq. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra bħala xieraq li jitnaqqas l-aġġustament propost fir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu għal 0,9 % minflok 1,7 % fir-rigward tal-applikazzjoni stretta tal-metodu.

120 || Il-paritajiet ekonomiċi għar-rimunerazzjoni jistabbilixxu l-ekwivalenza tal-kapaċità tal-akkwist tar-rimunerazzjonijiet mogħtija fi Brussell, bħala l-belt ta’ referenza, ma' ta' dawk mogħtija fil-postijiet l-oħra tax-xogħol. L-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-korpi nazzjonali tal-istatistika. Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenza bejn il-kapaċità tal-akkwist tal-pensjonijiet mogħtija fil-Belġju, bħala l-pajjiż ta’ referenza, u ta' dawk mogħtija fil-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. L-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-korpi nazzjonali tal-istatistika. Fir-rigward tal-proposta parallela għal 2011, l-istess approċċ jirriżulta f’aġġustament ta’ 0,9 % minflok ta' 1,7 %. Il-proposti l-ġodda għall-2011 u l-2012 għalhekk fil-fatt inaqqsu r-riżultat tal-metodu tal-applikazzjoni normali fis-seħħ fl-2011 u fl-2012 b’47 %.

130 || Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta L-Artikolu 65, l-Artikolu 10 tal-Anness XI u l-Artikolu 19 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal modifikati.

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt

|| Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

211 || Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta ġew diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal skont il-proċeduri xierqa.

212 || Sommarju tat-tweġibiet riċevuti u l-mod ta' kif ġew ikkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonsultati.

L-Implikazzjonijiet baġitarji

401 || L-impatt tal-adattament tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet fuq in-nefqa amministrattiva u d-dħul huwa ttrattat fid-dettall fir-rapport finanzjarju mehmuż miegħu.

2013/0439 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tal-Anness XI tiegħu u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Sabiex ikunu konformi mas-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-63/12, meta l-Kunsill jistabbilixxi li f’dan l-istadju tal-proċedura hemm deterjorament serju u f’daqqa fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni, il-Kummissjoni trid tissottometti Proposta skont l-Artikolu 336 sabiex tinvolvi lill-Parlament Ewropew fil-proċess leġiżlattiv. Ugwalment il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom jiddeċiedu dwar il-proposta tal-Kummissjoni wara li jkunu kkunsidraw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal li jiġu rrispettati r-regoli stabbiliti fl-Anness XI bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 3(2) tiegħu.

(2)       Il-Qorti kkonfermat li l-Kummissjoni għandha marġni ta’ diskrezzjoni li għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward il-kontenut ta’ proposti xierqa. Ir-rieżami ta’ rimunerazzjoni jista', fejn xieraq, jikkunsidra fatturi oħrajn, bħall-immaniġġjar tar-riżorsi umani u b’mod partikolari l-ħtiġijiet tar-reklutaġġ. F' dan il-marġni ta’ diskrezzjoni, il-Kummissjoni tista’ tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq dejta ekonomika u soċjali bħalma huma l-istaġnar tal-2012 u l-kriżi attwali kif ukoll il-livell għoli tar-rata tal-qgħad u l-livell għoli ta’ defiċit u d-dejn pubbliku fl-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni qieset ukoll l-iżviluppi li saru mill-2011 bħar-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u speċjalment l-iffriżar għal sentejn għall-uffiċjali tal-UE u ż-żieda ta’ xogħol kull ġimgħa għal 40 siegħa.

(3)       Skont id-dejta pprovduta mill-Eurostat bi qbil mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri, l-impjegati taċ-ċivil nazzjonali tilfu 1,1 % tal-kapaċità tal-akkwist tagħhom, l-istess telf fil-kapaċità tal-akkwist li kellu jkun applikat għall-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-UE għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 kieku l-Kummissjoni kellha ssegwi l-applikazzjoni normali tal-metodu. Il-Kummissjoni madankollu kkunsidrat bħala xieraq li jitnaqqas l-aġġustament propost fir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu għal 0,9 % minflok 1,7 % fir-rigward tal-kriżi ekonomika u l-isforzi digà mogħtija minn uffiċjali tal-UE.

(4)       L-istess approċċ għandu jwassal għal aġġustament ta’ 0,9 % minflok ta' 1,7 % fl-2011. L-aġġustament totali għas-sentejn li huma se jkun għalhekk 47 % inqas milli skont l-applikazzjoni normali tal-metodu fis-seħħ fl-2011 u fl-2012.

(5)       Il-Kummissjoni pproponiet il-miżuri ta’ hawn fuq sabiex tinvolvi l-Parlament Ewropew fil-proċedura leġiżlattiva u biex tippermetti lill-koleġiżlaturi jiddeċiedu dwar il-miżuri xierqa skont l-Artikolu 336 tat-TFUE.

