52013PC0889

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar (KE) Nru 1434/98 fir-rigward tal-obbligu tal-ħatt /* COM/2013/0889 final - 2013/0436 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Wieħed mill-għanijiet ċentrali tar-riforma attwali tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS)[1] huwa l-eliminazzjoni progressiva tal-iskartar tal-ħut fis-sajd kollu tal-Unjoni Ewropea (UE) permezz tal-introduzzjoni ta’ obbligu ta' ħatt. Dan huwa mfassal sabiex isir użu aħjar tar-riżorsi disponibbli, u huwa r-risposta għall-istennija pubblika li tispiċċa l-prassi li jintrema lura fil-baħar ħut li jistga' jiġi kkummerċjalizzat. Fil-valutazzjoni tal-impatt[2] imwettqa għall-proposta għar-Regolament bażiku għall-PKS, il-livelli għoljin ta’ skartar huma identifikati bħala xprun importanti fin-nuqqas ta’ sostenibbiltà ambjentali tal-PKS .

Fil-vot plenarju tiegħu, fi Frar 2013, il-Parlament Ewropew qabel dwar l-introduzzjoni gradwali tal-obbligu tal-ħatt li għandu jibda fl-2014 għas-sajd pelaġiku, speċijiet li jpassu ħafna u salamun fil-Baħar Baltiku, u li fis-snin ta’ wara jestendi għas-sajd kollu fl-Unjoni. Aktar tard fi Frar, il-Kunsill ta wkoll indikazzjoni ċara li jappoġġja dan l-approċċ u qabel ma’ skeda simili għall-implimentazzjoni. Sussegwentement intlaħaq qbil politiku mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar ir-Regolament Bażiku bid-data l-ġdida għall-bidu tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt tkun l-1 ta’ Jannar 2015.

Sabiex l-obbligu tal-ħatt isir operattiv, ċerti dispożizzjonijiet fi ħdan ir-Regolamenti fis-seħħ dwar miżuri tekniċi, miżuri ta’ ġestjoni u kontroll li jmorru kontra l-obbligu tal-ħatt u li jobbligaw lis-sajjieda jiskartaw il-ħut, għandhom jitneħħew jew jiġu emendati. Fil-laqgħa tal-Kunsill ta’ Ġunju, il-Kunsill għamel dikjarazzjoni li turi din l-intenzjoni[3], u ħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi malajr biex isiru dawn il-bidliet fir-regolamenti fis-seħħ ladarba r-riforma tkun miftiehema.

Hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li jiġi żviluppat qafas ġdid ta’ miżuri tekniċi bħala parti mir-riforma li, maż-żmien, għadha tiffaċilita l-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligu tal-ħatt kif previst. Se tinkorpora wkoll l-approċċ il-ġdid, reġjonali, inkluż l-iżvilupp ta’ pjanijiet multiannwali u ta’ skartar. Madankollu, dan il-qafas il-ġdid kważi ċertament mhux se jkun fis-seħħ fil-ħin għall-ewwel grupp ta’ sajd li għandu jkun kopert skont l-obbligu tal-ħatt. Għaldaqstant il-leġiżlazzjoni teħtieġ tneħħi kull impediment, legali u prattiku, għall-implimentazzjoni fuq bażi tranżizzjonali filwaqt li jkun qed jiġi żviluppat dan il-qafas ġdid.

Dwar ir-regolamenti tal-miżuri tekniċi, diversi dispożizzjonijiet li hemm fir-regolamenti fis-seħħ jikkontradixxu l-obbligu tal-ħatt u jobbligaw lis-sajjieda jiskartaw il-ħut. Dawn huma daqsijiet minimi ta' sbark (MLS), regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qbid u dispożizzjonijiet dwar qbid inċidentali.

Id-daqsijiet minimi ta' sbark (MLS) jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar[4] kif emendat b’mod partikolari bir-Regolament (UE) Nru 227/2013[5], ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98[6]. L-MLS jistabbilixu d-daqsijiet legali tal-ħut li jista' jinżamm abbord. Ħut taħt dawn id-daqsijiet bħalissa ma għandux jinżamm abbord jew jinħatt. Skont l-obbligu tal-ħatt, għall-ispeċi kollha taħt il-limiti tal-qbid, l-MLS se jiġu sostitwiti minn daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni (MCRS). Ħut taħt dawn l-MCRS se jkollu jinħatt iżda l-bejgħ ta’ qabdiet taħt l-MCRS se jkun limitat għal użi oħrajn għajr il-konsum mill-bniedem. Fil-Baħar Mediterran tokkorri sitwazzjoni speċifika rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1624/94[7]. Dan ir-Regolament jipprojbixxi li jinqabdu, jinżammu abbord, jiġu trasbordati, maħtuta, trasferiti, maħżuna, mibjugħa, impoġġija għall-wiri jew offruti għall-bejgħ organiżmi tal-baħar li jkunu iżgħar mid-daqs minimu speċifikat fih. Dawn id-daqsijiet minimi ġew fis-seħħ fl-2007 u kienu stabbiliti biex jippromwovu titjib fl-għażla tad-daqs lil hinn mill-istandards minimi tal-karatteristiċi tal-irkaptu għas-sajd ikkonċernat. Fil-Mediterran fejn japplikaw daqsijiet minimi tal-qbid, dawn ukoll ser jiġu sostitwiti b'daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni minħabba l-konsistenza mal-istess rekwiżiti li l-ħut taħt l-MCRS ikollu jinħatt iżda l-użu tagħhom se jkun limitat għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem.

Ir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabda li jinsabu fir-Regolament (KE) 850/98 u regolamenti assoċjati (ir-regolament (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet[8], ir-Regolament (KE) Nru 1434/98 li jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem[9], ir-Regolament (KE) Nru 254/2002 li jistabbilixxi miżuri li għandhom ikunu applikabbli fl-2002 għall-irkupru tal-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiż (ICES id-diviżjoni VIIa[10] u r-Regolament (KE) Nru 2347/2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond[11]). Hemm perċentwali simili ta' kompożizzjoni tal-qabda fir-Regolament tal-Baħar Baltiku (ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005) iżda mhux fil-Mediterran.

