52013PC0744

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni /* COM/2013/0744 final - 2013/0358 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

I.            Il-qafas politiku u legali

L-UE u l-Ażerbajġan qablu li jimxu 'l quddiem bit-tisħiħ u t-tkabbir tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ażerbajġan fi ħdan il-qafas tas-Sħubija tal-Lvant (SL). F’dan il-qafas, l-UE għarfet l-importanza tat-tisħiħ tal-kuntatti interpersonali. Matul is-Samit tas-Sħubija tal-Lvant ta’ Praga f’Mejju 2009, l-UE affermat mill-ġdid l-appoġġ politiku tagħha għal-liberalizzazzjoni sħiħa tar-reġim tal-viżi f'ambjent sikur, u għall-promozzjoni tal-mobilità billi jiġu konklużi l-ftehimiet dwar l-iffaċilitar tal-viżi u l-ammissjonijiet mill-ġdid mal-pajjiżi tas-SL. Skont l-approċċ komuni għall-iżvilupp tal-politika tal-UE dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi li ġie miftiehem fil-livell ta’ COREPER mill-Istati Membri f'Diċembru 2005, ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi ma jiġix konkluż mingħajr ma jkun hemm fis-seħħ ftehim ta' riammissjoni.

Fid-19 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill awtorizza formalment lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim ta' riammissjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ażerbajġan.

Fi Frar 2012 il-Kummissjoni ttrażmettiet abbozz ta’ test lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan u warajh inżammet l-ewwel serje ta' negozjati formali f'Baku fis-1 u t-2 ta' Marzu 2012. Seħħew żewġ sensiliet ta’ negozjati formali ulterjuri, l-aħħar waħda fi Brussell fl-12 u fil-13 ta’ Marzu 2013. It-test miftiehem ġie sussegwentement inizjalat fit-29 ta' Lulju 2013 fi Brussell.

L-Istati Membri ġew mgħarrfa u kkonsultati b’mod regolari fl-istadji kollha (informali u formali) tan-negozjati tar-riammissjoni.

Min-naħa tal-Unjoni, il-bażi legali għall-Ftehim hija l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218 tat-TFUE.

Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi l-istrument legali għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ riammissjoni. Il-Kunsill se jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata. Il-kunsens tal-Parlament Ewropew se jkun meħtieġ għall-konklużjoni tal-Ftehim, skont l-Artikolu 218(6)(a) tat-TFUE.

Id-deċiżjoni proposta rigward il-konklużjoni tipprezenta l-arranġamenti interni neċessarji għall-applikazzjoni prattika tal-Ftehim. B'mod partikolari, tispeċifika li l-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, jirrappreżentaw lill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt ta' Riammissjoni stabbilit bl-Artikolu 19 tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 19(5), il-kumitat ta' riammissjoni jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess. Bħal fil-każ ta' ftehimiet oħra ta' riammissjoni konklużi mill-Unjoni sa issa, il-pożizzjoni tal-Unjoni f'dan ir-rigward tiġi stabbilita mill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni ma' kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill. Għar-rigward ta' deċiżjonijiet oħra li għandhom jittieħdu mill-Kumitat Konġunt, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Trattat.

II.          L-eżitu tan-negozjati

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għanijiet stabbiliti mill-Kunsill fid-direttivi ta' nnegozjar tiegħu ntlaħqu, u li l-abbozz tal-Ftehim ta' Riammissjoni huwa aċċettabbli għall-Unjoni.

Il-kontenut finali ta' dan il-Ftehim jista’ jinġabar fil-qosor kif ġej:

– Il-Ftehim hu maqsum fi 8 taqsimiet b’total ta’ 25 artikolu. Il-Ftehim fih ukoll 8 annessi, li jiffurmaw parti integrali minnu, u 6 dikjarazzjonijiet konġunti.

– Il-Ftehim fih klawżola ta' ftuħ, li tafferma mill-ġdid li l-ftehim jiġi applikat sabiex jiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Istat Rikjest u tal-Istat Rikjedenti taħt strumenti internazzjonali relevanti applikabbli għalihom, u jtenni li l-Istat Rikjest jiżgura b'mod partikulari l-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni riammessi fit-territorju tiegħu f'konformità ma' dawk l-istrumenti internazzjonali. L-istess klawżola tikkonferma li l-Istat Rikjedenti għandu jagħti preferenza lir-ritorn volontarju fuq ir-ritorn sfurzat.

– L-obbligi ta’ riammissjoni stipulati fil-Ftehim (mill-Artikolu 3 sa 6) huma mfassla b’mod kompletament reċiproku, u jinkludu ċittadini proprji (l-Artikoli 3 u 5) kif ukoll ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi (l-Artikoli 4 u 6).

– L-obbligu li pajjiż jilqa' lura liċ-ċittadini proprji jinkludi wkoll lill-eks ċittadini proprji li rrinunzjaw iċ-ċittadinanza tagħhom mingħajr ma kisbu ċ-ċittadinanza ta’ Stat ieħor.

– L-obbligu ta’ riammissjoni fir-rigward ta’ ċittadini proprji jkopri wkoll lill-membri tal-familja (jiġifieri l-konjuġi u l-ulied minorenni mhux miżżewġa) indipendentement miċ-ċittadinanza tagħhom u li ma għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Rikjedenti.

– L-obbligu li jkunu riammessi ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi (l-Artikoli 4 u 6) huwa marbut mal-prerekwiżiti li ġejjin: (a) il-persuna kkonċernata jkollha, fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal riammissjoni, viża valida jew permess ta’ residenza validu, maħruġ/a mill-Istat Rikjest, jew (b) il-persuna kkonċernata tkun daħlet illegalment u direttament fit-territorju tal-Istat Rikjedenti wara li tkun żaret jew għamlet tranżitu mit-territorju tal-Istat Rikjest. Eżentati minn dawn l-obbligi huma l-persuni fi tranżitu min-naħa tal-ajru u l-persuni li jgawdu aċċess bla viża għat-territorju tal-Istat Membru.

– Għall-persuni ta’ ċittadinanza proprja, fil-każ ta’ skadenza ta’ żmien definit, kif ukoll għal persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi, l-Ażerbajġan jaċċetta l-użu tad-dokument tal-ivjaġġar standard tal-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (l-Artikoli 3(5) u 4(3)). Id-dokument standard ekwivalenti tar-Repubblika tal-Ażerbajġan huwa inkluż fl-Anness 8.

– It-Taqsima III tal-Ftehim (mill-Artikolu 7 sa 13 flimkien mal-Annessi 1 sa 5) fiha d-dispożizzjonijiet tekniċi meħtieġa dwar il-proċedura ta' riammissjoni (applikazzjoni għal riammissjoni, mezzi ta’ provi, limiti taż-żmien, modalitajiet tat-trasferiment u metodi tat-trasport) u "riammissjoni bi żball" (l-Artikolu 13). Xi flessibilità proċedurali tiġi pprovduta mill-fatt li l-ebda applikazzjoni għal riammissjoni ma tkun meħtieġa f’każijiet fejn il-presuna li għandha tkun riammessa jkollha dokument għall-ivvjaġġar validu (l-Artikolu 7(2)).

– Fl-Artikolu 7(3), il-Ftehim jispjega l-hekk imsejħa proċedura aċċelerata, li ntlaħaq ftehim dwarha għal persuni li jkunu nqabdu f’żona li testendi sa 15-il kilometru minn, u tkun tinkludi, it-territorji ta’ portijiet marittimi u ajruporti, fosthom żoni doganali, tal-Istati Membri jew tal-Ażerbajġan. Skont il-proċedura aċċellerata, l-applikazzjonijiet għal riammissjoni jridu jiġu sottomessi fi żmien jumejn (2), u r-risposti jridu joħorġu fi żmien jumejn (2) ta' xogħol, filwaqt li skont il-proċedura normali t-terminu għar-risposti huwa ta’ 15-il jum kalendarju (l-Artikolu 11(2)).