(6)       Skont l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet jiġu aġġornati qabel tmiem kull sena. F’dan ir-rigward, l-implimentazzjoni urġenti tas-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-63/12, maħruġa fid-19 ta’ Novembru 2013, tikkostitwixxi raġuni dovuta għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament mingħajr dewmien.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, id-data “l-1 ta' Lulju 2011” li tidher fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal tiġi sostitwita bid-data “l-1 ta' Lulju 2012”.

Artikolu 2

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella tal-pagi bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-finijiet tal-kalkolu tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tiġi sostitwita b'din it-tabella li ġejja:

Artikolu 3

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 2 tat-tabella li ġejja.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 17(3) ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u impjegati oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 3 tat-tabella hawn taħt.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għall-pensjonijet skont l-Artikolu 20(1) ta’ l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 4 tat-tabella hawn taħt.

B’effett mis-16 ta’ Mejju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għall-pensjonijet skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 5 tat-tabella li ġejja. Id-data effettiva għall-aġġustament annwali għal dawk l-Istati Membri tkun is-16 ta’ Mejju 2012.

Artikolu 4

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għal-liv tal-ġenituri msemmija fit-tieni u fit-tielet paragrafi tal-Artikolu 42(a) tar-Regolamenti tal-Persunal tkun ta’ EUR 928,22 u ta' EUR 1237,61 għall-ġenituri waħedhom.

Artikolu 5

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont bażiku għall-allowance għall-familja msemmija fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 173,60.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont għall-allowance għat-tfal dipendenti msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal jkun ta' EUR 379,34.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Istaff huwa stabbilit għal EUR 257,39.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Istaff huwa stabbilit għal EUR 92,67.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont minimu tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu jkun ta' EUR 514,53.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 134 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Impjegati l-Oħra jkun ta' EUR 369,88.

Artikolu 6

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, l-allowance għall-kilometraġġ imniżżel fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal tkun aġġustata kif ġej:

EUR 0 għal kull kilometru bejn          0 u 200 km

EUR 0,3858 għal kull kilometru bejn 201 u 1 000 km

EUR 0,6430 għal kull kilometru bejn 1 001 u 2 000 km

EUR 0,3858 għal kull kilometru bejn 2 001 u 3 000 km

EUR 0,1284 għal kull kilometru bejn 3 001 u 4 000 km

EUR 0,0620 għal kull kilometru bejn 4 001 u 10 000 km

EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn            10 000 km.

Ma' din l-allowance kilometrika jiżdied suppliment b'rata fissa, li jammonta għal:

– EUR 192,91 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun bejn 725 km u 1 450 km;

– EUR 385,78 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun aktar minn 1 450 km.

Artikolu 7

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, l-ammont għall-allowance tas-sussistenza ta’ kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ikun ta’:

– EUR 39,88 għal uffiċjal li għandu dritt għall-allowance tal-unità domestika;

– EUR 32,15 għal uffiċjal li ma jkollux dritt għall-allowance tal-unità domestika.

Artikolu 8

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-limitu minimu għall-allowance tal-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra jkun ta':

– EUR 1135,15 għal impjegat li huwa intitolat għall-allowance tal-unità domestika;

– EUR 674,96 għal impjegat li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-unità domestika;

Artikolu 9

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, għall-allowance tal-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, il-limitu minimu jkun ta’ EUR 1361,36, il-limitu massimu jkun ta’ EUR 2722,75 u l-allowance standard tkun ta’ EUR 1237,61.

Artikolu 10

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Impjegati l-Oħra tiġi sostitwita b’dan li ġej:

Artikolu 11

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-limitu minimu għall-allowance għall-installazzjoni msemmi fl-Artikolu 94 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Imġjegati l-Oħra jkun ta':

– EUR 853,83 għal impjegat li huwa intitolat għall-allowance tal-unità domestika;

– EUR 506,21 għal impjegat li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-unità domestika;

Artikolu 12

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, fir-rigward tal-allowance tal-qgħad imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Impjegati l-Oħra, il-limitu inferjuri jkun ta’ EUR 1021,04, il-limitu superjuri jkun ta’ EUR 2042,04 u l-allowance standard tkun ta’ EUR 928,22.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, għall-allowance għall-qgħad imsemmija fl-Artikolu 136 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Impjegati l-Oħra, il-limitu minimu jkun ta’ EUR 898,28 u l-limitu massimu jkun ta’ EUR 2113,60.

Artikolu 13

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-allowances għal xogħol bix-xift kif stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76[1]  ikunu ta' EUR 389,08, EUR 587,27, EUR 642,10 u EUR 875,39.

