52013PC0794

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea /* COM/2013/0794 final - 2013/0403 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1.        Il-kuntest ġenerali tal-proposta

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar ġie adottat fil-11 ta’ Lulju 2007[1] bil-għan li jtejjeb l-aċċess għall-ġustizzja billi jissimplifika u jħaffef il-kawżi transfruntiera dwar talbiet żgħar u jnaqqas l-ispejjeż ta’ kawżi bħal dawn. Barra minn hekk, ir-Regolament għandu l-għan li jiffaċilita l-infurzar billi titneħħa l-ħtieġa għal proċedimenti intermedji (exequatur) għar-rikonoxximent u l-infurzar fl-Istati Membri l-oħra ħlief il-pajjiż fejn ingħatat is-sentenza.

Ir-Regolament introduċa proċedura alternattiva, flimkien mal-proċedimenti eżistenti taħt il-liġijiet tal-Istati Membri, għal każijiet transfruntiera fir-rigward ta’ talbiet li ma jaqbżux EUR 2 000. Ir-Regolament ilu jiġi applikat fl-UE (minbarra fid-Danimarka) mill-1 ta' Jannar 2009. Il-proċedura fil-prinċipju hija proċedura bil-miktub fuq il-bażi ta’ formoli standard u hija rregolata minn skadenzi stretti. Ir-rappreżentanza minn avukat mhijiex obbligatorja u l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni huwa mħeġġeġ. Barra minn hekk, il-parti li titlef biss trid tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-parti li tkun rebħet sakemm ikunu proporzjonali mat-talba. Il-proċedura hija disponibbli kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji li jagħmlu tranżazzjonijiet transfruntiera fl-UE bħala mezz biex jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja u l-infurzar tad-drittijiet tagħhom.

L-Artikolu 28 tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta sal-1 ta’ Jannar 2014 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dettaljat dwar l-operat ta’ dan ir-Regolament, inkluż b’mod partikolari il-limitu ta' EUR 2 000. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun il-każ, bi proposti għal emendi.

1.2.        Il-bżonn ta' reviżjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

Fi żmien meta l-Unjoni Ewropea qed taffaċċja l-akbar kriżi ekonomika fl-istorja tagħha, it-titjib tal-effiċjenza tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea sar fattur importanti fl-appoġġ tal-attività ekonomika[2]. Waħda mill-miżuri li qiegħdin jippromwovu l-effiċjenza tal-ġustizzja fl-UE hija r-reviżjoni tar-Regolament li jistabbilixxi  Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Ir-Regolament ġie adottat b’rikonoxximent tal-fatt li l-problemi ta’ litigazzjoni ineffiċjenti ta’ talbiet żgħar   jsiru amplifikati meta jsiru talbiet ta’ valur baxx bejn il-fruntieri tal-Istati Membri tal-UE. F'dawn is-sitwazzjonijiet jinħolqu problemi addizzjonali, bħan-nuqqas ta’ familjarità tal-partijiet mal-liġijiet barranin u l-proċedimenti tal-qrati barranin, il-ħtieġa akbar għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, u l-ħtieġa ta' vjaġġar barra mill-pajjiż għas-seduti orali. Maż-żieda fil-kummerċ transfruntier fl-UE f’dawn l-aħħar snin u ż-żieda mistennija fis-snin li ġejjin, il-bżonn li jiġu pprovduti mekkaniżmi ta’ rimedji effiċjenti bħala mezz ta’ appoġġ għall-attività ekonomika qed jinħass dejjem aktar.

Permezz ta' formoli standard u assistenza mingħajr ħlas għall-partijiet biex jimlew dawn il-formoli, il-proċedura tippermetti lill-qrati sabiex jipproċessaw it-talbiet sempliċement permezz ta' proċedura bil-miktub, li b'hekk tneħħi l-bżonn ta' vjaġġjar għas-seduti orali - ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn is-sentenza ma tistax tingħata fuq il-bażi ta' provi bil-miktub - kif ukoll il-bżonn li wieħed ikollu avukat. Ir-Regolament jinkoraġġixxi wkoll lill-qrati u t-tribunali biex jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod għall-aċċettazzjoni tal-formoli tat-talbiet u għall-organizzazzjoni tas-seduti orali. Fl-aħħar nett, is-sentenza li tingħata tiċċirkola liberament fost l-Istati Membri, mingħajr il-ħtieġa ta' kwalunkwe proċedimenti intermedji addizzjonali meħtieġa għar-rikonoxximent u l-infurzar[3].

Madankollu, minkejja l-benefiċċji li jistgħu jinkisbu f'dak li jikkonċerna t-tnaqqis fl-ispejjeż u t-tul ta' talbiet transfruntiera, il-proċedura għadha ftit li xejn magħrufa u tibqa’ użata mill-inqas diversi snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Il-Parlament Ewropew ikkonferma f’Riżoluzzjoni fl-2011[4] li hemm bżonn isir sforz akbar f’dak li jikkonċerna ċ-ċertezza ġuridika, l-ostakli tal-lingwa u t-trasparenza tal-proċedimenti. Hu stieden lill-Kummissjoni biex tieħu passi biex tiżgura li l-konsumaturi u n-negozji jsiru aktar konxji u jużaw l-istrumenti leġiżlattivi eżistenti, bħalma hija l-ESCP (il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar). Il-partijiet interessati tan-negozji u l-konsumaturi qajjmu wkoll il-fatt li r-Regolament irid jiġi mtejjeb biex ikun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u n-negozji, b’mod partikolari l-SMEs (l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju). L-Istati Membri identifikaw ukoll ċertu nuqqasijiet fir-Regolament attwali li għandhom jiġu ndirizzati.

Il-problemi ġejjin prinċipalment minn nuqqasijiet fir-regoli eżistenti, bħall-kamp ta' applikazzjoni limitat f’termini ta’ livell baxx fil-limitu kif ukoll il-kopertura transfruntiera, u proċedura li għadha wisq ikkumplikata, li tiswa l-flus, tieħu fit-tul u li ma tirriflettix il-progress teknoloġiku miksub fis-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri minn żmien l-adozzjoni tar-Regolament. Anke fejn il-problemi huma relatati mal-implimentazzjoni batuta tar-regoli attwali – kif inhu l-każ sa ċertu punt bil-problema tan-nuqqas ta’ trasparenza - irid jiġi rikonoxxut li r-regoli tar-Regolament mhumiex dejjem ċari. Sabiex tiġi indirizzata l-problema tan-nuqqas ta' għarfien,  il-Kummissjoni Ewropea diġa' ħadet diversi passi, pereżempju serje ta' seminars b'tema fl-Istati Membru biex tgħarraf lill-SMEs b'din il-proċedura, il-pubblikazzjoni ta' gwida prattika u d-distribuzzjoni ta' moduli għat-tagħlim biex jitħarrġu l-imprendituri Ewropej fuq dan is-suġġett.

Il-Kummissjoni identifikat ir-reviżjoni tar-Regolament fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2013[5] bħala waħda mill-miżuri meħtieġa sabiex isaħħaħ id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni, billi tiffaċilità r-riżoluzzjoni tat-tilwim dwar ix-xiri ta' oġġetti jew servizzi fi Stat Membru ieħor. Din l-inizjattiva hija nkluża wkoll fl-Aġenda Ewropea dwar il-Konsumatur[6] bħala mezz biex jitjieb l-infurzar tad-drittjiet tal-konsumatur. Barra minn hekk, il-modernizzazzjoni tar-Regolament tappoġġja l-prijoritajiet politiċi attwali tal-UE biex tippromwovi l-irkupru ekonomiku u t-tkabbir sostenibbli, billi tavvanza proċedimenti tal-Qorti aktar effiċjenti u simplifikati u billi tagħmilhom aktar aċċessibbli għall-SMEs.

1.3.        Il-bżonn ta' reviżjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006

Fil-kuntest tal-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, stqarrija ta’ oppożizzjoni mill-konvenut twassal għal kontinwazzjoni awtomatika tal-proċedimenti taħt il-proċedimenti ċivili ordinarji. Peress li l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar qiegħda fis-seħħ, madankollu, din ir-restrizzjoni ma għadhiex iġġustifikata fir-rigward ta’ talbiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 861/2007.

Għalhekk, għandu jiġi ċċarat fir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 li fejn tilwima taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, din il-proċedura għandha tkun ukoll disponibbli għal xi parti f’Proċedura tal-Ordni ta’ ħlas Ewropea li tkun ressqet dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-Kummissjoni kellha diversi konsultazzjonijiet biex tiġbor informazzjoni dwar l-applikazzjoni attwali tar-Regolament kif ukoll l-elementi potenzjali għar-reviżjoni tiegħu. Ir-riżultati taw indikazzjonijiet utli għall-politika tal-pożizzjonijiet tal-partijiet interessati u l-Istati Membri u kienu kkunsidrati matul il-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt.

Sar stħarriġ mill-Eurobarometru biex jevalwa l-għarfien, l-istennija u l-esperjenzi taċ-ċittadini Ewropej rigward l-applikazzjoni tar-Regolament f'Novembru-Diċembru 2012[7]. Skont dan l-istħarriġ, 71% tat-talbiet tal-konsumaturi bħalissa huma fil-limitu tal- €2,000 stabbilit mir-Regolament. L-ammont minimu medju li għalih il-konsumaturi huma lesti li jressqu t-talba tagħhom quddiem qorti fi Stat Membru ieħor huwa ta’ is €786. 12% ta’ dawk li wieġbu kienu konxji tal-eżistenza tal-ESCP, b’1% ta’ dawk kollha li wieġbu jiddikjaraw li diġà għamlu użu minn din il-proċedura. 69% ta’ dawk li diġà użaw l-ESCP kienu ssodisfati. Is-sentenzi ta' 97% ta’ dawk kollha li wieġbu li ħadu lin-negozji l-qorti u rebħu fl-aħħar sentejn (kemm talbiet lokali kif ukoll transfruntiera) ġew infurzati b’suċċess. L-aktar elementi mportanti li jħeġġu liċ-ċittadini biex imorru l-qorti huma: l-possibiltà li l-proċedimenti jsiru bil-miktub mingħajr il-ħtieġa li wieħed jitla' l-qorti (33%), il-proċedimenti jistgħu jsiru mingħajr il-bżonn ta' avukat (26%), il-proċedimenti jistgħu isiru onlajn (20%) u bil-lingwa tagħhom (24%).

