Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu minn Stati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż il-limitu għall-2015 l-ammont għall-2014 u l-ewwel rata ta' pagament għall-2014 /* COM/2013/0736 final - 2013/0352 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-Ftehim Intern u r-Regolament Finanzjarju (RF)
tal-Għaxar FEŻ jipprevedu proċedura ta’ sejħiet għal
kontribuzzjonijiet biex jitħallsu mill-Istati Membri
għall-finanzjament tal-FEŻ. Skont l-Artikolu 57(2)
tar-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ, din il-proposta tkopri: –
il-limitu massimu tal-ammont annwali
tal-kontribuzzjoni għas-sena 2015; –
l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena
2014; –
l-ammont tal-ewwel rata ta' pagament
tal-kontribuzzjoni għas-sena 2014. 2. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA Skont l-Artikolu 57(2) tar-Regolament
Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ, il-Kunsill irid jiddeċiedi dwar din
il-proposta sal-15 ta' Novembru 2013 u l-Istati Membri jridu
jħallsu l-ewwel rata ta’ pagament tal-kontribuzzjoni sa mhux aktar tard
mill-21 ta' Jannar 2014. Skont l-Artikolu 57(7) tar-Regolament
Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ, l-ammont ġestit mill-Kummissjoni u
l-ammont ġestit mill-BEI huma speċifikati kemm għal waħda
kif ukoll għall-ieħor. Skont l-Artikolu 58(2) tar-Regolament
Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ, is-sejħiet
għall-kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti
disponibbli minn FEŻ preċedenti, wieħed wara l-ieħor. Meta
wieħed jikkunsidra li l-BEI ma sejjaħx għal kontribuzzjonijiet
għall-ewwel rata ta' pagament, din il-proposta għaldaqstant
tikkonċerna biss l-ammonti tal-Għaxar FEŻ fir-rigward
tal-Kummissjoni. B'konformità mal-Artikolu 145 tar-Regolament
Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ, il-BEI bagħat lill-Kummissjoni
l-estimi aġġornati tiegħu ta' impenji u ħlasijiet skont
l-istrumenti li jamministra. B'konformità mal-Artikolu 40(60)
tar-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ, Stat Membru li jonqos
milli jħallas ir-rata ta' pagament tal-kontribuzzjoni dovuta sal-iskadenza
stabbilita, ikun meħtieġ iħallas l-interessi fuq l-ammont mhux
imħallas; l-arranġamenti għall-ħlas tal-interessi huma
stipulat fl-istess Artikolu. 2013/0352 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li
għandhom jitħallsu minn Stati Membri għall-finanzjament tal-Fond
Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż il-limitu għall-2015
l-ammont għall-2014 u l-ewwel rata ta' pagament għall-2014 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn
ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu
fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja skont il-qafas
finanzjarju pluriennali għall-perjodu bejn l-2008 u l-2013 skont il-Ftehim
ta' Sħubija tal-AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja
għall-Pajjiżi u għat-Territorji extra Ewropej li
għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat tal-KE, u b’mod partikolari
l-Artikolu 7 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament
Finanzjarju applikabbli għall-Għaxar Fond Ewropew
għall-Iżvilupp (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ
"ir-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ"), u b’mod
partikolari l-Artikolu 57 (5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Skont il-proċedura
stipulata fl-Artikoli 57 sa 61 tar-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar
FEŻ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta
sal-15 ta' Ottubru 2013 fejn tispeċifika l-limiti