Ir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabda jistabbilixxu limiti li jridu jiġu ssodisfati kuljum u fi tmiem il-vjaġġ tas-sajd. Jekk is-sajjieda jkunu 'l barra mil-limiti huma obbligati jiskartaw xi komponenti tal-qabda sabiex il-qabda miżmuma tkun ibbilanċjata mar-regoli tal-kompożizzjoni tal-qabda. Skont l-obbligu tal-ħatt, is-sajjieda mhux se jibqgħu jitħallew jiskartaw, biex b'hekk tiġi indirizzata l-kontradizzjoni bejn il-kontinwazzjoni fir-regolazzjoni tal-kompożizzjoni tal-qabda u l-obbligu fuq is-sajjieda li jħottu l-qabdiet kollha. Dan se jinkiseb billi jintalab li l-qabdiet mhux mixtieqa ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt 'il fuq mill-perċentwali permessi tal-kompożizzjoni tal-qabda għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti. Ir-regoli tal-kompożizzjoni tal-qabda huma interkonnessi ma’ dispożizzjonijiet oħra (eż. il-medda tal-qis tal-malja, il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ ċerti kombinazzjonijiet ta’ daqsijiet tal-malji) u r-regoli dettaljati dwar l-għażla tal-qabda (sorting) abbord il-bastimenti huma bbażati wkoll fuq il-perċentwali tal-kompożizzjoni tal-qabda. Dawn ir-regoli wkoll se jkollhom jiġu allinjati jew imħassra biex jitneħħa l-obbligu tal-iskartar.

Fil-każ tar-Regolament (KE) Nru 1434/1998 ir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabda u r-restrizzjonijiet assoċjati dwar l-użu ta’ aringi li jinsabu f’dan ir-Regolament ma għadhomx aktar rilevanti. L-obbligu tal-ħatt ser japplika għas-sajd pelaġiku u industrijali kollu fl-ilmijiet tal-UE mill-1 ta’ Jannar 2015 u jistipula li l-aringi maqbuda kollha għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti u li kull aringa taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni tista' tintuża biss għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jiġi rrevokat.

Fi ħdan ir-regolamenti dwar il-miżuri tekniċi għall-konservazzjoni (ir-Regolament (KE) 850/98 u r-regolamenti assoċjati (ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 u r-Regolament (KE) Nru 254/2002) dwar l-ilmijiet tal-Unjoni fl-Atlantiku u f'xi żoni speċifiċi oħra, u r-Regolament (KE) Nru 2187/200510 għall-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Baltiku) hemm ħafna dispożizzjonijiet dwar qabdiet inċidentali. Dawn huma simili għar-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabda, iżda huma speċifiċi għal żoni jew irkaptu. Tipikament dawn huma derogi li jippermettu qabdiet inċidentali ta’ ċerti speċi ta’ 5-10 % f’żoni ristretti b'ċerti tipi ta’ rkaptu f’ċertu sajd speċifiku. Qabdiet li jaqbżu dawn il-limiti ta’ qabdiet inċidentali attwalment ikollhom jiġu skartati. Bħal fil-każ tar-regoli tal-kompożizzjoni tal-qabda dan joħloq kontradizzjoni mal-obbligu tal-ħatt billi attwalment jesiġi li s-sajjieda jiskartaw il-ħut maqbud fi kwantitajiet akbar mid-dispożizzjonijiet għal qabdiet inċidentali billi skont l-obbligu tal-ħatt tali ħut għandu jinħatt l-art. Għaldaqstant, dawn jeħtieġu jiġu ttrattati b’mod simili billi r-regoli tal-kompożizzjoni tal-qabda jneħħu l-obbligu tal-iskartar.

Qed tiġi proposta emenda oħra għar-Regolament (KE) Nru 850/98 li mhix marbuta mal-obbligu tal-ħatt iżda hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata ċertezza legali. Diversi Stati Membri indikaw li d-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw l-għeluq ta' żona fid-Diviżjoni VIb tal-ICES għall-protezzjoni tal-merluzz tal-linja sewda li jkun għadu qed jikber wasslu għal misinterpretazzjoni u b’hekk inħoloq tħassib dwar il-konservazzjoni tal-merluzz tal-linja sewda f’dan il-qasam. Għalhekk huwa propost li dan l-artikolu fir-Regolament (KE) 850/98 jiġi emendat permezz ta’ rikors għall-kliem oriġinali inkluż taħt l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 43/2009 u t-tneħħija ta’ kull possibbiltà għal misinterpretazzjoni.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006[12] ukoll jeħtieġ li jiġi allinjati mal-obbligu tal-ħatt. Il-modifiki meħtieġa jikkonċernaw tibdiliet fl-awtorizzazzjonijiet tas-sajd; ir-reġistrar tad-dejta dwar il-qabdiet kollha partikolarment meta jkun anqas mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-koservazzjoni; marġini ogħla ta' tolleranza għal stimi ta' qabdiet anqas minn 50 kg fil-ġurnali ta' abbord u dikjarazzjonijiet ta' trasbord; l-istabbiliment ta' regoli għal monitoraġġ elettroniku mill-bogħod (remote electronic monitoring - REM) għar-reġistrar ta' dejta għall-monitoraġġ tal-obbligu tal-ħatt fuq il-baħar, stivar separat tal-qabdiet u kontroll tal-qabdiet tajbin għall-kummerċjalizzazzjoni anqas mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni; l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-użu ta' osservaturi ta' kontroll għal skopijiet ta' monitoraġġ; id-definizzjoni tal-vjolazzjoni tal-obbligu tal-ħatt bħala ksur serju. L-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt flimkien ma’ ċerti flessibiltajiet ġodda tal-kwota interannwali, joħolqu l-ħtieġa tal-aġġustament tar-regoli eżistenti dwar it-tnaqqis tal-kwoti u l-isforz. Dawn it-tibdiliet kollha jsegwu minn regoli fir-riforma tal-PKS.

Billi l-ewwel grupp ta' sajd se jkun soġġett għall-obbligu tal-ħatt fl-2015, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regolamenti dwar miżuri tekniċi, miżuri ta' ġestjoni u miżuri ta' kontroll għandhom jiġu emendati minn dan ir-Regolament biex tkun żgurata t-tneħħija fil-ħin tal-ostakli legali fl-applikar tal-obbligu tal-ħatt.

2.           IR-RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Ma twettqet l-ebda Valutazzjoni tal-Impatt speċifika billi l-impatti tal-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt diġà ġew evalwati skont il-valutazzjoni tal-impatt li ssostni r-riforma tal-PKS. Bħala parti minn dik il-valutazzjoni tal-impatt[13], l-impatti ta’ politiki għat-tnaqqis tal-iskartar, inkluża l-projbizzjoni fuq l-iskartar, ġew ikkwantifikati. Dik il-valutazzjoni kellha żewġ fażijiet. L-ewwel fażi kienet tinkludi sensiela ta’ studji dwar il-firxa tal-prattiki tal-iskartar fl-UE u ddeskriviet il-politiki kontra l-iskartar fis-sajd ta’ għadd ta’ pajjiżi (l-Islanda, in-Norveġja, l-Iskozja u d-Danimarka). Barra minn hekk, il-livell ta’ skartar fis-sajd tal-UE kien ikklassifikat u finalment saru studji speċifiċi dwar l-iskartar fis-sajd fil-Mediterran. It-tieni fażi analitika vvalutat l-impatti ta’ firxa ta’ għażliet ta’ politiki kontra l-iskartar fis-sajd tal-UE inklużi l-effetti ta’ bidliet fl-għażla tal-irkaptu u l-introduzzjoni ta’ miżuri tekniċi ġodda bħall-għeluq fil-ħin reali. Din l-analiżi wriet li l-introduzzjoni ta’ politika kontra l-iskartar ibbażata fuq miżuri tekniċi aktar effettivi u t-tneħħija ta’ miżuri tekniċi ineffettivi li jikkawżaw l-iskartar tirriżulta f’telf ekonomiku fuq medda qasira ta’ żmien iżda fuq perjodu medju sa twil tirrriżulta fi qligħ addizzjonali, primarjament f’termini ambjentali u ekonomiċi.