Saret konsultazzjoni pubblika onlajn bejn id-disgħa ta' Marzu u l-għaxra ta' Ġunju 2013. Din il-konsultazzjoni ġabret opinjonijiet dwar it-titjib possibbli u s-simplifikazzjoni ulterjuri li jistgħu ikomplu jtejbu l-benefiċċji tal-ESCP, b’mod partikolari għall-konsumaturi u l-SMEs. Daħlu 80 tweġiba mingħand firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, bħal pereżempju l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u tan-negozji, imħallfin, avukati u persuni akkademiċi. Ir-riżultatis[8] ta' din il-konsultazzjoni juru illi 66% ta' dawk kollha li wieġbu huma favur estenzjoni tal-livell limitu sa massimu ta'€10,000, 63% huma favur l-użu ta' mezzi elettroniċi matul il-proċedimenti u 71% huma favur l-idea li l-qrati jiġu mgħammra b'tagħmir għall-vidjokonferenzi jew tagħmir ieħor elettroniku tal-komunikazzjoni. Kienu biss 28% ta’ dawk kollha li wieġbu li jaħsbu li l-għajnuna mingħajr ħlas hija pprovduta mill-Istati Membri.

Intbagħat kwestjonarju dettaljat dwar l-operat u l-applikazzjoni fil-prattika tar-Regolament lill-Istati Membri fil-bidu ta' April 2013 u lin-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew. Il-mistoqsijiet kienu maħsuba biex tinġabar dejta dwar l-għadd ta’ każijiet li jużaw l-ESCP fl-Istati Membri, l-użu ta’ mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni fi proċedimenti tal-qorti, l-eżistenza u l-modalitajiet ta’ għajnuna liċ-ċittadini fil-mili tal-formoli, l-iskadenzi proċedurali, is-smigħ u evidenza, l-ispejjeż tal-proċedimenti u l-ħtieġa għal żieda tal-livell limitu għal talbiet żgħar ammissibbli. L-iskadenza għat-tweġibiet kienet il-15 ta’ Mejju 2013. B’kollox, 20 Stat Membru bagħtu t-tweġibiet tagħhom[9].

In- Netwerk Ġudizzjarju Ewropew iddiskuta f'diversi okkażjonijiet l-applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, il-miżuri li għandhom jittieħdu biex titqajjem kuxjenza dwar l-eżistenza u t-tħaddim tagħha kif ukoll l-elementi possibbli għar-reviżjoni tagħha. Fil-laqgħa tas-17 ta’ Mejju tal-2011, xi Stati Membri nnutaw li l-ESCP fil-prattika ma ntużatx sal-potenzjal kollu tagħha u li għalhekk għandu jsir titjib fil-proċedimenti u jittieħdu miżuri biex titqajjem kuxjenza dwarha. Inħoloq grupp ta’ ħidma li tqabbad ifassal Gwida Prattika dwar l-ESCP għall-benefiċċju tal-professjonisti ġuridiċi. Fil-laqgħa tad-29 u t-30 ta' Mejju 2013, ġew diskussi diversi aspetti li jistgħu jiġu rieżaminati bħaż-żieda fil-livell limitu, l-użu ta' mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni bejn il-qrati u l-partijiet, it-twaqqif ta' standards minimi Ewropej għat-tmexxija tal-proċediment kif ġej: id-disponibbiltà ta' vidjokonferenzi biex isir is-seduti orali u t-trasparenzi fil-kalkolazzjoni u l-ħlas tal-miżati tal-qorti u l-assistenza lill-utenti tal-proċediment, inkluż ir-rappreżentanza ġuridika.

3.           L-ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

3.1.        L-elementi ewlenin tal-azzjoni proposta

L-elementi ewlenin tar-reviżjoni proposta huma:

· L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament għal talbiet transfruntiera sa massimu ta' EUR 10,000;

· L-estensjoni tad-definizzjoni ta’ każijiet transfruntiera;

· It-titjib fl-użu tal-komunikazzjoni elettronika, inkluż in-notifika ta’ ċerti dokumenti;

· Limpożizzjomi ta' obbligu fuq il-qrati li jagħmlu użu mill-vidjokonferenzi, il-telekonferenzar u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni bid-distanza għat-twettiq ta’ seduti orali u t-teħid tax-xhieda;

· Tiġi stabbilita limitazzjoni massima għall-miżati tal-qorti meħtieġa għall-proċedura;

· Jiġi impost obbligu fuq l-Istati Membri biex idaħħlu fis-seħħ sistemi mill-bogħod ta’ ħlas tal-miżati tal-qorti;

· Tiġi limitata l-ħtieġa ta' traduzzjoni tal-Formola D, li fiha ċ-Ċertifikat ta’ infurzar, biss għas-sustanza tas-sentenza;

· Jiġu imposti obbligi ta’ tagħrif fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-miżati tal-qorti, metodi ta’ ħlas tal-miżati tal-qorti u d-disponibbiltà ta’ assistenza biex jimtlew il-formoli.

3.1.1.     L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament għal talbiet transfruntiera sa massimu ta' EUR 10 000;

Il-livell limitu ta’ EUR 2 000 jillimita l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament. Filwaqt li dan huwa inqas importanti għall-konsumaturi, billi l-biċċa l-kbira tat-talbiet tagħhom ma jaqbżux EUR 2 000, dan jillimita serjament id-disponibbiltà tal-proċedura għall-SMEs. 20% biss tat-talbiet tan-negozju huma inqas minn EUR 2 000, filwaqt li t-talbiet bejn EUR 2 000 u EUR 10,000 jammontaw għal madwar 30% tat-talbiet tan-negozju transfruntiera kollha.

45% tal-kumpaniji li jkollhom tilwima transfruntiera ma jmorrux il-qorti għaliex l-ispejjeż tal-proċedimenti huma sproporzjonali meta mqabbla mal-valur tat-talbiet, filwaqt li 27% ma jmorrux il-qorti għaliex il-proċedimenti jdumu wisq. Bid-disponibbiltà tal-proċedura ssimplifikata Ewropea għat-talbiet transfruntiera b’valur ta’ bejn EUR 2 000 u EUR 10 000, l-ispejjeż u t-tul tal-proċedimenti f’każijiet bħal dawn ser jonqsu b’mod konsiderevoli.

F’dawn l-aħħar snin, għadd ta’ Stati Membri wessgħu l-kamp ta' applikazzjoni tal-proċeduri ssimplifikati nazzjonali tagħhom billi għollew il-livelli limiti. Din ix-xejra kontinwa turi li kien hemm il-ħtieġa li jiġu mmodernizzati s-sistemi ġudizzjarji u li jsiru aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini billi jipprovdu proċeduri ssimplifikati, kosteffiċjenti u aktar mgħaġġla għal aktar talbiet b'valur baxx. F’dan il-kuntest, il-livell limitu attwali ta’ EUR 2 000 għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar irid jitqajjem ukoll.

Żieda fil-livell limitu attwali ser tippermetti lill-partijiet biex iressqu l-qorti għadd akbar ta' każijiet ibbażati fuq il-proċedura ssimplifikata Ewropea. Minħabba ż-żieda fis-simplifikazzjoni, it-tnaqqis tal-ispejjeż u t-tul tal-proċedimenti, huwa mistenni li t-talbiet li ġew abbandunati u mhux segwiti jerġgħu jiġu rkuprati. Il-grupp ewlieni li jibbenefika minn din is-soluzzjoni ser ikunu l-SMEs, iżda l-konsumaturi se jibbenefikaw ukoll, peress li madwar waħda minn kull ħames talbiet tal-konsumatur ikollha valur li jaqbeż l-EUR 2 000. Kemm in-negozji kif ukoll il-konsumaturi se jibbenefikaw mill-fatt li ż-żieda fl-użu tal-proċedura se tippermetti lill-imħallfin, l-iskrivana tal-qorti u l-avukati li jsiru aktar familjari mal-proċedura, imexxuha aħjar u b’mod aktar effiċjenti.

3.1.2.     L-estensjoni tad-definizzjoni ta’ każijiet transfruntiera;

Ir-Regolament attwalment japplika biss għat-tilwim fejn mill-inqas waħda mill-partijiet hija ddomiċiljata jew għandha r-residenza abitwali tagħha fi Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn tinsab il-qorti jew tribunal li quddiemha/u tressqet il-kawża. Madankollu, tilwim li jinvolvi partijiet iddomiċiljati fl-istess Stat Membru li jkollu element transfruntier importanti u li jista' għalhekk jibbenefika mill-proċedura ssimplifikata Ewropea jitħalla barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament. Eżempji jinkludu każijiet fejn:

· il- post ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt ikun qiegħed fi Stat Membru ieħor, pereżempju kuntratt ta' lokazzjoni ta' propjetà għall-btala li tinsab fi Stat Membru ieħor; jew

· il- post fejn seħħ l-avveniment dannuż ikun qiegħed fi Stat Membru ieħor, pereżempju meta l-partijiet jkunu nvoluti f'inċident tat-traffiku f'reġjun tal-fruntiera fi Stat Membru; jew

· l- infurzar tas-sentenza ikun irid isir fi Stat Membru ieħor, pereżempju meta s-sentenza trid tiġi eżegwita fuq is-salarju tal-konvenut li huwa jirċievi fi Stat Membru ieħor.

B’mod partikolari, fejn ir-rikorrent jista’ jagħżel, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament [KE) Nru 44/2001/[UE) Nru 1215/2012] bejn il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn kemm hu w l-konvenut huma domiċiljati u l-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru fejn pereżempju ġie eżegwit il-kuntratt jew seħħ l-avveniment dannuż, l-għażla proprja tar-rikorrent favur il-qrati jew it-tribunali tal-Istat Membru tad-domiċilju komuni m’għandux ikollha l-effett li ċċaħħdu mill-possibbiltà li juża il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar li altriment tkun disponibbli.

Barra minn hekk, il-limitazzjoni attwali tillimita l-applikazzjonijiet taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar imressqa quddiem il-qrati tal-Istati Membri tal-UE minn jew kontra residenti ta' pajjiż terz, filwaqt li l-ebda proċedura nazzjonali fl-Ewropa mhi riżervata għaċ-ċittadini tal-pajjiż ikkonċernat jew għaċ-ċittadini tal-UE.