– Il-Ftehim fih taqsima dwar operazzjonijiet ta’ tranżitu (l-Artikoli 14 u 15 flimkien mal-Anness 6).

– L-Artikoli 16, 17 u 18 fihom ir-regoli meħtieġa dwar il-kosti, il-protezzjoni tad-dejta u r-rabta ma’ obbligi oħra internazzjonali.

– Il-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni se jkun magħmul, u se jkollu d-dmirijiet u s-setgħat, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 19.

– Sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-Artikolu 20 joħloq il-possibbiltà għall-Ażerbajġan u għall-Istati Membri individwali li jikkonkludu Protokolli bilaterali ta’ implimentazzjoni. Ir-rabta bejn il-Protokolli bilaterali ta' implimentazzjoni u dan il-Ftehim hi ċċarata bl-Artikolu 21.

– Id-dispożizzjonijiet finali (mill-Artikoli 22 sa 25) fihom ir-regoli meħtieġa dwar id-dħul fis-seħħ, il-perjodu ta’ validità, l-emendi possibbli, is-sospensjoni, it-terminazzjoni u l-istat legali tal-annessi tal-ftehim.

– Is-sitwazzjoni speċifika tad-Danimarka hi riflessa fil-preambolu, l-Artikolu 1(c), l-Artikolu 22(2) u f’dikjarazzjoni konġunta relevanti. L-assoċjazzjoni mill-qrib tal-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera u l-Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta' Schengen ġiet meqjusa, u hija riflessa f’dikjarazzjoni konġunti relevanti mal-Ftehim.

III.         Konklużjonijiet

Fid-dawl tar-riżultati msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill

– japprova, wara li jkun irċieva l-kunsens tal-Parlament Ewropew, il-Ftehim mehmuż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni

Proposta għal

2013/0358 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[1],

Billi:

(1) Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill XXXX/XXX ta' [...][2], il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni ġie ffirmat mill-Kummissjoni fi [ ], suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2) Il-Ftehim għandu jiġi konkluż.

(3) Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt dwar ir-Riammissjoni li jista' jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Ikun xieraq li titfassal proċedura ssimplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni f'dan il-każ.

(4) Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit [mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhuwiex ser ikun marbut b'dan il-Ftehim jew marbut bl-applikazzjoni tiegħu kemm-il darba ma jinnotifikax ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni].

(5) Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr ħsara għall-Artikolu 4 tal-istess Protokoll, l-Irlanda [mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex ser tkun marbuta b'dan il-Ftehim jew marbuta bl-applikazzjoni tiegħu kemm-il darba ma tinnotifikax ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni].

(6) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta magħha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazjoni huwa b'dan konkluż.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill jaħtar il-persuna bis-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni Ewropea, għan-notifika li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 23(2) tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bil-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, assistita minn esperti mill-Istati Membri, tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt dwar ir-Riammissjoni stabbilit bl-Artikolu 19 tal-Ftehim,

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt ta' Riammissjoni għar-rigward tal-adozzjoni tar-regoli tiegħu ta' proċedura kif meħtieġ skont l-Artikolu 19(5) tal-Ftehim tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma' kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha. Hija tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

IL-PARTIJIET KONTRAENTI L-GĦOLJIN,

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Unjoni";

u

IR-REPUBBLIKA TAL-AŻERBAJĠAN, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Ażerbajġan”,

DETERMINATI li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali b’mod aktar effettiv,

JIXTIEQU li jistabbilixxu, permezz ta’ dan il-Ftehim u fuq bażi ta' reċiproċità, proċeduri rapidi u effettivi għall-identifikazzjoni u r-ritorn sikur u ordinat ta’ persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw, il-kundizzjonijiet ta’ dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Ażerbajġan jew wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta’ dawn il-persuni bi spirtu ta’ kooperazzjoni,

FILWAQT LI JENFASIZZAW li dan il-Ftehim ma jaffettwax id-drittijiet, l-obbligi u r-reponsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Ażerbajġan li jirriżultaw mil-liġi internazzjonali u, b’mod partikolari, mill-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-istatut tar-refuġjati u l-Protokoll tiegħu tal-31 ta' Jannar 1967,

IQISU li skont il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda mhux se jieħdu sehem f'dan il-Ftehim sakemm ma jinnotifikawx ix-xewqa tagħhom għal dak l-effett skont dak il-Protokoll,

IQISU li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jaqgħu taħt l-ambitu tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka, skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a) “Riammissjoni” tfisser it-trasferiment mill-Istat Rikjedenti u l-ammissjoni mill-Istat Rikjest ta’ persuni (ċittadini tal-Istat stess li lilu saret it-talba, ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi) li jkunu nstabu deħlin, preżenti jew residenti llegalment fl-Istat li jagħmel it-talba, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

(b) "Partijiet Kontraenti" tfisser l-Ażerbajġan u l-Unjoni;

(c) “Stat Membru” tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea marbut b’dan il-Ftehim;

(d) "Ċittadin tal-Ażerbajġan" tfisser kwalunkwe persuna li jkollha ċ-ċittadinanza tal-Ażerbajġan skont il-leġiżlazzjoni tiegħu;

(e) "Ċittadin ta’ Stat Membru" tfisser kwalunkwe persuna li jkollha ċ-ċittadinanza, kif definita għall-finijet tal-Unjoni, ta’ Stat Membru;

(f) 'Ċittadin ta’ pajjiż terz' tfisser kwalunkwe persuna li jkollha ċ-ċittadinanza li la tkun tal-Ażerbajġan u lanqas ta’ xi wieħed mill-Istati Membri;

(g) 'Persuna apolida' tfisser kwalunkwe persuna li jkollha ċittadinanza tal-ebda stat;

(h) 'Permess ta' residenza' għandha tfisser permess uffiċjali ta’ kwalunkwe tip maħruġ mill-Ażerbajġan jew minn wieħed mill-Istati Membri li jintitola lill-persuna li toqgħod fit-territorju tagħha jew tiegħu. Dan ma jinkludix permessi temporanji biex il-persuna tibqa’ fit-territorju tal-istati msemmija in konnessjoni mal-ipproċessar ta’ applikazzjoni ta’ ażil jew applikazzjoni għall-permess ta’ residenza;

(i) "Viża" tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mill-Ażerbajġan jew minn wieħed mill-Istati Membri li hija meħtieġa għad-dħul, jew soġġorn, jew tranżitu, fit-territorju tiegħu. Dan ma jinkludix il-viża ta’ tranżitu tal-ajruport;

(j) "Stat Rikjedenti" tfisser l-Istat (l-Ażerbajġan jew wieħed mill-Istati Membri) li jissottometti applikazzjoni għar-riammissjoni skont l-Artikolu 8 jew applikazzjoni ta’ tranżitu skont l-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim;

(k) "Stat Rikjest" tfisser l-Istat (l-Ażerbajġan jew wieħed mill-Istati Membri) indirizzat b’applikazzjoni għal riammissjoni skont l-Artikolu 8 jew applikazzjoni għal tranżitu skont l-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim;

(l) "Awtorità Kompetenti" tfisser kull awtorità nazzjonali tal-Ażerbajġan jew ta' wieħed mill-Istati Membri li għandha l-inkarigu li timplimenta dan il-Ftehim skont l-Artikolu 20 (1) (a) tiegħu;

(m) "Tranżitu" tfisser il-passaġġ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida mit-territorju tal-Istat Rikjest meta jkun qed jivvjaġġa mill-Istat Rikjedenti għall-pajjiż tad-destinazzjoni;

Artikolu 2 Prinċipji Fundamentali

Filwaqt li jsaħħu l-kooperazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, l-Istat Rikjest u l-Istat Rikjedenti, fl-applikazzjoni ta' dan il-ftehim fil-kaz ta' persuni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għall-obbligi u r-responsabbiltajiet li ġejjin minn strumenti internazzjonali relevanti applikabbli għall-partijiet, b' mod partikulari:

– id-Dikjarazzjoni Universali tal-1948 tad-Drittijiet tal-Bniedem

– il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali tal-1950 u l-Protokolli tagħha

– il-Patt Internazzjonali tal-1966 dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi

– il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura tal-1984

– il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-Protokoll tiegħu tal-1967.

