Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nri 3, 4, 5, 6, 7, 10, 12, 14, 16, 17, 19, 23, 31, 37, 38, 43, 48, 49, 50, 54, 67, 69, 70, 77, 83, 87, 91, 94, 95, 98, 99, 100, 101, 103, 107, 110, 112, 113, 115, 117, 119, 121, 123, 128, 129, u r-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), u dwar l-abbozz tar-Regolament Tekniku Globali dwar l-Impatt fil-Ġenb ma' Arblu /* COM/2013/0694 final - 2013/0334 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni
Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) tiżviluppa
rekwiżiti armonizzati, li huma maħsubin biex ineħħu
l-ostakli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet
Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 Rivedut u biex jiżguraw li vetturi
bħal dawn joffru livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien
ambjentali. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill
97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim
tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa
("UNECE”) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi
għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu
jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u
l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet
mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet[1] (“il-Ftehim tal-1958 Rivedut”)
u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE
tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li
jistabbilixxi Regolamenti Tekniċi Globali għall-vetturi bir-roti,
apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw
f'vetturi bir-roti[2]
(“Ftehim Parallel”) l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim Parallel. Il-laqgħat tal-UNECE WP29, il-Forum Dinji
għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi, jittellgħu tliet
darbiet fis-sena f’Marzu, Ġunju u Novembru ta’ kull sena kalendarja.
F'kull sessjoni tal-laqgħa jiġu adottati emendi ġodda għal
Regolamenti UNECE jew Regolamenti Tekniċi Globali eżistenti sabiex
jippermettu l-progress tekniku. Qabel kull laqgħa tad-WP29, dawn l-emendi
ġew adottati minn xi wieħed mis-sitt gruppi ta' ħidma (GRs) li
huma attivi fid-WP29. Sussegwentement, f'laqgħa tad-WP29
jintefa’ l-vot finali għall-adozzjoni tal-emendi, is-supplimenti u
r-rettifiki, dment li jintlaħaq il-kworum u jkun hemm maġġoranza
kwalifikata fost il-partijiet kontraenti. L-UE hija parti kontraenti
f'żewġ Ftehimiet (tal-1958 u tal-1998) fid-WP29 u tivvota f'isem
l-Istati Membri. Deċiżjoni tal-Kunsill imsejħa l-"mega
Deċiżjoni" li tħaddan fiha l-lista ta’ emendi, supplimenti
u rettifiki, tiġi ppreparata kull darba u tippermetti lill-Kummissjoni
tivvota f’isem l-Istati Membri f'kull laqgħa tad-WP29. Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill
tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni tal-emendi, is-supplimenti
u r-rettifiki sottomessi għall-vot fil-laqgħa tad-WP29 ta'
Novembru 2013 li se ssir bejn it-11 u
l-15 ta' Novembru 2013. 2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur
ġie kkonsultat u tqiesu l-osservazzjonijiet minn esperti tal-Istati
Membri. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA ·
Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta
tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni tal-emendi
għar-Regolamenti tal-UNECE Nri 3, 4, 5, 6, 7, 10, 12, 14, 16, 17, 19,
23, 31, 37, 38, 43, 48, 49, 50, 54, 67, 69, 70, 77, 83, 87, 91, 94, 95, 98, 99,
100, 101, 103, 107, 110, 112, 113, 115, 117, 119, 121, 123, 128 u 129, dwar
proposta għal emendi tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni
tal-Vetturi (R.E.3), dwar l-adozzjoni ta' proposta għal Regolament Tekniku
Globali dwar l-Impatt fil-Ġenb ma' Arblu. ·
Bażi legali L-Artikolu 114, flimkien
mal-Artikolu 218(9), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. ·
Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-vot favur strumenti internazzjonali,
bħall-abbozz tar-Regolamenti tal-UNECE u r-Regolamenti Tekniċi
Globali u l-inkorporazzjoni tagħhom fis-sistema tal-Unjoni
għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur jista' jsir biss mill-Unjoni.