L-emenda tista' twassal sabiex il-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tkun disponibbli fil-każijiet kollha b’element transfruntier, inklużi dawk li jinvolvu pajjiżi terzi. Dan iwassal għas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-ispejjeż u tat-tul tal-proċedimenti għal dawk iċ-ċittadini li jistgħu jibbenefikaw mill-proċedura ssimplifikata Ewropea, pereżempju fejn ikunu jridu jinstemgġu esperti fl-Istat Membru fejn ġie eżegwit il-kuntratt jew seħħ l-avveniment dannuż. Bl-istess mod, l-infurzar tas-sentenza mogħtija taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar fi Stat Membru ieħor jsir eħfef meta l-proċedura li wasslet għas-sentenza partikolari hija magħrufa sew u affidabbli.

Billi l-qrati għandhom, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament is-setgħa li jeżaminaw jekk ir-raġunijiet għall-ġuriżdizzjoni taħt ir-Regolament humiex issodisfati, ir-riskju ta’ abbuż min-naħa tar-rikkorenti huwa minimu.

3.1.3.     It-titjib fl-użu tal-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni, inkluż in-notifika ta’ ċerti dokumenti

Diversi komunikazzjonijiet bejn il-partijiet u l-qrati jistgħu fil-prinċipju jsiru b’mezzi elettroniċi, li jiffrankaw il-ħin u l-ispejjeż tal-proċedura f’każijiet transfruntiera, speċjalment fejn huma involuti distanzi twal. L-applikazzjoni inizjali tista’ diġà tiġi ddepożitata permezz ta’ mezzi elettroniċi fejn l-Istati Membri jaċċettaw dan il-metodu. Madankollu, f’dawk il-każijiet fejn id-dokumenti jridu jiġu nnotifikati lill-partijiet matul il-proċedura[10], ir-Regolament jistabbilixxi notifika bil-posta bir-rikonoxximent tal-irċevuta bħala l-mezz ewlieni għan-notifika. Metodi oħra għan-notifika jistgħu jiġu applikati biss jekk in-notifika bil-posta ma tkunx possibbli.

Madankollu, is-servizz elettroniku diġà jaħdem f’diversi Stati Membri. Il-proposta ser tqiegħed in-notifika bil-posta u n-notifika elettronika fuq l-istess livell, sabiex tippermetti lil dawn l-Istati Membri li joffru dawn il-mezzi elettroniċi lill-partijiet li jużaw il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Is-semplifikazzjoni u l-iffrankar fil-ħin u l-ispejjeż jkunu possibbli biss għall-kawżi fl-Istati Membru li jiddeċiedu li jimplimentaw in-notifika elettronika tad-dokumenti; madanakollu huwa mistenni illi n-numru ta' Stati Membri li jagħmlu użu minn dawn l-iżviluppi teknoloġiċi se jkompli jikber.

Għall-komunikazzjonijiet oħra inqas importanti bejn il-partijiet u l-qrati, il-proposta ser tistabbilixxi l-komunikazzjoni elettronika bħala r-regola ġenerali, bla ħsara biss għall-ftehim tal-partijiet.

3.1.4.     L-obbligu tal-qrati li jagħmlu użu mill-vidjokonferenzi, il-telekonferenzar jew mezzi oħra ta’ komunikazzjoni bid-distanza għat-twettiq ta’ seduti orali u t-teħid tax-xhieda;

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Zgħar hija essenzjalment proċedura bil-miktub. Madankollu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn seduta orali jew is-smigħ ta' espert jew xhud hija meħtieġa sabiex tingħata sentenza, il-Qorti jew it-tribunal jistgħu jordnaw seduta għas-smigħ. Is-seduti orali jistgħu jsiru permezz ta’ vidjokonferenza jew b’mezzi oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Fil-prattika madankollu, is-seduti orali jinżammu b’mod regolari u ta’ spiss il-preżenza fiżika tal-partijiet hi meħtieġa, li jwassal għal iżjed spejjeż tal-ivvjaġġar u dewmien għall-partijiet.

L-emenda ser l-ewwel tenfasizza b'mod aktar qawwi n-natura eċċezzjonali tas-seduti orali fil-kuntest ta’ din il-proċedura simplifikata. Imbagħad ser timponi obbligu fuq il-qrati u t-tribunali biex jużaw dejjem mezzi ta’ komunikazzjoni ta’ distanza bħal vidjokonferenza jew telekonferenza fejn tkun ser tinżamm seduta orali. Sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-partijiet, se ssir eċċezzjoni għal dik il-parti li espressament titlob li tkun preżenti l-qorti.

Din l-emenda tista’ teħtieġ li l-Istati Membri jgħammru l-qrati tagħhom b’teknoloġija ta’ komunikazzjoni xierqa, fejn din it-teknoloġija għadha mhix installata. Il-possibilitajiet teknoloġiċi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri huma varji, u jinkludu faċilitajiet kosteffiċjenti tal-Internet.

3.1.5.     It-twaqqif ta' limitazzjoni massima għall-miżati tal-qorti għall-proċedura

Il-miżati tal-qorti jitħallsu bil-quddiem meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni. Meta dawn il-miżati tal-qorti ikunu ogħla minn 10 % tal-valur tat-talba, dawn jiġu kkunsidrati sproporzjonati. F’dawn il-każijiet, ir-rikorrenti jistgħu jiġu skuraġġuti milli jmexxu bit-talbiet tagħhom. F’ħafna Stati Membri, il-miżati minimi qiegħdin hemm ukoll biex jiskoraġġixxu l-kawżi frivoli jew abbużivi. Il-miżata medja minima tal-Qorti hija €34.

Id-dispożizzjoni proposta mhix se tarmonizza l-miżati tal-qrati fl-Istati Membri. Minflok, se tistabbilixxi limitu massimu fuq il-miżati tal-qorti għall-applikazzjonijiet skont ir-Regolament, ikkalkulati bħala perċentwali tal-valur tat-talba li għalija l-miżati tal-qorti huma kkunsidrati sproporzjonati meta mqabbla mal-valur tat-talba u għalhekk ixekklu l-aċċess għall-ġustizzja għar-rikorrenti b'talbiet ta’ valur zgħir. Limitu massimu fuq il-miżati tal-qorti għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandu jnaqqas l-ispejjeż f’dawk l-Istati Membri fejn il-miżati huma sproporzjonati meta mqabbla mal-valur ta’ tali talbiet. Dan se jiġbed aktar rikorrenti lejn il-proċedura.

Barra minn hekk, il-miżura tippermetti lill-Istati Membri jżommu miżata minima fissa tal-qorti li madankollu m’għandhiex tipprojbixxi l-aċċess għall-ġustizzja tat-talbiet ta’ valur aktar baxx. Il-miżura hija proporzjonata minħabba n-natura speċifika tat-tilwim transfruntier li–, meta mqabbel mat-tilwim domestiku– dejjem jeħtieġ spejjeż addizzjonali għar-rikorrent, bħalma huma l-ispejjeż tat-traduzzjoni u, jekk jinżammu seduti orali, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-interpretazzjoni.

3.1.6.     Obbligu tal-Istati Membri biex idaħħlu fis-seħħ sistemi ta’ ħlas tal-miżati tal-qorti mill-bogħod

Il-metodi tal-ħlas tal-miżati tal-qorti ivarjaw fost l-Istati Membri. Speċjalment meta l-ħlas fi flus jew bolol huwa l-uniku mezz ta’ pagament, il-partijiet ikollhom ibatu l-ispejjeż ta’ safar jew ta' avukat fl-Istat Membru tal-qorti, li jista’ jiskoraġġihom milli jmexxu t-talbiet tagħhom. Jinħolqu problemi simili meta l-ħlas jiġi aċċettat biss b’ċekkijiet, li mhumiex f’użu ġenerali f’ħafna Stati Membri, jew biss permezz ta’ avukati.

Il-proposta għandha l-għan li tobbliga lill-Istati Membri sabiex idaħħlu fis-seħħ sistemi mill-bogħod ta’ ħlas, mill-inqas trasferimenti bankarji u sistemi ta’ pagamenti onlajn bil-karta ta’ kreditu/debitu. L-effiċjenza ġenerali tas-sistema ġudizzjarja x’aktarx li tiżdied, peress li l-partijiet se jiffrankaw il-ħin u l-flus.

3.1.7.     Il-ħtieġa ta' traduzzjoni taċ-ċertifikat ta’ infurzar tal-Formola D limitata biss għas-sustanza tas-sentenza

Fl-istadju ta’ infurzar tas-sentenza, il-parti li titlob l-eżekuzzjoni trid tittraduċi ċ-ċertifikat ta’ infurzar f’Formola D permezz ta’ traduttur ċċertifikat fil-lingwa(i) tal-Istat Membru tal-infurzar. Ftit huma l-Istati Membri li jaċċettaw il-Formola D f’lingwi oħra apparti tagħhom stess.

L-obbligu tat-traduzzjoni tal-Formola D jeħtieġ spejjeż żejda fejn it-Taqsima 4.3 tal-formola (is-Sustanza tas-sentenza) biss teħtieġ traduzzjoni, għaliex l-oqsma l-oħra diġà huma disponibbli fil-lingwi kollha. Madankollu, ta’ sikwit it-tradutturi jżommu l-flus għat-traduzzjoni tal-formola kollha. Għall-parti li tkun tixtieq tinforza s-sentenza, l-ispejjeż bla bżonn li jinqalgħu, flimkien ma’ spejjeż oħra, jistgħu jservu ta’ diżinċentiv biex issir talba jew tiġi infurzata.

L-emenda se tillimita r-rekwiżit tat-traduzzjoni għas-sustanza tas-sentenza biss fil-punt 4.3 tal-Formola D.

3.1.8.     L-obbligi ta’ tagħrif tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżati tal-qorti, il-metodi ta’ ħlas tal-miżati tal-qorti u d-disponibbiltà ta’ assistenza biex jimtlew il-formoli

Għalkemm bħalissa l-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bl-iskop li l-informazzjoni dwar il-qrati kompetenti, il-mezzi ta’ komunikazzjoni aċċettati, il-possibiltà ta’ appell, il-lingwi aċċettati għall-infurzar u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (Artikolu 25) tkun disponibbli għall-pubbliku, l-informazzjoni dwar il-miżati tal-qorti u l-metodi ta’ ħlas tal-miżati tal-qorti bħalissa hija nieqsa. L-obbligu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex l-informazzjoni dwar l-ispejjeż tkun disponibbli għall-pubbliku (l-Artikolu 24) ma rriżultatx f’aktar trasparenza dwar dawn l-elementi. Barra minn hekk, l-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu assistenza prattika sabiex jimtlew il-formoli (l-Artikolu 11) f’bosta każijiet ma ġiex implimentat.