L-Istat Rikjest jiżgura b’mod partikulari, f’konformità mal-obbligi tiegħu skont l-istrumenti internazzjonali elenkati hawn fuq, il-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni riammessi fit-territorju tiegħu.

L-Istat Rikjedenti jagħti preferenza lir-ritorn volontarju fuq ir-ritorn furzat jekk ma jkun hemm l-ebda raġuni għaliex wieħed għandu jaħseb li dan ikun se jimmina r-ritorn ta’ persuna lejn l-Istat Rikjest.

Taqsima I Obbligi ta’ riammissjoni mill-Ażerbajġan

Artikolu 3 Riammissjoni ta’ persuni ta’ ċittadinanza proprja

1.         L-Ażerbajġan jirriammetti, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan il-Ftehim, kull persuna li ma tkunx tissodisfa, jew ma tkunx għadha tissodisfa, il-kundizzjonijiet fis-seħħ tad-dħul, tal-preżenza jew tar-residenza fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti, sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li huma ċittadini tal-Ażerbajġan.

2.         L-Ażerbajġan jirriammetti wkoll lil:

– ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew taċ-ċittadinanza tagħhom, sakemm ma jkollhomx id-dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru Rikjedenti jew għandhom permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor,

– konjuġi tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, li għandhom ċittadinanza oħra jew li huma apolidi, sakemm ikollhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu jew li jirċievu d-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tal-Ażerbajġan, sakemm ma jkollhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru Rikjedenti jew sakemm ma jkollhomx permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor.

3.         L-Ażerbajġan jirriammetti wkoll persuni, preżenti jew residenti illegalment fl-Istat Membru Rikjedenti li jkunu rrinunzjaw iċ-ċittadinanza tal-Ażerbajġan skont il-liġijiet nazzjonali ta’ dan tal-aħħar minn mindu jkunu daħlu fit-territorju ta’ Stat Membru, kemm-il darba dawn il-persuni ma jkunu ġew għall-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni minn kwalunkwe Stat Membru.

4.         Wara li l-Ażerbajġan ikun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta’ riammissjoni, ir-rappreżentazzjoni kompetenti diplomatika jew konsulari tal-Ażerbajġan, tkun xi tkun ir-rieda tal-persona li għandha tiġi riammessa, bla ħlas u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol, toħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar b’validità li jkun meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b'perjodu ta' validità ta' 150 jum. Jekk fi żmien ħamest ijiem lavorattivi l-Ażerbajġan ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar, jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (l-Anness 7)[3].

5.         Jekk, għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument tal-ivvjaġġar maħruġ inizjalment, ir-rappreżentazzjoni kompetenti diplomatika jew konsulari kompetenti tal-Ażerbajġan toħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta' żmien bħala perjodu ta' validità fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol u bla ħlas. Jekk fi żmien ħamest ijiem lavorattivi l-Ażeerbajġan ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivjaġġar il-ġdid, jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivjaġġar standard ġdid tal-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (l-Anness 7)[4].

Artikolu 4 Riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz u ta' persuni apolidi

1.         L-Ażerbajġan jirriammetti, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk provduti f’dan il-Ftehim, iċ-ċittadini kollha ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi li ma jissodisfawx, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Istat Membru Rikjedenti sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li dawn il-persuni:

(a) ikollhom fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal riammissjoni viża valida jew permess ta’ residenza maħruġa mill-Ażerbajġan; jew

(b) ikunu daħlu illegalment u direttament fit-territorju tal-Istati Membri wara li jkunu qagħdu fi, jew għamlu tranżitu mit-territorju tal-Ażerbajġan.

2.         L-obbligu tar-riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma japplikax fil-każijiet li ġejjin:

(a) iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna apolida ikunu biss fi tranżitu bl-ajru minn ajruport internazzjonali tal-Ażerbajġan;

(b) iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna apolida kellhom aċċess mingħajr il-ħtieġa ta’ viża fit-territorju tal-pajjiż li għamel it-talba.

3.         Mingħajr ħsara għall-Artikolu 7(2), wara li l-Ażerbajġan ikun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni, l-Istat Membru Rikjedenti joħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (l-Anness 7)[5].

Taqsima II Obbligi ta’ Riammissjoni tal-Unjoni

Artikolu 5 Riammissjoni ta’ persuni ta’ ċittadinanza proprja

1.         Stat Membru jirriammetti, wara applikazzjoni mill-Ażerbajġan u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk provduti f’dan il-Ftehim, kull persuna li ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Ażerbajġan sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li hija ċittadin ta’ dak l-Istat Membru.

2.         Stat Membru jirriammetti wkoll lil:

– ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew taċ-ċittadinanza tagħhom, sakemm ma jkollhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Ażerbajġan;

– konjuġi tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, li għandhom ċittadinanza oħra jew huma apolidi, sakemm ikollhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu jew jirċievu d-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tal-Ażerbajġan, sakemm ma jkollhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Ażerbajġan;

3.         Stat Membru jirriammetti wkoll persuni, illegalment preżenti jew reżidenti fl-Ażerbajġan, li jkunu ġew imċaħħda, jew li jkunu rrinunzjaw għaċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru skont il-liġijiet nazzjonali ta' dan tal-aħħar minn mindu jkunu daħlu fit-territorju tal-Ażerbajġan, sakemm dawn il-persuni ma jkunux ġew tal-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni mill-Ażerbajġan.

4.         Wara li l-Istat Membru Rikjest ikun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta’ riammissjoni, ir-rappreżentazzjoni diplomatika jew konsulari kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li tkun riammessa, immedjatament u fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, joħorġu d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b’validità ta’ 150 jum. Jekk fi żmien ħamest ijiem lavorattivi l-Istat Membru Rikjest ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-Ażerbajġan għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (l-Anness 8).

5.         Jekk, għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument tal-ivvjaġġar maħruġ inizjalment, ir-rappreżentazzjoni diplomatika jew konsulari kompetenti tal-Istat Membru toħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta' żmien bħala perjodu ta' validità fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol. Jekk fi żmien ħamest ijiem lavorattivi l-Istat Membru ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar ġdid, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument standard tal-ivvjaġġar tal-Ażerbajġan għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (l-Anness 8).

Artikolu 6 Riammissjoni ta’ persuni ta’ ċittadinanza ta’ pajjiż terz u ta' persuni apolidi

1.         Stat Membru jirriammetti, wara applikazzjoni mill-Ażerbajġan u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li ma jissodisfawx jew ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Ażerbajġan sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li dawn il-persuni:

(a) ikollhom, fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni ta' riammissjoni, viża valida jew permess tar-residenza maħruġa mill-Istat Membru rikjest; jew

(b) ikunu daħlu illegalment u direttament fit-territorju tal-Ażerbajġan wara li jkunu qagħdu fi, jew għamlu tranżitu mit-territorju tal-Istat Membru Rikjest.

2.         L-obbligu tar-riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma japplikax fil-każijiet li ġejjin:

(a) iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna apolida ikunu biss fi tranżitu bl-ajru minn Ajruport Internazzjonali tal-Istat Membru Rikjest; jew

(b) iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna apolida ma kellhomx il-ħtieġa ta’ viża fit-territorju tal-Ażerbajġan.