Valutazzjoni tal-impatt ulterjuri mhux se żżid mal-informazzjoni diġà disponibbli minn l-evalwazzjoni preċedenti mwettqa. It-tibdiliet meħtieġa għar-regolamenti fis-seħħ huma essenzjali biex titħaddem sewwa l-PKS il-ġdida.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Sommarju tal-azzjoni proposta

L-azzjoni ewlenija hija li tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt stipulat skont ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd billi jitneħħew id-dispożizzjonijiet kollha fis-seħħ mill-miżuri tekniċi u r-regolamenti ta' kontroll tal-UE li jopponu l-obbligu tal-ħatt.

Bażi legali

L-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà

Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea.

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità

Din il-proposta qed temenda miżuri li diġà huma fis-seħħ, għaldaqstant ma jqum l-ebda tħassib dwar il-prinċipju tal-proporzjonalità.

L-għażla ta’ strument

L-istrument li qed jiġi propost: Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Ir-Regolament irid jiġi emendat b’Regolament.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Din il-miżura ma tinvolvi l-ebda nefqa addizzjonali għall-Unjoni.

2013/0436 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar (KE) Nru 1434/98 fir-rigward tal-obbligu tal-ħatt

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[14],

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva,

Billi:

(1)       Ir-Regolament (UE) Nru [xxxx] għandu l-għan ċentrali tal-eliminazzjoni progressiva tal-iskartar fis-sajd kollu tal-UE permezz tal-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt għal qabdiet ta’ speċi suġġetti għal limiti ta’ qbid u speċi koperti b’daqsijiet minimi fil-Mediterran. Sabiex dan l-obbligu tal-ħatt isir operattiv, ċerti dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-miżuri tekniċi u r-regolamenti ta' kontroll imorru kontra l-obbligu tal-ħatt u jobbligaw lis-sajjieda jiskartaw il-ħut u għandhom jitneħħew jew jiġu emendati.

(2)       Huwa mistenni qafas ġdid ta' miżuri tekniċi sakemm issir ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). L-improbabbiltà li tali qafas ġdid ser ikun fis-seħħ sal-bidu tal-2015 meta l-obbligu tal-ħatt ser jiġi introdotti għall-ewwel darba tiġġustifika l-emenda jew it-tneħħija ta’ ċerti elementi tal-regolamenti fis-seħħ dwar il-miżuri tekniċi biex titneħħa l-inkompatibbiltà bejn dawn ir-regolamenti u l-obbligu tal-ħatt.

(3)       B'mod partikolari, sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar għandu jiġi emendat billi jiġu stipulati il-qabdiet kollha mhux intenzjonati ta' organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt maqbuda b'eċċess għar-regoli tal-kompożizzjoni tal-qabda għandhom jinħattu, magħduda u mnaqqsa mill-kwoti; billi jiġu sostitwiti d-daqsijiet minimi ta' ħatt għal organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt b'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni; u billi jiġi stipulat li qabdiet mhux intenzjonati ta' organiżmi tal-baħar maqbuda b'eċċess għad-dispożizzjonijiet għal qabdiet inċidentali f'żoni speċifiċi, fi żmien speċifiku u għal tipi ta' rkaptu speċifiċi għandhom jinħattu, magħduda u mnaqqsa mill-kwoti.

(4)       Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, id-dispożizzjonijiet dwar l-għeluq ta' żona għall-protezzjoni merluzz tal-linja sewda li għadu qed jikber fid-Diviżjoni VIb tal-ICES għandhom jiġu emendati.

(5)       Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 għandu jiġi emendat billi jistipula li l-qabdiet kollha mhux intenzjonati ta' organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt fil-Baħar Baltiku maqbuda b'eċċess għar-regoli tal-kompożizzjoni tal-qabda għandhom jinħattu, magħduda u mnaqqsa mill-kwoti; billi jiġu sostitwiti d-daqsijiet minimi ta' ħatt għal organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt b'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni; u bil-projbizzjoni tal-qbid tas-salamun u tat-trota tal-baħar fi żmien speċifiku u f'żoni speċifiċi għajr bit-tunnara.

(6)       Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1624/94 għandu jiġi emendat bis-sostituzzjoni tad-daqsijiet minimi tal-organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt b’daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni mingħajr ma jfixklu l-kunċett u l-implimentazzjoni tad-daqsijiet minimi tal-qbid eżistenti u billi jħassar ir-regoli li jirregolaw is-sajd għas-sardin żgħir li ma għadhomx aktar rilevanti mal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt għaliex il-qabdiet kollha bħal dawn għandhom jiġu evitati fejn huwa possibbli, u fil-każ ta’ qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu iżda ma għadhomx jintużaw għall-konsum mill-bniedem.

(7)       Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet għandu jiġi emendat billi jistipula li meta jsir sajd b'lenez tat-tisqif u bl-għeżula, xbieki tat-tħabbil u pariti f’żoni speċifiċi fi żmien speċifiku, il-qabdiet kollha mhux intenzjonati ta' bakkaljaw għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

(8)       Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2002 li jistabbilixxi miżuri applikabbli fl-2002 għall-irkupru tal-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiż (id-diviżjoni VIIa tal-ICES) għandu jiġi emendat billi jistipula li fis-sajd bit-tkarkir tal-qiegħ għall-imriewaħ li kull qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt maqbuda b'eċċess għall-perċentwali permess ta' qbid inċidentali għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

(9)       Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond għandu jiġi emendat billi jistipula li l-qabdiet kollha ta’ speċijiet tal-baħar fond għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