L-obbligu impost fuq l-Istati Membri biex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżati tal-qorti u l-metodi tal-ħlas għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, kif ukoll id-disponibbiltà ta’ għajnuna prattika lill-partijiet, u l-obbligu tal-Kummissjoni li tagħmel din l-informazzjoni disponibbli pubblikament għandha ttejjeb it-trasparenza u fl-aħħar mill-aħħar l-aċċess għall-ġustizzja.

3.2.        Emendi tekniċi oħra

Diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 jistgħu jiġu mtejba, sabiex jikkunsidraw l-aħħar żviluppi, bħalma huma d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

L-ewwel nett, l-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament għandhom isiru konformi mal-proċedura ta’ delega l-ġdida stabbilita mill-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

It-tieni nett, l-Artikolu 18 tar-Regolament jeħtieġ li jiġi ċċarat sabiex jiġu evitati diffikultajiet fil-prattika simili għal dawk imqajma matul talba reċenti għal deċiżjoni preliminari ppreżentata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li fiha l-Qorti ntalbet tinterpreta dispożizzjoni simili fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006[11]. L-istess dritt għar-reviżjoni huwa fformulat b’mod kemxejn differenti, iżda diġà b'mod aktar ċar, fir-Regolament (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment. M’hemm l-ebda raġuni għaliex dawn id-dispożizzjonijiet dwar ir-reviżjoni, li għandhom eżattament l-istess għan, huma fformulati b’mod differenti fid-diversi regolamenti Ewropej. Ir-reviżjoni proposta għandha l-għan li tiċċara d-dritt li ssir talba għal reviżjoni b’mod konsistenti mar-Regolament 4/2009.

3.3.        Bażi ġuridika

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 ġie adottat taħt l-Artikolu 61(c) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jistipula li l-Kunsill għandu jadotta miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili, u l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li jiddefinixxi l-proċedura leġiżlattiva li għandha tiġi segwita. Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, kwalunkwe reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 se jkun ibbażat fuq l-Artikoli 81 (2) (a), (c) u (f) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.4.        Sussidjarjetà u proporzjonalità

Il-ħtieġa għal azzjoni tal-UE diġà ġiet stabbilita fl-2007 meta kien ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 861/2007. Il-kwistjoni li qed tiġi ndirizzata għandha aspetti transnazzjonali, li ma jistgħux jiġu ttrattati b’mod sodisfaċenti permezz tal-azzjoni individwali tal-Istati Membri. L-għan li titjieb il-fiduċja tal-konsumaturi u n-negozji, b’mod partikolari l-SMEs, fil-kummerċ transfruntier u l-aċċess għall-ġustizzja f’tilwimiet transfruntieri ma jistax jinkiseb mingħajr emenda tar-Regolament eżistenti sabiex jirrifletti aħjar l-iżviluppi li saru mill-2007 u n-nuqqasijiet irrapurtati fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 861/2007.

Il-proċeduri nazzjonali ssimplifikati, jekk huma fis-seħħ, huma differenti ħafna kemm fir-rigward tal-livell limitu u s-simplifikazzjoni proċedurali miksuba. Fin-nuqqas ta’ standards proċedurali uniformi madwar l-UE kollha, il-kumplessità inerenti addizzjonali u l-ispiża tat-twettiq ta’ talba transfruntiera, li tirriżulta min-nuqqas ta’ familjarità tal-partijiet tal-liġi proċedurali barranija, il-ħtieġa għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, u l-ħtieġa ta' vjaġġar għas-seduti orali,jistgħu iżidu l-ispejjeż sproporzjonati u t-tul tal-kawża meta mqabbla ma' kawżi lokali.  Id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern ikkawżati mill-iżbilanċi fir-rigward tal-funzjonament tal-mezzi proċedurali mogħtija lir-rikorrenti/kredituri fi Stati Membri differenti joħolqu l-ħtieġa ta' miżuri UE li jiggarantixxu kundizzjonijiet indaqs għall-kredituri u d-debituri fl-Unjoni Ewropea kollha. Pereżempju, fin-nuqqas ta’ reviżjoni, il-livell limitu attwali se jkompli jħalli ħafna SMEs li jkunu għaddejjin b'kawża transfruntiera mingħajr aċċess għal proċedura tal-qorti ssimplifikata u uniformi fl-Istati Membri kollha. Bl-istess mod, fin-nuqqas ta’ livell massimu għall-UE kollha dwar tariffi sproporzjonati u l-possibbiltà li jitħallsu l-miżati tal-qorti permezz ta’ mezzi ta’ ħlas mill-bogħod, ħafna kredituri ma jkollhomx aċċess għall-qrati.

Barra minn hekk, azzjoni fil-livell tal-UE toħloq benefiċċji ċari meta mqabbla mal-azzjoni tal-Istati Membri f’termini ta’ effettività peress r-Regolament kif emendat se jistabbilixxi għodda proċedurali uniformi għat-talbiet transfruntiera kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, irrispettivament minn fejn tinsab fl-UE il-Qorti li tisma’ t-talba. Ir-reviżjoni se ttejjeb l-aċċess għall-ġustizzja b’mod partikolari għal proporzjon kbir tat-talbiet iż-żgħar tal-SMEs li issa huma barra mill-ambitu tar-Regolament, kif ukoll għall-konsumaturi u l-SMEs li għandhom talbiet transfruntiera li ma jidħlux fid-definizzjoni attwali tar-Regolament. Barra minn hekk, bir-reviżjoni il-proċedura se ssir aktar effiċjenti għat-talbiet kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, billi tagħmel disponibbli regoli proċedurali uniformi li jissimplifikaw u jraħħsu l-kawżi f’tilwim transfruntiera. Aċċess aħjar għal proċeduri ġudizzjarji effiċjenti għal aktar kredituri b'talbiet ta’ valur żgħir se jiftaħ il-fluss tal-kapital, li jwassal għal żieda fil-fiduċja fil-kummerċ transfruntier u għal funzjonament aħjar tas-suq intern.

Ir-reviżjoni sejra wkoll tkompli tissimplifika l-infurzar tas-sentenzi, speċjalment għat-talbiet li jaqbżu l-livell limitu attwali, u joħolqu aktar fiduċja fost il-qrati u l-awtoritajiet ta’ infurzar li ser isiru familjari mal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

3.5.        Drittijiet fondamentali

Kif stabbilit fid-dettall fil-Valutazzjoni tal-Impatt li qed takkumpanja din il-proposta u skont l-istrateġija tal-Unjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-elementi kollha tar-riforma jirrispettaw id-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Id-dritt għal proċess ġust (l-Artikolu 47 (2) tal-Karta) huwa garantit, minħabba li l-emenda se tirriżulta f’iktar aċċess għall-ġustizzja għal talbiet ta’ valur żgħir fil-każijiet transfruntiera kollha. Barra minn hekk, qed jiġu implimentati salvagwardji proċedurali li jiżguraw li s-simplifikazzjoni tal-proċedura miksuba mill-emendi proposti ma jkollhiex impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-partijiet. Għalhekk, in-notifiki elettroniċi bir-rikonoxximent tal-irċevuta ser jintużaw biss bi ftehim tal-partijiet; eċċezzjoni għall-vidjokonferenza obbligatorja jew is-smigħ bit-telekonferenza ssir dejjem għal dik il-parti li tixtieq tidher quddiem il-qorti; u, għat-talbiet il-fuq minn EUR 2,000, il-qrati ma jistgħux jiċħdu l-possibiltà li tinżamm seduta orali permezz ta' mezzi tal-komunikazzjoni mill-bogħod jekk din tintalab mill-inqas minn waħda mill-partijiet.

3.6.        L-Implikazzjonijiet baġitarji

L-uniċi implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mir-Regolament propost jikkonsistu fi spejjeż ta’ darba għall-preparazzjoni ta’ rapport ħames snin wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament.

2013/0403 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 81 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[12],

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva,

Billi:

(1)    Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13] stabbilixxa l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Dan japplika kemm għal talbiet ċivili u kummerċjali transfruntiera ikkontestati u mhux ikkontestati ta' valur li ma jaqbiżx l-EUR 2 000. Huwa jiżgura wkoll li s-sentenzi mogħtija fi ħdan din il-proċedura huma eżegwibbli mingħajr xi proċedura intermedjarja, b’mod partikolari mingħajr il-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà fl-Istat Membru ta’ infurzar (l-abolizzjoni tal-exequatur). L-għan ġenerali tar-Regolament kien li jitjieb l-aċċess għall-ġustizzja billi jitnaqqsu l-ispejjeż u titħaffef il-proċedura ċivili fir-rigward ta’ talbiet fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji.

(2)   Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 jordna lill-Kummissjoni biex tippreżenta, sal-1 ta' Jannar 2014, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dettaljat li jirrivedi l-operazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, inkluż il-limitu tal-valur tat-talba li tista' ssir skont dik il-proċedura.

(3)   Ir-rapport tal-Kummissjoni[14] dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 identifika l-ostakoli għall-potenzjal sħiħ tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tan-negozji, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Ir-rapport juri, fost l-oħrajn, li l-livell limitu baxx tar-Regolament attwali iċaħħad ħafna rikorrenti potenzjali li għandhom tilwim transfruntier mill-użu ta’ proċedura ssimplifikata. Barra minn hekk, bosta elementi tal-proċedura jistgħu jkunu ssemplifikati aktar sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u t-tul tal-kawża. Ir-rapport jikkonkludi li dawn l-ostakli jistgħu jitneħħew bl-aktar mod effettiv permezz ta’ emenda tar-Regolament.

Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw l-opportunitajiet mogħtija mis-suq uniku bis-sħiħ, u l-fiduċja tagħhom m’għandhiex tkun limitata minħabba n-nuqqas ta’ rimedji ġuridiċi effettivi għal tilwim fejn hemm element transfruntierss–. It-titjib tal-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar propost f’dan ir-Regolament għandhu l-għan li jipprovdi lill-konsumaturi mezzi ta’ rimedju effettivi, u b’hekk jikkontribwixxi fl-infurzar prattiku tad-drittijiet tagħhom.

