KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (2011/0153 (COD)) /* COM/2013/0797 final - 2011/0153 (COD) */
2011/0153 (COD) KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW
skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
dwar pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni
ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti
regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward
tal-għoti ta' setgħat iddelegati għall-adozzjoni ta' ċerti
miżuri (2011/0153 (COD)) 1. SFOND Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (dokument COM (2011) 349 finali - 2011/0153 (COD): || Il-15 ta’ Ġunju 2011 Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: || m.d. Data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: || It-22 ta’ Novembru 2012 Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: || Il-15 ta’ Novembru 2013 2. GĦAN
TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI Il-Proposta tirrifletti l-bidliet li
seħħew fil-qafas legali tal-Unjoni u l-ekwilibrju istituzzjonali li
ġew fis-seħħ bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’
Lisbona. Hija tallinja r-regolamenti li hemm fih mal-Artikoli 290 u 291
tat-TFUE u mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar
il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju
mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Din il-proposta takkumpanja proposta inizjali li saret mill-Kummissjoni
dwar il-politika tal-kummerċ, imsejħa "Trade Omnibus I"
(2011/0039 (COD) u teżamina l-proċeduri kollha li jifdal ta’
teħid ta’ deċiżjoni li jinsabu fil-leġiżlazzjoni
tal-politika kummerċjali sabiex tadattahom, skont il-każ,
għar-reġim għall-atti ddelegati stipulat fl-Artikolu 290. Bl-allinjament tal-proċeduri mal-proċeduri standard,
il-proposta sejra wkoll tippermetti għarfien aħjar tal-proċeduri
li japplikaw fil-politika kummerċjali u d-dispożizzjonijiet dwar
trasparenza tar-regolament orizzontali se jżidu t-trasparenza ġenerali
ta' kif issir il-politika kummerċjali. 3. KUMMENTI
DWAR IL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL Il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari
hija konformi mar-riżultati tal-aħħar trilogu bejn il-PE u
l-Kunsill li sar fil-5 ta’ Ġunju 2013 u kkonfermati sussegwentement
miż-żewġ istituzzjonijiet fil-livelli ta' COREPER u ta' INTA
f’Lulju 2013. 4. KONKLUŻJONI Il-Kummissjoni tista’ taċċetta
l-emendi introdotti mill-Kunsill għall-proposta tagħha.