3.         L-obbligu ta' riammissjoni fil-paragrafu 1 huwa għall-Istat Membru li jkun ħareġ viża jew permess ta' residenza. Jekk żewġ Stati Membri jew aktar ikunu ħarġu viża jew awtorizzazzjoni jew permess ta’ residenza, l-obbligu ta’ riammissjoni fil-Paragrafu 1 ikun tal-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument b’perjodu ta’ validità itwal jew, jekk wieħed jew bosta minnhom ikunu diġà skadew, id-dokument li jkun għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu diġà skadew, l-obbligu tar-riammissjoni fil-Paragrafu 1 ikun tal-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument bl-aktar skadenza reċenti. Jekk ma jkunux jistgħu jiġu ppreżentati tali dokumenti, l-obbligu ta’ riammissjoni fil-Paragrafu 1 jkun tal-Istat Membru tal-aħħar ħruġ.

4.         Mingħajr ħsara għall-Artikolu 7(2), wara li l-Istat Membru jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni tar-riammissjoni, l-Ażerbajġan jipprovdi lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata bid-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tagħha.(Anness 8)

Taqsima III Proċedura ta’ Riammissjoni

Artikolu 7 Prinċipji

1.         Soġġett għall-paragrafu 2, kwalunkwe trasferiment ta’ persuna li għandha tiġi riammessa fuq il-bażi ta’ wieħed mill-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 3 sa 6 jeħtieġ is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għar-riammissjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest.

2.         Jekk il-persuna li tkun se tiġi riammessa jkollha dokument tal-ivvjaġġar validu u, fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi, viża valida jew permess ta' residenza tal-Istat Rikjest, it-trasferiment ta' dik il-persuna jista' jsir mingħajr il-ħtieġa li l-Istat Rikjedenti jissottometti applikazzjoni għal riammissjoni, u fil-każ ta' ċittadin tal-Pajjiż Rikjest, mingħajr ma jkollu jippreżenta komunikazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 12(1) lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest.

3.         Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, jekk persuna tkun inqabdet f'żona li testendi għal 15-il kilometru minn, u li tkun tinkludi, it-territorji ta' portijiet u ta' ajruporti internazzjonali, inklużi żoni doganali, tal-Istat Rikjedenti wara li tkun qasmet illegalment il-fruntiera ġejja direttament mit-territorju tal-Istat Rikjest, l-Istat Rikjedenti jista’ jissottometti applikazzjoni ta’ riammissjoni fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta din il-persuna tinqabad (proċedura aċċellerata).

Artikolu 8 Applikazzjoni ta' riammissjoni

1.         Sa fejn ikun possibbli, l-applikazzjoni ta' riammissjoni irid ikun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) id-dettalji tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa (pereżempju l-ismijiet, il-kunjomijiet, id-data tat-twelid, u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, u l-aħħar post ta’ residenza) u, fejn applikabbli, id-dettalji tat-tfal minorenni mhux miżżewġa u/jew tal-konjuġi;

(b) f'każ ta’ ċittadini proprji, indikazzjoni tal-mezzi ta' prova jew evidenza prima facie taċ-ċittadinanza kif inhu stabbilit fl-Annessi 1 u 2 rispettivament;

(c) f'każ ta’ ċittadni ta’ pajjiż terzi u ta’ persuni apolidi, indikazzjoni tal-mezzi ta' prova jew evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi kif inhu previst fl-Annessi 3 u 4 rispettivament;

(d) ritratt tal-persuna li tkun se tiġi riammessa.

2.         Sa fejn ikun possibbli, l-applikazzjoni ta' riammissjoni jkun fiha wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a) dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li tkun se tiġi ttrasferita jista’ jkollha bżonn għajnuna jew kura, sakemm il-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għal din l-istqarrija;

(b) kull miżura oħra ta’ protezzjoni jew sigurtà, jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li tista’ tkun meħtieġa fil-każ individwali ta’ trasferiment.

3.         Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ riammissjoni hija mehmuża bħala l-Anness 5 ta’ dan il-Ftehim.

4.         L-applikazzjoni ta' riammissjoni tista' titressaq permezz ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

Artikolu 9 Mezzi ta’ evidenza dwar iċ-ċittadinanza

1.         Il-prova dwar iċ-ċittadinanza skont l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) tista’ tiġi pprovduta b’mod partikulari permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim, anki f'każ li l-perjodu ta' validità tagħha tkun skadiet b’massimu ta’ 6 xhur. Jekk tali dokumenti jkunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Ażerbajġan jirrikonoxxu b’mod reċiproku ċ-ċittadinanza mingħajr ħtieġa ta’ investigazzjoni ulterjuri. Il-prova taċ-ċittadinanza ma tistax tiġi pprovduta permezz ta’ dokumenti foloz.

2.         Evidenza prima facie taċ-ċittadinanza skont l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) tista’ tiġi pprovduta b'mod partikulari permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim, anke jekk il-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk jiġu ppreżentati dokumenti bħal dawn, l-Istati Membri u l-Ażerbajġan iqisu li ċ-ċittadinanza tkun ġiet stabbilita, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jippruvaw mod ieħor. Prova prima facie taċ-ċittadinanza ma tistax issir permezz ta’ dokumenti foloz.

3.         Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Annessi 1 jew 2 ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, jew jekk ikunu insuffiċjenti minħabba raġunijiet motivati kif jixraq, ir-rappreżentazzjoni komptenti diplomatika jew konsulari tal-Istat Rikjest għandhom, fuq talba mill-Istat Rikjedenti, li tkun inkluża fl-applikazzjoni għar-riammissjoni, jintervistaw lill-persuna li ser tkun riammessa mingħajr dewmien mhux dovut, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem lavorattivi mid-data li fiha tkun irċevuta l-applikazzjoni għar-riammissjoni, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha.

4.         Il-proċedura għal dawn l-intervisti tista’ tiġi stabbilita fil-Protokolli ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 20 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 10 Mezzi ta’ provi dwar persuni b’ċittadinanza ta’ pajjiż terz u ta' persuni apolidi

1.         Il-prova dwar il-kundizzjonijiet ta' riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi stipulati fl-Artikolu 4 (1) u fl-Artikolu 6 (1) tiġi pprovduta b’mod partikulari permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 3 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi pprovduta permezz ta’ dokumenti foloz. Kwalunkwe prova bħal din tiġi rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri u mill-Ażerbajġan mingħajr ħtieġa ta’ ebda investigazzjoni ulterjuri.

2.         L-evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet ta' riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terz u persuni apolidi stipulati fl-Artikolu 4 (1) u fl-Artikolu 6 (1) tingħata b’mod partikulari permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 4 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi pprovduta permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie, l-Istati Membri u l-Ażerbajġan iqisu li l-kondizzjonijiet ġew stabbiliti, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor.

3.         L-illegalità tad-dħul, tal-preżenza jew tar-residenza tkun stabbilita permezz ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata fejn il-viża meħtieġa u permess ieħor ta' residenza għat-territorju tal-Istat Rikjedenti jkunu nieqsa. Dikjarazzjoni mill-Istat Rikjedenti li l-persuna kkonċernata tkun instabet mingħajr id-dokumenti neċessarji tal-ivvjaġġar, tal-viża jew tal-permess ta’ residenza wkoll titqies bħala prova prima facie tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza illegali.

Artikolu 11 Limiti ta’ żmien

1.         L-applikazzjoni għar-riammissjoni tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Mitlub fi żmien massimu ta’ sitt (6) xhur minn meta l-awtorità kompetenti tal-Istat li jagħmel it-Talba ssir taf li persuna ta' nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ma tissodisfax, jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza. Fejn ikun hemm ostakoli legali jew fattwali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni fil-ħin, il-limitu ta’ żmien, fuq talba tal-Istat li jagħmel it-talba, jiġi estiż iżda biss sakemm jieqfu jeżistu l-ostakoli.

2.         Trid tingħata tweġiba bil-miktub għall-applikazzjoni ta' riammissjoni

– fi żmien jumejn ta’ xogħol jekk l-applikazzjoni tkun saret skont il-proċedura aċċellerata (l-Artikolu 7(3));

– fi żmien ħmistax-il jum kalendarju fil-każijiet l-oħrajn kollha.