(5)   Żieda fil-livell limitu sa massimu ta' EUR 10,000, tkun ta’ benefiċċju partikolarment għall-SMEs, li attwalment huma skoraġġuti milli jikkunsidraw proċeduri bil-qorti minħabba li skont proċeduri nazzjonali ordinarji jew simplifikati l-ispejjeż tal-kawża huma sproporzjonati meta mqabbla mal-valur tat-talba u/jew il-proċeduri ġudizzjarji jieħdu wisq fit-tul. Iż-żieda fil-livell limitu għandha ttejjeb l-aċċess għal rimedju ġudizzjarju effettiv u kosteffiċjenti għal tilwim transfruntier li jinvolvi intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Aċċess akbar għall-ġustizzja għandu jssaħħaħ il-fiduċja fi tranżazzjonijiet transfruntiera u jikkontribwixxi għall-użu sħiħ tal-opportunitajiet offruti mis-suq intern.

(6)   Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tapplika għat-talbiet kollha b’element transfruntier. Dan jinkludi każijiet fejn il-partijiet huma t-tnejn domiċiljati fl-istess Stat Membru u l-post tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, il-post fejn iseħħ l-avveniment dannuż jew il-post ta’ infurzar tas-sentenza biss jinsab fi Stat Membru ieħor. B’mod partikolari, fejn ir-rikorrent jista’ jagħżel, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill [KE) Nru 44/2001[15][Ir-Regolament Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16]] bejn il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn kemm hu kif ukoll il-konvenut ikunu domiċiljati u l-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru fejn ġie eżegwit il-kuntratt jew seħħ l-avveniment dannuż, l-għażla proprja tar-rikorrent favur il-qrati jew it-tribunali tal-Istat Membru tad-domiċilju komuni m’għandux ikollha l-effett li ċċaħħdu mill-possibbiltà li juża l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar li altriment tkun disponibbli. Barra minn hekk, il-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandha tkun disponibbli wkoll f’każijiet imressqa quddiem qrati tal-Istati Membri tal-UE minn jew kontra r-residenti ta' pajjiz terz.

(7)    Dan ir-Regolament għandu japplika biss f'kawżi transfruntiera, iżda xejn m’għandu jfixkel lill-Istati Membri milli japplikaw dispożizzjonijiet identiċi ukoll għal proċedimenti purament interni li jikkonċernaw talbiet ta’ valur baxx.

(8)    Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tista’ tkun ulterjorment imtejba billi jittieħed vantaġġ tal-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-ġustizzja li jeliminaw id-distanza ġeografika u l-konsegwenzi tagħha f’termini ta’ spejjeż għoljin u t-tul tal-proċedimenti bħala fatturi li jiskoraġġixxu l-aċċess għall-ġustizzja.

(9)    Għandha tiġi inkoraġġuta aktar, sabiex jitnaqqas ulterjorment it-tul tal-proċedura, l-użu tat-teknoloġija moderna tal-komunikazzjoni mill-partijiet u l-qrati. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni għandha tkun possibbli kull meta t-teknoloġija hija diġà installata fl-Istati Membri. Għal dokumenti li jridu jiġu nnotifikati lill-partijiet, in-notifika elettronika għandha tkun fuq l-istess livell tan-notifika bil-posta kull meta t-teknoloġija hija diġà installata fl-Istati Membri. Għall-komunikazzjonijiet l-oħra kollha bil-miktub bejn il-partijiet u l-qrati jew it-tribunali, il-mezzi elettroniċi għandhom jiġu preferuti għan-notifika bil-posta. Fil-każijiet kollha, il-partijiet għandu jkollhom għażla bejn mezzi elettroniċi u mezzi aktar tradizzjonali għall-applikazzjoni, in-notifika jew il-komunikazzjoni.

(10)   Il-qorti jew it-tribunal li jagħtu s-sentenza għandhom jinnotifikaw is-sentenza kemm lir-rikorrent u kif ukoll lill-konvenut skont il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(11)   Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Zgħar hija essenzjalment proċedura bil-miktub. Madankollu, is-seduti orali jistgħu jinżammu bħala eċċezzjoni fejn is-sentenza ma tkunx tista tingħata biss fuq il-bażi ta’ evidenza bil-miktub mogħtija mill-partijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet proċedurali tal-partijiet, seduta orali għandha tinżamm dejjem fuq talba ta’ mill-inqas waħda mill-partijiet fejn il-valur tat-talba jkun aktar minn EUR 2 000. Fl-aħħar nett, il-qrati għandhom ifittxu soluzzjoni bonarja bejn il-partijiet u għalhekk, fejn il-partijiet jiddikjaraw ir-rieda tagħhom li jilħqu soluzzjoni bil-qorti, il-qorti għandha żżomm seduta orali għal dan l-għan.

(12)   Is-seduti orali kif ukoll il-ġbir tal-provi permezz ta’ smigħ ta’ xhieda, ta’ esperti jew tal-partijiet, għandhom jinżammu permezz ta' mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Dan m’għandux jaffettwa d-dritt ta’ xi parti fil-proċedimenti li tidher quddiem il-qorti għas-seduta orali. Fil-kuntest tas-seduti orali u tal-ġbir tal-provi, l-Istati Membri għandhom jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod moderni, li jippermetti lill-persuni li jiġu mismugħa mingħajr il-ħtieġa li jivvjaġġaw lejn il-qorti jew it-tribunal. Meta persuna mismugħa tkun domiċiljata fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat Membru fejn tinsab il-qorti li qed tippresjedi, is-seduti orali għandhom jinżammu skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1206/2001[17]. Meta l-parti li trid tinstema' hija ddomiċiljata fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti jew tribunal kompetenti jew f’pajjiż terz, is-seduti orali jistgħu jsiru permezz ta’ vidjokonferenza, telekonferenza jew ta' teknoloġija oħra ta' komunikazzjoni mill-bogħod skont il-liġi nazzjonali. Parti għandha tkun dejjem intitolata li tidher quddiem il-qorti f’seduta orali jekk dik il-parti hekk titlob. Il-qorti jew it-tribunal għandhom jużaw l-aktar metodu sempliċi u rħis għall-ġbir tal-provi.

(13)   L-ispejjeż potenzjali tal-kawża jista’ jkollhom sehem fid-deċiżjoni tar-rikorrent meta jikkunsidra proċedimenti bil-qorti. Fost spejjeż oħra, il-miżati tal-qorti tista' tiskoraġġixxu r-rikorrenti milli jibdew proċedimenti bil-qorti, b’mod partikolari f’dawk l-Istati Membri fejn il-miżati tal-qorti huma sproporzjonati. Il-miżati tal-qorti għandhom ikunu proporzjonali mal-valur tat-talba sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-ġustizzja tat-talbiet żgħar transfruntiera. Dan ir-Regolament m'għandux l-għan li jarmonizza l-miżati tal-qorti; minflok, jistabbilixxi livell massimu fuq il-miżati tal-qorti sabiex il-proċedura ssir aktar aċċessibbli għal numru sinjifikanti ta' rikorrenti, u fl-istess ħin jagħti diskrezzjoni wiesgħa lill-Istati Membri fl-għażla tal-metodu ta' kalkolazzjoni u l-prezz tal-miżati tal-qorti.

(14)   Ir-rikorrent m'għandux ikollu għalfejn jivvjaġġa biex iħallas il-miżati tal-qorti jew biex iqabbad avukat għal dan l-għan. Bħala minimu, it-trasferimenti bankarji u s-sistemi ta’ pagamenti onlajn bil-karta ta’ kreditu jew debitu għandhom jiġu aċċettati mill-qrati u t-tribunali kollha b'ġuriżdizzjoni taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

(15)   L-informazzjoni dwar il-miżati tal-qorti u l-metodi ta’ ħlas, kif ukoll dwar l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet kompetenti biex jagħtu għajnuna prattika fl-Istati Membri għandha tkun aktar trasparenti u faċilment disponibbli fuq l-Internet. L-Istati Membri għandhom jipprovdu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha tiżgura li din tkun disponibbli għall-pubbliku u mqassma fuq firxa wiesgħa.

(16)   Għandu jiġi ċċarat fir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18] li fejn tilwima taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, din il-proċedura għandha tkun disponibbli ukoll għall-parti fil-Proċedura tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea li tkun ressqet dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea.

(17)   Sabiex titjieb il-protezzjoni tal-konvenut, il-formoli standard li jinsabu fl-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007  għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-konsegwenzi għall-konvenut jekk hu jew hi ma tikkontestax it-talba jew ma tidhirx il-qorti, b’mod partikolari l-possibbiltà li tista’ tingħata jew tiġi nfurzata sentenza kontra l-konvenut u li tista’ tinħoloq responsabbiltà għall-spejjeż relatati mal-proċedimenti tal-qorti. L-informazzjoni fl-Annessi għandha tirrifletti t-tibdiliet previsti minn dan ir-regolament, pereżempju dawk immirati lejn l-iffaċilitar tal-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod bejn il-qrati u t-tribunali u l-partijiet.

(18)   Fir-rigward tat-tibdiliet fl-Annessi I, II, III u IV ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li biha jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(19)   Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, [ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]/[mingħajr ħsara għall-Artikolu 4 tal-Protokoll, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhumiex marbutin bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu].

(20)   Id-Danimarka, skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u għalhekk la hi marbuta bih u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(21)   Ir-Regolamenti (KE) Nru 861/2007 u Nru 1896/2006 għandhom għalhekk jiġu emendati kif ġej,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 2 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.           Dan ir-Regolament għandu japplika f'materji ċivili u kummerċjali, irrispettivament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal, fejn il-valur ta’ talba ma jaqbiżx l-EUR 10 000 fil-mument meta l-qorti jew it-tribunal kompetenti jirċievu l-formola tat-talba, esklużi l-interessi, l-ispejjeż u l-infiq kollha. M’għandux japplika, b’mod partikolari, għal kwistjonijiet ta’ dħul pubbliku, dwana jew għal materji amministrattivi jew għar-responsabbiltà tal-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċizzju tal-awtorità ta’ l-Istat (acta jure imperii).