Dan ma jipprevenix biss il-frammentazzjoni tas-Suq Intern, iżda
jiżgura wkoll standards ugwali tas-saħħa u s-sigurtà madwar
l-Unjoni. Dan joffri wkoll vantaġġi tal-ekonomiji ta’ skala:
il-prodotti jistgħu jsiru għas-suq kollu tal-Unjoni u anki
għas-suq internazzjonali, minflok jiġu manifatturati
speċifikament biex jingħataw l-approvazzjoni tat-tip għal kull
Stat Membru. Għaldaqstant, il-proposta hija konformi
mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. ·
Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa
meħtieġ biex tilħaq l-għanijiet li tiżgura
t-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm
livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien pubbliku. ·
Għażla tal-istrumenti L-użu ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill
huwa meħtieġ skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE sabiex jiġu
stabbiliti l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem
l-Unjoni f’korp stabbilit permezz ta' ftehim internazzjonali. 2013/0334 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha
tiġi adottata f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitati relevanti
tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward
tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nri 3, 4, 5, 6,
7, 10, 12, 14, 16, 17, 19, 23, 31, 37, 38, 43, 48, 49, 50, 54, 67, 69, 70, 77,
83, 87, 91, 94, 95, 98, 99, 100, 101, 103, 107, 110, 112, 113, 115, 117, 119,
121, 123, 128, 129, u r-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni
tal-Vetturi (R.E.3), u dwar l-abbozz tar-Regolament Tekniku Globali dwar
l-Impatt fil-Ġenb ma' Arblu IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114,
flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Permezz
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE[3],
l-Unjoni aderixxiet għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika
għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-adozzjoni ta'
preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti,
tagħmir u partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw
f'vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku
tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet
("Il-Ftehim tal-1958 Rivedut"). ). (2) Permezz
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/[4],
l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta' regolamenti
tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li
jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (Ftehim
Parallel). (3) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill [5]
issostitwit s-sistemi ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura ta’
approvazzjoni tal-Unjoni, li tistabbilixxi qafas armonizzat li fih
id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi
ġenerali għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi
separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti
tal-UNECE fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, kemm
bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip inkella bħala
alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn mindu ġiet
adottata d-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolamenti tal-UNECE qegħdin
jissostitwixxu dejjem aktar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas
tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE. (4) Fid-dawl tal-esperjenza u
l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti
elementi jew fatturi koperti permezz tar-Regolamenti tal-UNECE Nri 3, 4,
5, 6, 7, 10, 12, 14, 16, 17, 19, 23, 31, 37, 38, 43, 48, 49, 50, 54, 67, 69,
70, 77, 83, 87, 91, 94, 95, 98, 99, 100, 101, 103, 107, 110, 112, 113, 115,
117, 119, 121, 123, 128 u 129 u permezz tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar
il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3)jeħtieġ li jiġu adattati. (5) Sabiex jiġu armonizzati
d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar is-sikurezza għall-approvazzjoni
tat-tip ta’ vetturi bil-mutur, l-abbozz tar-Regolament Tekniku Globali dwar
l-Impatt fil-Ġenb ma' Arblu għandu jiġu adottat. (6) Huwa xieraq li tkun
stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni
fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim tal-1958 Rivedut u fil-Kumitat
Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel dwar l-adozzjoni ta' dawk l-atti tal-UNECE, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI : Artikolu Uniku Il-pożizzjoni li għandha tiġi
adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim
tal-1958 Rivedut u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel bejn il-11 u l-15 ta’ Novembru 2013 għandha tkun li tivvota favur l-atti