Dan il-limitu ta' żmien jibda jgħodd mid-data tar-riċevuta kkonfermata tat-talba ta' riammissjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f’dan it-terminu ta’ żmien, it-trasferiment jitqies li jkun ġie miftiehem.

It-tweġiba għal applikazzjoni ta' riammissjoni tista' titressaq bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

3.         Ir-raġunijiet għal rifjut ta’ talba għar-riammissjoni jingħataw bil-miktub.

4.         Wara li jkun ingħata l-qbil jew, fejn xieraq, wara li jiskadi t-terminu stabbilit fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata tiġi ttrasferita fi żmien tliet xhur. Fuq talba tal-Istat Rikjedenti, dan il-limitu ta' żmien jista’ jiġi estiż biż-żmien meħtieġ biex jiġu indirizzati l-ostakli legali jew prattiċi.

Artikolu 12 Modalitajiet tat-trasferiment u mezzi ta’ trasport

1.         Mingħajr ħsara għall-Artikolu 7(2), qabel ma jirritornaw persuna, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjedenti javżaw lill-awtoritajiet tal-Istat Rikjest tal-inqas tlett ijiem lavorattivi minn qabel dwar id-data ta' trasferiment, il-punt ta' dħul, skorti possibbli u informazzjoni oħra relevanti għat-trasferiment.

2.         It-trasportazzjoni tista' ssir bi kwalunkwe mezz, inkluż bl-ajru jew bil-baħar. Ir-ritorn bl-ajru m’għandux ikun limitat għall-użu tat-trasportaturi tal-ajru nazzjonali tal-Ażerbajġan jew tal-Istati Membri u jista’ jsir bl-użu ta’ titjiriet skedati jew b’titjiriet ta’ ajruplani mikrija. Fil-każ ta’ ritorn bl-iskorta, dawn l-iskorti ma għandhomx ikunu limitati għal persuni awtorizzati tal-Istat Rikjedenti, kemm-il darba jkunu persuni awtorizzati mill-Ażerbajġana jew minn kwalunkwe Stat Membru.

3.         Jekk it-trasferiment isir bl-ajru, l-iskorti possibbli jkunu eżentati mill-obbligu li jiksbu l-viżi meħtieġa.

Artikolu 13 Riammissjoni bi żball

L-Istat Rikjedenti jieħu lura kwalunkwe persuna riammessa mill-Istat Mitlub jekk jiġi stabbilit fi żmien sitt xhur, u fil-każ ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat fi żmien 12-il xahar, wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 sa 6 ta’ dan il-Ftehim ma humiex sodisfatti.

F’dawn il-każijiet id-dispożizzjonijiet proċedurali ta’ dan il-Ftehim jgħoddu mutatis mutandis u tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-identità u ċ-ċittadinanza attwali tal-persuna li tkun ser tittieħed lura.

Taqsima IV Operazzjonijiet ta’ Tranżitu

Artikolu 14 Prinċipji

1.         L-Istati Membri u l-Ażerbajġan jillimitaw it-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi għall-każijiet fejn dawn il-persuni ma jistgħux jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat ta’ destinazzjoni.

2.         L-Ażerbajġan jippermetti t-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi jekk Stat Membru jitlob dan, u Stat Membru jawtorizza t-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi jekk l-Ażerbajġan jitlob dan, jekk jiġi żgurat il-vjaġġ lejn Stati ta’ tranżitu oħrajn possibbli u r-riammissjoni tal-Istat ta' destinazzjoni.

3.         L-Ażerbajġan jew Stat Membru jista' jirrifjuta t-transitu:

(a) jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ikunu f’riskju li jkunu soġġetti għat-tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti jew il-piena tal-mewt jew persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, iċ-ċittadinanza, is-sħubija f’xi grupp soċjali partikolari jew konvinzjoni politika tagħha fl-Istat ta’ destinazzjoni jew Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

(b) jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolidi ikunu suġġetti għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat Rikjest jew f’xi Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

(c) minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubblika jew interessi oħra nazzjonali tal-Istat Rikjest.

4.         L-Ażerbajġan jew Stat Membru jistgħu jirrevokaw kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa jekk iċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 3 jirriżultaw jew joħorġu fid-deher aktar tard u jkunu ta’ xkiel fl-operazzjoni ta’ tranżitu, jew jekk ma jkunux aktar garantit l-ivvjaġġar minn Stati ta’ tranżitu possibbli jew ir-riammissjoni mill-Istat ta’ destinazzjoni. F’dan il-każ, l-Istat Rikjedenti jieħu lura lill-persuna li għandha in-nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, kif meħtieġ u mingħajr dewmien.

Artikolu 15 Proċedura ta' tranżitu

1.         Trid tiġi sottomessa applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta’ tranżitu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest bil-miktub u jrid ikun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) it-tip ta’ tranżitu (bl-ajru, bil-baħar jew bl-art), l-Istati l-oħra possibbli ta’ tranżitu u d-destinazzjoni finali prevista;

(b) id-dettalji tal-persuna kkonċernata (pereżempju l-isem, il-kunjom, il-kunjom ta' xebba, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid, is-sess u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, il-lingwa, it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar);

(c) fejn hu maħsub li ser ikun il-punt tad-dħul, il-ħin tat-trasferiment u l-użu possibbli tal-iskorti;

(d) dikjarazzjoni li fil-fehma tal-Istat Rikjedenti, il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 14 (2) huma sodisfatti, u li ebda raġuni għal ċaħda skont l-Artikolu 14(3) ma hi magħrufa.

Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ tranżitu tinsab mehmuża mal-Anness 6 ta’ dan il-Ftehim.

L-applikazzjoni ta' tranżitu tista' titressaq permezz ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

2.         Fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li tiġi rċevuta l-applikazzjoni, l-Istat Rikjest għandu jinforma bil-miktub lill-Istat Rikjedenti dwar l-ammissjoni, jikkonferma l-post tad-dħul u l-ħin ippjanat tal-ammissjoni, jew jinfurmah dwar ir-rifjut ta' ammissjoni u r-raġunijiet għal tali rifjut. Jekk ma tingħata ebda tweġiba fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol, it-tranżitu ikun meqjus li jkun ġie miftiehem.

It-tweġiba għal applikazzjoni ta' tranżitu tista' titressaq bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

3.         Jekk l-operazzjoni ta’ tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li tkun ser tiġi riammessa u l-iskorti possibbli jiġu eżentati milli jkollhom viża ta’ tranżitu tal-ajruport.

4.         L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, jgħinu fl-operazzjonijiet ta’ tranżitu, b’mod partikulari permezz ta’ sorveljanza tal-persuni inkwistjoni u l-għoti ta’ kumditajiet xierqa għal dan il-fini.

5.         It-tranżitu tal-persuni jsir fi żmien 30 jum mir-riċevuta tal-kunsens dwar it-talba.

Taqsima V Kosti

Artikolu 16 Kosti tat-trasport u t-tranżitu

Bla ħsara għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jiġbru lura l-ispejjeż marbuta mar-riammissjoni mingħand il-persuna li tiġi riammessa jew mingħand partijiet terzi, il-kosti kollha tat-trasport marbuta mal-operazzjonijiet ta' riammissjoni u tranżitu skont dan il-Ftehim, sal-fruntiera tal-Istat tad-destinazzjoni finali, għandhom jinġarru mill-Istat Rikjedenti.