Artikolu 14

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammonti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68[2] jkunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5,616515.

Artikolu 15

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal tiġi sostitwita b’dan li ġej:

Artikolu 16

B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-allowance fissa msemmija fl-Artikolu 4a preċedenti tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004 jkun ta':

- EUR 134,23 fix-xahar għal uffiċjali fi Grad C4 jew C5;

- EUR 205,80 fix-xahar għal uffiċjali fi Grad C1, C2 jew C3.

Artikolu 17

B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 133 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Impjegati l-Oħra tiġi sostitwita b’dan li ġej:

Artikolu 18

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom

1.2.        Qasam/oqsma ta' politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[3]

L-oqsma u l-attivitajiet kollha huma potenzjalment ikkonċernati.

1.3.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.3.1.     Rekwiżit/i li jrid/u jiġu ssodisfat/i fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien

Li jiġi żgurat li l-kapaċità tal-akkwist tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-impjegati ċivili tal-UE jiżviluppaw b'mod parallel mat-tibdil fil-kapaċità tal-akkwist ta' impjegati ċivili fl-Istati Membri.

1.4.        It-tul u l-impatt finanzjarju

ý Proposta/inizjattiva ta' tul taż-żmien illimitat

– Implimentazzjoni b'perjodu ta' inizjalizzazzjoni mill-1 ta' Jannar 2014,

– segwit minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.5.        Metodu/i ta’ immaniġġjar previst(i)[4]

ý Immaniġġjar dirett ċentralizzat mill-Kummissjoni: PMO

2.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

2.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

· Il-proposta għandha impatt finanzjarju fuq il-linji baġitarji kollha relatati man-nefqa fuq persunal fl-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji kollha, jiġifieri tikkonċerna n-nefqa fuq salarji ta' persunal fil-kwartieri ġenerali u f'delegazzjonijiet, aġenti b'kuntratt, persunal fl-uffiċċji amministrattivi, Membri, assistenti parlamentari, persunal ta' riċerka, persunal iffinanzjat minn linji BA, persunal imħallas skont dispożizzjonijiet ta' terminizzazzjoni bikrija tas-servizz, pensjonijiet.

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitjarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || AD/AMD ([5]) || minn pajjiżi tal-EFTA[6] || minn pajjiżi kandidati[7] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| XX.01.01.01 u l-Kapitolu 11, il-Kapitolu 42 Nefqa Relatata mal-Assistenti Parlamentari || AMD || LE || LE || LE || LE

2.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

2.2.1.     Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru || XX.01.01.01 u l-Kapitolu 11, il-Kapitolu 42 Nefqa Relatata mal-Assistenti Parlamentari

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || "Nefqa amministrattiva"

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Snin sussegwenti || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) || 132,9 || 53,2 || 53,2 || 53,2 || 53,2 || 53,2 || 53,2 || Mhux disponibbli

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Snin sussegwenti || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI  minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 132,9 || 53,2 || 53,2 || 53,2 || 53,2 || 53,2 || 53,2 || Mhux disponibbli

Pagamenti || 132,9 || 53,2 || 53,2 || 53,2 || 53,2 || 53,2 || 53,2 || Mhux disponibbli

2.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ý  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

2.2.3.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

2.2.3.1.  Sommarju

– ý  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

2.2.3.2.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

– ý  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

2.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– ý  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

2.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

2.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ý  Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ý         fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva

Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Snin sussegwenti

Kontribuzzjoni tal-Pensjoni skont l-Artikolu 410 || 437,7 || 10,7 || 4,3 || 4,3 || 4,3 || 4,3 || 4,3 || 4,3

Taxxa skont l-Artikolu 400 || 591,7 || 14,3 || 5,7 || 5,7 || 5,7 || 5,7 || 5,7 || 5,7

Imposta speċjali skont l-Artikolu 410 || 60,1 || 1,0 || 0,6 || 0,6 || 0,6 || 0,6 || 0,6 || 0,6

Speċifika l-metodu tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

L-impatt fuq id-dħul jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-pagament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet għax-xahar ta' Lulju u bl-applikazjoni tal-effett tal-aġġustament.

[1]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p. 1). Ir-Regolament kif supplimentat bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 1307/87 (ĠU L 124, 13.5.1987, p. 6). Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 01 P. 167 - 167.

[2]               Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej, ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8). Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 01 P. 33 - 35.

[3]               ABM: Immaniġġjar Ibbażat fuq l-Attività – ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività.

[4]               Id-dettalji tal-metodi ta' mmaniġġjar u r-referenzi tar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[5]               AD= Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[6]               L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[7]               Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.