(10)     Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 għandu jiġi emendat biex jiġi żgurat il-monitoraġġ tal-obbligu tal-ħatt. Għal dan l-għan, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom japplikaw għal sajd soġġett għall-obbligu tal-ħatt; id-dejta dwar il-qabdiet tal-ispeċijiet kollha għandha tiġi rreġistrata rrispettivament għal-limitu tal-piż, id-dejta dwar il-qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għandha tiġi rreġistrata separatament; fid-dawl tad-diffikultà biex tiġi stabbilita l-kwantità eżatta ta' qabdiet żgħar abbord bastiment tas-sajd, għandu japplika marġni ogħla ta' tolleranza għall-istimi ta' qabdiet żgħar fil-ġurnal ta’ abbord u fid-dikjarazzjonijiet tat-trasbord; għandhom jiġu stabbiliti r-regoli għall-monitoraġġ elettroniku mill-bogħod (REM) għar-reġistrazzjoni ta' dejta għall-monitoraġġ tal-obbligu tal-ħatt fuq il-baħar; għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-istivar separat tal-qabdiet u l-kontroll tal-qabdiet tajbin għall-kummerċjalizzazzjoni anqas mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni; u għandhom jiġu definiti l-kundizzjonijiet għall-użu ta' osservaturi ta' kontroll għal skopijiet ta' monitoraġġ

(11)     Minħabba li l-iskartar jikkostitwixxi skart sostanzjali u jaffettwa negattivament l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistemi marittimi u minħabba li l-osservanza ġenerali tal-obbligu tal-ħatt minn operaturi hija essenzjali għas-suċċess tagħha, il-vjolazzjoni tal-obbligu tal-ħatt għandu jkun definit bħala ksur serju. L-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt flimkien ma’ ċerti regoli dwar flessibiltajiet ġodda tal-kwota interannwali, jeħtieġu l-aġġustament tar-regoli dwar it-tnaqqis tal-kwoti u l-isforz.

(12)     Ir-Regolamenti (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(13)     Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/1998 li jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem għandu jiġi rrevokat billi r-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabda u restrizzjonijiet assoċjati dwar l-użu tal-aringi li jinsabu f’dan ir-Regolament ma għadhomx rilevanti skont l-obbligu tal-ħatt billi l-aringi maqbuda kollha għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti u kull aringa taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għandha tintuża għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

Miżuri tekniċi

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 850/98

Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa emendat kif ġej:

(1)          Fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt (i) li ġej:

"(i)       Qabdiet mhux intenzjonati għandha tfisser qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li għalihom huwa pprojbit is-sajd fiċ-ċirkostanzi rilevanti."

(2)          L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)        Fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Sajd għal kull speċi elenkata fl-Annessi minn I sa V bl-użu ta’ xbieki bid-daqs tat-toqob li mhuwiex stipulat f’dawk l-Annessi għal dawk l-ispeċi għandu jkun ipprojbit."

(b)        Fil-paragrafu 4(a), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, il-ħatt ma għandux ikun pprojbit meta ma jkunux jistgħu jiġu osservati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness X minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(c)        Fil-paragrafu 4(b), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, il-ħatt ma għandux ikun projbit meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi minn I sa V ma jistgħux jiġu osservati minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(d)       Fil-paragrafu 5(a), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fil-każ ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat f’Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-kwantitajiet miżmuma abbord jew ittrażbordati, kif hemm referenza fl-ewwel subparagrafu, għandhom jinkludu kull organiżmu tal-baħar maqbud."

(3)          Fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fil-każ ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-kwantitajiet ta’ ħut abbord wara li tkun saret l-għażla tal-qabda jew mal-ħatt, kif hemm referenza fl-ewwel subparagrafu, għandhom jinkludu kull organiżmu tal-baħar maqbud."

(4)          Fl-Artikolu 7(5), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-krustaċji tal-ispeċi Pandalus huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Madankollu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dawk il-krustaċji bix-xbieki li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu li mhumiex mgħammra skont dak is-subparagrafu. Qabdiet mhux intenzjonati magħmula b'dawn ix-xbieki għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(5)          Fl-Artikolu 10, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, iż-żamma abbord jewil-ħatt ma għandhomx ikunu pprojbiti meta ma jistax jinkiseb il-perċentwali minimu ta’ molluski bivalvi minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(6)          L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu (1) (a) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-użu jew iż-żamma abbord ta’ għeżula ankrati mal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil jew pariti ma għandhomx ikunu pprojbiti meta l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-punt (a) ma jistgħux jiġu osservati minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(7)          Fl-Artikolu 12(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fil-każ ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], l-organiżmi tal-baħar miżmuma abbord wara l-għażla tal-qabda jew mal-ħatt, kif hemm referenza fl-ewwel subparagrafu, għandhom jinkludu kull organiżmu tal-baħar maqbud."

(8)          L-Artikolu 15 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 15

1.         L-organiżmi tal-baħar maqbuda b'eċċess għall-perċentwali permessi speċifikati fl-Artikoli 20(2), 21(2), 22(2b), 27(2), 29d(5d), 29d(6d), 29d(7c), 29g(2), 34b(3c) u 34b(11) u fl-Annessi minn I sa VII, X u XI u li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx] ma għandhomx jinħattu iżda għandhom jintefgħu lura fil-baħar qabel il-ħatt ta' kull qabda.

2.         L-organiżmi tal-baħar maqbuda b'eċċess għall-perċentwali permessi speċifikati fl-Artikoli 20(2), 21(2), 22(2b), 27(2), 29d(5d), 29d(6d), 29d(7c), 29g(2), 34b(3c) u 34b(11) u fl-Annessi minn I sa VII, X u XI u li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx] għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

3.         Qabel ma jibdew jistadu fi kwalunkwe żona ta’ ġestjoni fuq vjaġġ tas-sajd speċifiku, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom jiżguraw li għandhom il-kwoti għall-istokkijiet soġġetti għal limiti tal-qbid li huma biżżejjed biex ikopru l-kompożizzjoni tal-qbid probabbli tagħhom u l-perċentwali permessi matul dak il-vjaġġ."

(9)          L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

"Organiżmu tal-baħar jitiqes żgħir jekk id-dimensjonijiet tiegħu jkunu iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni speċifikati fl-Anness XII għall-ispeċi rilevanti u għaż-żona ġeografika relevanti."

(10)        L-Artikolu 19 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 19

1.         Organiżmi tal-baħar żgħar, li huma ta’ speċi mhux soġġett għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx] ma għandhomx jinżammu abbord jew jiġu ttrasbordati, maħtuta, ttrasportati, maħżuna, impoġġija għall-wiri jew offruti għall-bejgħ, imma għandhom jintefgħu lura fil-baħar immedjatament.

2.         Organiżmi tal-baħar żgħar li huma ta’ speċi suġġett għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx] għandhom jinżammu abbord, jinħattu u jitnaqqsu mill-kwoti. Ma għandhomx jinbigħu, jitqiegħdu għall-wiri jew offruti għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem."

(11)        Fl-Artikolu 20, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4. Fejn l-aringa hija soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-projbizzjoni taż-żamma abbord stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika. Madankollu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dik l-ispeċi fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perjodi li hemm referenza għalihom f’dak il-paragrafu. Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ aringi għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti".