Taqsima VI Protezzjoni tad-dejta u relazzjoni ma' obbligi internazzjonali oħra

Artikolu 17 Protezzjoni tad-dejta

Il-komunikazzjoni tad-dejta personali sseħħ biss jekk komunikazzjoni bħal din tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ażerbajġan jew Stat Membru skont il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta’ dejta personali f’każ partikulari jkunu suġġetti għal-liġijiet domestiċi tal-Ażerbajġan u, jekk il-kontrollur ikun awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, għad-dispożizzjonijet tad-Direttiva 95/46/KE u għal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru adottata skont din id-Direttiva. Addizzjonalment japplikaw ukoll il-prinċipji li ġejjin:

(a) id-dejta personali trid tiġi pproċessata b’mod ġust u legali;

(b) id-dejta personali trid tinġabar għall-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ma tiġix ipproċessata ulterjorment mill-awtorità li tikkomunikaha jew mill-awtorità li tirċeviha b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dak l-iskop;

(c) id-dejta personali trid tkun adegwata, relevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-għan li għalih tinġabar u/jew tiġi pproċessata ulterjorment; b’mod partikolari, id-dejta personali kkomunikata tista’ tkun biss dwar dan li ġej:

– id-dettalji tal-persuna li tkun ser tiġi ttrasferita (pereżempju l-ismijiet, il-kunjomijiet, xi ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-istat ċivili, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza attwali u kwalunkwe ċittadinanza preċedenti);

– il-passaport, il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perjodu ta’ validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità tal-ħruġ, il-post tal-ħruġ),

– il-postijiet ta’ waqfien temporanju u itinerarji,

– informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi identifikata l-persuna li tkun se tiġi trasferita jew biex jiġu eżaminati r-rekwiżiti għar-riammissjoni skont dan il-Ftehim;

(d) id-dejta personali trid tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata;

(e) id-dejta personali trid tinżamm f'forma li biha s-suġġetti tas-dejta jkunu jistgħu jiġu identifikati għal perjodu li ma jkunx itwal minn dak meħtieġ għall-iskop li għalih tkun inġabret id-dejta jew li għalih għandhom ikomplu jiġu pproċessati.

(f) kemm l-awtorità li tikkomunika kif ukoll l-awtorità li tirċeviha għandhom jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw kif xieraq il-korrezzjoni, it-tħassir jew l-imblukkar tad-dejta personali fejn l-ipproċessar tagħha ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari għaliex dik id-dejta ma tkunx xierqa, adegwata, preċiża jew għaliex tkun eċċessiva fir-rigward tal-fini tal-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta’ kwalunkwe retifika, tħassir jew imblukkar għall-Parti l-oħra;

(g) fuq talba, l-awtorità riċeventi tinforma lill-awtorità komunikanti bl-użu tad-dejta komunikata u bir-riżultati miksuba minnha;

(h) id-dejta personali tista’ tkun komunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Il-komunikazzjoni ulterjuri lil korpi oħrajn tirrekjedi l-kunsens minn qabel tal-awtorità komunikanti;

(i) l-awtorità li tikkomunika u l-awtorità li tirċievi d-dejta huma obbligati li jirreġistraw bil-miktub il-komunikazzjoni u l-wasla tad-dejta personali.

Artikolu 18 Ir-rabta ma’ obbligi oħra internazzjonali

1.         Dan il-Ftehim ikun mingħajr ħsara għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Ażerbajġan li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali, fosthom mill-konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom ikunu parti, b'mod partikulari mill-istrumenti internazzjonali elenkati fl-Artikolu 2, u:

– il-konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli li jeżamina l-applikazzjonijiet għall-asil li jkunu ġew sottomessi,

– il-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni u t-tranżitu,

– il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali multilaterali dwar ir-riammissjoni ta' persuni ta' nazzjonalità barranija, bħall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

2.         Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jżomm ir-ritorn ta’ persuna taħt arranġamenti formali jew informali oħrajn.

Taqsima VII Implimentazzjoni u applikazzjoni

Artikolu 19 Kumitat konġunt tar-riammissjoni

1.         Il-Partijiet Kontraenti jipprovdu assistenza reċiproka fl-applikazzjoni u fl-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, huma jaħtru kumitat konġunt tar-riammissjoni (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-kumitat”) li se jkollu, b’mod partikulari, il-kompitu:

(a) li jwettaq monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(b) li jindirizza kwistjonijiet li jqumu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f'dan il-Ftehim;

(c) li jiddeċiedi fuq l-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti li jkunu meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta' dan il-Ftehim;

(d) li jkollu skambji ta’ informazzjoni regolari dwar il-Protokolli ta’ implimentazzjoni mfassla mill-Istati Membri individwali u l-Ażerbajġan skont l-Artikolu 20;

(e) li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal emendi għal dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu.

2.         Id-deċiżjonijiet tal-kumitat ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet Kontraenti.

3.         Il-kumitat ikun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u l-Ażerbajġan.

4.         Il-kumitat għandu jiltaqa’ meta meħtieġ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti.

5.         Il-kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 20 Protokolli ta' Implimentazzjoni

1.         Mingħajr ħsara għall-applikabbiltà diretta tal-Ftehim preżenti, fuq talba ta’ Stat Membru jew l-Ażerbajġan, l-Ażerbajġan u Stat Membru jfasslu Protokoll ta’ implimentazzjoni li jkopri regoli, fost l-oħrajn, dwar:

(a) il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti, il-punti fejn tinqasam il-fruntiera u l-iskambju ta’ punti ta’ kuntatt;

(b) il-kundizzjonijiet għal ritorni skortati, inkluż it-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi bi skorta;

(c) il-mezzi u d-dokumenti addizzjonali ma' dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 4 ta’ dan il-Ftehim;

(d) il-modalitajiet għar-riammissjoni bi proċedura aċċelerata;

(e) il-proċedura għal intervisti.

2.         Il-Protokolli ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġi nnotifikat il-kumitat tar-riammissjoni imsemmi fl-Artikolu 19.

3.         L-Ażerbajġan jaqbel li kwalunkwe dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ implimentazzjoni mfassal ma’ Stat Membru partikulari tiġi applikata anke fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ kwalunkwe Stat Membru ieħor fuq talba minn dan tal-aħħar. L-Istati Membri jaqblu li japplikaw kull dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ implimentazzjoni mfassal minn xi wieħed minnhom mar-Repubblika tal-Ażerbajġan anki fir-relazzjonijiet tagħhom ma' dan tal-aħħar, fuq talba ta' dan tal-aħħar u suġġett għall-fattibilità fil-prattika li jkun japplika għal Stati Membri l-oħra.

Artikolu 21 Relazzjoni ma’ arranġamenti bilaterali dwar ir-riammissjoni jew arranġamenti tal-Istati Membri

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni li jkun ġie jew jista’ jiġi konkluż, skont l-Artikolu 20, bejn l-Istati Membri individwali u l-Ażerbajġan, safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar ma jkunux kompatibbli ma’ dawk ta’ dan il-Ftehim.

Taqsima VIII Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 22 Applikazzjoni territorjali

1.         Soġġett għall-paragrafu 2, dan il-Ftehim japplika fit-territorju li fih huma applikabbli t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fit-territorju tal-Ażerbajġan.

2.         Dan il-Ftehim japplika għat-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u tal-Irlanda biss skont notifika mill-Unjoni Ewropea lill-Ażerbajġan għal dak il-għan. Dan il-ftehim ma japplikax fit-territorju tar-Renju tad-Danimarka.

Artikolu 23 Dħul fis-seħħ, kemm idum u terminazzjoni

1.         Dan il-Ftehim jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.

2.         Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta’ meta l-aħħar Parti Kontraenti tkun innotifikat lill-oħra li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu ġew konklużi.

3.         Dan il-Ftehim japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u għall-Irlanda fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tan-notifika msemmija fl-Artikolu 22(2).

4.         Il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu bla limitu.

5.         Kull Parti Kontraenti tista', billi tinnotifika b'mod uffiċjali lill-Parti Kontraenti l-oħra u wara konsultazzjoni preċedenti tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 19, kompletament jew parzjalment, temporanjament tissospendi l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Is-sospensjoni tidħol fis-seħħ fit-tieni jum wara l-jum ta' tali notifika.