tal-UNECE elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill ANNESS Proposta għas-Suppliment 15 mas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament Nru 3 (Tagħmir retro-riflettiv) || ECE/TRANS/WP.29/2013/68 Proposta għas-Suppliment 17 tar-Regolament Nru 4 (Illuminazzjoni tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara) || ECE/TRANS/WP.29/2013/69 Proposta għas-serje 03 tal-emendi għar-Regolament Nru 5 (Lampi ta' quddiem b'raġġ għaddieni ssiġillati) || ECE/TRANS/WP.29/2013/70 Proposta għas-Suppliment 25 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 6 (Indikaturi tad-direzzjoni) || ECE/TRANS/WP.29/2013/71 Proposta għas-Suppliment 23 għas-serje 02 tal-emendi tar-Regolament Nru 7 (Fanali tal-pożizzjoni, tal-waqfien u x-xifer aħħari) || ECE/TRANS/WP.29/2013/72 Proposta għas-serje 05 tal-emendi tar-Regolament Nru 10 (Kompatibbiltà elettromanjetika ), || ECE/TRANS/WP.29/2013/73 Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 12 (Mekkaniżmu tal-istering) || ECE/TRANS/WP.29/2013/102 Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament Nru 14 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza) || ECE/TRANS/WP.29/2013/103 Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza) || ECE/TRANS/WP.29/2013/104 Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 08 ta' emendi tar-Regolament Nru 17 (Saħħa tas-sits) || ECE/TRANS/WP.29/2013/105 Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 03 ta’ emendi tar-Regolament Nru 19 (Fanali taċ-ċpar ta’ quddiem) || ECE/TRANS/WP.29/2013/74 Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 19 (Fanali taċ-ċpar ta’ quddiem) || ECE/TRANS/WP.29/2013/75 ECE/TRANS/WP.29/2013/75/Add.1 Proposta għas-Suppliment 20 tar-Regolament Nru 23 (Fanali tar-rivers) || ECE/TRANS/WP.29/2013/76 Proposta għas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament Nru 31 (Fanali ta' quddiem (Raġġ tal-Aloġenu Ssiġillat (HSB)) || ECE/TRANS/WP.29/2013/77 Proposta għas-Suppliment 42 għas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament Nru 37 (Fanali bil-filament) || ECE/TRANS/WP.29/2013/78 Proposta għas-Suppliment 17 tar-Regolament Nru 38 (Fanali taċ-ċpar ta’ wara) || ECE/TRANS/WP.29/2013/79 Proposta għar-Rettifika 2 tar-Reviżjoni 3 tar-Regolament Nru 43 (Ħġieġa tas-sikurezza) || ECE/TRANS/WP.29/2013/116 Proposta għas-Suppliment 12 għas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl) || ECE/TRANS/WP.29/2013/80 Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 05 ta’ emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl) || ECE/TRANS/WP.29/2013/81 Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 06 ta’ emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl) || ECE/TRANS/WP.29/2013/82 Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 05 ta' emendi għar-Regolament Nru 49 (Magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG)) || ECE/TRANS/WP.29/2013/111 Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 49 (magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG)) || ECE/TRANS/WP.29/2013/112 ECE/TRANS/WP.29/2013/112/Corr.1 Proposta għas-Suppliment 17 għar-Regolament Nru 50 (Fanali tal-pożizzjoni, tal-waqfien, li jindikaw id-direzzjoni għal mopeds u muturi) || ECE/TRANS/WP.29/2013/83 Proposta għar-Rettifika 1 tar-Reviżjoni 3 tar-Regolament Nru 54 (Tajers għal vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom) || ECE/TRANS/WP.29/2013/130 Proposta għas-Suppliment 13 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 67 (Vetturi tal-LPG) || ECE/TRANS/WP.29/2013/97 Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 69 (Pjanċi li jimmarkaw wara għall-vetturi li jimxu bil-mod) || ECE/TRANS/WP.29/2013/85 Proposta għas-Suppliment 9 għas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 70 (Pjanċi li jimmarkaw wara għall-vetturi tqal u twal) || ECE/TRANS/WP.29/2013/86 Proposta għas-Suppliment 17 tar-Regolament Nru 77 (Fanali tal-ipparkjar) || ECE/TRANS/WP.29/2013/87 Proposta għar-Rettifika 3 għas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 83 (Emissjonijiet ta' vetturi M1 u N1) || ECE/TRANS/WP.29/2013/131 Proposta għas-Suppliment 18 tar-Regolament Nru 87 (Fanali tas-sewqan ta’ bi nhar) || ECE/TRANS/WP.29/2013/88 Proposta għas-Suppliment 16 tar-Regolament Nru 91 (Fanali li juru l-ġnub) || ECE/TRANS/WP.29/2013/89 Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament Nru 94 (Ħabta frontali) || ECE/TRANS/WP.29/2013/106 Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament Nru 94 (Ħabta frontali) || ECE/TRANS/WP.29/2013/107 Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 95 (Ħabta laterali) || ECE/TRANS/WP.29/2013/108 Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 98 (Fanali ta' quddiem b'sorsi ta' dawl li jarmu l-gass) || ECE/TRANS/WP.29/2013/90 Proposta għas-Suppliment 9 tar-Regolament Nru 99 (Sorsi tad-dawl li jarmu l-gass) || ECE/TRANS/WP.29/2013/91 Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 100 (Vetturi imħaddma bl-enerġija elettrika) || ECE/TRANS/WP.29/2013/109 Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 100 (Vetturi mħarrġa li jaħdmu bl-enerġija elettrika) || ECE/TRANS/WP.29/2013/135 Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 101 (Emissjonijiet tas-CO2/konsum tal-karburant) || ECE/TRANS/WP.29/2013/113 Proposta għas-Suppliment 4 tar-Regolament Nru 103 (Tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis) || ECE/TRANS/WP.29/2013/114 Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament Nru 107 (Vetturi M2 u M3), || ECE/TRANS/WP.29/2013/98 Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 05 ta' emendi tar-Regolament Nru 107 (Vetturi M2 u M3), || ECE/TRANS/WP.29/2013/99 Proposta għas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 107 (Vetturi M2 u M3), || ECE/TRANS/WP.29/2013/100 Proposta għar-Rettifika 2 għar-Reviżjoni 3 tar-Regolament Nru 107 (Vetturi M2 u M3), || ECE/TRANS/WP.29/2013/117 Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 110 (Vetturi tas-CNG), || ECE/TRANS/WP.29/2013/101 Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 112 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ għaddieni assimetriku) || ECE/TRANS/WP.29/2013/92 Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 113 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ għaddieni simetriku) || ECE/TRANS/WP.29/2013/93 Proposta għas-Suppliment 6 għar-Regolament Nru 115 (Sistemi ta’ twaħħil tal-LPG u s-CNG) || ECE/TRANS/WP.29/2013/115 Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 02 tal-emendi tar-Regolament Nru 117 (Tajers, reżistenza għad-dawrien u l-ħsejjes fid-dawrien, l-irbit fiż-żliq) || ECE/TRANS/WP.29/2013/59 Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 119 (Fanali għall-kantunieri) || ECE/TRANS/WP.29/2013/94 Proposta għar-Rettifika 1 għas-Suppliment 7 tar-Regolament Nru 121 (Identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjali ta' avvertiment u indikaturi), || ECE/TRANS/WP.29/2013/118 Proposta għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament Nru 121 (Identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjali ta’ avvertiment u indikaturi) || ECE/TRANS/WP.29/2012/30 Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament Nru 123 (Sistemi Adattivi tad-dawl ta' Quddiem (AFS)) || ECE/TRANS/WP.29/2013/95 Proposta għas-Suppliment 2 tar-Regolament Nru 128 (sorsi tad-dawl minn Dijodu li jemetti d-dawl (LED)) || ECE/TRANS/WP.29/2013/96 Proposta għas-Suppliment 2 tar-Regolament Nru 129 (Sistemi Msaħħa ta’ Trażżin għat-Tfal (ECRS)) || ECE/TRANS/WP.29/2013/110 Proposta għall-Emenda għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni ta’ Vetturi (R.E.3) || ECE/TRANS/WP.29/2013/126 Abbozz tar-Regolament Tekniku Globali dwar l-Impatt fil-Ġenb ma' Arblu || ECE/TRANS/WP.29/2013/120 ECE/TRANS/WP.29/2013/121 ECE/TRANS/WP.29/2012/59 ECE/TRANS/WP.29/2011/87 ECE/TRANS/WP.29/AC.3/28 [1] ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78. [2] ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12. [3] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’
Novembru 1997 bil-għan ta’ adeżjoni tal-Komunità Ewropea
għall-Ftehima tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet
Uniti dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal
vetturi bir-roti, għal tagħmir u partijiet li jistgħu
jitwaħħlu fuq u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u
l-kundizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku ta’ approvazzjonijiet
mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet ("Il-Ftehim
tal-1958 Rivedut) (ĠU L 346, 17.12.1997, p.78). [4] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE
tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar
l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għall-vetturi
bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew
jintużaw f'vetturi bir-roti ("Ftehim Parallel") (ĠU L 35,
10.2.2000, p. 12). [5] Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwaqdu
għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u
ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba
għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) ĠU L 263, 9.10.2007,
p. 1.