(12)        Fl-Artikolu 20a, jiżdied is-subparagrafu li ġej :

"Fejn l-aringa hija soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-projbizzjoni tal-ħatt jew taż-żamma abbord stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw. Madankollu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dik l-ispeċi fiż-żona ġeografika u matul il-perjodi li hemm referenza għalihom f’dak is-subparagrafu. Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ aringi għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti".

(13)        Fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. Fejn il-laċċa kaħla hija soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-projbizzjoni taż-żamma abbord stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika. Madankollu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dik l-ispeċi fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perjodi li hemm referenza għalihom f’dak il-paragrafu. Qabdiet mhux intenzjonati ta’ laċċa kaħla, għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(14)        Fl-Artikolu 22(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fejn il-kavalli huwa soġġett għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-projbizzjoni taż-żamma abbord stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tapplika. Madankollu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dik l-ispeċi fiż-żona ġeografika li hemm referenza għaliha f’dak is-subparagrafu. Qabdiet mhux intenzjonati ta’ kavalli għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(15)        Fl-Artikolu 23(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Meta l-inċova hija soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-projbizzjoni taż-żamma abbord stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tapplika. Madankollu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dik l-ispeċi bl-irkaptu tas-sajd u fiż-żoni ġeografiċi li hemm referenza għalihom f’dak is-subparagrafu. Qabdiet mhux intenzjonati ta' nċova għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(16)        Fl-Artikolu 27, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. Fejn il-merluzz tan-Norveġja huwa soġġett għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-projbizzjoni taż-żamma abbord stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandiex tapplika. Madankollu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dik l-ispeċi bl-irkaptu tas-sajd u fiż-żona ġeografika li hemm referenza għaliha f’dak il-paragrafu. Qabdiet mhux intenzjonati ta’ merluzz tan-Norveġja, għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(17)        Fl-Artikolu 29a(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fejn is-sallura tar-ramel hija soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-projbizzjoni tal-ħatt jew taż-żamma abbord stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw. Madankollu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dik l-ispeċi fiż-żona ġeografika ;li hemm referenza għalih f’dak is-subparagrafu. Qabdiet mhux intenzjonati ta’ sallur tar-ramel għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(18)        L-Artikolu 29c jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 29c

Il-kaxxa Rockall Haddock fis-subżona VI tal-ICES

1.         All fishing, except with longlines, shall be prohibited in the areas enclosed by sequentially joining with rhumb lines the following coordinates, which shall be measured according to the WGS84 system:

– 57o00' N, 15o00' W

– 57o00' N, 14o00' W

– 56o30' N, 14o00' W

– 56o30' N, 15o00' W

– 57o00' N, 15o00' W."

(19)        L-Artikolu 29d huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fejn il-ħut jew il-frott tal-baħar li hemm referenza għalihom fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-kundizzjoni stipulata f’dak il-punt (b) għandha tiġi sostitwita mill-kundizzjoni li tali ħut jew frott tal-baħar mhuwiex fil-mira. Qabdiet mhux intenzjonati ta’ ħut jew frott tal-baħar bħal dawn għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti".

(b) Fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

Fejn il-ħut li hemm referenza għalih fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu huwa soġġett għall-obbligu tal-ħatt stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-kundizzjoni stipulata f’dak il-punt (b) għandha tiġi sostitwita mill-kundizzjoni li tali ħut mhuwiex fil-mira. Qabdiet mhux intenzjonati ta’ ħut bħal dan għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti".

(20)        Fl-Artikolu 29e(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fejn il-ħut li hemm referenza għalih fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu huwa soġġett għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-kundizzjoni stipulata f’dak il-punt (b) għandha tiġi sostitwita mill-kundizzjoni li tali ħut mhuwiex fil-mira. Qabdiet mhux intenzjonati ta’ ħut bħal dan għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti".

(21)        Fl-Artikolu 29f, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

"1a.Meta l-linarda hija soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-projbizzjoni taż-żamma abbord stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika. Madankollu, fil-perjodu u fiż-żoni li hemm referenza għalihom f’dak il-paragrafu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dik l-ispeċi. Il-qabdiet mhux intenzjonati tal-linarda għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti”.

(22)        Fl-Artikolu 32(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fil-każ ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt li hemm referenza għalih fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-qabda li tista’ tinżamm abbord legalment, kif hemm referenza fil-punt (b)(i) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, għandha tinkludi l-organiżmi tal-baħar kollha maqbuda."

(23)        L-Artikolu 35 jitħassar.

(24)        L-Annessi huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2187/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(1)          Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt (p) li ġej:

"(o)      'Qabdiet mhux intenzjonati' għandha tfisser qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li għalihom huwa pprojbit is-sajd fiċ-ċirkostanzi rilevanti."

(2)          L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Sajd għal kull speċi elenkata fl-Annessi minn I sa V bl-użu ta’ xbieki bid-daqs tat-toqob li mhuwiex stipulat f’dawk l-Annessi għal dawk l-ispeċi għandu jkun ipprojbit."

(b) Fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, iż-żamma abbord u l-ħatt ma għandhomx ikunu pprojbiti jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak is-subparagrafu ma jistgħux jiġu osservati minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(c) Fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, il-ħatt ma għandux ikun ipprojbiti jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak is-subparagrafu ma jistgħux jiġu osservati minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti. "

(3)          L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fil-każ ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-kwantitajiet ta’ ħut miżmum abbord wara li tkun saret l-għażla tal-qabda jew li jkunu nħattu, kif hemm referenza fl-ewwel subparagrafu, għandhom jinkludu kull organiżmu tal-baħar maqbud."

(b) Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fil-każ ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt li hemm referenza għalih fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-kwantitajiet miżmuma abbord, kif hemm referenza fl-ewwel subparagrafu, għandhom jinkludu l-organiżmi tal-baħar kollha maqbuda."

(4)          L-Artikolu 12 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 12 L-ilħiq tal-perċentwali ta' qabdiet rekwiżiti

"1.        Qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar b'eċċess għall-perċentwali permessi speċifikati fl-Annessi II u III u li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament UE [xxxx] għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti. 2. Qabel ma jibdew is-sajd f’kull żona ta’ ġestjoni fuq vjaġġ tas-sajd speċifiku, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd kollha għandhom jiżguraw li għandhom kwoti għall-istokkijiet suġġetti għal limiti tal-qbid li huma biżżejjed biex ikopru l-kompożizzjoni tal-qbid probabbli tagħhom u l-perċentwali li jinsabu fl-Annessi II u III.

3.         Qabdiet ta’ organiżmi tal-baħar maqbuda b'eċċess għall-perċentwali permessi skont l-Annessi II u III u li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament [xxxx] ma jistgħux jinħattu iżda għandhom jintefgħu lura fil-baħar qabel kull ħatt.”

(5)          L-Artiklu 14(1) huwa emendat kif ġej:

"1.        Organiżmu tal-baħar għandu jitqies bħala żgħir jekk id-dimensjonijiet tiegħu jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni speċifikat fl-Anness IV għall-ispeċi rilevanti u għaż-żona ġeografika rilevanti."