2.           Dan ir-Regolament m’għandux japplika fejn, fil-mument meta l-qorti jew it-tribunal kompetenti jirċievu l-formola tat-talba, kull wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin, fejn rilevanti, ikunu fi Stat Membru wieħed:

(a) id-domiċilju jew residenza abitwali tal-partijiet;

(b) il-post tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

(c) il-post fejn l-fatti li fuqhom hija bbażata t-talba jkunu seħħu;

(d) il-post tal-infurzar tas-sentenza;

(e) il-qorti jew tribunal kompetenti.

Id-domiċilju għandu jiġi determinat skont [l-Artikoli 59 u 60 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001]/[l-Artikolu 62 u 63 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012].

3.           Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal materji li jirrigwardaw:

(a) l-istatus jew il-kapaċità ġuridika ta' persuni fiżiċi;

(b) id-drittijiet ta' proprjetà derivanti minn relazzjonijiet matrimonjali, obbligi ta' manteniment testmenti u suċċessjoni;

(c) falliment, proċeduri relatati mal-istralċ ta’ kumpaniji insolventi jew persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġudizzjarji, kompożizzjoni u proċeduri analogi;

(d) sigurtà soċjali;

(e) l-arbitraġġ;

(f) il-liġi dwar l-impjiegi;

(g) il-kiri ta' proprjetà immobbli, ħlief azzjonijiet dwar talbiet monetarji;

(h) il-ksur tad-dritt għall-ħajja privata u ta' drittijiet relatati mal-personalità, inkluża d-diffamazzjoni.

4.           F'dan ir-Regolament, it-terminu “Stat Membru” jfisser l-Istati Membri bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

(2) L-Artikolu 3 jitħassar.

(3) L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fit-tieni subinċiż tal-paragrafu 4, tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Il-qorti għandha tinforma lir-rikorrent biċ-ċaħda tat-talba".

(b) Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-formola standard tat-talba A tkun disponibbli f’forma stampata fil-qrati u tribunali kollha li fihom tista' tinbeda l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, kif ukoll f’forma elettronika permezz tal-websajts ta' dawk il-qrati jew ta’ awtorità ċentrali kkonċernata.”

(4) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1. Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Zgħar għandha tkun proċedura bil-miktub. Il-qorti jew it-tribunal għandhom iżżommu seduta orali jekk fil-fehma tagħhom ma tkunx tista tingħata sentenza fuq il-bażi ta’ evidenza bil-miktub sottomessi mill-partijiet jew jekk parti titlob seduta orali. Il-qorti jew it-tribunal jistgħu jiċħdu tali talba jekk fil-fehma tagħha fir-rigward taċ-ċirkostanzi tal-każ, seduta orali mhix meħtieġa għat-tmexxija ġusta tal-kawża. Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda għandhom jingħataw bil-miktub. Iċ-ċaħda ma tistax tiġi kkontestata separatament minn kwalunkwe kontestazzjoni tas-sentenza innifsha.

Il-qorti jew tribunal ma tistax tirrifjuta talba għal seduta orali fejn:

(a) il-valur tat-talba jaqbeż l-EUR 2 000, jew

(b) iż-żewġ partijiet jindikaw ir-rieda tagħhom biex jaslu għal soluzzjoni bil-qorti u jitolbu seduta l-qorti għal dak il-għan. "

(5) L-Artikolu 8 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 8

Seduta orali

1.           Seduta orali għandha tinżamm permezz ta’ telekonferenza jew vidjokonferenza jew teknoloġija oħra xierqa ta’ komunikazzjoni mill-bogħod skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 meta l-parti li trid tiġi mismugħa tkun iddomiċiljata fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tal-qorti jew tribunal kompetenti.

2.           Parti għandha dejjem tkun intitolata li tidher quddiem il-qorti jew it-tribunal u tinstema' personalment jekk dik il-parti hekk titlob.”

(6) L-Artikolu 9 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 9

Il-ġbir tal-provi

1.           Il-qorti jew it-tribunal għandhom jiddeterminaw il-mezzi għall-ġbir tal-provi u l-firxa tal-provi meħtieġa għas-sentenza tagħhom skond ir-regoli applikabbli għall-ammissibbiltà tal-provi. Il-qorti jew it-tribunal jistgħu jaċċettaw li l-ġbir tal-provi jseħħ permezz ta' stqarrijiet ta' xhieda, ta' esperti jew tal-partijiet bil-miktub. Fejn il-ġbir tal-provi jfisser illi l-persuna tkun ġiet mismugħa, is-smigħ għandu jsir skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8.

2.           Il-qorti jew it-tribunal jistgħu jisimgħu x-xiehda ta’ esperti jew xiehda orali biss jekk ma jkunx possibbli li tingħata sentenza fuq il-bażi tal-provi mressqa mill-partijiet.

3.           Il-qorti jew it-tribunal għandhom jagħżlu l-metodu ta' ġbir ta' provi li jkun l-aktar sempliċi u l-inqas oneruż."

(7) L-Artikolu 11 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 11

Assistenza lill-partijiet

1.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli għall-partijiet assistenza prattika sabiex jimlew il-formoli. Assistenza bħal din għandha b’mod partikolari tkun disponibbli biex jiġi ddeterminat jekk il-proċedura tistax tintuża għar-riżoluzzjoni tat-tilwim ikkonċernat u għad-determinazzjoni tal-qorti bil-ġuriżdizzjoni, għall-kalkulazzjoni tal-imgħax dovut u għall-identifikazzjoni fad-dokumenti li jridu jiġu mehmuża.

2.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet kompetenti biex joffru l-assistenza skont il-paragrafu 1 hija disponibbli f'forma stampata fil-qrati u tribunali kollha li fihom tista' tinbeda l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, kif ukoll f’forma elettronika permezz tal-websajts ta' dawk il-qrati jew ta’ awtorità ċentrali kkonċernata.”

(8) L-Artikolu 13 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 13

In-notifika ta’ dokumenti u komunikazzjonijiet oħra bejn il-partijiet u l-qorti jew it-tribunal

1.           Id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(2) u 7(2) għandhom jiġu nnotifikati bil-posta jew b’mezzi elettroniċi attestati b’konferma tar-riċevuta inkluża d-data tar-riċevuta. Id-dokumenti għandhom jiġu nnotifikati elettronikament biss lill-parti li tkun aċċettat espressament minn qabel li d-dokumenti jistgħu jiġu notifikati elettronikament. In-notifika b’mezzi elettroniċi tista' tiġi attestata b’konferma awtomatika tal-konsenja.

2.           Il-komunikazzjonijiet miktuba kollha mhux imsemmija fil-paragrafu 1 bejn il-qorti jew it-tribunal u l-partijiet għandhom isiru b’mezzi elettroniċi attestata permezz ta’ riċevuta, fejn dawn il-mezzi huma ammissibbli fi proċedimenti skont il-liġi nazzjonali u biss fejn il-parti taċċetta dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni.

3.           Jekk ma tkunx possibbli n-notifika skond il-paragrafu 1, in-notifika tista' ssir bi kwalunkwe metodu previst fl-Artikoli 13 jew 14 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006. Jekk il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 2 mhix possibbli, jista' jintuża kwalunkwe metodu ieħor ta’ komunikazzjoni ammissibbli skont il-liġi nazzjonali.”

(9) Jiddaħħal l-artikolu l-ġdid li ġej:

"Artikolu 15a

Miżati tal-qorti u metodi ta’ ħlas

1.           Il-miżata tal-qorti mitluba għal Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar m’għandhiex taqbeż l-10 % tal-valur tat-talba, esklużi l-interessi, l-ispejjeż u l-infiq kollha. Jekk l-Istati Membri jitolbu miżata minima tal-qorti għal Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, dik il-miżata m'għandhiex taqbeż EUR 35 fiż-żmien meta jirċievu l-formola tat-talba l-qorti jew it-tribunal kompetenti.

2.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet jistgħu jħallsu l-miżati tal-qorti permezz ta’ metodi ta’ ħlas mill-bogħod, inkluż trasferiment bankarji u sistema ta’ pagamenti onlajn bil-karta ta’ kreditu jew ta’ debitu .”

(10) Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Artikoli 15a u 16 għandhom japplikaw għal kwalunkwe appell."

(11) L-Artikolu 18 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 18

Standards minimi għar-reviżjoni tas-sentenza

1.           Il-konvenut li naqas li jidher quddiem il-qorti jew it-tribunal huwa ntitolat li jitlob reviżjoni tas-sentenza mogħtija fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar quddiem il-qorti jew tribunal kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ingħatat is-sentenza, jekk:

(a) il-konvenut ma kienx innotifikat bil-formola tat-talba fi żmien suffiċjenti u b’tali mod li seta’ jħejji d-difiża tiegħu; jew

(b) il-konvenut ma setax jikkontesta t-talba minħabba  force majeure jew minħabba ċirkostanzi straordinarji mingħajr l-ebda ħtija min-naħa tiegħu;

sakemm il-konvenut ma kienx naqas milli jappella s-sentenza meta seta’ jagħmel dan.

2.           Il-preskrizzjoni għall-applikazzjoni għal reviżjoni hija 30 ġurnata. Il-preskrizzjoni għall-applikazzjoni għal reviżjoni tibda tgħodd mill-jum meta l-konvenut sar jaf effettivament bil-kontenut tas-sentenza u seta’ jirreaġixxi, u mhux aktar tard mid-data tal-ewwel miżura ta’ eżekuzzjoni li jkollha l-effett li l-proprjetà tiegħu issir parzjalment jew kollha kemm hi indisponibbli. L-ebda estensjoni taż-żmien ma tista' tingħata minħabba distanza.

3.           Jekk il-qorti tiċħad l-applikazzjoni għal reviżjoni imsemmija fil-paragrafu 1 minħabba li l-ebda waħda mir-raġunijiet għal reviżjoni mniżżla f’dak il-paragrafu ma tkun tapplika, is-sentenza tibqa’ fis-seħħ.

Jekk il-qorti tiddeċiedi li r-reviżjoni hija ġġustifikata abbażi ta' xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sentenza mogħtija fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija nulla u bla effett. Madankollu, il-kreditur ma jitlifx il-benefiċċju li jirriżulta mill-interruzzjoni tal-perjodu ta’ preskrizzjoni jew ta’ dekadenza.”