tal-ammont annwali tal-kontribuzzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
(FEŻ) tal-Istati Membri għall-2015, l-ammont tal-kontribuzzjoni
għall-2014 u l-ammont tal-ewwel rata ta' pagament tal-kontribuzzjoni
għall-2014. (2) Skont l-ewwel paragrafu
tal-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ,
il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-istimi
aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-ħlasijiet
għall-istrumenti li jamministra. (3) B'konformità
mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-Għaxar FEŻ,
is-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw
l-ammonti disponibbli minn FEŻ preċedenti, wieħed wara
l-ieħor. Meta wieħed jikkunsidra li l-BEI ma sejjaħx għal
kontribuzzjonijiet għall-ewwel rata ta' pagament, din il-proposta
għaldaqstant tikkonċerna biss l-ammonti tal-Għaxar FEŻ
fir-rigward tal-Kummissjoni. (4) Fid-19 ta’ Novembru 2012,
wara proposta magħmula mill-Kummissjoni, il-Kunsill adotta
deċiżjoni li tiffissa s-somma ta'
EUR 3 250 000 000 bħala sehem il-Kummissjoni u
EUR 360 000 000 bħala sehem il-BEI mil-limitu
tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-FEŻ għall-2014. ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-limitu tal-ammont annwali
tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri lill-FEŻ għas-sena 2015 qed
jiġi stabbilit għal EUR 3 300 000,000 fir-rigward
tal-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 fir-rigward
tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Artikolu 2 L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet
tal-Istati Membri lill-FEŻ għas-sena 2014 qed jiġi stabbilit
għal EUR 3 100 000 000 fir-rigward tal-Kummissjoni, u
għal EUR 150 000 000 fir-rigward tal-Bank Ewropew
tal-Investiment. Artikolu 3 Il-kontribuzzjonijiet individwali
għall-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni
u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala l-ewwel rata ta' pagament
għall-2014 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata
lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS L-ewwel rata ta' pagament
tal-Kontribuzzjonijiet tal-FEŻ għall-2013 (f'eluf ta' euro) || || Tifsira || Tifsira || l-ewwel rata ta' pagament || || 9 || 10 || mħallas lill- || mħallas lill- || STATI MEMBRI || FEŻ || FEŻ || BEI || il-Kummissjoni || || % || % || 9 FEŻ || 10 FEŻ || IL-BELĠJU || 3,92 || 3,53 || 0 || 70 600 || ID-DANIMARKA || 2,14 || 2,00 || 0 || 40 000 || IL-ĠERMANJA || 23,36 || 20,50 || 0 || 410 000 || IL-GREĊJA || 1,25 || 1,47 || 0 || 29 400 || SPANJA || 5,84 || 7,85 || 0 || 157 000 || FRANZA || 24,30 || 19,55 || 0 || 391 000 || L-IRLANDA || 0,62 || 0,91 || 0 || 18 200 || L-ITALJA || 12,54 || 12,86 || 0 || 257 200 || IL-LUSSEMBURGU || 0,29 || 0,27 || 0 || 5 400 || IL-PAJJIŻI L-BAXXI || 5,22 || 4,85 || 0 || 97 000 || L-AWSTRIJA || 2,65 || 2,41 || 0 || 48 200 || IL-PORTUGALL || 0,97 || 1,15 || 0 || 23 000 || IL-FINLANDJA || 1,48 || 1,47 || 0 || 29 400 || L-ISVEZJA || 2,73 || 2,74 || 0 || 54 800 || IR-RENJU UNIT || 12,69 || 14,82 || 0 || 296 400 || Subtotal EUR-15 || 100 || 96,38 || 0 || 1 927 600 || IL-BULGARIJA || || 0,14 || || 2 800 || IR-REPUBBLIKA ĊEKA || || 0,51 || || 10 200 || L-ESTONJA || || 0,05 || || 1 000 || ĊIPRU || || 0,09 || || 1 800 || IL-LATVJA || || 0,07 || || 1 400 || IL-LITWANJA || || 0,12 || || 2,400 || L-UNGERIJA || || 0,55 || || 11 000 || MALTA || || 0,03 || || 600 || IL-POLONJA || || 1,30 || || 26 000 || IR-RUMANIJA || || 0,37 || || 7 400 || IS-SLOVENJA || || 0,18 || || 3 600 || IS-SLOVAKKJA || || 0,21 || || 4 200 || Subtotal EUR-12 || || 3,62 || || 72 400 || TOTAL EUR-27 || 100 || 100 || || 2 000 000