(6)          L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1.        Organiżmi tal-baħar żgħar, li huma ta’ speċi mhux soġġett għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [XXXX,] ma għandhomx jinżammu abbord jew jiġu ttrasbordati, maħtuta, ittrasportati, maħżuna, impoġġija għall-wiri jew offruti għall-bejgħ, imma għandhom jintefgħu lura fil-baħar immedjatament."

(b) Għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3.        Organiżmi tal-baħar żgħar, li huma ta’ speċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx] għandhom jinżammu abbord, jinħattu u jingħaddu skont il-kwoti. Ma għandhomx jinbigħu, jitqiegħdu għall-wiri jew offruti għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem."

(7)          L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fejn is-salamun (Salmo salar) jew it-trota tal-baħar (Salmo trutta) huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-projbizzjoni taż-żamma abbord jew tal-ħatt stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw. Madankollu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dawk l-ispeċi fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perjodi li hemm referenza għalihom f’dak is-subparagrafu. Qabdiet mhux intenzjonati ta’ salamun (Salmo salar) jew it-trota tal-baħar (Salmo trutta), għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(b) Fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"3.        B'deroga mill-paragrafi 1 u 3, għandu jkun permess li jinżamm abbord salamun (Salmo salar) jew trota tal-baħar (Salmo trutta) maqbuda bi xbieki nassa.

(8)          L-Annessi huma emendati skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)          Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt (18) li ġej:

"(18)    'Qabdiet mhux intenzjonati' għandha tfisser qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li għalihom huwa pprojbit is-sajd fiċ-ċirkostanzi rilevanti."

(2)          L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)        Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1.        Għandu jkun ipprojbit li jsir sajd għal organiżmi tal-baħar, li jappartjenu għall-ispeċi elenkati fl-Anness III, li huma iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni speċifikat f’dak l-Anness għall-ispeċi rilevanti (minn hawn 'il quddiem "organiżmi tal-baħar żgħar")

Qabdiet mhux mixtieqa ta’ organiżmi tal-baħar żgħar li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx] għandhom jinżammu abbord, u jinħattu. Ma għandhomx jinbiegħu, jitqiegħdu għall-wiri jew offruti għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem.

Qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar żgħar li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx] ma għandhomx jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati, maħtuta, trasferiti, maħżuna, mibjugħa, impoġġija għall-wiri jew offruti għall-bejgħ."

(b) Il-paragrafu 3 jitħassar.

(3)          L-Artikolu 16(1) jinbidel b’dan li ġej:

"1. B’deroga mill-Artikolu 15(1) organiżmi tal-baħar żgħar jistgħu jinqabdu, jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati, maħtuta, ittrasferiti, maħżuna, mibjugħa, impoġġija għall-wiri jew offruti għall-bejgħ ħajjin bil-għan tal-istokkjar mill-ġdid dirett jew għat-trapjant bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru fejn iseħħu dawk l-attivitajiet."

(4)          L-Annessi huma emendati skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1098/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)          Fl-Artikolu 3 jiżdied il-punt (g) li ġej:

"(g)      Qabdiet mhux intenzjonati tfisser qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li għalihom huwa pprojbit is-sajd fiċ-ċirkostanzi rilevanti."

(2)          Fl-Artikolu 8(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Meta l-bakkaljaw ikun soġġett għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-projbizzjoni taż-żamma abbord, kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika. Madankollu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dik l-ispeċi b'lenez tat-tisqif, fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perjodi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1. Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ bakkaljaw għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(3)          Fl-Artikolu 9(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Meta l-bakkaljaw ikun soġġett għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-projbizzjoni taż-żamma abbord, kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika. Madankollu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dik l-ispeċi bit-tipi ta' rkaptu li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2, fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perjodu li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1. Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ bakkaljaw għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 254/2002

Ir-Regolament (KE) Nru 254/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)          Fl-Artikolu 3(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, il-ħatt ma għandux ikun ipprojbit jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak is-subparagrafu ma jistgħux jiġu osservati minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

(2)          Fl-Artikolu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, il-ħatt ma għandux ikun ipprojbit jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak is-subparagrafu ma jistgħux jiġu osservati minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

Artikolu 6

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2347/2002

Ir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)          Fl-Artikolu 2 jiżdied il-punt (f) li ġej:

"(f)       'Qabdiet mhux intenzjonati' tfisser qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li għalihom huwa pprojbit is-sajd fiċ-ċirkostanzi rilevanti."

(2)          Fl-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

"Bastimenti tas-sajd li ma jkollhomx permess tal-baħar fond għandhom ikunu pprojbiti milli jistadu għal speċijiet tal-baħar fond li jaqbżu l-100 kg għal kull vjaġġ fuq il-baħar. Speċijiet tal-baħar fond li jaqbżu l-100 kg maqbuda minn dawn il-bastimenti ma għandhomx jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati jew jinħattu l-art.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt ma għandhomx ikunu pprojbiti jekk il-limitu ta' 100 kg stabbilit f’dak is-subparagrafu limitu jinqabeż minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet tal-baħar fond soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

KAPITOLU 2

Miżuri ta' Kontroll

Artikolu 7

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(1)          L-Artiklu 7(1) huwa emendat kif ġej:

Il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:

"(e)      l-obbligu tal-ħatt f'parti mis-sajd jew fis-sajd kollu kif hemm referenza fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]."

(b)        Il-punt (i) li ġej għandu jiżdied:

"(f)       każijiet oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni."

(2)          L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)        Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1.        Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fi pjanijiet multiannwali, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ 10 metri jew aktar għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tal-operazzjonijiet tagħhom, li jindika speċifikament il-kwantitajiet kollha ta’ kull speċi maqbuda u miżmuma abbord."

(b)        Fil-paragrafu 2, il-punt (f) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"(f) il-kwantitajiet stmati ta’ kull speċi f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn xieraq, in-numru ta’ individwi, inkluż, bħala entrata separata, il-kwantitajiet jew individwi taħt id-daqs ta’ referenza minimu għall-konservazzjoni applikabbli;"

(c)        Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

"Il-marġni ta’ tolleranza permess fi stimi rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tal-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ ħut miżmum abbord għandu jkun 10 % għall-ispeċijiet kollha. Fejn għal speċi waħda jew aktar, il-qabda totali rispettiva tkun anqas minn 50 kilogramm, il-marġni permess ta’ tolleranza għandu jkun ta’ 20 %."

(d)       Il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

"4.        Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jirreġistraw ukoll, fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tagħhom, l-iskartar kollu stmat ta’ kwalunkwe speċi."