(12) L-Artikolu 21, paragrafu 2 ittra (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) kopja taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 20(2) u, fejn meħtieġ, it-traduzzjoni tas-sustanza tas-sentenza indikata fil-punt 4.3 taċ-ċertifikat bil-lingwa uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-eżekuzzjoni jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f'dak l-Istat Membru, bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-proċedimenti tal-qorti jew tribunal tal-post fejn tintalab l-eżekuzzjoni skond il-liġi ta' dak l-Istat Membru, jew b'lingwa oħra li l-Istat Membru ta' l-eżekuzzjoni jkun indika li jista' jaċċetta. Kull Stat Membru għandu jindika l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, għajr tiegħu stess li hu jkun jista' jaċċetta għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. It-traduzzjoni tas-sustanza tas-sentenza fil-punt 4.3 taċ-ċertifikat għandha ssir minn persuna kwalifikata fit-traduzzjonijiet f’wieħed mill-Istati Membri.”

(13) L-Artikolu 25 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 25

Informazzjoni relatata ma’ ġuriżdizzjoni, mezzi ta’ komunikazzjoni, appelli, miżati tal-qorti, il-metodi ta’ ħlas u r-reviżjoni

1.           L-Istati Membri għandhom jindikaw lill-Kummissjoni fi żmien [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament]:

(a) liema qrati jew tribunali għandhom ġurisdizzjoni sabiex jagħtu sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar;

(b) il-mezzi ta' komunikazzjoni aċċettati għall-finijiet tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u disponibbli għall-qrati jew tribunali skond l-Artikolu 4(1);

(c) x’inhuma l-miżati tal-qorti għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jew kif jiġu kkalkolati, kif ukoll il-metodi ta’ ħlas aċċettati għall-ħlas tal-miżati tal-qorti skont l-Artikolu 15a;

(d) liema awtoritajiet jew organizzazzjonijiet huma kompetenti biex jipprovdi għajnuna prattika skont l-Artikolu 11;

(e) jekk hemmx appell skont il-liġi proċedurali tagħhom b'konformità mal-Artikolu 17, il-preskrizzjoni għall-appell u f’liema qorti jew tribunal jista' jsir l-appell;

(f) il-proċeduri għall-applikazzjoni għar-reviżjoni kif previst fl-Artikolu 18;

(g) liema lingwi huma aċċettati skond l-Artikolu 21(2)(b); u

(h) liema awtoritajiet huma kompetenti fir-rigward tal-eżekuzzjoni u liema awtoritajiet huma kompetenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' l-Artikolu 23.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil sussegwenti f'din l-informazzjoni.

2.           Il-Kummissjoni għandha tara li l-informazzjoni nnotifikata skont il-paragrafu 1 tkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta’ mezzi xierqa, pereżempju permezz tal-pubblikazzjoni fuq l-internet.”

(14) L-Artikolu 26 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 26 L-Emendi tal-Annessi

1.           Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 fir-rigward tal-emendi għall-Annessi I, II, III u IV."

(15) L-Artikolu 27 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 27 L-eżerċizzju tad-delega

1.           Is-segħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.           Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 26 qiegħda tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-[data tad-dħul fis-seħħ].

3.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 26 tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.           Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att delegat adottat skont l-Artikolu 26 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx saret oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew, jekk qabel ma jkun skada dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu nfurmaw lill-Kummissjoni li m'għandhomx oġġezzjoni. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

(16) L-Artikolu 28 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 28 Reviżjoni

Sa [5 snin wara d-data tal-applikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-operat ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi.

Għal dak l-għan u sal-istess data, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni rigward l-għadd ta’ applikazzjonijiet taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar kif ukoll in-numru ta’ talbiet għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. "

Artikolu 2

L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 17

L-effetti tal-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni

1.           Jekk tiddaħħal dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 16(2), il-proċedimenti għandhom ikomplu quddiem il-qrati kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini sakemm ir-rikorrent ma jkunx talab b'mod espliċitu li jintemmu l-proċedimenti ta' dak il-każ. Il-proċedimenti għandhom ikomplu skont ir-regoli ta’:

(a) kwalunkwe proċedura ssimplifikata applikabbli, partikolarment il-proċedura li ġiet stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 861/2007; jew

(b) il-proċedura ċivili ordinarja.

Fejn ir-rikorrent ikun ressaq it-talba tiegħu permezz tal-proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea, l-ebda dispożizzjoni taħt il-liġi nazzjonali ma tista' tippreġudika l-pożizzjoni tiegħu fi proċedimenti ċivili ordinarji sussegwenti.

2.           Ir-rinvijju għal proċedimenti ċivili ordinarji skont it-tifsira tal-paragrafu 1(a) u (b) għandu jiġu regolat mil-liġi tal-Istat Membru ta' oriġini.

3.           Ir-rikorrent għandu jiġi nfurmat dwar jekk il-konvenut ikunx ressaq dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni u dwar kwalunkwe rinvijju għal proċedimenti ċivili ordinarji.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika [6  xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                                                     Għall-Kunsill

Il-President                                                                              Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

[biex tintuża għal kull proposta jew inizjattiva ppreżentata lill-awtorità leġiżlattiva

(Artikoli 28 tar-Regolament Finanzjarju u 22 tar-regoli ta’ implimentazzjoni)]

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva:

              1.2.    Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Objettiv(i)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju:

              1.7.    Metodu/i ta’ mmaniġġjar prospettat(i):

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta’ sorveljanza u rappurtar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali  tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

              3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Taqsira tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 dwar proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea

1.2. Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB[19]

Titolu 33 - Ġustizzja

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva tikkonċerna  miżura ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva tikkonċerna miżura ġdida wara miżura pilota/miżura ta' tħejjija[20]

Ø Il-proposta/inizjattiva tikkonċerna l-estensjoni ta' miżura eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva tikkonċerna miżura immirata mill-ġdid lejn miżura ġdida

1.4. Objettivi 1.4.1. L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Żvilupp ta' qasam tal-Ġustizzja, Ġustizzja għat-Tkabbir

1.4.2. L-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata/ikkonċernati

Objettiv speċifiku Nru..

Kooperazzjoni Ġudizzjarja f'materji Ċivili u Kummerċjali

Attività/attivitajiet ABM/ABB konċernata/i

33 03

1.4.3. Riżultat(i) u impatt mistenni

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Aktar simplifikazzjoni, tnaqqis fl-ispejjeż u t-tul tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, aċċess akbar għall-ġustizzja għal talbiet ta’ valur żgħir

1.4.4. L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[...]

l-indikaturi li jiskrinjaw l-effiċjenza u l-effettività huma kif ġej:

- żieda fin-numru ta’ applikazzjonijiet ESCP, kemm ta’ talbiet taħt it-EUR 2 000 kif ukoll bejn EUR 2 000 u EUR 10 000 – informazzjoni minn EJN, l-Ewrobarometri, ECC-Net;

- tnaqqis fl-ispiża totali u fit-tul tal-proċedura għal kull każ, inkluzi l-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-Formola D – Eurobarometri, ECC-Net;

- titjib fit-trasparenza tal-informazzjoni fuq id-drittijiet tal-qorti u l-metodi ta' ħlas kif ukoll fl-għajnuna prattika – Eurobarometri, ECC-Net;

- tnaqqis tal-ammont ta’ xogħol tal-qrati kull każ bl-użu tal-proċedura minflok il-proċeduri nazzjonali ordinarji jew simplifikati  – EJN, intervisti ma’ imħallfin f’diversi Stati Membri.

[...]

1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

Reviżjoni tar-Regolament 861/2007 dwar Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

[...]

[…]Il-ħtieġa għal azzjoni tal-UE diġà ġiet stabbilita fl-2007 meta kien ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 861/2007. Ir-raġuni prinċipali għall-miżura attwali tikkonsisti fi tnaqqis ulterjuri tal-ispejjeż sproporzjonati ta’ litigazzjoni ta’ talbiet żgħar f’sitwazzjonijiet transfruntiera ġewwa l-UE. Dan l-għan ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri minħabba li jikkonċerna proċedura stabbilita f’Regolament tal-UE. Azzjoni fil-livell tal-UE hija neċessarja biex tkompli ttejjeb u tissimplifika l-proċedura Ewropea u tagħmilha disponibbli għal aktar każijiet, jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u jgħolli l-livelli limiti, għall-benefiċċju tal-konsumaturi u l-SMEs.

1.5.3. Lezzjonijiet minn esperjenzi simili fil-passat

[...]

[...]

Minkejja l-benefiċċji li jistgħu jinkisbu f'dak li jikkonċerna t-tnaqqis fl-ispejjeż u t-tul ta' litigazzjoni transfruntiera, il-proċedura għadha ftit li xejn magħrufa u għadha użata diversi snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Il-Parlament Ewropew ikkonferma f’Riżoluzzjoni fl-2011[21] li hemm bżonn isir sforz akbar f’dak li jikkonċerna ċ-ċertezza ġuridika, l-ostakli tal-lingwa u t-trasparenza tal-proċedimenti. Hu stieden lill-Kummissjoni biex tieħu passi biex tiżgura li l-konsumaturi u n-negozji jsiru aktar konxji u jużaw l-istrumenti leġiżlattivi eżistenti, bħalma hija l-ESCP (il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar). Il-partijiet interessati tan-negozji u l-konsumaturi qajjmu wkoll il-fatt li r-Regolament irid jiġi mtejjeb biex ikun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u n-negozji, b’mod partikolari l-SMEs (l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju). L-Istati Membri identifikaw ukoll ċertu nuqqasijiet fir-Regolament attwali li għandhom jiġu ndirizzati.

1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

[...]

[…]Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (Brussell I recast) għandu l-għan li jarmonizza r-regoli tad-dritt internazzjonali privat dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali.  Huwa jipprovdi, fost oħrajn, li "sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-bżonn ta’ ebda proċedura speċjali". Dawn il-proċeduri speċjali, li se jitneħħew fl-10 ta’ Jannar 2015 għas-sentenzi ċivili u kummerċjali kollha, huma magħrufa bħala proċeduri "exequatur".

Ir-Regolament ESCP huwa essenzjalment strument li jissimplifika l-proċeduri għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim ta’ valur baxx — il-preżentata ta' rikors permezz ta’ formola standard, it-tmexxija tal-proċedura fil-prinċipju bil-miktub, is-smigħ tal-partijiet u l-ġbir tal-provi, ir-rappreżentanza tal-partijiet, l-ispejjeż u limiti ta’ żmien.