6.         Kull Parti Kontraenti tista' tiddenunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra b’mod uffiċjali. Dan il-Ftehim ma jibqax japplika sitt xhur wara d-data ta' tali notifika.

Artikolu 24 Emendi għall-Ftehim

Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat u supplimentat bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet Kontraenti. L-emendi u ż-żidiet għandhom jiġu abbozzati fil-forma ta’ protokolli separati, li għandhom jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim, u jidħlu fis-seħħ skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 23 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 25 Annessi

L-Annessi 1 sa 8 jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Magħmul fi …, fil-… jum ta' ........... fis-sena ............ f’żewġ kopji bil-lingwa Ażera, Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, b’kull test ikun ugwalment awtentiku.

Għall-Unjoni Ewropea: (...) || Għar-Repubblika tal-Ażerbajġan (...)

ANNESS 1

Lista komuni tad-dokumenti li l-preżentazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala prova taċ-ċittadinanza (L-Artikoli 3(1), 5(1) u 9(1))

– passaporti ta’ kwalunkwe tip (passaporti nazzjonali, passaporti ordinarji, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, passaporti uffiċjali, passaporti kollettivi u passaporti surrogati inklużi l-passaporti tat-tfal),

– laissez-passer maħruġ mill-Istat Rikjest,

– karti tal-identità ta’ kwalunkwe tip (inklużi dawk temporanji u dawk provviżorji), bl-eċċezzjoni ta’ karti tal-identità tal-baħħara.

ANNESS 2

Lista komuni ta' dokumenti li l-preżentazzjoni tagħhom hija kkunsidrataprima faceiebħala prova taċ-ċittadinanza

(L-Artikoli 3(1), 5(1) u 9(2))

– dokumenti elenkati fl-Anness 1 li l-validità tagħhom tkun skadiet b’aktar minn 6 xhur,

– fotokopji ta' kwalunkwe mid-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta' dan il-Ftehim,

– ċertifikati taċ-ċittadinanza u dokumenti uffiċjali oħrajn li jsemmu jew li jindikaw iċ-ċittadinanza b’mod ċar,

– liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom,

– ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom,

– karti tal-identità tal-kumpanija jew fotokopji tagħhom,

– kotba tas-servizz u karti tal-identità militari,

– kotba tar-reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz tal-kaptani, u karti tal-identità tal-baħħara;

– dikjarazzjonijiet ta’ xhieda,

– dikjarazzjonijiet magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa mitkellma minnha, anke permezz ta’ riżultat ta’ test uffiċjali,

– kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jgħin biex tiġi stabbilita ċ-ċittadinanza tal-persuna kkonċernata

– marki tas-swaba',

– il-konferma tal-identità b’riżultat ta' tfittxija mwettqa fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża,

– fil-każ ta' Stati Membri li ma jużawx is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża, l-identifikazzjoni pożittiva stabbilita mir-reġistri tal-applikazzjonijiet għal viża ta' dawk l-Istati Membri.

– il-konferma tal-identità b’riżultat ta’ tfittxija magħmula f’IAMAS (is-sistema awtomatizzata ta' tiftix tal-informazzjoni dwar dħul u ħruġ u dwar ir-reġistrazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan).

ANNESS 3

Lista komuni ta' dokumenti li huma kkunsidrati bħala prova tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi

(L-Artikoli 4(1), 6(1) u 10(1))

– viża u/jew permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Rikjest,

– timbri tad-dħul/tluq jew endorsjar simili fid-dokument tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata jew evidenza oħra tad-dħul/ħruġ (pereżempju evidenza fotografika);

– karti tal-identità maħruġa lil persuni apolidi residenti permanenti fl-Istat Rikjest,

– laissez-passer maħruġa lil persuni apolidi permanentament residenti fl-Istat Rikjest.

ANNESS 4

Lista komuni ta' dokumenti li huma kkunsidrati bħala evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi

(L-Artikoli 4(1), 6(1) u 10(2))

– deskrizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet relevanti tal-Istat Rikjedenti, tal-post u ċ-ċirkostanzi li l-persuna kkonċernata tkun ġiet interċettata fihom wara li tkun daħlet fit-territorju ta’ dak l-Istat;

– informazzjoni dwar l-identità u/jew permanenza ta’ persuna li tkun ġiet pprovduta minn Organizzazzjoni internazzjonali (eż. il-UNHCR);

– rapporti/konferma ta’ informazzjoni minn membri tal-familja, sħab fil-vjaġġ, eċċ.;

– dokumenti bl-isem, ċertifikati u kontijiet ta’ kwalunkwe tip (eż., kontijiet tal-lukandi, karti ta’ l-appuntament għat-tobba/dentisti, karti ta’ dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, ftehimiet tal-kiri tal-karozzi, irċevuti tal-karti tal-kreditu, eċċ.) li juru b’mod ċar li l-persuna kkonċernata qagħdet fit-territorju ta’ l-Istat li lilu saret it-talba;

– biljetti bl-isem u/jew listi tal-passiġġiera ta’ passaġġi bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bil-baħar li juru l-preżenza ta’ l-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju ta’ l-Istat li lilu saret it-talba;

– informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi ta’ messaġġier jew aġenzija tal-ivvjaġġar;

– dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula, b’mod partikolari, mill-impjegati ta’ l-awtorità tal-fruntieri u xhieda oħrajn li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera;

– dikjarazzjoni uffiċjali tal-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi;

– dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata;

– marki tas-swaba.

ANNESS 5

|| ||                                  [Emblema tar-Repubblika tal-Ażerbajġan] ||

..............................................................………… .....................................................……….… || .................................................................…….. (Post u data)

(It-titolu tal-awtorità li tagħmel it-talba) ||

Referenza: .............................................……………

Lil

...................................................................... ||

............................................................….… ......................................................………… (It-titolu tal-awtorità mitluba) ||

q      PROĊEDURA AĊĊELLERATA (l-Artikolu 7(3))

q      TALBA GĦALL-INTERVISTÀ (l-Artikolu 9(3))

APPLIKAZZJONI TA' RIAMMISSJONI skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim tal-… bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

A. Dettalji Personali 1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ...........................................................……………………………… 2.      Isemta' xebba: ...........................................................……………………………… 3.      Data u post tat-twelid: ...........................................................……………………………… || Ritratt

4.      Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

………………………………………………………………………………………...................………………….

5.      Magħruf/a ukoll/wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi):

...........................................................................................................................……….............…………….

6.      Nazzjonalità u lingwa:

...........................................................................................................................………...................………………

7.      Stat ċivili:                q miżżewweġ/miżżewġa                   q ġuvni/xebba    q divorzjat/a          q armel/armla

Jekk miżżewweġ/miżżewġa:   Isem il-konjuġi ..........................................................................................................................

                Ismijiet u etajiet tat-tfal (jekk hemm)     .....................................................................................................

....................................................................................................................................................................................

...........................................................................................................................……………………………………..

............................................................................…...................…...................……………………………...............

8.      L-aħħar indirizz fl-Istat rikjest:

............................................................................................................................................………....................……

B.           Dettalji Personali tal-konjuġi (jekk applikabbli)

1.      Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ....................................................................................................................................

2.      Kunjom ta' xebba: …………………………………...........................................................………………………………

3.      Data u post tat-twelid: ………………………….........................................................………………………………

4.      Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

………………………………………………………………………..………………………...................………………….

5.      Magħruf/a ukoll/wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi):

..........................................................................................................................……….....................……………….

6.      Ċittadinanza u lingwa:

.............................................................................................................................................………...................………………

C.           Dettalji personali tal-Ulied (Jekk applikabbli)

1.      Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ......................................................................................................................................

2.      Data u post tat-twelid: …………………………............................................................……………………………

3.      Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

…………………………………………………………………………………………...................…………..........……….