(3)          Fl-Artikolu 17(1), il-punti (e) u (f) huma sostitwiti b’dan li ġej:

"(e) il-kwantitajiet ta’ kull speċi rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd, inkluż, bħala entrata separata ta’ informazzjoni, dawk taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli;

(f)        il-kwantitajiet ta’ kull speċi li jinħattu jew ittrasbordati, inkluż, bħala entrata separata ta’ informazzjoni, dawk taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli."

(4)          L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)        Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1. Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjani multiannwali, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ 10 metri jew aktar li huma involuti f’operazzjoni ta’ trasbord għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tat-trasbord, li tindika speċifikament il-kwantitajiet kollha ta’ kull speċi ttrasbordata jew riċevuta."

(b)        Fil-paragrafu 2, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

"(c)      il-kwantitajiet stmati ta’ kull speċi f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott, jew, fejn xieraq, l-għadd ta’ individwi inklużi, bħala entrata separata, il-kwantitajiet jew individwi taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli;"

(c)        Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

"Il-marġni permess ta’ tolleranza fi stimi rreġistrati fid-dikjarazzjoni tat-trasbord tal-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ ħut trasbordat jew riċevut għandu jkun 10 % għall-ispeċijiet kollha. Fejn għal speċi waħda jew aktar, il-qabda totali rispettiva tkun anqas minn 50 kilogramm, il-marġni permess ta’ tolleranza għandu jkun ta’ 20 %."

(5)          Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 (c) jinbidel b’dan li ġej:

"(c)      il-kwantitajiet stmati ta’ kull speċi f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott, jew, fejn xieraq, l-għadd ta’ individwi inklużi, bħala entrata separata, il-kwantitajiet jew individwi taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli,;"

(6)          L-Artikolu 25a li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 25:

"Artikolu 25a

Monitoraġġ elettroniku mill-bogħod

1.

Bastimenti tas-sajd li, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew deċiżjoni ta' Stat Membru, huma soġġetti għall-użu ta' monitoraġġ elettroniku mill-bogħod għall-iskopijiet ta' monitoraġġ tal-obbligu tal-ħatt kif stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], għandu jkollhom it-tagħmir tas-sistema ta' monitoraġġ elettroniku mill-bogħod installat. Dik is-sistema għandha tiżgura r-reġistrazzjoni, il-ħin kollu, tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd u l-attivitajiet marbuta magħhom b'kameras, inkluż l-ipproċessar ta' kull qabda.

2. Il-bastimenti tas-sajd li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ukoll ikunu mgħammra b’dan li ġej:

(a) mekkaniżmi għall-ħżin tad-dejta li jinqalgħu approvati mill-awtoritajiet kompetenti fejn l-immaġini kollha tal-attivitajiet tas-sajd għandhom ikunu miżmuma f’kull ħin; u

(b) sensers imwaħħlin mas-sistemi li joperaw l-irkaptu tas-sajd u mal-winċ jew il-kapstan tax-xbiek, li jirreġistraw il-movimenti kollha marbuta mat-tqegħid u l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd.

3.         Is-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod installati abbord il-bastimenti tas-sajd għandhom joperaw bis-sħiħ awtomatikament, ma jippermettux input jew output foloz ta’ pożizzjonijiet, u ma għandhomx ikunu jistgħu jitħaddmu manwalment.

4.         l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom il-kapaċità teknika biex janalizzaw l-informazzjoni pprovduta mis-sistema ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod u jagħmlu użu effettiv minnha.

5.         Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward ta’:

(a) id-dejta li għandha tiġi rreġistrata u pproċessata bis-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod;

(b) ir-responsabbiltajiet tal-kaptani dwar is-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod;

(c) il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ nuqqas tekniku jew nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod;

(d) obbligi ta’ rappurtar ta’ Stati Membri dwar l-użu tas-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod.

6.         Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar:

(a) ir-rekwiżiti tas-sistemi ta' monitoraġġ elettroniku mill-bogħod;

(b) l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod;

(c) il-miżuri ta’ kontroll li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri tal-bandiera;

(d) l-aċċess tal-Kummissjoni għad-dejta tas-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 119(2)."

(7)          L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

"(a) għall-kwantitajiet ta’ kull stokk jew grupp ta’ stokkijiet soġġetti għat-TACs jew għall-kwoti tal-ħatt matul ix-xahar ta’ qabel, inkluż, bħala informazzjoni separata, dawk taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli; u"

(b) Il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:

"6.        Qabdiet meqjusa fil-qafas tar-riċerka xjentifika li jiġu kkumerċjalizzati u mibjugħin, inkluż, fejn xieraq, dawk taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni, għandhom jitnaqqsu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera sakemm jeċċedu it-2 % tal-kwoti kkonċernati. L-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd[15] ma għandux japplika għal vjaġġi ta’ riċerka xjentifika li matulhom jinqabdu qabdiet bħal dawn."

(8)          Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 49a, 49b u 49c li ġejjin:

"Artikolu 49a

Stivar separat ta’ qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

1.         Il-qabdiet kollha taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli miżmuma abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandhom jitpoġġew f’kaxxi, kompartamenti jew kontenituri separati minn kull stokk b’tali mod li jkunu identifikabbli minn kaxxi, kompartamenti jew kontenituri oħra.

2.         Għandha tkun projbita ż-żamma, abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni, fi kwalunkwe kaxxa, kompartament jew kontenitur, ta’ kwalunkwe kwantità ta’ qabdiet taħt id-daqs minimu sta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli mħallta ma’ kwalunkwe prodott tas-sajd ieħor.

3.         Paragrafi 2 u 3 ma japplikawx:

– fejn il-qabdiet ikun fihom aktar minn 80 % ta’ merluzz tan-Norveġja u sallur tar-ramel maqbuda għal skopijiet mhux maħsuba għall-konsum mill-bnedmin jew ta’ wieħed jew aktar mill-ispeċijiet li ġejjin:

– kavalli;

– aringi;

– sawrell;

– stokkafixx;

– minfaħ

– inċova;

– arġentina;

– sardin;

– laċċa kaħla.

– għal bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru, fejn qabdiet taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jkunu ġew magħżula, miżuna u rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord.

4.         Għall-każijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-kompożizzjoni tal-qabda permezz ta’ teħid ta’ kampjuni."

“Artikolu 49b

Ir-regola de minimis

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabdiet li jaqgħu taħt l-eżenzjoni de minimis li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15(5)(c) tar-Regolament (UE) [xxxx] ma jaqbżux il-perċentwal tal-eżenzjoni kif stabbilit fil-miżura tal-Unjoni rilevanti".

“Artikolu 49c

Ħatt ta’ qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

Fejn qabdiet taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jinħattu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawn il-qabdiet jinħażnu b’tali mod li jagħmilhom distinti minn prodotti tas-sajd destinati għall-konsum mill-bniedem."