Ir-Regolament ESCP fih wkoll regoli li jabrogaw il-proċedura tal-exequatur għar-rikonoxximent tas-sentenzi mogħtija b'din il-proċedura simplifikata (l-Artikolu 20) u f’dan ir-rigward, hemm irduppjar mar-Regolament Brussell I recast. Madankollu, f'dak li għandu x'jaqsam maċ-Ċertifikat ta’ infurzar, ir-Regolament ESCP jirrappreżenta simplifikazzjoni meta mqabbel ma’ Brussell I riformulazzjoni – il-Formola D ESCP hija verżjoni simplifikata tal-Anness I ta’ Brussell I recast.

Mill-10 ta’ Jannar 2015 (data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Brussell I riformulazzjoni), il-maġġoranza assoluta tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ESCP li jittrattaw is-simplifikazzjoni proċedurali, kif ukoll dawk dwar l-infurzar f'kemm jirrappreżentaw simplifikazzjoni meta mqabbla ma’ Brussell I r-riformulazzjoni se jkomplu jkunu ta' valur miżjud tal-ESCP.

1.6. Tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat

– ¨  Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

Ø Proposta/inizjattiva ta' żmien illimitat

– Implimentazzjoni b'perjodu ta’ bidu mill-adozzjoni sar-regolament

– u warajh tħaddim sħiħ.

1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[22]

Ø Ġestjoni ċentrali diretta mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni ċentrali indiretta bid-delega tal-implimentazzjoni tal-obbligi lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[23]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta' servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Immaniġġjar maqsum  mal-Istati Membri

¨ Immaniġġjar deċentralizzat ma pajjiżi terzi

¨ Immaniġġjar konġunt ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (għad iridu jiġu speċifikati)

Jekk tindika aktar minn metodu wieħed ta’ mmaniġġar, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’ sorveljanza u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

[...]

[...] Reviżjoni/rapport se jsegwu wara 5 snin. Ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti għal emendi jekk ikun meħtieġ.

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Ir-riskju/riskji identifikat(i)

[...]

[...] Mhemmx riskji identifikati.

2.2.2. Metodu/i ta' kontroll previst(i)

[…] Mhux applikabbli

[...]

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

[…] Mhux applikabbli

[...]

3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali  tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

· Intestaturi baġitarji ta’ nfiq eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni…...….] || Diff./mhux diff. ([24]) || minn pajjiżi tal-EFTA [25] || minn pajjiżi kandidati[26] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18910(aa) tar-Regolament Finanzjarju

[3] || 33.03.01 [Programm għall-Ġustizzja] || Diff/ || LE || LE || LE || LE

· Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru […]Intestatura…...….] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

[3] || […][XX.SS.SS.SS] [...] || [...] || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2. Stima tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.1. Taqsira tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru || [Intestatura …3………...……………………………………………………………….]

DĠ: JUST || || || Sena 2014[27] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL:

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit 33.03 01 || Impenji || (1) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,150 || 0 || 0 || 150.000

Pagamenti || (2) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,150 || 0 || 0 || 150.000

Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1 a) || || || || || || || ||

Pagamenti || (2 a) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[28] || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ JUST || Impenji || =1+1a +3 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,150 || 0 || 0 || 150.000

Pagamenti || =2+2a +3 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,150 || 0 || 0 || 150.000

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 3 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,150 || 0 || 0 || 150.000

Pagamenti || =5+ 6 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0,150 || 0. || 0 || 150.000

Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/inizjattiva:

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || "Nefqa amministrattiva"

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL:

DĠ: JUST ||

Ÿ Riżorsi umani || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,182

Ÿ Infieq ieħor amministrattiv || 0,015 || 0,015 || 0,015 || 0,015 || 0,015 || 0,015 || 0,015 || 0,105

TOTAL DĠ JUST || Approprjazzjonijiet || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,287

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet) || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,287

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL:

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,191 || 0,041 || 0,041 || 0,437

Pagamenti || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,191 || 0,041 || 0,041 || 0,437

3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi.

– Ø  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

L-approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati  ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 ||  Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

RIŻULTATI

Tip ta’ riżultat[29] || Spiża medja tar-riżultat || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Għadd totali ta’ riżultati || Spiża  totali

GĦAN SPEĊIFIKU NRU 1 Monitoraġġ tal-implimentazzjoni[30]… || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultati || || || || 0 || || 0 || || 0 || || 0 || 1 || 0,150 || || 0 || || 0 || 1 || 0,150

- Riżultati || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultati || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || 0 || || 0 || || 0 || || 0 || 1 || 0,150 || || 0 || || 0 || 1 || 0,150

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2… || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultati || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

SPEJJEŻ TOTALI || || 0 || || 0 || || 0 || || 0 || 1 || 0,150 || || 0 || || 0 || 1 || 0,150

3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju

–      Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

–      X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| Sena 2014[31] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,182

Nefqa amministrattiva oħra || 0,015 || 0,015 || 0,015 || 0,015 || 0,0.15. || 0,015 || 0,015 || 0,105

Subtotali tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,287

'il barra mill-INTESTATURA 5[32] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal 'il barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

TOTAL || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,041 || 0,287

3.2.3.2.  Ir-rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

– Ø  Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tingħata f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

Ÿ Postijiet ta' stabbiliment tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji)

33 01 01 01 (Il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[33]

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || || || || || || ||

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 04 yy [34] || - Fil-Kwartieri-Ġenerali[35] || || || || || || ||

- fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || ||

Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || ||

TOTAL || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026 || 0,026

XX huwa l-qasam ta’ politika jew titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà ġie assenjat għall-immaniġġjar tal-miżura u/jew ġie mqassam mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ fdatha bl-immaniġġjar, skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl ta' restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || L-uffiċjali involuti ser jissorveljaw l-applikazzjoni tal-liġi fl-Istati Membri u jippreparaw miżuri ta’ implimentazzjoni kif deskritti fl-Artikolu 26, jippreparaw il-Kumitat (Artikolu 27) u jagħmlu r-reviżjoni tar-Regolament fis-sena n + 5 (l-Artikolu 28).

Il-persunal estern || Mhux applikabbli

3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– Ø  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega x’riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[...]

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrumenti ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[36].

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

[...]

3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

ØIl-proposta/inizjattiva ma tipprevedix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f'EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Spiża

Speċifika l-korp ta' kofinanzjament   || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

– Ø  Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja li għaddejja || Impatt tal-proposta / inizjattiva[37]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

Artikolu …. || || || || || || || ||

Għal dħul assenjat mixxellanaju, speċifika l-linja(i) baġitarja tan-nefqa affettwata..

[...]

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[...]

[1]               It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li “L-Unjoni għandha toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta’ persuni huwa żgurat”. Sabiex tistabbilixxi żona bħal din, l-Unjoni Ewropea għandha tiżviluppa koperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili b’implikazzjonijiet transfruntiera.

[2]               Valutazzjoni tal-UE għall-Ġustizzja, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/scoreboard/index_en.htm.

[3]               Fost l-elementi oħra ta' simplifikazzjoni tar-Regolament hemm il-limiti taż-żmien speċifiċi għal atti proċedurali għall-partijiet u għall-qorti u l-fatt li l-prinċipju ta' “min jitlef iħallas” huwa limitat għal spejjeż raġonevoli.

[4]               Ir-Riżoluzzjoni tal-PE tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim f'materji ċivili, kummerċjali u tal-familja, (2011/2117 (INI)).

[5]               Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, iċ-Ċittadini tal-UE: Your Rights, Your Future, COM(2013) 269 finali, pp.15.-16.

[6]               COM(2012) 225 finali.

[7]               Ewrobarometru Speċjali 395 dwar il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_395_sum_en.pdf.

[8]               Diversi risposti kienu rċevuti mill-Kummissjoni bħala dokumenti separati u awtonomi. Ir-riżultati ppreżentati hawnhekk f’persentaġġi jirriflettu biss dawk it-tweġibiet miġbura fil-konsultazzjoni onlajn. Madankollu, it-tweġibiet kollha ġew ikkunsidrati fil-Valutazzjoni tal-Impatt.

[9]               L-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, il-Finlandja, Franza, l-Italja, il-Litwanja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, l-Isvezja, is-Slovenja, is-Slovakkja u r-Renju Unit.

[10]             Hemm tliet stadji tal-proċedura li jiġu affetwati mill-obbligu tan-notifika bil-posta: in-notifika tat-talba lill-konvenut, in-notifika tas-sentenza lir-rikorrent u n-notifika tas-sentenza lill-konvenut. Mhuwiex ċar mit-test attwali tar-Regolament jekk iċ-ċitazzjoni għas-seduti orali tridx tiġi nnotifikata wkoll. Madankollu, fil-prattika f’ħafna Stati Membri il-komunikazzjonijiet kollha ta’ bejn il-partijiet u l-Qorti jsiru bil-posta.

[11]             Ara l-Kawża C-119/13 Eco-cosmetics GmbH & Co.KG V Virginie Laetitia Barbara Dupuy, Kawża C-120/13 Raiffeisenbank St. Georgen Reg..Gen m.b.h. v Tetyana Bonchyk u C-121/13 Rechtsanwaltskanzlei CMS Hasche Sigle, Partnerschaftsgesellschaft v Xceed Holding Ltd.

[12]             ĠU C , , p. .

[13]             Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ĠU L 199 , 31.7.2007, p. 1).

[14]             ĠU C, , p.

[15]             Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1).

[16]             Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1.

[17]             Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1.).

[18]             Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (ĠU L 399, 30.12.2006, p. 1).

[19]             ABM: Immaniġġjar ibbażat fuq l-attività – ABM: Ibbaġittjar ibbażat fuq l-attività.

[20]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[21]             Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim f'materji ċivili, kummerċjali u tal-familja (2011/2117 (INI)).

[22]             Id-dettalji tal-metodi tal-immaniġġar u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[23]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[24]             Diff.= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati.

[25]             L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[26]             Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[27]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[28]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[29]             Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju l-għadd ta’ skambji ffinanzjati ta’ studenti, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[30]             Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. "Għan(ijiet) speċifiku(ċi)…"

[31]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[32]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[33]             CA= Aġent b'Kuntratt; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Delegazzjoni ta' Esperti żagħżagħ); LA= Aġent Lokali; SNE=Espert Nazzjonali;

[34]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern mill-approprjazzjonijiet operattivi (ex-linji "BA").

[35]             Essenzjalment għall-FondiStrutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[36]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[37]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.