4.      Nazzjonalità u lingwa:

...........................................................................................................................………...................………………

D.          Ċirkostanzi speċjali dwar it-trasferiment

1.      Stat ta’ saħħa

(pereżempju referenza possibbli għal kura medika; isem Latin ta’ mard li jittieħed):

............................................................................................................................................……………………………………

2.      Indikazzjoni ta’ persuna partikularment perikoluża

(pereżempju suspettata b'reat gravi; imġiba aggressiva):

............................................................................................................................................……………………………………

E.           Mezzi ta’ provi mehmuża

1.             ..............................................................………… (Nru tal-Passaport) || ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ)

..................................................................…….........… (awtorità li ħarġitu) || ........................................................................……….. (data tal-iskadenza)

2.             ..............................................................………… (Nru tal-Karta tal-Identità) || ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ)

..............................................................................………… (awtorità li ħarġitu) || ......................................................................………… (data tal-iskadenza)

3.             ..............................................................………… (Nru tal-liċenzja tas-sewqan) || ......................................................................………... (data u post tal-ħruġ)

………..................................................................………… (awtorità li ħarġitu) || ......................................................................………… (data tal-iskadenza)

4.             ..............................................................………… (Nru ta’ dokument uffiċjali ieħor) || ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ)

………..................................................................………… (awtorità li ħarġitu) || ......................................................................………… (data tal-iskadenza)

F.           Osservazzjonijiet

............................................................................................................................................................……………

............................................................................................................................................................……………

…………………………………………………………………………………………………...…………………………...

...................................................

(Firma) (siġill/timbru)

ANNESS 6

|| ||                                  [Emblema tar-Repubblika tal-Ażerbajġan] ||

..............................................................………… .....................................................……….… || .................................................................…….. (Post u data)

(It-titolu tal-awtorità li tagħmel it-talba) ||

Referenza: .............................................……………

Lil

...................................................................... ||

............................................................….… ......................................................………… (It-titolu tal-awtorità mitluba) ||

q      PROĊEDURA AĊĊELLERATA (l-Artikolu 7(3))

q      TALBA GĦALL-INTERVISTÀ (l-Artikolu 9(3))

APPLIKAZZJONI TA’ TRANŻITU skont l-Artikolu 15 tal-Ftehim tal-… bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

A.        Dettalji Personali 1.      Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ...........................................................……………………………… 2.      Kunjom ta' xebba: ...........................................................……………………………… 3.      Data u post tat-twelid: ...........................................................……………………………… || Ritratt

4.      Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

………………………………………………………………………………………...................………………….

5.      Magħruf/a ukoll/wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi):

...........................................................................................................................……….............…………….

6.      Nazzjonalità u lingwa:

...........................................................................................................................………...................………………

7.      Tip u numru tad-dokument tal-ivvjaġġar:

................................................................................................................................................................................…………

B.        Operazzjoni ta’ tranżitu

1.             Tip ta’ tranżitu

q bl-ajru || q bl-art || q bil-baħar

2.             Stat tad-destinazzjoni finali

…………………………………………………………………………………………………………………………….

3.             Stati oħrajn fejn possibbilment ikun hemm tranżitu

……………………………………………………………………………………………………………………………

4.             Post tal-qsim tal-fruntieri propost, data, ħin tat-trasferiment u skorti possibbli

……………………………………………………………………………………………………………………………

……………………………………………………………………………………………………………………………

……………………………………………………………………………………………………………………………

5.             Ammissjoni garantita fi kwalunkwe Stat ieħor ta’ tranżitu u fl-Istat tad-destinazzjoni finali (L-Artikolu 14 il-paragrafu 2)

q iva || q le

6.             Għarfien ta’ xi raġuni għal rifjut ta’ tranżitu (L-Artikolu 14 il-paragrafu 3)

q iva || q le

C.        Osservazzjonijiet

............................................................................................................................................................……………

............................................................................................................................................................……………

………………………………………………………………………………………………...…………………………...

...................................................

(Firma) (siġill/timbru)

ANNESS 7

DOKUMENT TAL-IVVJAĠĠAR STANDARD TAL-UE GĦAL SKOPIJIET TA' TKEĊĊIJA

(Skond il-forma stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ l-UE tat- 30 ta’ Novembru 1994)[6]

ANNESS 8

AZƏRBAYCAN RESPUBLIKASINDAN SƏYAHƏT SƏNƏDİ

DOKUMENT TAL-IVVJAĠĠAR MIR-REPUBBLIKA TAL-AŻERBAJĠAN

№ ___________________

Hansı ölkəyə: ....................................................................................................................................

Għal vjaġġ lejn

Adı:      ....................................................................    Soyadı:  ....................................................

Isem                                                                                                          Kunjom

RITRATT

Doğum tarixi:    .........................................................................................................

Data tat-twelid

Doğulduğu yer:  ..........................................................................................................

Post tat-twelid

Cinsi:    ....................      Boyu:   ......................  Gözlərinin rəngi:       ...................

Sess                                            Tul                                          Kulur tal-għajnejn.

Xüsusi əlamətləri:          ......................................................................................

Marki distintivi

Vətəndaşlığı: ..............................................................................................................

Nazzjonalità

Ölkəsindəki yaşayış ünvanı (əgər bilinirsə):          .........................................................................................................................................

Indirizz fil-pajjiż nazzjonali (jekk magħruf)

MÖHÜR YERİ

Sənədi verən orqanın adı:           .......................................................................................

Awtorità li ħarġitu

Sənədin verilmə tarixi:    ...................................................................................................

Maħruġ fi

Etibarlıdır:         .................................................................................................................

Validi permezz

İmza:    .............................................................................................................................

Firma

Əlavə qeydlər:   ..................................................................................................................................

Kummenti/osservazzjonijiet

..............................................................................................................................................................

...............................................................................................................................................................

Bir səfər üçün nəzərdə tutulub.

Validu għal vjaġġ wieħed

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 3(3)

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota li, skont il-liġijiet dwar iċ-ċittadinanza tar-Repubblika tal-Ażerbajġan mhux possibbli li ċittadin tar-Repubblika tal-Ażerbajġan jiċċaħħad miċ-ċittadinanza tiegħu.

Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin fi żmien xieraq, jekk tinbidel din is-sitwazzjoni legali.

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikoli 4 u 6

Il-partijiet se jippruvaw jibagħtu lura kull persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew li m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet legali fis-seħħ għal dħul, preżenza jew residenza fit-territorji rispettivi tagħhom, lill-pajjiż ta’ l-oriġini tagħha.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Renju tad-Danimarka

Il-Partijiet Kontraenti jinnutaw li dan il-Ftehim ma jgħoddx għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka u lanqas għall-persuni ta’ nazzjonalità tar-Renju tad-Danimarka. F’tali ċirkostanzi huwa xieraq li l-Ażerbajġan u d-Danimarka jikkonkludu ftehim ta’ riammissjoni fuq l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja

Il-Partijiet Kontraenti jinnutaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim tat- 18 ta’ Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen. F’tali ċirkostanzi hu xieraq li l-Ażerbajġan tikkonkludi l-ftehim dwar ir-riammissjoni mar-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja fuq l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.

Dikjararzzjoni Konġunta dwar il-Konfederazzjoni Svizzera

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008. F’tali ċirkostanzi hu xieraq li l-Ażerbajġan jikkonkludi ftehim dwar ir-riammissjoni mal-Konfederazzjoni Svizzera fuq l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Prinċipat tal-Liechtenstein

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Liechtenstein, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Prinċipat ta' Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li daħal fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2011. F’tali ċirkostanzi ikun xieraq li l-Ażerbajġan jikkonkludi ftehim ta' riammissjoni mal-Prinċipat ta' Liechtenstein skont l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.

[1]               ĠU C , , p. .

[2]               ĠU L , , p. .

[3]               Skond il-forma stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-UE tat- 30 ta’ Novembru 1994.

[4]               Ibid.

[5]                      1 Ibid.

[6]               ĠU C 247, 19 ta’ Settembru 1996, p. 18