(9)          Fl-Artikolu 56, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1.        Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-kontroll fit-territorju tiegħu tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, mill-ewwel bejgħ sal-bejgħ bl-imnut, inkluż it-trasport. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiżguraw li l-użu ta’ prodotti tas-sajd taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt kif hemm referenza fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx] huwa ristrett għal skopijiet oħra għajr dak tal-konsum dirett mill-bniedem."

(10)        Fl-Artikolu 58(5), il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:

"(e)      il-kwantitajiet ta’ kull speċi f’kilogrammi ta’ piż nett, jew, fejn xieraq, in-numru ta’ individwi, inkluż, bħala informazzjoni separata, il-kwantitajiet jew individwi taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli;"

(11)        Fl-Artikolu 64, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)        Il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

"(f)       il-kwantitajiet ta’ kull speċi f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott, jew, fejn xieraq, l-għadd ta’ individwi inklużi, bħala entrata separata, il-kwantitajiet jew individwi taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli,;"

(b)        Jiddaħħal il-punt il-ġdid (ha) li ġej:

"(ha)    fejn xieraq, id-destinazzjoni ta' prodotti tas-sajd taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli, li l-użu tagħhom huwa ristrett skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx] għal skopijiet oħra għajr il-konsum dirett mill-bniedem."

(12)        Fl-Artikolu 66(3), il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:

"(e)      il-kwantitajiet ta’ kull speċi f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott, jew, fejn xieraq, l-għadd ta’ individwi inklużi, bħala entrata separata, il-kwantitajiet jew individwi taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli,;"

(13)        Fl-Artikolu 68(5), il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

"(d)      il-kwantitajiet ta’ kull speċi f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott, jew, fejn xieraq, l-għadd ta’ individwi inklużi, bħala entrata separata, il-kwantitajiet jew individwi taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli;"

(14)        Jiddaħħal l-Artikolu 73a li ġej:

"Artikolu 73a

Osservaturi ta’ kontroll għall-monitoraġġ tal-obbligu tal-ħatt

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 73(1), l-Istati Membri jistgħu jużaw osservaturi ta’ kontroll abbord bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom għall-monitoraġġ tas-sajd li għalih japplika l-obbligu tal-ħatt kif hemm referenza fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. L-Artikolu 73(2) sa (9) għandu japplika għal dawk l-osservaturi ta’ kontroll."

(15)        Fl-Artikolu 90(1), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

"(c)      in-nuqqas li jinġiebu u jinżammu abbord il-bastiment tas-sajd u li jinħattu qabdiet soġġetti għal kwota jew soġġetti għall-obbligu tal-ħatt kif hemm referenza fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], sakemm qabdiet bħal dawn li jinġiebu u jinżammu abbord u l-ħatt ta' dawn il-qabdiet ma jmurx kontra l-obbligi stipulati fir-regoli tal-politika komuni tas-sajd f'sajd jew f'żoni tas-sajd fejn japplikaw regoli bħal dawn."

(16)        Fl-Artikolu 92 il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1.        L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta' punti għal ksur serju kif hemm referenza fl-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u għal ksur tal-obbligu li jinġiebu u jinżammu abbord bastiment tas-sajd u li jinħattu qabdiet ta' speċijiet soġġetti għal kwota jew soġġetti għall-obbligu tal-ħatt kif hemm referenza fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], li abbażi tagħha detentur ta' liċenzja tas-sajd ikun assenjat in-numru xieraq ta' punti bħala riżultat ta' ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd."

(17)        L-Artikolu 105 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 2, it-tabella tinbidel b'din li ġejja:

"

Livell ta’ sajd eċċessiv imqabbel mal-ħatt permess || Fattur ta’ multiplikazzjoni

Sa 10 % || Sajd eċċessiv *1,0

'Il fuq minn 10 % sa 20 % || Sajd eċċessiv *1,2

'Il fuq minn 20 % sa 40 % || Sajd eċċessiv *1,4

'Il fuq minn 40 % sa 50 % || Sajd eċċessiv *1,8

Kwalunkwe sajd eċċessiv aktar minn 50% || Sajd eċċessiv *2,0

"

(b)        Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

"3.        Flimkien mal-fatturi ta’ multiplikazzjoni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u sakemm il-livell ta’ sajd eċċessiv, imqabbel mal-ħatt permess ma jaqbiżx l-10 %, għandu japplika l-fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 jekk:

(1) Stat Membru jkun ripettivament stad iż-żejjed aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem tiegħu tal-istokk jew il-grupp ta’ stokkijiet matul is-sentejn preċedenti u dan is-sajd żejjed kien suġġett għal tnaqqis kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(2) il-konsulenza xjentifika, teknika u ekonomika disponibbli u b’mod partikolari r-rapporti mħejjija mill-STECF stabbilew li s-sajd eċċessiv jikkostitwixxi theddida serja għall-konservazzjoni tal-istokk ikkonċernat; jew

(3) l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali."

(c)        Il-paragrafu 3a jitħassar.

(18)        L-Artikolu 106 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 2, it-tabella tinbidel b'din li ġejja:

"

Firxa tal-eċċess tal-isforz tas-sajd disponibbli || Fattur ta’ multiplikazzjoni

Sa 10 % || (Eċċess * 1,0)

'Il fuq minn 10 % sa 20 % || (Eċċess * 1,2)

'Il fuq minn 20 % sa 40 % || (Eċċess * 1,4)

'Il fuq minn 40 % sa 50 % || (Eċċess * 1,8)

Kwalunkwe eċċess ieħor aktar minn 50 % || (Eċċess * 2,0)

 "

(19)        Jiddaħħal l-Artikolu 119a li ġej:

"Artikolu 119a

Eżerċizzju tad-delega

1.         Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.         Id-delega tas-setgħat li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 25a(5) għandha tingħata għal perjodu indeterminat ta’ żmien.

3.         Id-delega tas-setgħat li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 25a(5) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.         Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.         Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 25a(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn (2) min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill."

KAPITOLU 3

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 8

Revoki

Ir-Regolament (KE) Nru 14234/98 għandu jitħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[xxx] jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn …

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

[1]               COM(2011) 425 finali. Il-Proposta għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd

[2]               http://ec.europa.eu/fisheries/reform/sec_2011_891_en.pdf

[3]               "Il-Kunsill jieħu nota b'approvazzjoni tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li jirrevedi, u fejn adatt jipproponi, it-tneħħija ta' miżuri ta' kontroll assoċjati u miżuri tekniċi sew qabel l-obbligi ta' ħatt l-art jidħlu fis-seħħ".

[4]               ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1

[5]               ĠU L 78, 20.3.2013, p. 1

[6]               ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1

[7]               ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11

[8]               ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1

[9]               ĠU L 191, 7.7.1998, p. 10

[10]             ĠU L 41, 13.2.2002, p. 1

[11]             ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6

[12]             ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1

[13]             SEC(2011) 891

[14]             ĠU C , , p. .

[15]             ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.